EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009L0138-20210630

Consolidated text: Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (Tfassil mill-ġdid) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/2021-06-30

02009L0138 — MT — 30.06.2021 — 010.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2009/138/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ( ►C4  Solvenza II ◄ )

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 335 17.12.2009, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2011/89/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Novembru 2011

  L 326

113

8.12.2011

►M2

DIRETTIVA 2012/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Settembru 2012

  L 249

1

14.9.2012

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/23/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

362

10.6.2013

►M4

DIRETTIVA 2013/58/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Diċembru 2013

  L 341

1

18.12.2013

►M5

DIRETTIVA 2014/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 153

1

22.5.2014

►M6

DIRETTIVA (UE) 2016/2341 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 354

37

23.12.2016

►M7

REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017

  L 347

35

28.12.2017

►M8

DIRETTIVA (UE) 2018/843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 156

43

19.6.2018

►M9

DIRETTIVA (UE) 2019/2177 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2019

  L 334

155

27.12.2019


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 219, 25.7.2014, p.  66 (2009/138/KE)

►C2

Rettifika, ĠU L 262, 29.9.2016, p.  34 (2009/138/KE)

►C3

Rettifika, ĠU L 316, 6.12.2019, p.  107 (2009/138/KE)

►C4

Rettifika, ĠU L 108, 7.4.2022, p.  69 (2009/138/KE)




▼B

DIRETTIVA 2009/138/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ( ►C4  Solvenza II ◄ )

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



▼C3

WERREJ

▼B

TITOLU I

REGOLI ĠENERALI DWAR L-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TA’ ATTIVITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI DIRETTA U ►C2  R-RIASSIGURAZZJONI ◄

KAPITOLU I

Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet u

TAQSIMA 1

Is-suġġett u l-kap ta’ applikazzjoniu

TAQSIMA 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

Subtaqsima 1

Ġenerali

Subtaqsima 2

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Subtaqsima 3

Assigurazzjoni tal-ħajja

Subtaqsima 4

Riassigurazzjoni

TAQSIMA 3

Definizzjonijiet

KAPITOLU II

Il-bidu tan-negozju

KAPITOLU III

Awtoritajiet superviżorji u regoli ġenerali

KAPITOLU IV

Kondizzjonijiet li jirregolaw in-negozju

TAQSIMA 1

Responsabbiltà tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju

TAQSIMA 2

Sistema ta’ governanza

TAQSIMA 3

Żvelar pubbliku

TAQSIMA 4

Holdings li jikkwalifikaw

TAQSIMA 5

Is-segretezza professjonali, skambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja

TAQSIMA 6

Id-dmirijiet tal-awdituri

KAPITOLU V

L-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajjau

KAPITOLU VI

U uregoli relatati mal-valutazzjoni ta’ attivi u passivi, dispożizzjonijiet tekniċi, fondi proprji, ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kapital minimu rekwiżit u regoli ta’ investiment

TAQSIMA 1

Valutazzjoni tal-attiv u l-passiv

TAQSIMA 2

Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

TAQSIMA 3

Fondi proprji

Subtaqsima 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji

Subtaqsima 2

Klassifikazzjoni tal-fondi proprji

Subtaqsima 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji

TAQSIMA 4

►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ bl-użu ta’ formula standard jew mudell intern

Subtaqsima 2

►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ – formula standard

Subtaqsima 3

►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ – mudelli interni sħaħ u parzjaliu

TAQSIMA 5

Rekwiżit kapitali minimu

TAQSIMA 6

Investimenti

KAPITOLU VII

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f’diffikultà jew f’sitwazzjoni irregolari

KAPITOLU VIII

Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizziu

TAQSIMA 1

Stabbiliment minn imprizi tal-assigurazzjoni

TAQSIMA 2

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: mill-impriżi tal-assigurazzjoni

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Subtaqsima 2

Responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

TAQSIMA 3

Kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji tal-istat membru ospitanti

Subtaqsima 1

Assigurazzjoni

Subtaqsima 2

Riassigurazzjoni

TAQSIMA 4

Informazzjoni statistika

TAQSIMA 5

Trattament tal-kuntratti ta’ fergħat fi proċediment ta’ stralċ

KAPITOLU IX

Fergħat stabbiliti fil-komunità u li jappartjenu għal impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li l-uffiċċji ewlenin tagħhom huma barra l-komunità

TAQSIMA 1

Bidu ta’ negozju

TAQSIMA 2

Riassigurazzjoni

KAPITOLU X

Sussidjarji ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiż terz u l-akkwisti ta’ holdings minn dawn l-impriżi

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ASSIGURAZZJONI U R-RIASSIGURAZZJONI

KAPITOLU I

Liġi u kondizzjonijiet applikabbli tal-kuntratti diretti tal-assigurazzjoni

TAQSIMA 1

Liġi applikabbli

TAQSIMA 2

Assigurazzjoni mandatorja

TAQSIMA 3

Ġid ġenerali

TAQSIMA 4

Kondizzjonijiet għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-iskali tal-premiums

TAQSIMA 5

Informazzjoni għat-titolari ta’ polza

Subtaqsima 1

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Subtaqsima 2

Assigurazzjoni tal-ħajja

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-assigurazzjoni mhux tal-ħajja

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

TAQSIMA 2

Koassigurazzjoni komunitarja

TAQSIMA 3

L-assistenza

TAQSIMA 4

L-assigurazzjoni tal- ispejjeż legali

TAQSIMA 5

L-assigurazzjoni tas-saħħa

TAQSIMA 6

L-assigurazzjoni kontra l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-assigurazzjoni tal-ħajja

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-riassigurazzjoni

TITOLU III

SUPERVIŻJONI TA’ IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI FI GRUPP

KAPITOLU I

Superviżjoni tal-grupp: definizzjonijiet, każijiet ta’ applikazzjoni, ambitu u livelli

TAQSIMA 1

Definizzjonijiet

TAQSIMA 2

Każijiet ta’ applikazzjoni u ambituu

TAQSIMA 3

Livelli

KAPITOLU II

Pożizzjoni finanzjarja

TAQSIMA 1

►C4  Is-solvenza tal-grupp ◄

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Subtaqsima 2

L-għażla tal-metodu tal-kalkolu u l-prinċipji ġenerali

Subtaqsima 3

L-applikazzjoni tal-metodi tal-kalkolu

Subtaqsima 4

Metodi ta’ kalkolu

Subtaqsima 5

Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

Subtaqsima 6

Superviżjoni ►C4  tas-solvena tal-grupp ◄ għal gruppi b’ ġestjoni ta’ riskju ċentralizzata

TAQSIMA 2

Konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet fost il-gruppu

TAQSIMA 3

Ġestjoni tar-riskju u kontroll intern

KAPITOLU III

Miżuri li jiffaċilitaw is-superviżjoni ta’ grupp

KAPITOLU IV

Il-pajjiżi terzi

KAPITOLU V

Il-kumpaniji holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta

TITOLU IV

IR-RIORGANIZZAZZJONI U L-ISTRALĊ TAL-IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U

KAPITOLU I

Ambitu u definizzjonijiet

KAPITOLU II

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

KAPITOLU III

Proċeduri tal-istralċ

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet tranżitorji

TAQSIMA 1

L-assikurazzjoni

TAQSIMA 2

Riassigurazzjoni

TAQSIMA 3

Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

ANNESS I

KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA

A.

Klassifikazzjoni tar-riskji skont il-klassijiet tal-assigurazzjoni

B.

Deskrizzjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin għal aktar minn klassi waħda ta’ assigurazzjoni

ANNESS II

IL-KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI TAL-ĦAJJA

ANNESS III

FOROM LEGALI TA’ IMPRIŻI

A.

Forom ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja:

B.

Forom ta’ assigurazzjoni tal-ħajja:

C.

Forom tal-impriżi tar-riassikurazzjoni

ANNESS IV

FORMULA STANDARD TAL- ►C4  KAPITAL REKWIŻIT GĦAS-SOLVENZA ◄ (RKS)

1.

Kalkolu tar- ►C4  Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄

2.

Kalkolu tal-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja

3.

Kalkolu tal-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja

4.

Kalkolu tal-modulu ta’ riskju tas-suq

ANNESS V

GRUPPI TA’ KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 159

ANNESS VI

Part A

Direttivi Revokati b’lista tal-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija fl-Artikolu 310)

Part B

Lista ta’ limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 310)

ANNESS VII

TABELLA TAL-KORRELAZZJONIJIET



TITOLU I

REGOLI ĠENERALI DWAR IL-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TA’ ATTIVITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI DIRETTA U ►C2  R-RIASSIGURAZZJONI ◄



KAPITOLU I

Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet



Taqsima 1

Is-suġġett u l-kap ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar dan li ġej:

(1) 

il-bidu u l-eżerċizzju, fi ħdan il-Komunità, tal- attivitajiet ta’ dawk li jaħdmu għal rashom ta’ assigurazzjoni diretta u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(2) 

is-superviżjoni ta’ gruppi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(3) 

ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ tal-impriżi tal-assigurazzjoni diretta.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Din id-Direttiva għandha tapplika għall- assigurazzjoni diretta tal-ħajja u mhux tal-ħajja minn impriżi li huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jixtiequ li jkunu stabbiliti hemmhekk.

Għandha tapplika wkoll għal impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li jeżerċitaw attivitajiet ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ biss u li huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jew lijixtiequ li jiġu stabbiliti fih bl-eċċezzjoni tat-Titolu IV.

2.  

Fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tal-klassijiet stipulati fil-Parti A tal-Anness I. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandha tinkludi l-attività li tikkonsisti f’assistenza pprovduta lil persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultajiet waqt li jivvjaġġaw, waqt li jkunu ‘l bogħod mid-dar tagħhom jew mir-residenza abitwali tagħhom. Għandha tkun tinkludi impenn, għall-ħlas bil-quddiem ta’ premium, li tingħata assistenza immedjata lill-benefiċjarju taħt kuntratt ta’ assistenza meta dik il-persuna tkun tinstab f’diffikultajiet wara li jseħħ każ b’kumbinazzjoni, fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt.

L-għajnuna tista’ tinkludi l-provvista ta’ benefiċċji bi flus jew in natura. Il-provvista ta’ benefiċċji in natura tista’ wkoll tiġi effettwata permezz tal-persunal u t-tagħmir tal-persuna li tipprovdihom.

L-attività ta’ assistenza għandha tkopri servicing, manutenzjoni, servizz ta’ wara l-bejgħ jew sempliċement l-indikazzjoni jew l-għotja ta’ assistenza bħala intermedjarja.

3.  

Fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, din id-Direttiva għandha tapplika:

(a) 

għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja li ġejjin meta huma fuq bażi kuntrattwali:

(i) 

l-assigurazzjoni tal-ħajja, li tinkludi l-assigurazzjoni dwar is-soppravivenza sa età stipulata biss, l-assigurazzjoni fuq il-mewt biss, l-assigurazzjoni dwar soppravivenza sa età stipulata jew mewt aktar kmieni, l-assigurazzjoni tal-ħajja bir-ritorn ta’ premium, l-assigurazzjoni taż-żwieġ u l-assigurazzjoni fuq il-ħlas (twelid);

(ii) 

l-annwitajiet;

(iii) 

l-assigurazzjoni supplementari kuntrattata bħala żieda mal-assigurazzjoni tal-ħajja l-assigurazzjoni kontra l- korriment personali inkluża l-inkapaċità għall-impieg, l-assigurazzjoni kontra l-mewt li tirriżulta minn inċident, u l-assigurazzjoni kontra d-diżabbiltà li tirriżulta minn inċident jew mard;

(iv) 

it-tipi tal-assigurazzjoni permanenti tas-saħħa li mhix suġġett għall-kanċellament li teżisti bħalissa fl-Irlanda u fir-Renju Unit;

(b) 

għall-operazzjonijiet li ġejjin, meta huma fuq bażi kuntrattwali, sa fejn huma suġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ assigurazzjoni privata:

(i) 

operazzjonijiet fejn assoċjazzjonijiet ta’ abbonati huma stabbiliti bl-għan li jikkapitalizzaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom konġuntament u sussegwentement jiddistribwixxu l-attivi hekk akkumulati fost is-soppravissuti jew fost il-benefiċjarji tal-mejtin (tontini);

(ii) 

operazzjonijiet ta’ għoti lura ta’ kapital ibbażat fuq kalkolu attwarji fejn, b’ritorn għal pagamenti singoli jew perjodiċi miftiehma bil-quddiem, jittieħdu impenni ta’ durata u ammont speċifikat;

(iii) 

amministrazzjoni ta’ gruppi ta’ fondi ta’ pensjoni li tinkludi l-amministrazzjoni tal-investimenti, u b’mod partikolari l-attivi li jirrappreżentaw ir-riżervi ta’ korpi li jeffettwaw pagamenti fuq mewt jew soppravivenza jew fil-każ ta’ skontinwità jew waqfien ta’ attività;

(iv) 

l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (iii) meta huma akkumpanjati b’assigurazzjoni li tkopri jew il-konservazzjoni ta’ kapital jew pagament ta’ mgħax minimu;

(v) 

l-operazzjonijiet imwettqa minn impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja bħal dawk imsemmija fil-Kapitolu 1, it-Titolu 4 tal-Ktieb IV tal-“Code des assurances” Franċiż.

(ċ) 

għall-operazzjonijiet li jirrelataw mat-tul tal-ħajja tal-bniedem li huma preskritti jew previsti f’leġislazzjoni ta’ assigurazzjoni soċjali, safejn huma effettwati jew amministrati minn impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja għar-riskju proprju skont il-liġijiet ta’ Stat Membru.



Taqsima 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni



Subtaqsima 1

Ġenerali

Artikolu 3

Sistemi statutorji

Bla ħsara għall-punt (c) tal-Artikolu 2(3), din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall- assigurazzjoni li tifforma parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali.

Artikolu 4

Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni abbażi ta’ daqs

1.  

Bla ħsara għall-Artikoli 3 u l-Artikoli 5 sa 10, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal impriża tal-assigurazzjoni li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet kollha:

(a) 

id-dħul mill-premium gross annwali li ddaħħal fil-kontijiet tagħha l-impriża ma jaqbiżx EUR 5 miljun;

(b) 

it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-impriża, gross mill-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 76, ma jaqbiżx il-EUR 25 miljun;

(ċ) 

fejn l-impriża tkun il-proprjetà ta’ grupp, it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-grupp definit bħala gross tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali ma jaqbiżx il-EUR 25 miljun;

(d) 

in-negozju tal-impriża ma jinkludix attivitajiet ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru responsabbiltà, kreditu u assigurazzjoni ta’ garanzija għar-riskji, sakemm ma jkunux riskji anċillari fis-sens tal-Artikolu 16(1);

(e) 

in-negozju tal-impriża ma jinkludix operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni li jaqbżu l-EUR 0,5 miljun tad-dħul mill-premium gross miktub tagħha jew l-EUR 2,5 miljum tar-riżervi tekniċi grossi tagħha tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti bi għan speċjali, jew iktar minn 10 % tad-dħul mill-pimjum gross tagħhom jew iktar minn 10 % tar-riżervi tekniċi gross tal-ammonti irkuprabbli tagħhom minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali.

2.  
Jekk kwalunkwe wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 1 jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba’ sena.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 1, din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni li jitolbu awtorizzazzjoni biex iwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni li d-dħul mill-premiums gross annwali tagħhom jew ir-riżervi tekniċi gross tagħhom tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u Strumenti ta’ Għan speċjali huma mistennija li jaqbżu l-ammonti stipulati fil-paragrafu 1 fil-ħames snin ta’ wara.
4.  

Din id-Direttiva għandha tieqaf tapplika għal dawk l-impriżi ta’ assigurazzjoni li l-awtorità superviżorja tkun verifikat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ebda wieħed mill-limiti stipulati fil-paragrafu 1 ma ġie maqbuż fit-tliet snin konsekuttivi ta’ qabel; u

(b) 

l-ebda wieħed mill-limiti stipulati fil-paragrafu 1 mhux mistenni li jinqabeż matul il-ħames snin ta’ wara.

Sakemm l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata twettaq l-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 145 sa 149, l- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika.

5.  
Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprevjenu impriża milli tapplika għall-awtorizzazzjoni jew milli tkompli tkun awtorizzata skont din id-Direttiva.



Subtaqsima 2

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Artikolu 5

Operazzjonijiet

Fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(1) 

operazzjonijiet ta’ suffraġju ta’ kapital, kif definiti mil-liġi f’kull Stat Membru;

(2) 

operazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet provvidenti u ta’ benefiċċju reċiproku li l-benefiċċji tagħhom ivarjaw skont ir-riżorsi disponibbli u li jeħtieġu lil kull wieħed mill-membri tagħhom li jikkontribwixxi bir-rata uniformi;

(3) 

operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet li ma jkollhomx personalità ġuridika bl-iskop li jipprovdu kopertura reċiproka għall-membri tagħhom mingħajr ma jkun hemm pagamenti ta’ premium u jew kostituzzjoni ta’ riżervi tekniċi; jew

(4) 

operazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu ta’ jew garantiti mill-Istat, jew meta l-Istat ikun l-assiguratur.

Artikolu 6

Assistenza

1.  

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attività ta’ assistenza li twettaq il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-assistenza tkun ipprovduta fil-każ ta’ xi inċident jew waqfien li jinvolvi vettura tat-triq meta l-inċident jew il-waqfien iseħħ fit-territorju tal-Istat Membru tal-impriża li tipprovdi l-kopertura;

(b) 

ir-responsabbiltà għall-assistenza tkun limitata għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

servizz fuq il-post għal waqfien minħabba ħsara li għalih l- impriża li tipprovdi kopertura tuża, fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, il-persunal u t-tagħmir tagħha;

(ii) 

il-ġarr tal-vettura għall-eqreb lokalità jew dik l-iktar xierqa fejn jistgħu jitwettqu t-tiswijiet u possibilment l-akkumpanjament, normalment bl-istess mezzi ta’ assistenza, tax-xufier u l-passiġgieri għall-eqreb lokalità minn fejn huma jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom b’mezzi oħrajn; u

(iii) 

fejn ikun previst mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża li tipprovdi l-kopertura, il-ġarr tal-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġġieri, lejn id-dar tagħhom, il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni oriġinali fl-istess Stat; u

(ċ) 

l-assistenza ma tkunx imwettqa minn impriża suġġetta għal din id-Direttiva.

2.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kondizzjoni li l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara għandu jkun seħħ fit-territorju tal-Istat Membru tal- impriża li tipprovdi l-kopertura ma għandhiex tkun applikabbli meta l-benefiċjarju jkun membru tal-korp li qed tipprovdi l-kopertura u s-servizz ta’ waqfien minħabba ħsara jew il-ġarr tal-vettura jkun ipprovdut sempliċement fuq preżentazzjoni ta’ karta ta’ sħubija, mingħajr ma jitħallas premium addizzjonali, minn korp simili fil-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi ta’ ftehim reċiproku, (jew, fil-każ tal- Irlanda u r-Renju Unit, meta l-operazzjonijiet ta’ assistenza jkunu pprovduti minn korp singolu li jopera fiż-żewġ Stati.
3.  
Din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-punt (iii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn ikun seħħ l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara fit-territorju tal-Irlanda jew, fil-każ tar-Renju Unit, fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq u l-vettura, possibbilment akkumpanjata mix-xufier u l-passigġieri, titwassal sad-dar tagħhom, sal-punt tat-tluq jew sad-destinazzjoni oriġinali f’wieħed jew l-ieħor mit-territorji.
4.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal operazzjonijiet ta’ assistenza mwettqa mill-Automobile Club tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu meta inċident jew waqfien ta’ vettura fit-triq minħabba ħsara jkunu seħħu barra mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-assistenza tikkonsisti fil-ġarr tal-vettura li kienet involuta f ‘dak l-inċident jew li waqfet minħabba ħsara, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġieri lejn id-dar tagħhom.

Artikolu 7

Impriżi mutwi

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mutwi li jeżerċitaw attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u li jkunu kkonkludew ma’ impriżi mutwi oħra ftehim li jipprovdi għal ►C2  riassigurazzjoni ◄ sħiħa tal-poloz tal-assigurazzjoni maħruġa lilhom jew li taħthom l-impriża li taċċetta għandha tissodisfa l-obbligazzjonijiet ikkawżati taħt dawn il-poloz minflok l-impriża li ċċedi. F’dan il-każ l-impriża li taċċetta għandha tkun suġġetta għar-regoli ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 8

Istituzzjonijiet

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-istituzzjonijiet li ġejjin li jeżerċitaw attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja sakemm l-istatuti tagħhom jew il-liġi applikabbli ma jkunux emendati fir-rigward ta’ kapaċità:

(1) 

fid-Danimarka, Falck Danmark;

(2) 

fil-Ġermanja, l-istituzzjonijiet semipubbliċi li ġejjin:

(a) 

Postbeamtenkrankenkasse,

(b) 

Krankenversorgung der Bundesbahnbeamten;

(3) 

fl-Irlanda, the Voluntary Health Insurance Board;

(4) 

fi Spanja, il-Consorcio de Compensación de Seguros.



Subtaqsima 3

Assigurazzjoni tal-ħajja

Artikolu 9

Operazzjonijiet u attivitajiet

Fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-operazzjonijiet u l-attivitajiet segwenti:

(1) 

operazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet provvidenti u ta’ benefiċċju reċiproku li l-benefiċċji tagħhom ivarjaw skont ir-riżorsi disponibbli u li jeħtieġu lil kull wieħed mill-membri tagħhom li jikkontribwixxi bir-rata uniformi xierqa;

(2) 

operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet, barra impriżi msemmija fl-Artikolu 2, li l-mira tagħhom hi li jipprovdu benefiċċji għal persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom li jappartjenu għal impriżi jew grupp ta’ impriżi, jew negozju jew grupp ta’ negozji, fil-każ ta’ mewt jew soppravivenza jew ta’ skontinwità jew waqfien ta’ attività, kemm jekk l-impenni li joriġinaw minn dawn l-operazzjonijiet huma kompletament koperti fil-ħinijiet kollha b’dispożizzjonijiet matematiċi u kemm jekk le;

(3) 

l-attivitajiet ta’ pensjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni ta’ pensjoni preskritti. fl-Att tal-Pensjoni tal-Impjegati (TyEL) u leġislazzjoni Finlandiża oħra relatata sakemm:

(a) 

kumpanniji tal-assigurazzjoni ta’ pensjoni li diġà taħt il-liġi Finlandiża huma obbligati li jkollhom sistemi ta’ kontabbiltà u ġestjoni separati għall-attivitajiet tagħhom tal-pensjoni, mill-1 ta’ Jannar 1995, jistabbilixxu entitajiet ġuridiċi separati biex jitwettqu dawk l-attivitajiet; u

(b) 

l-awtoritajiet Finlandiżi jippermettu, b’mod mhux diskriminatorju, lil ċittadini u kumpaniji kollha ta’ Stati Membri biex isegwu skont il-leġislazzjoni Finlandiża l-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 2 relatati ma’ dik l-eżenzjoni kemm permezz ta’ dritt ta’ proprjetà jew parteċipazzjoni f’kumpannija jew grupp jew bis-saħħa ta’ ħolqien jew parteċipazzjoni ta’ kumpaniji jew gruppi ġodda ta’ assigurazzjoni, inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ pensjoni.

Artikolu 10

Organizzazzjonijiet, impriżi u istituzzjonijiet

Fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, din id-Direttiva għandha tapplika għall-organizzazzjonijiet, impriżi u istituzzjonijiet:

(1) 

organizzazzjonijiet li jieħdu fuqhom li jipprovdu benefiċċji biss fil-każ ta’ mewt, meta l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji ma jeċċedix l-ispejjeż medji tal-funeral għal mewt waħda jew meta l-benefiċċji huma pprovduti in natura;

(2) 

il-“Versorgungsverband deutscher Wirtschaftsorganisationen” fil-Ġermanja, sakemm l-istatuti tagħha mhumiex emendati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal- kapaċità tagħha;

(3) 

il-“Consorcio de Compensación de Seguros” fi Spjanja, sakemm l-istatuti tiegħu mhumiex emendati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet jew il- kapaċità tagħha;



Subtaqsima 4

Riassigurazzjoni

Artikolu 11

▼C2

Riassigurazzjoni

▼B

Fir-rigward ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ , din id-Direttiva ma għandhiex tgħodd għall-attività ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ mwettqa jew garantita bis-sħiħ mill-gvern ta’ Stat Membru meta dak il-gvern qiegħed jaġixxi, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fil-kapaċità ta’ ►C2  riassiguratur ◄ meta jkun falla kull tentattiv ieħor, inkluż f’ċirkostanzi fejn rwol bħal dan huwa meħtieġ minn sitwazzjoni fis-suq fejn mhux possibbli li tinkiseb kopertura kummerċjali adegwata.

Artikolu 12

Impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li jagħlqu l-attività tagħhom

1.  
Impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li sal-10 ta’ Diċembru 2007 ikunu waqfu jwettqu kuntratti ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ġodda u jamministraw b’mod esklussiv il-portafoll eżistenti tagħhom sabiex ittemmu l-attività tagħhom ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista tal-impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ kkonċernati u jibagħtu dik il-lista lill-Istati Membri l-oħra kollha.



Taqsima 3

Definizzjonijiet

Artikolu 13

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni diretta tal-ħajja jew mhux tal-ħajja li rċeviet l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14;

(2) 

“impriża tal-assigurazzjoni ‘captive’” tfisser impriża tal-assigurazzjoni li tkun il-proprjetà ta’ impriża finanzjarja diversa minn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew tkun il-proprjetà ta’ grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 212(1), jew tkun il-proprjetà ta’ impriża mhux finanzjarja, u li l-iskop tagħha jkun li tipprovdi kopertura assigurattiva esklussivament fir-rigward tar-riskji tal-impriża jew l-impriżi li tagħhom tkun proprjetà jew fir-rigward tar-riskji ta’ impriża jew impriżi tal-grupp li tiegħu tkun membru;

(3) 

“impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser impriża li jkollha bżonn awtorizzazzjoni bħala impriża tal-assigurazzjoni f’ konformita’ mal-Artikolu 14 kieku l-uffiċċju ewlieni tagħha kien jinsab fil-Komunità;

(4) 

“impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ” tfisser impriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 14 biex twettaq attivitajiet ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ ;

(5) 

“impriża tal-assigurazzjoni ‘captive’” tfisser impriża tal-assigurazzjoni, li tkun il-proprjetà ta’ impriża finanzjarja li mhix impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew ta’ grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 212(1), jew li tkun il-proprjetà ta’ impriża mhux finanzjarja, u li l-iskop tagħha jkun li tipprovdi kopertura assigurattiva esklussivament fir-rigward tar-riskji tal-impriża jew l-impriżi li tagħhom tkun proprjetà jew fir-rigward tar-riskji ta’ impriża jew impriżi tal-grupp li tiegħu tkun membru;

(6) 

“impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li tinsab f’pajjiż terz” tfisser impriża li li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni bħala impriża tar-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 14 kieku l-uffiċċju ewlieni tagħha kien jinsab fil-Komunità;

▼M6

(7) 

“riassigurazzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' riskji ċeduti minn impriża ta' assigurazzjoni jew impriża ta' assigurazzjoni minn pajjiż terz jew minn impriża oħra ta' rijassigurazzjoni jew impriża ta' riassigurazzjoni minn pajjiż terz;

(b) 

fil-każ tal-assoċjazzjoni ta' underwriters magħrufa bħala Lloyd's, l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' riskji ċeduti minn kwalunkwe membru ta' Lloyd's, minn impriża ta' assigurazzjoni jew ta' riassigurazzjoni minbarra l-assoċjazzjoni ta' underwriters magħrufa bħala Lloyd's; jew

(c) 

il-provvista ta' kopertura minn impriża ta' riassigurazzjoni lil istituzzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(8) 

“Stat Membru tal-pajjiż” tfisser waħda jew l-oħra milli ġejjin:

(a) 

għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċċju ewlieni tal- impriża tal-assigurazzjoni li tkopri riskju;

(b) 

għall-assigurazzjoni tal-ħajja, l-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni tal-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri l-impenn jinstab; jew

(ċ) 

►C2  għar-riassigurazzjoni ◄ , l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(9) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru għajr mill-Istat Membru ta’ domiċilju fejn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandha fergħa jew tipprovdi s-servizzi; għall-assigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja, l-Istat Membru tal-provvediment tas-servizzi tfisser, rispettivament, l-Istat Membru tal-impenn jew l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju, fejn dak l-impenn jew ir-riskju jkun kopert minn impriża tal-assigurazzjoni jew fergħa li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor;

(10) 

“awtorità superviżorja” tfisser l-awtorità nazzjonali jew l-awtoritajiet nazzjonali mogħtija s-setgħa mil-liġi jew minn regolamenti biex jissupervizzaw impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(11) 

“fergħa” tfisser fergħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha;

(12) 

“l-istabbiliment” ta’ impriża tfisser l-uffiċċju ewlieni jew kwalunkwe waħda mill-fergħat tagħha;

(13) 

“Stat Membru li fih jkun jinstab ir-riskju” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà, meta l-assigurazzjoni tirrelata jew għal bini inkella għal bini u l-kontenut tagħhom, sa fejn il-kontenut ikun kopert mill-istess polza tal-assigurazzjoni;

(b) 

l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, meta l-assigurazzjoni tirrelata għal vetturi ta’ kwalunkwe tip;

(ċ) 

l-Istat Membru fejn it-titolari tal-polza jkun ħareġ il-polza fil-każ ta’ poloz ta’ erba’ xhur jew anqas li jkopru riskji tal-ivvjaġġar jew ta’ vaganza, tkun xi tkun il-klassi kkonċernata;

(d) 

fil-każijiet kollha mhux koperti espliċtament mill-punti (a), (b) jew (c), l-Istat Membru li fih jinsab kwalunkwe wieħed minn dawn:

(i) 

ir-residenza abitwali tat- titolari tal-polza; jew

(ii) 

jekk it-titolari tal-polza jkun persuna ġuridika, dak l-istabbiliment tat-titolari tal-polza li jkun jirrelata għalih il-kuntratt;

(14) 

“l-Istat Membru tal-impenn” tfisser l-Istat Membru li fih jinsab wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-residenza abitwali tat-titolari tal-polza;

(b) 

jekk it-titolari tal-polza jkun persuna ġuridika, dak l-istabbiliment tat-titolari tal-polza li jkun relattiv għalih il-kuntratt;

(15) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(16) 

“impriża sussidjarja” tfisser kull impriża sussidjarja fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, inklużi sussidjarji tagħha;

(17) 

“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b’kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll;

(18) 

“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif stipulat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(19) 

“tranżazzjoni fil-grupp” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li permezz tagħha impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tiddependi, direttament jew indirettament, fuq impriżi oħra fl-istess grupp jew fuq persuna fiżika jew ġuridika konnessa mal-impriżi f’dak il-grupp b’ rabtiet mill-qrib, għall-issodisfar ta’ obbligu, kemm jekk kuntrattwali jew le, u kemm jekk għal ħlas jew le;

(20) 

“parteċipazzjoni” tfisser is- sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(21) 

“holding li jikkwalifika” tfisser holding dirett jew indirett f’ impriża li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmel possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ dik l- impriża;

(22) 

“suq regolat” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta’ suq li jinstab fi Stat Membru, suq regolat kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; jew

(b) 

fil-każ ta’ suq li jinstab f’pajjiż terz, suq finanzjarju li jwettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ikun rikonoxxut mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni u jissodisfa r-rekwiżiti paragunabbli għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE; u

(ii) 

l-istrumenti finanzjarji li hemm negozju fihom f’dak is-suq ikunu ta’ kwalità paragunabbli għal dik tal-istrumenti li hemm negozju fihom fis-suq jew fis-swieq regolati tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;

(23) 

“bureau nazzjonali” tfisser bureau nazzjonali ta’ assiguraturi kif definit fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 72/166/KEE;

(24) 

“fond ta’ garanzija nazzjonali” tfisser il-korp imsemmi fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE;

(25) 

“impriża finanzjarja” tfisser kwalunkwe waħda mill-entitajiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża anċillari tas-servizzi bankarji skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) u (21) tad-Direttiva 2006/48/KE rispettivament;

(b) 

impriża tal-assigurazzjoni, jew impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew kumpannija holding skont it-tifsira fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1);

(ċ) 

ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja skont it-tifsira fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; jew

(d) 

kumpannija holding finanzjarja mħallata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

(26) 

“strument ta’ għan speċjali” tfisser kwalunkwe impriża, kemm jekk inkorporata jew le, minbarra impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ eżistenti, li tassumi r-riskji mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u li tipprovdi fondi b’mod sħiħ għal espożizzjoni tagħha għar-riskji permezz ta’ introjtu minn ħruġ ta’ dejn jew kull mekkaniżmu ta’ iffinanzjar ieħor fejn il-ħlas lura tad-drittijiet ta’ dawk li jipprovdu dan id-dejn jew il-mekkaniżmu tal-iffinanzjar huma subordinati għall-obbligi tal-ħruġ mill-ġdid ta’ din l-impriża;

(27) 

“riskji kbar” tfisser:

(a) 

riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4, 5, 6, 7, 11 u 12 fil-Parti A tal-Anness I;

(b) 

riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 14 u 15 fil-Parti A tal-Anness I, meta t-titolari tal-polza jkun ingaġġat professjonalment f’attività industrijali jew kummerċjali jew f’waħda mill-professjonijiet liberali, u r-riskji jirrelataw għal din l-attività;

(ċ) 

riskji klassifikati taħt il-klassijiet 3, 8, 9, 10, 13 u 16 fil- Parti A tal-Anness I sa fejn it-titolari tal-polza jeċċedi l-limiti ta’ millanqas tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(i) 

total tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 6,2 miljun;

(ii) 

valur fuq il-bejgħ nett, fis-sens tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji ( 2 ), ta’ EUR 12,8 miljun;

(iii) 

numru medju ta’250 impjegati matul is-sena finanzjarja.

Jekk it-titolari tal-polza jappartieni għal grupp ta’ impriżi li jitfasslu għalihom kontijiet konsolidati fis-sens tad-Direttiva 83/349/KEE, il-kriterji stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati.

L-Istati Membri jistgħu jżidu mal-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu riskji assigurati minn assoċjazzjonijiet professjonali, impriżi konġunti jew gruppi temporanji;

(28) 

“outsourcing” tfisser arranġament fi kwalunkwe forma bejn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u fornitur tas-servizzi, kemm jekk ikun entità supervizzata jew le, li permezz tiegħu l-fornitur tas-servizzi jwettaq proċess, servizz jew attività, kemm direttament jew permezz ta’ sub-outsourcing, li kieku jkunu se jitwettqu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ nnifisha;

(29) 

“funzjoni” fi ħdan sistema ta’ governanza, tfisser kapaċità interna għat-twettiq ta’ kompiti prattiċi; sistema ta’ governanza tinkludi l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, il-funzjoni tal-osservanza, il-funzjoni tal-verifika interna u l-funzjoni attwarja;

▼C4

(30) 

“riskju ta’ assigurazzjoni” tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ suppożizzjonijiet għall-proviżjonament;

▼B

(31) 

“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fis-sitwazzjoni finanzjarja, li jiirriżultaw, direttament jew indirettament, mill-movimenti fil-livell u fil-volatilità tal-prezzijiet tal-attivi, passivi u l-istrumenti finanazjarji fis-suq;

(32) 

“riskju tal-kreditu” tfisser ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fis-sitwazzjoni finanzjarja, li jiirriżultaw, mill-movimenti fl-istat tal-kreditu tal-entità li toħroġ is-sigurtajiet, tal-kontrapartijiet u kwalunkwe debituri li għalihom l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkunu esposti, fil-forma ta’ riskju ta’ inadempjenza jew riskju ta’ spread tal-kontroparti, jew konċentrazzjonijiet ta’ riskji tas-suq;

▼M5

(32a) 

“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” tfisser kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew tkun ġiet rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

▼B

(33) 

“riskju operattiv” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew li fallew, persunal jew sistemi, jew minn avvenimenti esterni;

(34) 

“riskju tal-likwidità” tfisser ir-riskju li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ma jkunux kapaċi jwasslu investimenti jew attivi oħra sabiex jilħqu l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħhom meta dawn ikunu dovuti;

(35) 

“riskju ta’ konċentrazzjoni” tfisser l-espożizzjonijiet kollha għar-riskju b’telf potenzjali li huwa kbir biżżejjed biex ikun ta’ theddida ►C4  għas-solvenza ◄ jew għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(36) 

“metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskji” tfisser il-metodi tekniċi kollha li jippermettu l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex jittrasferixxu, totalment jew parzjalment, ir-riskji tagħhom lil parti oħra;

(37) 

“effetti tad-diversifikazzjoni” tfisser it-tnaqqis tal-espożizzjoni għar-riskju, tal-impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , relatati mad-diversifikazzjoni tan-negozju tagħhom, li joriġinaw mill-fatt li r-riżultat avvers minn riskju wieħed jista’ jiġi kkumpensat b’riżultatat aktar favorevoli minn riskju ieħor, fejn dawn ir-riskji ma jkunux totalment korrelatati;

(38) 

“previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà” tfisser operazzjoni matematika li tassenja probabbiltà ta’ seħħ lil set eżawrijenti ta’ avvenimenti futuri esklussivi reċiprokament;

(39) 

“kejl tar-riskju” tfisser operazzjoni matematika li tassenja ammont monetaru lil previżjoni partikolari ta’ distrubuzzjoni tal-probabbiltà u jiżdied monotonikament mal-livell tal-espożizzjoni għar-riskju sottostanti dik il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà;

▼M5

(40) 

“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” jew “ECAI” tfisser aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

▼B



KAPITOLU II

Il-bidu tan-negozju

Artikolu 14

Il-prinċipju tal-awtorizzazzjoni

1.  
Il-bidu tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta jew ►C2  riassigurazzjoni ◄ kopert minn din id-Direttiva għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel.
2.  

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal- pajjiż tagħhom minn dawn li ġejjin:

(a) 

kull impriża li qed tistabbilixxi l-uffiċċju ewlieni taghħa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; jew

(b) 

kull impriża tal-assigurazzjoni li, wara li tkun irċeviet awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha għal klassi sħiħa ta’ assigurazzjoni jew għal klassijiet ta’ assigurazzjoni għajr dawk diġà ġew awtorizzati.

Artikolu 15

L-ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.  
Awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 għandha tkun valida fil-Komunità kollha. Għandha tippermetti li impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jeżerċitaw in-negozju hemm, b’dik l-awtorizzazzjoni tkun tkopri wkoll id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
2.  

Suġġett għall-Artikolu 14, awtorizzazzjoni għandha tingħata għal klassi partikolari ta’ assigurazzjoni diretta kif elenkat fil- Parti A fl-Anness I jew fl-Anness II. Għandha tkopri l-klassi intiera, sakemm l-applikant ma jkunx mixtieq ikopri biss ftit mir-riskji li jappartjenu għal dik il-klassi.

Ir-riskji inklużi fi klassi m’ għandhomx jiġu nklużi f’xi klassi oħra ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16.

Awtorizzazzjoni tista’ tingħata għal żewġ klassijiet jew iktar, meta l-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru jippermettu li dawn il-klassijiet jitwettqu simultanjament.

3.  

Fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, Stati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għall-gruppi ta’ klassijiet elenkati fil Parti B tal-Anness I.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jillimitaw awtorizzazzjoni mitluba għal waħda mill-klassijiet għall-operazzjonijiet stabbiliti fl-iskema ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23.

4.  
Impriżi suġġetti għal din id-Direttiva jistgħu jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ assistenza msemmija fl-Artikolu 6 biss jekk huma jkunu rċevew awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil- Parti A tal-Anness I mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1). F’dak il-każ din id-Direttiva għandha tapplika għall-operazzjonijiet inkwistjoni.
5.  

Fir-rigward ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , għandha tingħata awtorizzazzjoni għal attività ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li ma tkunx tal-ħajja, għal attività ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tal-ħajja jew għat-tipi kollha ta’ attività ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .

L-applikazzjoni għall-awtoriżżazzjoni għandha tiġi meqjusa fid-dawl tal-iskema ta’ operazzjonijiet li tiġi ppreżentata skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(1) u t-twettiq tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li minnu hija mitluba l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 16

Risjki anċillari

1.  

Impriża tal-assigurazzjoni li kisbet awtorizzazzjoni għal riskju prinċipali li tappartjeni għal klassi waħda jew grupp ta’ klassijiet kif stipulat fl-Anness I tista’ wkoll tassigura riskji inklużi fi klassi oħra mingħajr il-bżonn li tikseb l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ riskji bħal dawn sakemm ir-riskji jwettqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikunu konnessi mar-riskju prinċipali;

(b) 

jikkonċernaw l-oġġett kopert kontra r-riskju prinċipali;

(ċ) 

ikunu koperti bil-kuntratt li jassigura r-riskju prinċipali.

2.  

B’deroga mill-paragrafu 1, ir-riskji inklużi fil-klassijiet 14, 15 u 17 fil- Parti A tal-Anness I m’ għandhomx jitqiesu bħala riskji anċillari għal klassijiet oħrajn.

Madanakollu, assigurazzjoni ta’ spejjeż legali kif stipulat fil-klassi 17 tista’ jitqies bħala riskju anċillari għall-klassi 18 meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) 

ir-riskju prinċipali jirrelata biss għall-assistenza prevista għal persuni li jsibu rwieħhom f’ diffikultajiet waqt li jkunu jivvjaġġaw, waqt li jkunu ‘l bogħod mid-dar tagħhom jew mir-residenza abitwali tagħhom; jew

(b) 

L-assigurazzjoni tikkonċerna kwistjonijiet jew riskji li joriġinaw minn, jew ikunu f’konnessjoni ma’, l-użu ta’ bastimenti ta’ fuq il-baħar.

Artikolu 17

Il-forma legali tal-impriża tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄

1.  
L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeħtieġ li kull impriża li għaliha tintalab awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 tadotta waħda mill-forom legali stabbiliti fl-Anness III.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu impriżi f’forma regolata mil-liġi pubblika sakemm dawn l-organizzazzjonijiet għandhom bħala l-għan tagħhom operazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jaħdmu taħthom l-impriżi regolati mid-dritt privat.

▼M5

3.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li għandhom x'jaqsmu mal-listi ta' forom stabiliti fl-Anness III, bl-esklużjoni tal-punti 28 u 29 tal-Partijiet A, B u C.

▼B

Artikolu 18

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.  

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandu jeħtieġ lil kull impriża li għaliha tintalab awtorizzazzjoni li:

(a) 

fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni, tillimita l-objettivi tagħhom għan-negozju u operazzjonijiet tal-assigurazzjoni li joriġinaw direttament minnhom għall-esklużjoni tan-negozji kummerċjali l-oħrajn kollha;

(b) 

fir-rigward tal-impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , tillimita l-għanijiet tagħhom għall-kummerċ ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u operazzjonijiet relatati; dan ir-rekwiżit jista’ jinkludi funzjoni ta’ kumpannija holding u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens tal-Artikolu 2 (8) tad-Direttiva 2002/87/KE;

(ċ) 

tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23;

(d) 

tipposjedi l-fondi propjri bażiċi eliġibbli meħtieġa biex tilħaq l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit previst fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);

(e) 

tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex ►C4  iżomm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif previst fl-Artikolu 100;

(f) 

tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi fondi proprji bażiċi eliġibbli biex iżżomm il-Kapital Minimu Rekwiżit, kif previst fl-Artikolu 128;

(g) 

tagħti prova li se tkun f’pożizzjoni li tosserva s-sistema ta’ governanza msemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2;

(h) 

fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, li tikkomunika l-isem u l-indirizz tar- rappreżentanti kollha tal-klejms maħtur a skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba jekk ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal- Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi.

2.  

Impriża tal-assigurazzjoni li teħtieġ awtorizzazzjoni biex testendi n-negozju tagħha għal klassijiet oħrajn jew biex testendi awtorizzazzjoni li tkopri biss ftit mir-riskji marbuta ma’ klassi waħda għandha tkun meħtieġa li tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23.

Għandha, barra minn hekk, tkun meħtieġa li turi prova li tkun tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex tkopri ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikoli 100 u l-Artikolu 128.

3.  

Bla ħsara għall-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni li twettaq attivijtajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u li trid awtorizzazzjoni sabiex testendi n-negozju tagħha għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 jew 2 fil-Parti A tal-Anness I kif imsemmi fl-Artikolu 73, għandha turi li:

(a) 

għandha l-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex tkopri l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);

(b) 

timpenja ruħha li tibqa’ tkopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji minimi msemmija fl-Artikolu 74(3).

4.  

Bla ħsara għall-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni li twettaq attivijtajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u li trid awtorizzazzjoni sabiex testendi n-negozju tagħha għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 jew 2 fil-Parti A tal-Anness I kif imsemmi fl-Artikolu 73, għandha turi li:

(a) 

għandha l-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex tkopri l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);

(b) 

timpenja ruħha li tibqa’ tkopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji minimi msemmija fl-Artikolu 74(3).

Artikolu 19

Rabtiet mill-qrib

Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk il-konnessjonijiet ma jwaqqfux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom superviżjoni.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-awtoriżżazzjoni jekk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet fl-infurzar ta’ dawk il-miżuri, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzonijiet ta’ supervizzjoni.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jeħtieġu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jagħtuhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jissupervizzaw il-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu fuq bażi kontinwa.

Artikolu 20

L-uffiċċju ewlieni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tal-impriżi ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċji ewlieni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru fejn għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom.

Artikolu 21

Il-kondizzjonijiet tal-poloz u skali ta’ premiums

1.  

L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni jew in-notifika sistematika minn qabel ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, ta’ skali ta’ premiums, tal-bażijiet tekniċi, użati inpartikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi jew ta’ forom u dokumenti oħra stampati li impriża jkollha l-ħsieb li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz jew impriżi ċedenti jew retroċedenti.

Madankollu, għall-assigurazzjoni tal-ħajja u għall-fini waħdieni tal-verifika ta’ konformità ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw prinċipji attwarji, l-Istat Membru ta’ domiċilju jista’ jeħtieġ notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi użati għall-kalkolu tal-iskali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi. Dik il-ħtieġa ma għandhiex tikkostitwixxi kondizzjoni minn qabel għall-awtorizzazzjoni ta’ impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

2.  
Stati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu notifika jew approvazzjoni bil-quddiem ta’ żidiet proposti fir-rati ta’ premiums ħlief bħala parti minn sistemi ġenerali ta’ kontroll tal-prezzijiet.
3.  
Stati Membri jistgħu jissuġġettaw impriżi li jitolbu jew li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil-Parti A tal-Anness I għal verifiki fuq ir-riżorsi diretti jew indiretti tagħhom ta’ impjegati u tagħmir, inklużi l-kwalifika tal-gruppi mediċi tagħhom u l-kwalità tat-tagħmir disponibbli għal dawn l- impriżi biex jissodisfaw l-impenni tagħhom li joriġinaw minn dik il-klassi.
4.  
Stati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-memorandum u l-Artikoli ta’ assoċjazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe dokumenti oħra neċessarji għall-eżerċizzju normali tas- superviżjoni.

Artikolu 22

Il-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq

L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tiġi meqjusa fid-dawl tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 23

Skema tal-operazzjonijiet

1.  

L-iskema tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) għandha tinkludi d-dettalji jew evidenza ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

in-natura tar-riskji jew l-impenni li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ kkonċernata tipproponi li tkopri;

(b) 

it-tip ta’ arranġamenti ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li l-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tipproponi li tagħmel ma’ impriżi li jagħmlu ċessjoni;

(ċ) 

il-prinċipji ta’ gwida dwar ►C2  ir-riassigurazzjoni ◄ u r-retroċessjoni;

(d) 

l-elementi tal-fondi proprji bażiċi li jikkostitwixxu l-limitu minimu assolut tal- Kapital Minimu Rekwiżit;

(e) 

l-estimi tal-ispejjeż tat-twaqqif tas-servizzi amministrattivi u tal-organizzazzjoni għas-sigurtà tan-negozju; ir-riżorsi finanzjarji intiżi li jkopruhom, u, meta r-riskji li għandhom jiġu koperti jkunu elenkati taħt in-Nru 18 fil-Parti A tal-Anness I, ir-riżorsi disponibbli għall- impriża tal- assigurazzjoni biex tipprovdi l-assistenza mwiegħda.

2.  

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, għall-ewwel tliet snin finanzjarji, l-iskema għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

karta tal-bilanċi ta’ previżjoni;

(b) 

stimi ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ futur, kif stipulat fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 1, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;

(ċ) 

stimi tal-Kapital Minimu Rekwiżit futur, kif stipulat fl-Artikolu 128 u 129, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;

(d) 

stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi, il-Kapital Minimu Rekwiżit u ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;

(e) 

fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u ►C2  r-riassigurazzjoni ◄ , anki dawn li ġejjin:

(i) 

estimi ta’ spejjeż amministrattivi barra minn spejjeż ta’ istallazzjoni, partikolarment spejjeż kurrenti ġenerali u kummissjonijiet;

(ii) 

estimi ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet u klejms;

(f) 

fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, ukoll pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u nfiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u ċessjonijiet ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .

Artikolu 24

L-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva

1.  

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil impriża biex tibda l-kummerċ tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ qabel ma jkunu ġew mgħarrfa dwar l-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, diretti jew indiretti, kemm jekk persuni fiżiċi jew legali, li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi f’dik l-impriża u l-ammont tagħhom.

Dawk l- awtoritajiet għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , mhumiex sodisfatti dwar il-kwalifika tal-azzjonisti jew il-membri.

2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza fir-rigward ta’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 5 ) kif ukoll il-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta’ vot jew ishma li kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta’ assigurazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u, minn naħa l-oħra, mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

Artikolu 25

Rifjut ta’ awtorizzazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rifjutata awtorizzazzjoni għandha tindika r-raġunijiet kollha u u għandha tiġi notifikata lill-impriża kkonċernata.

Kull Stat Membru għandu jagħmel dispożizzjoni għad-dritt ta’ appell fil-qrati meta awtorizzazzjoni tiġi rifjutata.

Din id-dispożizzjoni għandha wkoll issir fir-rigward ta’ każijiet meta l-awtoritajiet superviżorji ma jkunux ittrattaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-irċevuta tagħha.

▼M5

Artikolu 25a

Notifika u pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni

Kull awtorizzazzjoni jew irtirar tal-awtorizzazzjoni għandu jkun innotifikat lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (“AEAPX”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). L-isem ta' kull impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun ingħatat awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f'lista. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq il-websajt tagħha.

▼B

Artikolu 26

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħrajn

1.  

L-awtoritajiet superviżorji ta’ kwalunkwe Stati Membru ieħor konċernat għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil:

(a) 

sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ awtorizzata f’dak l-Istat Membru ieħor;

(b) 

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ awtorizzata f’dak l-Istat Membru; jew

(ċ) 

impriża kkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ awtorizzata f’dak l-Istat Membru.

2.  

L- awtoritajiet ta’ Stat Membru involut li huma responsabbli għas- superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti tal-investiment għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li hija:

(a) 

sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investimenti awtorizzata fil-Komunità;

(b) 

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) 

impriża kkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investimenti awtorizzata fil-Komunità.

3.  

L-awtoritajiet rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw lil xulxin meta jistmaw l-idonejità tal-azzjonisti u r-rekwiżiti ta’ kompetenza u idoneità tal-persuni kollha li effettivament imexxu impriża jew għandhom funzjonijiet ewlenin oħra involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra fl-istess grupp.

Għandhom jiskambjaw kwalunkwe tagħrif dwar l-idonejità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u r-rekwiżiti ta’ kompetenza u idoneità tal-persuni kollha li effettivament imexxu impriża jew għandhom funzjonijiet ewlenin oħra li huwa rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti konċernati għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima kontinwata tal-konformità mal-kondizzjonijiet tal-operat.



KAPITOLU III

Awtoritajiet superviżorji u regoli ġenerali

Artikolu 27

Għan ewlieni tas-superviżjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw il-mezzi meħtieġa, u jkollhom il-konoxxenza esperta, l-kapaċità relevanti, u jkollhom mandat biex iwettqu l-għan ewlieni ta’ superviżjoni, jiġifieri l-ħarsien tat-titolari ta’ poloz u l-benefiċjarji.

Artikolu 28

Iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja u l-proċikliċità

Bla preġudizzju għall-għan ewlieni tas-superviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 27, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċitar tal-kompiti ġenerali tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw b’mod xieraq l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji kkonċernati fil-Kommunita’, b’mod partikulari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli fil-ħin relevanti.

Fi żminijiet ta’ movimenti eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw l-effetti proċikliċi potenzjali tal-azzjonijiet tagħhom.

Artikolu 29

Prinċipji ġenerali tas-superviżjoni

1.  
Is-superviżjoni għandha tissejjes fuq strateġija prospettiva u bbażata fuq ir-riskju. Għandha tinkludi l-verifika fuq bażi kontinwa tal-ħidma xierqa tan-negozju tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u tal-konformità tal-imprizi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ mad-dispożizzjonijiet superviżorji.
2.  
Is-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandha tinkludi kumbinazzjoni xierqa ta’ attivitajiet mhux fil-post u spezzjonijiet fuq il-post.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu applikati b’mod xieraq li jkun proporzjonat għan-nautra, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .

▼M5

4.  
L-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandhom iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità, biex b'hekk tkun żgurata l-applikazzjoni proporzjonata ta' din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward ta' impriżi tal-assigurazzjoni żgħar.

L-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, ippreżentati mill-AEAPX f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati b'konformità mal-Artikolu 15 tiegħu u l-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet maħruġa f'konformità mal-Artikolu 16 tiegħu, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità, sabiex b'hekk tkun żgurata l-applikazzjoni proporzjonata ta' din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward ta' impriżi tal-assigurazzjoni żgħar.

▼B

Artikolu 30

L-awtoritajiet superviżorji u l-ambitu tas-superviżjoni

1.  
Is-superviżjoni finanzjarja ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , inkluża dik tal-kummerċ li jeżerċitaw permezz ta’ fergħat jew taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi, għandha tkun ir-responsabbiltà unika tal- Istat Membru ta’ domiċilju.
2.  

Is- superviżjoni finanzjarja skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi verifika, rigward il-kummerċ kollu tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , dwar l-istat ►C4  ta’ solvenza ◄ tagħha, l-istabbiliment tar-riżorsi tekniċi, l-attivi tagħha u fondi proprji eliġibbli, skont ir-regoli mwaqqfa jew il-prattika segwita fl-Istat Membru ta’ domiċilju skont id-dispożizzjonijiet adottati fil-livell Komunitarju.

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata tkun awtorizzata li tkopri r-riskji kklassifikati fil-klassi 18 fil-Parti A tal-Anness I, is- superviżjoni għandha tiġi estiża għall-monitoraġġ tar-riżorsi tekniċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għall-iskop li jittwettqu l-operazzjonijiet ta’ assistenza li hi tkun intrabtet li twettaq, meta l-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha tipprovdi għall-monitoraġġ ta’ dawn ir-riżorsi.

3.  

Jekk l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impennn jew, fil-każ ta’ impriża ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ , l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti, ikollhom raġuni jikkunsidraw li l-attivitajiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jistgħu jaffettwaw l-adattament finanzjarju tagħha, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jiddeterminaw jekk l-impriża tikkonformax mal-prinċipji prudenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 31

Trasparenza u ż-żamma tar-responsabbiltà

1.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom iwettqu ħidmiethom b’mod trasparenti u responsabbli bir-rispett dovut għall-ħarsien ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-testi tal-liġi, regolamenti, regoli amministrattivi u gwida ġenerali fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni;

(b) 

il-kriterji u l-metodi ġenerali, inklużi l-għodod żviluppati bi qbil mal-Artikolu 34(4), użati fil-proċess ta’ reviżjoni superviżorja kif stabbilit fl-Artikolu 36;

(ċ) 

data statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali;

(d) 

il-mod dwar kif jiġu eżerċitati l-għażliet previsti f’din id-Direttiva;

(e) 

l-għanijiet tas-superviżjoni u l-funzjonijiet u l-attivitajiet ewlenin tagħha.

L-iżvelar, previst fl-ewwel subparagrafu għandu jkun biżżejjed biex jippermetti t-tqabbil tal-istrateġiji superviżorji adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri differenti.

L-iżvelar għandu jsir permezz ta’ format komuni u jiġi aġġornat regolarment. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli f’post elettroniku wieħed f’kull Stat Membru.

3.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri trasparenti fir-rigward tal-ħatra u t-tkeċċija tal-membri tal-korpi governattivi u maniġerjali tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom.

▼M5

4.  
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 35, l-Artikolu 51, l-Artikolu 254(2) u l-Artikolu 256, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li għandhom x'jaqsmu mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li jispeċifikaw l-aspetti importanti li dwarhom għandha tiġi divulgata d-dejta statistika aggregata, u l-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjoni.
5.  
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi relatati malapplikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, l-Artikolu 51, l-Artikolu 254(2) u l-Artikolu 256, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-mudelli u l-istruttura tad-divulgazzjoni prevista f'dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 32

Projbizzjoni ta’ rifjut ta’ kuntratti ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew kuntratti ta’ retroċessjoni

1.  
L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni ma għandux jirrifjuta kuntratt ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ konkluż ma’ impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 14 għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ dik l-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew dik l-impriża tal-assigurazzjoni.
2.  
L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża ma għandux jirrifjuta kuntratt ta’ retroċessjoni konkluż mill-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ma’ impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 14 għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ dik l-impriża ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew dik l-impriża tal-assigurazzjoni.

Artikolu 33

Is-superviżjoni tal-fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ awtorizzata fi Stat Membru ieħor teżerċita negozju permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju jistgħu, wara li jkunu infurmaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti kkonċernat, isegwu huma stess jew permezz tal-intermedjarju ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop, verifika fuq il-post tal-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata superviżjoni finanzjarja tal-impriża.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti kkonċernat jistgħu jipparteċipaw f’ dawk il-verifiki.

▼M5

Meta awtorità superviżorja tkun infurmat lill-awtoritajiet superviżorji ta' Stat Membru ospitanti li għandha l-intenzjoni li twettaq verifiki fuq il-post skont l-ewwel paragrafu u meta dik l-awtorità superviżorja tkun ipprojbita milli teżerċita d-dritt tagħha li twettaq dawk il-verifiki fuq il-post jew meta l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti fil-prattika ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw skont it-tieni paragrafu, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX tista' tipparteċipa f'verifiki fuq il-post meta dawn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.

▼B

Artikolu 34

Setgħat superviżorji ġenerali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħta li jieħdu miżuri preventivi u korrettivi biex jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkunu konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom ikunu konformi magħhom f’kull Stat Membru.
2.  
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollom is-setgħa li jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja inklużi dawk, fejn xieraq, ta’ natura amministrattiva u finanzjarja, fir-rigward ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jitolbu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu superviżjoni skont l-Artikolu 35.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jiżviluppaw, barra mill-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u fejn xieraq, għodod kwantitattivi neċessarji taħt il-proċess ta’ analiżi tas-superviżjoni għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali. L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li testijiet korrispondenti jitwettqu mill-impriża.
5.  
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .
6.  
Is-setgħat superviżorji għandhom jiġu applikati f’waqthom u b’mod proporzjonat.
7.  
Is-setgħat fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom ukoll ikunu disponibbli fir-rigward ta’ attivitajiet esternalizzati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .
8.  
Is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 u 7 għandhom jiġu eżerċitati, jekk ikun hemm bżonn b’infurzar u, fejn xieraq, permezz ta’ mezzi ġudizzjarji.

Artikolu 35

Informazzjoni mitluba għall-finijiet superviżorji

▼M5

1.  

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jippreżentaw lill-awtoritajiet superviżorji l-informazzjoni neċessarja għall-iskopijiet ta' superviżjoni, filwaqt li jqisu l-objettivi ta' superviżjoni kif stipulati fl-Artikoli 27 u 28. Tali informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa għal dan li ġej fit-twettiq tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 36:

▼B

(a) 

għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-impriżi, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet ►C4  tas-solvenza ◄ , ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b) 

biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħtat li ġejjin:

(a) 

jiddeċiedu n-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ huma mitluba jressqu fil-punti li ġejjin fiż-żmien stipulat:

(i) 

f’perjodi stipulati minn qabel;

(ii) 

mas-seħħ ta’ avvenimenti stipulati minn qabel;

(iii) 

matul stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(b) 

biex jiksbu informazzjoni dwar kuntratti li jisru minn intermedjarji jew dwar kuntratti li jsiru ma’ partijiet terzi; u

(ċ) 

biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

3.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b) 

elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom; u

(ċ) 

data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħtlita xierqa minnhom.

4.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għandha tirrefletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-impriża kkonċernata, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b) 

għandha tkun aċċessibli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien; u

(ċ) 

għandha tkun rilevanti, affidabbli u tinftiehem.

5.  
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom is-sistemi u l-istrutturi xierqa fis-seħħ sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 kif ukoll polza bil-miktub, approvata mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , li jiżguraw l-ispeċifiċità kontinwa tal-informazzjoni mressqa.

▼M5

6.  

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 129(4), meta l-perjodi definiti minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2(a)(i) ikunu inqas minn sena, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rappurtar superviżorju regolari, meta:

(a) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża;

(b) 

l-informazzjoni tkun irrapportata mill-inqas darba fis-sena.

L-awtoritajiet superviżorji m'għandhomx jillimitaw ir-rapportar superviżorju regolari bi freqeunza ta' anqas minn sena fil-każ ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp fis-sens tal-Artikolu 212(1)(c), sakemm l-impriża ma tkunx tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja li dak ir-rapportar superviżorju regolari bi frekwenza ta' anqas minn sena ma jkunx xieraq, minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp.

Il-limitazzjoni għar-rapportar superviżorju regolari għandha tingħata biss lil impriżi li ma jirrappreżentawx iktar minn 20 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja rispettivament ta' Stat Membru, fejn is-sehem tas-suq mhux tal-ħajja jkun ibbażat fuq primjums grossi kontabilizzati u s-sehem tas-suq tal-ħajja jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet tekniċi grossi.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu prijorità lill-iżgħar impriżi fid-determinazzjoni tal-eliġibilità tal-impriżi għal dawk il-limitazzjonijiet.

7.  

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rapportar superviżorju regolari jew jeżentaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni milli jirrapportaw fuq bażi ta' element b'element, meta:

(a) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża;

(b) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni ma tkunx neċessarja għas-superviżjoni effikaċi tal-impriża;

(c) 

l-eżenzjoni ma ddgħajjifx l-istabilità tas-sistemi finanzjarji kkonċernati fl-Unjoni; u

(d) 

l-impriża tkun kapaċi tipprovdi l-informazzjoni fuq bażi ad-hoc.

L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx jeżentaw mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp fis-sens tal-Artikolu 212(1)(c), sakemm l-impriża ma tkunx tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja li dak ir-rapportar fuq bażi ta' element b'element ma jkunx xieraq, minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp u filwaqt li jitqies l-objettiv ta' stabilità finanzjarja.

L-eżenzjoni mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element għandha tingħata biss lil impriżi li ma jirrappreżentawx iktar minn 20 % tas-suq tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja rispettivament, fejn is-sehem tas-suq mhux tal-ħajja jkun ibbażat fuq primjums grossi kontabilizzati u s-sehem tas-suq tal-ħajja jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet tekniċi grossi.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu prijorità lill-iżgħar impriżi fid-determinazzjoni tal-eliġibilità tal-impriżi għal dawk l-eżenzjonijiet.

8.  

Għall-finijiet tal-paragrafi 6 u 7, bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw jekk il-preżentazzjoni ta' informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża, filwaqt li jitqiesu, mill-inqas:

(a) 

il-volum ta' primjums, dispożizzjonijiet tekniċ u assi tal-impriża;

(b) 

il-volatilità tad-pretensjonijiet u l-benefiċċji koperti mill-impriża;

(c) 

ir-riskji tas-suq li joħolqu l-investimenti tal-impriża;

(d) 

il-livell ta' konċentrazzjonijiet tar-riskju;

(e) 

l-għadd totali ta' klassijiet ta' assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja li għalihom tingħata awtorizzazzjoni;

(f) 

l-effetti possibbli tal-ġestjoni tal-assi tal-impriża fuq l-istabilità finanzjarja;

(g) 

is-sistemi u l-istrutturi tal-impriża biex tipprovdi informazzjoni għal skopijiet ta' superviżjoni u l-polza bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 5;

(h) 

l-adattezza tas-sistema ta' governanza tal-impriża;

(i) 

il-livell ta' fondi proprji li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(j) 

jekk l-impriża hijiex impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive li tkopri biss riskji assoċjati mal-grupp industrijali jew kummerċjali li tappartjeni għalih.

9.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, bl-għan li tiġi żgurata l-firxa xierqa ta' konverġenza tar-rapportaġġ superviżorju.
10.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar ir-rapportar superviżorju regolari fir-rigward tal-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-30 ta' Ġunju 2015.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

11.  
Biex tissaħħaħ l-applikazzjoni koerenti u konsistenti tal-paragrafi 6 u 7, l-AEAPX għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika iżjed il-metodu li għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-ishma tas-suq imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafi 6 u 7.

▼B

Artikolu 36

Proċess ta’ reviżjoni superviżorja

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jirrivedu u jevalwaw l-istrateġiji, il-proċessi u l-proċeduri ta’ rappurtar li huma stabbiliti mill-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex jikkonformaw mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva.

Ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi marbuta mas-sistema ta’ governanza, il-valutazzjoni tar-riskji ffaċċjati, jew li jistgħu jiġu ffaċċjati, mill-impriżi kkonċernati għall-valutazzjoni ta’ dawk ir-riskji b’kunsiderazzjoni tal-ambjent li fih qed joperaw l-impriżi.

2.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom, partikolarment, jirrivedu u jevalwaw il-konformità ma’ dan li ġej:

(a) 

is-sistema ta’ governanza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju proprju u ►C4  tas-solvenza ◄ , kif stabbilita fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2;

(b) 

id-dispożizzjonijiet tekniċi kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 2;

(ċ) 

ir-rekwiżiti kapitali kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsimiet 4 u 5;

(d) 

ir-regoli ta’ investiment kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 6;

(e) 

il-kwalità u l-kwantità tar-riżorsi proprji kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 3;

(f) 

fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tuża mudell intern sħiħ jew parzjali, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti għal mudelli interni sħaħ jew parzjali stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 3.

3.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom idaħħlu fis-seħħ l-għodod xierqa ta’ monitoraġġ li jippermettulhom jidentifikaw kunidzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jiddeterjoraw ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li jissupervizzaw li d-deterjorament jiġi rimedjat.
4.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-metodi u l-prattika tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ mfassla biex jidentifikaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew it-tibdil ġejjieni tal-kondizzjonijiet ekonomiċi li jħallu effetti ħżiena fuq il-qagħda finanzjarja globali tal-impriża kkonċernata.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw l-abbiltà tal-impriża li tiflaħ għal dawk iċ-ċirkostanzi possibbli jew tibdil ġejjieni tal-kondizzjonijiet ekonomiċi.

5.  
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa li jitolbu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex jirrimedjaw għan-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta’ reviżjoni superviżorja.
6.  

Ir-reviżjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom jitwettqu regolarment.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jistabbilixxu l-frekwenza minima u l-ambitu ta’ dawk ir-reviżjonijiet, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet fir-rigward tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ kkonċernata.

Artikolu 37

Żieda kapitali

1.  

Wara l-proċess ta’ reviżjoni superviżorja, f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-awtoritajiet jistgħu jistabbilixxu żieda kapitali għal impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ permezz ta’ deċiżjoni li tiddikjara r-raġunijiet. Din il-possibilita’ għandha teżisti biss fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet sottostanti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif ikkolkolat bil-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI u:

(i) 

ir-rekwiżit biex jintuża mudell intern skont l-Artikolu 119 ma jkunx xieraq jew kien ineffettiv; jew

(ii) 

waqt li jkun qed jiġi żviluppat mudell parzjali jew sħiħ skont l-Artikolu 119;

▼M5

(b) 

l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, kif ikkolkolat bl-użu ta' mudell intern jew mudell parzjali intern skont is-Subtaqsima 3, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI minħabba ċerti riskji kwantifikabbli jinqabdu b'mod insuffiċjenti u l-adattament tal-mudell biex jirrifletti aħjar il-profil tar-riskju partikolari jkun falla f'perjodu xieraq ta' żmien;

▼B

(ċ) 

l-awtorità superviżorja tikkonkludi li s-sistema ta’ governanza ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tiddevja konsiderevolment mill-istandards stipulati fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tant li dawk id-devjazzjonijiet ma jħalluhiex milli tkun kapaċi biex tidentifika, tkejjel, timmoniterja, tiġġestixxi u tirrapporta kif xieraq ir-riskji li hi jew se tkun esposta għalihom u l-applikazzjoni ta’ miżuri oħra x’aktar mhux se jtejbu biżżejjed in-nuqqasijiet f’perjodu xieraq;

▼M5

(d) 

l-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tapplika l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jew il-miżuri tranżizzjonali msemmija fl-Artikoli 308c u 308d u l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju ta' dik l-impriża jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti ta' dawk l-aġġustamenti jew miżuri tranżizzjonali.

▼M5

2.  
Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-kapital miżjud għandu jiġi kkolkolat b'tali mod li jiżgura li l-impriża tikkonforma mal-Artikolu 101(3).

Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 il-kapital miżjud għandu jkun proporzjonat mar-riskji materjali li jirriżultaw min-nuqqasijiet li qajmu d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja biex tiġi stipulata ż-żieda.

Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-paragrafu 1(d), il-kapital miżjud għandu jkun proporzjonat mar-riskji materjali li jirriżultaw mi-devjazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

▼B

3.  
Fil-każijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tagħmel l-isforzi kollha sabiex tirrimedja d-defiċenzi li wasslu għall-impożizzjoni taż-żieda kapitali.
4.  
Iż-żieda kapitali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun riveduta ta’ lanqas darba fis-sena mill-awtorità superviżorja u titneħħa meta l-impriża tkun irrimedjat id-defiċenzi li wasslu għall-impożizzjoni tagħha.
5.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ inkluż iż-żieda kapitali imposta għandhom jissostitwixxu ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ defiċjenti.

Minkejja s-l-ewwel subparagrafu, ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ m’għandux jinkludi ż-żieda kapitali imposta f’ konformita’ mal-punt (c) tal-paragrafu 1 bil-għan li jiġi kkalkolat il-marġni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 77(5).

▼M5

6.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu iżjed speċifikazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi fejn tkun tista' tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu iżjed speċifikazzjonijiet għall-metodoloġiji għall-kalkolu ta' supplimentazzjonijiet kapitali.
8.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni relatati ma' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għal deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 38

Superviżjoni ta’ funzjonijiet u attivitajiet li jiġu outsourced

1.  

Bla preġudizzju għall-Artikolu 49, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li jagħmlu outsourcing ta’ funzjoni jew attività ta’ assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni jieħu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) 

il-fornitur tas-servizz irid jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ b’rabta mal-funzjoni jew mal-attivitàli tkun ġiet outsourced;

(b) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , l-awdituri tagħhom u l-awtoritajiet superviżorji jrid ikollhom aċċess effettiv għad-data relatata mal-funzjonijiet u mal-attivitajiet li jkunu ġew outsourced;

(ċ) 

l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom aċċess effettiv għall-binjiet tan-negozju tal-fornitur tas-servizz u jridu jkunu kapaċi jeżerċitaw dawk id-drittijiet ta’ aċċess.

2.  

L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz għandhu jippermetti l-awtoritajiet superviżorji tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex iwettqu huma stess, jew permezz ta’ persuni intermedjarji li jaħtru għal dak il-għan, spezzjonijiet fuq il-post fil-binjiet tal-fornitur tas-servizzi. L-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz qabel ma jwettqu l-ispezzjoni fuq il-post. Fil-każ ta’ entità mhux sorveljata, l-awtorità xierqa għandha tkun l-awtorità superviżorja.

L-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ tista’ tiddelega tali spezzjonijiet fuq il-post lill-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru ieħor fejn il-fornitur tas-servizz ikun jinsab.

▼M5

Meta awtorità superviżorja tkun infurmat lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru dwar il-fornitur tas-servizz li beħsiebha twettaq spezzjoni fuq il-post f'konformità ma' dan il-paragrafu, jew meta twettaq spezzjoni fuq il-post f'konformità mal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità superviżorja ma tkunx tista' fil-prattika teżerċita d-dritt tagħha li twettaq dik l-ispezzjoni fuq il-post, l-awtorità superviżorja tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post meta dawn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.

▼B

Artikolu 39

It-trasferiment ta’portafolli

1.  

Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ b’uffiċċji ewlenin fit-territorju tagħhom biex jittrasferixxu parti mill-portafolli tagħhom jew il-portafolli kollha ta’ kuntratti, konklużi jew taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, lil impriża li taċċetta stabbilita fil-Komunità.

Tali trasferiment għandu jiġi awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża li taċċetta jiċċertifikaw li wara li jsir it-trasferiment għall-kont l-impriża li taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli biex ikopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.

2.  
Fil-każ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 sa 6.
3.  
Meta fergħa tipproproni li tittrasferixxi parti jew il-portfoll kollu tagħha ta’ kuntratti, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jiġi kkonsultat.
4.  
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni li titrasferixxi għandu jawtorizza t-trasferiment wara li jakkwista l-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn il-kuntratti jkunu ġew konklużi, jew taħt id-dritt għall-istabbiliment jew taħt il-libertà sabiex jiġu provduti servizzi.
5.  

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni li titrasferixxi, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba għall-konsultazzjoni.

L-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba f’dak il-perjodu mill-awtoritajiet ikkonsultati għandha tiġi kkunsidrata bħala kunsens taċitu.

6.  

Trasferiment ta’ portafolli awtorizzat skont il-paragrafi 1 sa 5 għandu jiġi ppubblikat jew qabel jew wara l-awtorizzazzjoni kif inhu stipulat mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jew tal-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju, jew tal-Istat Membru tal-impenn.

Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, il-persuni assigurati u kwalunkwe persuna oħra li kollha d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti trasferiti.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jagħtu lil titolari ta’ poloz l-għażla li jikkanċellaw il-kuntratti fi żmien perjodu fiss wara t-trasferiment.



KAPITOLU IV

Kondizzjonijiet li jirregolaw in-negozju



Taqsima 1

Responsabbiltà tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju

Artikolu 40

Responsabbiltà tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ikollu r-responsabbiltà aħħarija għall-konformità, tal-impriża kkonċernata, mal-liġijiet, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva.



Taqsima 2

Sistema ta’ governanza

Artikolu 41

Rekwiżiti ġenerali ta’ governanza

1.  

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ governanza li tipprovdi għal ġestjoni korretta u prudenti tan-negozju.

Din is-sistema għandha minn ta’ lanqas tinkludi struttura organizzattiva trasparenti u adegwata b’allokazzjoni ċara u segregazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u sistema effettiva li tiżgura t-trażmissjoni tal-informazzjoni. Għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 49.

Is-sistema ta’ governanza għandha skun suġġetta għal stħarriġ intern regolari.

2.  
Is-sistema ta’ governanza għandha tkun proporzjonata man-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-operati tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .
3.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom regoli interni rigward minn ta’ lanqas l-ġestjoni tar-riskju, il-kontroll intern, il-verifika interna u, fejn dan ikun rilevanti, l-outsourcing. Għandhom jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.

Dawn ir-regoli miktuba għandhom jiġu riveduti minn ta’ lanqas kull sena. Għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u għandhom jiġu addattati fid-dawl ta’ kull bidla sinifikanti fis-sistema jew fil-qasam ikkonċernat.

4.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inkluż l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ kontinġenza. Għal dak il-għan l-impriża għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati.
5.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom ikollhom il-mezzi, il-metodi u s-setgħat xierqa sabiex jivverifikaw is-sistema ta’ governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u sabiex jevalwaw riskji ġodda identifikati minn dawn l-impriżi li jistgħu jkollhom effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarji soda tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħat neċessarji biex jitolbu li s-sistema ta’ governanza titjieb u tissaħħaħ sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 49.

Artikolu 42

Rekwiżiti ta’ kompetenza u idoneità tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew li għandhom funzjonijiet ewlenin oħrajn

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jiżguraw kull persuna li effettivament tmexxi l-impriża jew li jkollha funzjonijiet ewlenin oħrajn tissodisfa f’kull ħin ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-kwalifiki, ir-rikonoxximent u l-esperjenza professjonali tagħha jkunu biżżejjed sabiex ikun hemm ġestjoni korretta u prudenti (adatta); u

(b) 

tkun ta’ reputazzjoni u integrità tajba (xierqa).

2.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom javżaw lill-awtorità superviżorja b’ kull bidla li tirrigwarda l-identità tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew li jkunu responsabbli għall-funzjonijiet ewlenin oħrajn, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat jekk il-persuni ġodda maħtura sabiex imexxu l-impriża humiex ta’ kompetenti u idonei.
3.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom javżaw lill-awtorità superviżorja tagħhom jekk xi waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun ġiet sostitwita għaliex ma tkunx għadha tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 43

Il-prova ta’ reputazzjoni tajba

1.  
Meta Stat Membru jeħtieġ miċ-ċittadini tiegħu stess prova ta’ reputazzjoni tajba u prova ta’ ebda falliment preċedenti, jew prova tat-tnejn, dak l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra l-produzzjoni ta’ estratt mir-reġistru ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta’ dan, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru tal- pajjiż tal-impriża jew fl-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani li turi li dawk ir-rekwiżiti kienu ssodisfati.
2.  

Meta l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jew l-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani kkonċernat ma joħroġx id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni ġuramentata - jew fi Stati Membri meta ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal dikjarazzjoni ġuramentata b’dikjarazzjoni solenni - magħmula miċ-ċittadin barrani kkonċernat quddiem awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva jew, fejn xieraq, nutar fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jew fl-Istat Membru li minnu tiġi dik il-persuna.

Din l-awtorità jew in-nutar għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni ġuramentata jew dikjarazzjoni solenni.

Id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagarfu li ma kien hemm l-ebda falliment preċedenti tista’ wkoll issir quddiem korp kompetenti professjonali jew kummerċjali fl-Istat Membru kkonċernat.

3.  
Id-dokumenti u ċ-ċertifikati msemmija f il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jiġu ppreżentati aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom.
4.  

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti sabiex joħorġu d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bihom.

Kull Stat Membru għandu wkoll jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet jew il-korpi li lilhom id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sottomessi b’sostenn tal-applikazzjoni sabiex iwettqu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 44

Ġestjoni tar-riskju

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li tkun tinkludi l-istrateġiji, proċessi u proċeduri ta’ rappurtar meħtieġa għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għas-superviżjoni, il-ġestjoni u r-rappurtar, fuq bażi kontinwa, f’livell individwali u f’ dak aggregat, tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi fost dawn ir-riskji.

Dik is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tkun effettiva u integrata sewwa fl-istruttura organizzattiva u fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ b’kunsiderazzjoni xierqa tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew għandhom funzjonijiet prinċipali oħra.

2.  

Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tkopri r-riskji kollha li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ stabbilit fl-Artikolu 101(4) kif ukoll ir-riskji li mhumiex inklużi jew li mhumiex totalment inklużi fil-kalkolu ta’ dan ir-Rekwiżit.

Għandha tkopri, minn ta’ lanqas, l-oqsma li ġejjin:

(a) 

assigurazzjoni u riżerva;

(b) 

ġestjoni tal-attiv u tal-passiv;

(ċ) 

investimenti, partikolarment derivattivi u impenni simili;

(d) 

ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u konċentrazzjoni;

(e) 

ġestjoni tar-riskju operattiv;

(f) 

►C2  riassigurazzjoni ◄ u tekniċi oħra sabiex jitnaqqas ir-riskju.

Ir-regoli bil-miktub dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 41(3) għandhom jinkludu regoli relatati mal-punti (a) sa (f) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼M5

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni japplikaw l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b jew l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, għandhom jistabbilixxu pjan ta' likwidità li jipprojetta l-flussi ta' flus li deħlin u li ħerġin fir-rigward tal-assi u l-obbligazzjonijiet soġġetti għal dawk l-aġġustamenti.

2a.  

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw regolarment:

(a) 

is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77a;

(b) 

meta jiġi applikat l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b:

(i) 

is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-korrispondenza, inkluż il-kalkolu tal-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c(1)(b), u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;

(ii) 

is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għal bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll assenjat ta' assi;

(iii) 

l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza għal żero;

(c) 

meta jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d:

(i) 

is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-volatilità u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;

(ii) 

l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-volatilità għal żero.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jippreżentaw il-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu annwalment lill-awtorità superviżorja bħala parti mill-informazzjoni rapportata skont l-Artikolu 35. Meta t-tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza jew tal-aġġustament għall-volatilità għal żero jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriża għandha tissottometti wkoll analiżi tal-miżuri li tista' tapplika f'sitwazzjoni bħal din biex terġa' tistabbilixxi l-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju tagħha biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Meta jkun applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, il-politika miktuba dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 41(3) għandha tinkludi politika dwar il-kriterji għall-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità.

▼B

3.  
Rigward ir-riskju tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom juru li huma jikkonformaw mat-Taqsima 6 tal-Kapitolu VI.
4.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jipprovdu għal funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju li għandha tkun strutturata b’tali mod li tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju.

▼M5

4a.  
Sabiex tiġi evitata dipendenza żejda fuq istituzzjonijiet esterni ta' valutazzjoni tal-kreditu meta jużaw valutazzjoni esterna tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta' dawn il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tagħhom billi jużaw valutazzjonijiet addizzjonali meta jkun possibbli fil-prattika sabiex tkun evitata kwalunkwe dipendenza awtomatika fuq valutazzjonijiet esterni.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta 'applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

5.  

Fil-każ tal-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li jużaw mudell intern parzjali jew sħiħ li hu approvat skont l-Artikoli 112 u 113, il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għandha tkopri l-kompiti addizzjonali li ġejjin:

(a) 

iħejju u jimplimentaw il-mudell intern;

(b) 

jittestjaw u jivvalidaw il-mudell intern;

(ċ) 

jiddokumentaw il-mudell intern u kull bidla sussegwenti li ssirlu;

(d) 

janalizzaw il-prestazzjoni tal-mudell intern u jipproduċu rapporti qosra dwar dan;

(e) 

jinfurmaw lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju bil-mod kif il-mudell intern iffunzjona, filwaqt li jissuġġerixxu l-oqsma li jeħtieġu titjib, u jżommu lil dak il-korp aġġornat dwar l-istat tal-isforzi sabiex jittejbu dgħufijiet identifikati qabel.

Artikolu 45

Riskju proprju u valutazzjoni ►C4  tas-solvenza ◄

1.  

Bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, kull impriża tal-assigurazzjoni u impriża tar-riassigurazzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-risjku u ►C4  s-solvenza ◄ tagħha.

Din l-istima għandha tinkludi, minn ta’ lanqas, dawn li ġejja:

(a) 

il-ħtiġijiet globali ►C4  tas-solvenza ◄ filwaqt li jitqies l-profil speċifiku tar-riskju, il-limiti approvati ta’ tolleranza tar-riskju u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża;

(b) 

il-konformità, fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti tal-kapital, kif stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI u mar-rekwiżiti dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi, kif stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI;

(ċ) 

is-sinifikanza li biha l-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernat jiddevja mill-assunzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kif stabbilit fl-Artikolu 101(3), ikkolkolat permezz tal-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI jew permezz tal-mudell parzjali jew sħiħ skont is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitalu VI.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), l-impriża kkonċernata għandu jkollha stabbiliti proċessi, li jkunu proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozji tagħha, u li jippermettulha tidentifika u tivvaluta kif inhu xieraq ir-riskji li taffaċċja fi żmien qasir u fit-tul u li hi jew tista’ tħabbat wiċċha magħhom. L-impriża għandha turi l-metodi użati f’dik il-valutazzjoni.

▼M5

2a.  
Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jew il-miżuri tranżitorji msemmija fl-Artikolu 308c u 308d, għandha twettaq il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti kapitali msemmija fil-paragrafu 1(b) u mingħajr ma tqis dawk l-aġġustamenti u l-miżuri tranżitorji.

▼B

3.  
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(c), meta jiġi użat mudell intern, il-valutazzjoni għandha ssir flimkien ma’ rikalibrar li jittrasforma ċ-ċifri interni tar-riskju f’kejl u kalibrar tar-riskju ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
4.  
Il-valutazzjoni tar-riskju proprju u ►C4  s-solvenza ◄ għandha tkun parti integrali mill-istrateġija tan-negozju u għandha tiġi meqjusa fuq bażi kontinwa fid-deċiżjonijiet strateġiċi tal-impriża.
5.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari u mingħajr dewmien wara kull bidla sinifikanti fil-profil tar-riskju tagħhom.
6.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet superviżorji bir-riżultati ta’ kull stima tar-riskju proprju u ►C4  s-solvenza ◄ bħala parti mill-informazzjoni li tiġi rrapportata skont l-Artikolu 35.
7.  
Il-valutazzjoni tar-riskju propju u ►C4  tas-solvenza ◄ m’għandhiex tiswa biex jiġi kkalkolat rekwiżit kapitali. ►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu’ jiġi aġġustat biss f’konformita’ mal-Artikoli 37, 231 sa 233 u 238.

Artikolu 46

Kontroll intern

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ kontroll intern.

Din is-sistema għandha minn ta’ lanqas tinkludi proċeduri amministrattivi u ta’ kontabbiltà, qafas ta’ kontroll intern, arranġamenti xierqa ta’ rapportar fil-livelli kollha tal-impriża u funzjoni ta’ konformità.

2.  
Il-funzjoni permanenti ta’ konformità għandha tinkludi l-għoti ta’ pariri lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju dwar il-konformità mal-liġi, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati taħt din id-Direttiva. Għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt possibbli ta’ kull bidla fis-sitwazzjoni legali fuq l-operat tal-impriżi kkonċernati u l-identifikazzjoni u fuq il-valutazzjoni tar-riskju ta’ konformità.

Artikolu 47

Verifika interna

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom fis-seħħ funzjoni effettiva ta’ verifika interna.

Il-funzjoni ta’ verifika interna għandha tinkludi evalwazzjoni tal-adegwezza u tal-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern u elementi oħra tas-sistema ta’ governanza.

2.  
Il-funzjoni ta’ verifika interna għandha tkun oġġettiva u indipendenti mill-funzjonijiet operattivi tagħha.
3.  
Kwalunkwe sejba u rakkomandazzjoni tal-verifika interna għandha tiġi rapportata lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju li għandu jiddetermina x’azzjonijiet għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ kull waħda mis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika interna u għandu jiżgura li dawn l-azzjonijiet jitwettqu.

Artikolu 48

Funzjoni attwarja

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ ►C2  riassigurazzjoni ◄ għandhom jipprovdu għal funzjoni attwarja effettiva li:

(a) 

tikkoordina l-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi;

(b) 

tiżgura li l-metodoloġiji u l-mudelli użati li jkunu bbażati fuqhom kif ukoll il-premessi magħmula fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi jkunu xierqa;

(ċ) 

tistma s-suffiċjenza u l-kwalità tad-data użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi;

(d) 

tqabbel l-aħjar stimi mal-esperjenza;

(e) 

tinforma l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju bl-affidabbiltà u s-suffiċjenza tal-kalkolu tal-dispożizzjonijiet tekniċi;

(f) 

tissupervizza l-kalkolu tal-dispożizzjonijiet tekniċi fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 82;

(g) 

tesprimi opinjoni fuq il-politika globali ta’ assigurazzjoni;

(h) 

tesprimi opinjoni fuq is-suffiċjenza tal-arranġamenti ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ; u

(i) 

tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 44, partikolarment fir-rigward tal-mudellar tar-riskju li jinsab fil-bażi tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5, tal-Kapitolu VI, u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45.

2.  
Il-funzjoni attwarja għandha titwettaq minn persuni li jkollhom konoxxenza biżżejjed tal-matematika attwarja u finanzjarja, fi proporzjoni man-natura, l-iskal u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, u li huma kapaċi juru l-esperjenza u l-esperjenza rilevanti tagħhom skont l-istandards professjonali u standards oħra applikabbli.

Artikolu 49

Outsourcing

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw lil-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jibqgħu totalment responsabbli li jonoraw l-obbligi tagħhom kollha skont din id-Direttiva meta jagħmlu outsourcing ta’ funzjonijiet jew ta’ xi attivitajiet tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ .
2.  

L-outsourcing ta’ funzjonijiet jew attivitajiet operattivi kritiċi jew importanti ma għandhiex issir b’xi mod li jista’ jwassal għal xi waħda minn dawn il-konsegwenzi:

(a) 

li materjalment, iddgħajjef il-kwalità tas-sistema ta’ governanza tal-impriża kkonċernata;

(b) 

li żżid ir-riskju operattiv bla bżonn;

(ċ) 

li ddgħajjef l-abbiltà tal-awtoritajiet superviżorji li jissupervizzaw il-konformità tal-impriża mal-obbligi tagħha;

(d) 

li tgħarraq is-servizz kontinwu u sodisfaċenti lit-titolari tal-poloz.

3.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom, fiż-żmien xieraq, jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji qabel ma ssir l-outsourcing ta’ funzjonijiet jew attivitajiet kritiċi jew importanti, kif ukoll dwar kwalunkwe żviluppi materjali sussegwenti fir-rigward ta’ dawk il-funzjonijiet jew l-attivitajiet.

▼M5

Artikolu 50

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a sabiex tispeċifika iżjed dan li ġej:

(a) 

l-elementi tas-sistemi msemmija fl-Artikoli 41, 44, 46 u 47, u b'mod partikolari l-oqsma li għandhom jiġu koperti mill-immaniġġjar tal-assi u l-obbligazzjonijiet u l-politika tal-investiment, kif imsemmi fl-Artikolu 44(2), tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(b) 

il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 44, 46, 47 u 48.

2.  

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar dan li ġej:

(a) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 u l-funzjonijiet soġġetti għal dan;

(b) 

il-kundizzjonijiet għall-esternalizzazzjoni, b'mod partikolari lil fornituri tas-servizzi li jkunu stazzjonati f'pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1)(a), l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi ta' dik il-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Taqsima 3

Żvelar pubbliku

Artikolu 51

Rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja: kontenut

1.  

L-Istati Membri għandhom, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji stipulati fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 35, jobbligaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ biex, kull sena, jippubblikaw rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja tagħhom.

Dan ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, kompleta jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, kemm fin-natura kif ukoll fl-ambitu, ippubblikata b’konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi jew regolatorji oħra:

(a) 

deskrizzjoni tan-negozju u tar-rendiment tal-impriża;

(b) 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ governanza u valutazzjoni tal-adegwatezza tagħha għall-profil tar-riskju tal-impriża;

(ċ) 

deskrizzjoni, separatament għal kull kategorija ta’ riskju, tal-espożizzjoni u sensittività għar-riskju, u l-konċentrazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju;

(d) 

deskrizzjoni, separatament għal attivi, dispożizzjonijiet tekniċi u passivi oħra, tal-prinċipji u metodi użati għall-valutazzjoni tagħhom, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenzi kbar fil-prinċipji u metodi użati għall-valutazzjoni tagħhom f’dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(e) 

deskrizzjoni tal-ġestjoni tal-kapital, li talanqas tinkludi dan li ġej:

(i) 

l-istruttura u l-ammont ta’ fondi proprji, u l-kwalità tagħhom;

(ii) 

l-ammonti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u tal-Kapital Minimu Rekwiżit;

(iii) 

l-għażla stipulata fl-Artikolu 304 użata għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;

(iv) 

informazzjoni li twassal għall-fehim sewwa tad-differenzi ewlenija bejn is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-formula standard u dawk ta’ kwalunkwe mudell intern użat mill-impriża għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tagħha;

(v) 

l-ammont ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ matul il-perjodu ta’ rappurtar, anke jekk dan jiġi riżolt aktar tard, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu u kwalunkwe miżuri ta’ rimedju meħuda.

▼M5

1a.  
Fejn jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) għandha tinkludi deskrizzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza u tal-portafoll tal-obbligi u l-assi assenjati li għalihom huwa applikat l-aġġustament ta' korrispondenza, kif ukoll kwantifikazzjoni tal-impatt ta' bidla għal żero tal-aġġustament ta' korrispondenza fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni dwar jekk l-aġġustament ta' volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jintużax mill-impriża u kwantifikazzjoni tal-impatt ta' bidla għal żero tal-aġġustament ta' volatilità fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

▼B

2.  

Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (e)(i) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi analiżi ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenzi kbar fir-rigward tat-tali elementi f’dikjarazzjonijiet finanzjarji, u deskrizzjoni fil-qosor tat-trasferibbiltà tal-kapital.

L-iżvelar ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fil-punt (e)(ii) tal-paragrafu 1 għandu juri, separatament, l-ammont ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsimiet 2 u 3 u kwalunkwe żieda kapitali imposta b’konformità mal-Artikolu 37 jew l-impatt tal-parametri speċifiċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun mitluba li tuża f’ konformita’ mal-Artikolu 110, flimkien ma’ tagħrif konċiż dwar il-ġustifikazzjoni tagħha mill-awtorità superviżorja kkonċernata.

▼M5

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe divulgazzjoni li tkun mandatorja skont kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju ieħor, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għalkemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fil-l-paragrafu 1(e)(ii) jiġi divulgat, matul perjodu tranżitorju li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 is-supplimentazzjoni kapitali jew l-impatt tal-parametri speċifiċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun mitluba li tuża f'konformita' mal-Artikolu 110 ma jkunux meħtieġa li jiġu divulgati separatament.

▼B

L-iżvelar ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jkun akkumpanjat, fejn applikabbli, b’indikazzjoni li l-ammont finali tiegħu għadu suġġett għall-valutazzjoni superviżorja.

▼M5

Artikolu 52

Informazzjoni għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u rapporti mingħandha

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-AEAPX fuq bażi annwali:

(a) 

is-supplimentazzjoni kapitali medja għall kull impriża u d-distribuzzjoni tas-supplimentazzjonijiet kapitali imposti mill-awtorità superviżorja tul is-sena ta' qabel, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, murija separatament għal:

(i) 

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;

(ii) 

impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii) 

impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv) 

impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v) 

impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) 

għal kull divulgazzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta' supplimentazzjonijiet kapitali impost skont l-Artikolu 37(1)(a),(b) u (c) rispettivament.

(c) 

in-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-Istat Membru;

(d) 

in-numru ta' gruppi li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-gruppi kollha;

2.  

L-AEAPX għandha tiddivulga pubblikament, fuq bażi annwali, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għall-Istati Membri kollha, id-distribuzzjoni totali ta' supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(ii) 

impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii) 

għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv) 

impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v) 

impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) 

għal kull Stat Membru meħud separatament, id-distribuzzjoni totali ta' supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li tkopri l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'dak l-Istat Membru;

(c) 

għal kull attività ta' divulgazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta' supplimentazzjonijiet kapitali imposti skont l-Artikolu 37(1)(a),(b) u (c) rispettivament.

(d) 

għall-Istati Membri kollha kollettivament, in-numru totali ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u gruppi li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru totali ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7) u l-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-gruppi kollha;

(e) 

għal kull Stat Membru separatament, in-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7) u l-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi tal-Istat Membru;

3.  
L-AEAPX għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-grad ta' konverġenza superviżorja fl-użu ta' supplimentazzjonijiet kapitali bejn l-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri differenti.

▼B

Artikolu 53

Rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja: il-prinċipji applikabbli

1.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippermettu li fil-każijiet li ġejjin, l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ma jkollhomx għalfejn jiżvelaw informazzjoni, fejn:

(a) 

bl-iżvelar tat-tali informazzjoni, il-kompetituri tal-impriża jiksbu vantaġġ sinifikanti u skorrett;

(b) 

jkun hemm obbligi lejn it-titolari tal-poloz jew relazzjonijiet ma’ kontrapartijiet oħra li jobbligaw lill-impriża li żżomm is-segretezza jew il-kunfidenzjalità.

2.  
Meta l-awtorità superviżorja tippermetti li l-informazzjoni ma tiġix żvelata, l-impriżi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni dwar dan fir-rapport tagħhom dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja u għandhom jindikaw ir-raġunijiet għal dan.
3.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippermettu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jużaw – jew jirriferu għal – pubblikazzjonijiet li jsiru skont rekwiżiti ġuridiċi u regolatorji oħra, sakemm l-informazzjoni minn dawn il-pubblikazzjonijiet tkunu ekwivalenti, fin-natura u ambitu tagħha, għall-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 51.
4.  
Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għall-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 51(1).

Artikolu 54

Rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja: aġġornamenti u informazzjoni addizzjonali volontarja

1.  

F’każ ta’ kwalunkwe żvilupp importanti li jaffettwa konsiderevolment ir-rilevanza tal-informazzjoni żvelata b’konformità mal-Artikoli 51 u 53, l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jiżvelaw l-informazzjoni xierqa dwar in-natura u l-effetti ta’ dak l-iżvilupp importanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, talanqas dawn l-iżviluppi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala importanti fejn:

(a) 

jiġi osservat nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit u l-awtoritajiet superviżorji jaħsbu li l-impriża ma tkunx kapaċi tissottometti skema tal-finanzi għaż-żmien qasir realistika jew ma jiksbux skema bħal din fi żmien xahar mid-data meta ġie osservat in-nuqqas ta’ konformità

(b) 

jiġi osservat nuqqas sinifikanti ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u fi żmien xahrejn mid-data meta ġie osservat in-nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet superviżorji ma jiksbux pjan ta’ rkupru realistiku.

Fir-rigward tal-punt (a) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta’ nuqqas ta’ konformità, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda. Meta, minkejja skema ta’ finanzi għaż-żmien qasir li inizjalment ġiet meqjusa bħala realistika, u tliet xhur wara li jkun ġie osservat, in-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ rimedju addizzjonali pjanata.

Fir-rigward tal--punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta’ nuqqas ta’ konformità, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda. Meta, minkejja l-pjan ta’ rkupru li inizjalment ikun tqies bħala realistiku, u sitt xhur wara li jkun ġie osservat, parti sinifikanti min-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ rimedju addizzjonali pjanata.

2.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jistgħu jiżvelaw, volontarjament, kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni relatata ►C4  mas-solvenza ◄ u mal-kondizzjoni finanzjarja tagħhom li mhix meħtieġa li tkun żvelata skont l-Artikoli 51 u 53 u paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja: politika u approvazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom sistemi u strutturi fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 51, 53 u fl-Artikolu 54(1), kif ukoll li jkollhom polza bil-miktub li tiżgura li kwalunkwe informazzjoni żvelata tkun dejjem xierqa u konformi mal-Artikoli 51, 53 u 54.
2.  
Ir-rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ u jiġi ppubblikat biss wara li tinkiseb din l-approvazzjoni.

▼M5

Artikolu 56

Rapport dwar il-kundizzjoni ta' solvenza u dik finanzjarja: atti delegati u standards tekniċi ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, sabiex tispeċifika iżjed l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata u l-iskadenzi għad-divulgazzjoni annwali tal-informazzjoni skont it-Taqsima 3.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' din it-Taqsima, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri, l-formati u l-mudelli.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Taqsima 4

Holdings li jikkwalifikaw

Artikolu 57

Akkwiżizzjonijiet

1.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”) li ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw direttament jew indirettament, holding kwalifikanti f’impriża tal-assigrazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, tali holding kwalifikanti f’impriża tal-assigrazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ b’ tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’tali mod li l-impriża tal-assigrazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ssir sussidjarja tagħha (“l-akkwist propost”), jinnotifikaw qabel bil-miktub lill-awtoritajiet superviżorja tal-impriża tal-assigrazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ li fiha qed jipprovaw jakkwistaw jew iżidu holding kwalifikanti, billi jindikaw id-daqs tal-holding wara id-disponiment intenzjonat u l-informazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 59(4). L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta’ 30 % fejn skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta’ terz.
2.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn holding kwalifikanti f’intrapriża ta’ assigurazzjoni, biex l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju, filwaqt li tindika d-daqs tal-holding ta’ dik il-persuna wara dak li jkun beħsiebha tiddisponi. Tali persuna għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet superviżorji b’deċiżjoni li tnaqqas il-holding kwalifikanti ta’ dik il-persunasabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li għandha jaqa’ taħt l-20 %, 30 % jew 50 % jew sa fejn l-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ma tibqgħax is-sussidjarja ta’ dik il-persuna. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta’ 30 % fejn skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta’ terz.

Artikolu 58

Perjodu ta’ evalwazzjoni

1.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-Artikolu 57(1), kif ukoll wara li tiġi possibilment irċevuta sussegwententement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jikkonfermaw bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom massimu ta’ sittin jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 59(4) (il-perjodu ta’ evalwazzjoni), biex iwettqu l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 59(1) (l-evalwazzjoni).

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.

2.  

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard mill-ħamsin jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ evalwazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-evalwazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji u l-irċevuta ta’ rispons għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jkun interrott. Dak il-waqfien ma għandux jeċċedi għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet superviżorji għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji iżda tista’ m’ għandhux jirriżulta f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

3.  

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa 30 jum ta’ xogħol, jekk l-akkwirent propost:

(a) 

jinsab jew huwa regolat barra l-Komunità; jew

(b) 

huwa persuna fiżika jew legali mhiex suġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva, jew id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( 7 ), id-Direttiva 2004/39/KE jew id-Direttiva 2006/48/KE.

4.  
Jekk l-awtoritajiet superviżorji, wara t-tlestija tal-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien ta’ jumejn ta’ xogħol, li ma jeċċedux il-perjodu ta’ evalwazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jindikaw ir-raġunijiet. Suġġett għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan ma għandux jipprevjeni Stat Membru milli jippermetti awtorità superviżorja twettaq dan l-iżvelar mingħajr it-talba tal-akkwirent propost.
5.  
Jekk l-awtoritajiet superviżorji ma jopponux bil-miktub fil-perjodu ta’ evalwazzjoni l-akkwist propost, l-akkwist propost għandu jitqies li ġie approvat.
6.  
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestenduh fejn xieraq.
7.  
L-Istati Membri ma għanhomx jimponu rekwiżiti għan-notifika għal jew għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li huma iżjed stretti minn dawk imniżżla f’din id-Direttiva.

▼M5

8.  
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta' informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 59(4), li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58(2).

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima u biex tikkunsidra żviluppi futuri, l-AEAPX għandha, suġġetta għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59(1).

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

9.  
Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri, l-formuli u mudelli għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 60.

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 59

Evalwazzjoni

1.  

Fl-evalwazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 57(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(2), l-awtoritajiet superviżorji, biex jiżguraw il-ġestjoni korretta u prudenti tal-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , li fiha ikun propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , għandhom jevalwaw l-adegwatezza tal-akkwirent propost u tas-solidità finanzjarja tal-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tal-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ bħala riżultat tal-akkwist propost;

(ċ) 

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ fejn ikun propost l-akkwist;

(d) 

jekk l-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, notevolment, id-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta’ superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u li tiddetermina l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji;

(e) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ( 8 ), jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.

2.  
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompleta.
3.  
L-Istati Membri la għandhom jimponu kondizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ holding li għandu jiġi akkwistat u lanqas m’għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni, li hija meħtieġa biex issir l-evalwazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet superviżorji fil-ħin tan-notifika msemmija fl-Artikolu 57(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li m’hix rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.
5.  
Minkejja l-Artikoli 58 paragrafi 1, 2 u 3, fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fil-holdings kwalifikanti fl-istess impriża ta’ assigurazzjoni jkunu ġew notifikati lill-awtorità superviżorja, dawn tal-aħħar għandhom jittrattaw l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 60

Akkwiżizzjonijiet minn impriżi finanzjarji rregolati

1.  

L-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin meta jwettqu l-evalwazzjoni jekk l-akkwirent propost huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (assurance jew insurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 1a tad-Direttiva 85/611/KEE, (kumpannija ta’ ġestjoni UCITS), awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist;

(b) 

l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist; jew

(ċ) 

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża ta’ assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta’ riassigurazzjoni, kumpannija ta’ investiment jew kumpannija ta’ ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih qed ikun propost l-akkwist.

2.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom, mingħajr dewmien mhux debitu, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hija essenzjali jew rilevanti għall-evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità superviżorja li awtorizzat lill-impriża ta’ assigurazzjoni fejn ikun propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità superviżorja responsabbli għall-akkwirent propost.

Artikolu 61

Informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità superviżorja

Malli jsiru konxji tagħhom, l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tavżaw lill-awtorita’ superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhomdwar kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ azzjonijiet fil-kapital tagħha li jwasslu biex dawk l-azzjonijiet jeċċedu jew jaqgħu taħt xi wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikoli 57 u 58 il-paragrafi 1 sa 7.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha ukoll, għall-inqas darba fis-sena, tavża lill-awtorita’ superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar l-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva u d-daqsijiet ta’ dawn l-azzjonijiet kif jidher, per eżempju, mill-informazzjoni rċevuta fil-laqgħat annwali ġenerali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti dwar il-kumpanniji elenkati fil-Boroż.

Artikolu 62

Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 57 x’aktarx taħdem kontra l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik l-impriża li fiha sehem kwalifikanti jkun imfittex jew miżjud għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, pereżempju, f’inġunzjonijiet, penali kontra d-diretturi u l-amministraturi, jew sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi mal-azzjonijiet li għandhom l-azzjonisti jew membri kkonċernati.

Miżuri simili għandhom japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jwettqu l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 57.

Fejn holding tiġi miksuba minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji, l-Istati Membri għandhom, minkejja kull sanzjoni oħra li għandha tiġi adottata, jipprovdu għal:

(1) 

is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti; jew

(2) 

in-nullità ta’ kwalunkwe voti mitfugħa jew il-possibbiltà li dawn jiġu annullati.

Artikolu 63

Drittijiet tal-vot

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE kif ukoll il-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta’ vot jew ishma li kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta’ assigurazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u, minn naħa l-oħra, imneħħija fi żmien sena mill-akkwist.



Taqsima 5

Is-segretezza professjonali, skambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja

Artikolu 64

Is-sigriet professjonali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet superviżorji, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jaġixxu f’isem dawk l-awtoritajiet, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali, kull informazzjoni kunfidenzjali riċevuta minn dawn il-persuni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma għandhiex tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali ma jistgħux jiġu identifikati.

Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun giet dikjarata bħala falluta jew qed tiġi stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi involuti fi sforzi biex tiġi salvata dik l-impriża tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 65

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri

L-Artikolu 64 ma għandux jipprekludi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri differenti. Din l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 64.

▼M5

Artikolu 65a

Kooperazzjoni mal-AEAPX

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta' din id-Direttiva f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu lill-AEAPX, mingħajr dewmien, bl-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq dmirijietha f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 66

Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 68(1) u (2), biss jekk l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata hija suġġetta għal garanziji dwar is-segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din it-Taqsima. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-funzjoni superviżorja ta’ dawk l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet.

Meta l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn Stat Membru lil pajjiż terz toriġina fi Stat Membru ieħor, din m’ għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtorita’ superviżorja ta’ dak l-Istat Membru u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tkun tat il-kunsens tagħha.

Artikolu 67

L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet superviżorji li jirċievu l-informazzjoni kunfidenzjali taħt l-Artikoli 64 jew 65 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom u għall-għanijiet li ġejjin:

(1) 

biex jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma ssodisfati u biex jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-superviżjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi, ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , il-Kapital Minimu Rekwiżit, u s-sistema ta’ governanza;

(2) 

biex jiġu imposti sanzjonijiet;

(3) 

f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji;

(4) 

fil-proċeduri tal-qorti taħt din id-Direttiva.

▼M5

L-Artikolu 67a

Is-setgħat ta' investigazzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Artikoli 64 u 67 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lill-Parlament Ewropew bl-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU).

▼B

Artikolu 68

L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn

1.  

L-Artikoli 64 u 67 ma għandhomx jipprekludu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-iskambju ta’ informazzjoni bejn bosta awtoritajiet superviżorji fl-istess Stat Membru, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom;

(b) 

l-iskambju ta’ informazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe min dawn li ġejjin li jinsabu fl-istess Stat Membru:

(i) 

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(ii) 

organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili;

(iii) 

persuni responsabbli li jwettqu verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba tal-impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;

▼M8

(iv) 

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) għal konformità ma’ dik id-Direttiva;

▼B

(ċ) 

l-iżvelar, lil organizzazzjonijiet li jamministraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi ta’ garanzija, ta’ infomazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.

L-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-punti (b) u (c) jista’ jseħħ ukoll bejn Stati Membri differenti.

L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 64.

2.  

L-Artikoli 64 sa 67, ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ jew il-falliment ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni fi proċeduri oħrajn simili;

(b) 

l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni inkarigati biex jagħmlu l-verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;

(ċ) 

attwarji independenti ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu superviżjoni legali fuq dawk l-impriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw lil dawk l-attwarji.

L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

l-informazzjoni għandha tkun għall-iskop li jitwettaq kontroll jew superviżjoni legali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

l-informazzjoni riċevuta trid tkun suġġetta għall-obbligazzjonij tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 64;

(ċ) 

fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtorita’ superviżorja minn fejn toriġina u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tat il-kunsens tagħha.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet tal-awtoritajiet, il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi.

3.  

L-Artikoli 64 sa 67 ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw, bl-għan li jsaħħu l-istabbiltà, u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet responsabbli għat-tkixxif u l-investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi dwar il-kumpaniji.

L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

l-informazzjoni trid tkun maħsuba għat-tkixxif u l-investigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

l-informazzjoni riċevuta trid tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 64;

(ċ) 

fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet superviżorji minn fejn toriġina u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-kunsens tagħhom.

Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jwettqu l-funzjoni tagħhom ta’ skoperta jew investigazzjoni bl-għajnuna ta’ persuni mqabbda, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, għal dak l-għan u mhux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibbiltà ta’ tpartit ta’ informazzjoni provduta fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi estiża għal dawk il-persuni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu.

Sabiex jiġi implimentat punt (c) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji minn fejn toriġina l-informazzjoni l-ismijiet u r-responsabbiltajiet preċiżi tal-persuna li jintbagħtu lilha.

4.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet, il-persuni jew il-korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 3.

Artikolu 69

L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġiżlazzjoni finanzjarja

L-Artikoli 64 u 67 ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw, taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, l-iżvelar ta’ informazzjoni lil dipartimenti oħrajn tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom responsabbli għal-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-servizzi tal-investiment u impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

▼M5

Divulgazzjoni bħal din għandha ssir biss fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' kontroll prudenzjali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu dik l-informazzjoni li jkunu rċievu skont l-Artikoli 65 u 68(1), u l-informazzjoni miksuba permezz ta' verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 33, tista' tiġi divulgata biss bill-kunsens speċifiku tal-awtorità superviżorja li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni jew l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih tkun saret il-verifika fuq il-post.

Artikolu 70

Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-banek ċentrali, lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta' pagament u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 64 sa 69, awtorità superviżorja tista' tittrażmetti informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom lil dawn li ġejjin:

(a) 

il-banek ċentrali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament, tal-ikklerjar u tas-saldu tat-titoli u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b) 

fejn ikun xieraq, awtoritajiet pubbliċi nazzjonali oħra responsabbli li jissorveljaw sistemi ta' pagament; u

(c) 

l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), fejn dik l-informazzjoni tkun rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

2.  
F'sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutorji tagħhom inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tal-pagamenti, l-ikklerjar u s-sistemi tas-saldu tal-pagamenti u t-titoli, is-salvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u lill-BERS meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti tiegħu.
3.  
Dawn l-awtoritajiet jew korpi jistgħu wkoll jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji dik l-informazzjoni li jista' jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 67. L-informazzjoni rċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbilit f'din it-Taqsima.

▼B

Artikolu 71

Konverġenza superviżorja

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mandati tal-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw, b’mod xieraq, id-dimensjoni tal-Unjoni Ewropea.

▼M5

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-eżerċitar ta' dmirijiethom l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw il-konverġenza għal dak li jirrigwarda l-għodod superviżorji u l-prassi superviżjorji fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-AEAPX;

(b) 

l-awtoritajiet superviżorji jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-AEAPX skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u jiddikjaraw ir-raġunijiet jekk ma jagħmlux dan;

(c) 

il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet superviżorji ma jfixklux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-AEAPX jew skont din id-Direttiva.

▼M5 —————

▼B



Taqsima 6

Id-dmirijiet tal-awdituri

Artikolu 72

Id-dmirijiet tal-awdituri

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas li persuni awtorizzati skont it-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 bażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli biex iwettqu l-verifiki statutorji ta’ dokumenti dwar kontijiet ( 11 ), li jwettqu f’impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-verifika statutorja msemmija fl-Artikolu 51 tad Direttiva 78/660/KEE, fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew kwalunkwe funzjoni statutorja oħra, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet superviżorji kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar dik l-impriża li saru jafu bihom fil-waqt li jwettqu dik il-funzjoni, u li jkunu l-kawża ta’ li ġej:

(a) 

ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b) 

it-tfixkil tal-operat kontinwu tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(ċ) 

rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni tar-riservi;

(d) 

nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;

(e) 

nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit.

Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll jirrapportaw kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li jsiru jafu bihom fil-kors tat-twettiq ta’ funzjoni kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li għandha konnessjonijiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fejn qed iwettqu dik il-funzjoni.

2.  
Dan l-iżvelar b’rieda tajba lill-awtoritajiet superviżorji, minn persuni awtorizzati fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ xi fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi u ma għandux jinvolvi lil dawn il-persuni f’xi responsabbiltà ta’ kwalunke tip.



KAPITOLU V

L-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Artikolu 73

L-eżerċizzju ta’ attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni m’ għandhomx jiġu awtorizzati jeżerċitaw simultanjament attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
2.  

B’deroga mill-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jipprovdu li ġej:

(a) 

impriżi awtorizzati li jeżerċitaw attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja jistgħu wkoll jottjenu awtorizzazzjoni għal attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fil-Parti A fl-Anness I;

(b) 

impriżi awtorizzati biss għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fil-Parti A tal-Anness I jistgħu jottjenu awtorizzazzjoni biex iwettqu attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

Madankollu, kull attività għandha tiġi ġestita separatament skont l-Artikolu 74.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-impriżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ kontabbiltà li jirregolaw impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja għall-attivitajiet kollha tagħhom. Sa meta ssir koordinazzjoni f’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li, fir-rigward tar-regoli dwar l-istralċ, attivitajiet li jirrelataw għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fil- Parti A tal-Anness I mwettqa minn dawk l-impriżi għandhom jiġu rregolati bir-regoli applikabbli għal attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja.
4.  
Meta impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jkollha rabtiet finanzjarji, kummerċjali jew amministrattivi ma’ impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri li fit-territorji tagħhom jinstabu l-uffiċċji ewlenin ta’ dawk l-impriżi għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal- impriżi inkwistjoni mhumiex distorti bi ftehim bejn dawn l-impriżi jew bi kwalunkwe arranġament li jista’ jaffettwa l-apporzjonament tal-ispejjeż u tal-introjtu.
5.  

Impriżi li fid-dati li ġejjin wettqu simultanjament kemm attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja koperti minn din id-Direttiva jistgħu jkomplu jeżerċitaw dawn l-attivitajiet simultanjament, dejjem sakem kull attività tiġi ġestita separatament skont l-Artikolu 74:

(a) 

l-1 ta’ Jannar 1981 għal impriżi awtorizzati fil-Greċja;

(b) 

l-1 ta’ Jannar 1986 għal impriżi awtorizzati fi Spanja u fil-Portugall;

(ċ) 

l-1 ta’ Jannar 1995 għal impriżi awtorizzati fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja;

(d) 

fl-1 ta’ Mejju 2004 għal impriżi awtorizzati fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja;

(e) 

l-1 ta’ Jannar 2007 għal impriżi awtorizzati fil-Bulgarija u r-Rumanija;

▼M3

(ea) 

l-1 ta’ Lulju 2013 għal impriżi awtorizzati fil-Kroazja;

▼B

(f) 

il-15 ta’ Marzu 1979 għall-impriżi l-oħra kollha.

L-Istat Membru ta’ domiċilju jista’ jeħtieġ li impriżi tal-assigurazzjoni jwaqqfu, f’perjodu li għandu jiġi determinat minn dak l-Istat Membru, l-eżerċizzju simultanju ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja li fihom kienu involuti fid-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 74

Is-separazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja

1.  

L-amministrazzjoni separata msemmija fl-Artikolu 73 għandha tiġi organizzata b’tali mod li l-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja hija distinta minn attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

L-interessi rispettivi ta’ titolari tal-poloz tal-ħajja u mhux tal-ħajja m’ għandhomx jiġu ppreġudikati u, b’mod partikolari, il-profitti mill-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jibbenefikaw titolari tal-poloz tal-ħajja daqs li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja eżerċitat biss l-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

2.  

Bla ħsara għall-Artikoli 100 u 128, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) u (5) għandhom jikkalkolaw:

(a) 

il-Kapital Minimu Rekwiżit i nozzjonali tal-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tal-ħajja tagħhom, ikkalkolat bħallikieku l-impriża kkonċernata wettqet biss dik l-attività, abbażi tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 6; u

(b) 

il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja tagħhom, ikkalkolat bħallikieku l-impriża kkonċernata wettqet biss dik l-attività, abbażi tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.  

Bħala minimu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) u (5) għandhom ikopru s-segwenti b’ammont ekwivalenti ta’ elementi ta’ fondi proprji bażiċi eliġibbli:

(a) 

il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni tal-ħajja, fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(b) 

il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

L-obbligi minimi finanzjarji, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta’ attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja u attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, ma jistgħux ikunu akkarigu tal-attivitajiet l-oħra.

4.  
Sakemm l-obbligi minimi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 3 huma ssodisfati u sakemm l-awtorità superviżorja hija informata, l- impriża tista’ tuża biex tkopri ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza  ◄ msemmi fl-Artikolu 100, l-elementi espliċiti tal-fondi proprji eliġibbli li għadhom disponibbli għal attività waħda jew l-oħra.
5.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom janalizzaw ir-riżultati fl-attivitajiet sew tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dik mhux tal-ħajja sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 4 jiġu soddisfatti.
6.  

Il-kontijiet għandhom jitfasslu sabiex juru l-għejun tar-riżultati għall-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja separatament. L-introjtu kollu b’mod partikolari premiums, pagamenti minn assiguraturi mill-ġdid u introjtu ta’ investiment, u l-infiq, b’mod partikolari ħlas ta’ assigurazzjoni, żidiet għad-dispożizzjonijiet tekniċi, assigurazzjonijiet mill-ġdid ta’ premiums u spejjeż ta’ operazzjoni fir-rigward ta’ negozju ta’ assigurazzjoni għandhom jinqasmu skont l-oriġini. Elementi komuni għaż-żewġ attivitajiet għandhom jiġu iskritti fil-kotba skont il-metodi ta’ tqassim li għandhom jiġu aċċettati mill-awtorità superviżorja.

Impriżi tal-assigurazzjoni għandhom, abbażi tal-kontijiet, jippreparaw dikjarazzjoni li fiha l-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli li jkopru kull Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2 huma identifikati b’mod ċar, skont l-Artikolu 98(4).

7.  

Jekk l-ammont tal-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli fir-rigward ta’ waħda mill-attivitajiet huwa insuffiċjenti biex ikopri l-obbligi finanzjarji minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet superviżorji għandhom japplikaw għall-attività defiċjenti l-miżuri previsti f’din id-Direttiva, ikunu xi jkunu r-riżultati fl-attività l-oħra.

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu l-awtorizzazzjoni ta’ trasferiment ta’ elementi espliċiti ta’ fondi proprji bażiċi eliġibbli minn attività waħda għall-oħra.



KAPITOLU VI

Regoli relatati mal-valutazzjoni ta’ attivi u passivi, dispożizzjonijiet tekniċi, fondi proprji, ►C4  kapital rekwiżit għas-solvenza ◄ , kapital minimu rekwiżit u regoli ta’ investiment



Taqsima 1

Valutazzjoni tal-attiv u l-passiv

Artikolu 75

Valutazzjoni tal-attivi u l-passivi

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-attivi u l-passivi jiġu vvalutati mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ġej:

(a) 

l-attivi jiġu vvalutati bl-ammont li bihom jistgħu jiġu skambjati bejn partijiet konsapevoli u disponibbli fi tranżazzjoni ordinarja tas-suq;

(b) 

il-passivi jiġu vvalutati bl-ammont li bihom jistgħu jiġu ttrasferiti, jew paċuti, bejn partijiet konsapevoli u disponibbli fi tranżazzjoni ordinarja tas-suq;

Meta jiġu vvalutati l-passivi taħt il-punt (b), m’għandu jsir l-ebda aġġustament li jqis il-pożizzjoni ta’ kreditu tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

▼M5

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a sabiex tistabilixxi l-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 1.
3.  

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-istima tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-AEAPX għandha, suġġetta għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-punt safejn l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 jeħtieġu l-użu ta' standards ta' kontabbiltà internazzjonali kif adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, il-konsistenza ta' dawk l-istandards ta' kontabbiltà mal-approċċ ta' valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2;

(b) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fejn il-prezzijiet kwotati tas-suq jew ma jkunux disponibbli jew fejn standards kontabilistiċi internazzjonali, kif adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ikunu temporanjament jew permanentement inkonsistenti mal-approċċ tal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2.

(c) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 1, fejn l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 jippermettu l-użu ta' metodi alternattivi ta' valwazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Taqsima 2

Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 76

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha taghħhom lejn it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.
2.  
Il-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jikkorrispondi mal-ammont kurrenti li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollhom iħallsu kieku kellhom jittrasferixxu l-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom immedjatament lil impriża oħra tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.
3.  
Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jagħmel użu minn u jkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta mis-swieq finanzjarji u data ġeneralment disponibbli dwar ir-riskji ta’ assigurazzjoni (il-konsistenza tas-suq).
4.  
Id-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu kkalkolati b’mod prudenti, affidabbli u oġġettiv.
5.  
F’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 u b’kont meħud tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 75(1), il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jitwettaq skont l-Artikoli 77 sa 82 u 86.

Artikolu 77

Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi

1.  
Il-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jkun ugwali għas-somma tal-aħjar stima u marġni ta’ riskju kif stipulat fil-paragrafi 2 u 3.
2.  

L-aħjar stima għandha tkun tikkorrispondi għall-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà ta’ likwidità futura, filwaqt li jitqies il-valur fiż-żmien tal-flus (il-valur preżenti mistenni tal-likwidità futura), billi tintuża l-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax bla riskju.

Il-kalkolu tal-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni aġġornata u kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta’ metodi attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u rilevanti.

Il-projjezzjoni tal-likwidità użata fil-kalkolu tal-aħjar stima għandha tqis iċ-ċaqliq kollu tal-flus ‘il barra u ‘l ġewwa li jkun meħtieġ sabiex jinfdew l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fuq il-medda ta’ żmien tagħhom.

L-aħjar stima għandha tiġi kkalkolata gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali. Dawn l-ammonti għandhom jiġu kkalkolati separatament skont l-Artikolu 81.

3.  
Il-marġni tar-riskju għandu jkun tali li jiżgura li l-valur tad-dispożizzjoni teknika jkun ekwivalenti għall-ammont li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu mistennija jkollhom sabiex jidħlu għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u jonorawhom.
4.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw l-aħjar stima u l-marġni tar-riskju separatament.

Madankollu, meta likwidità futura assoċjata ma’ obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tista’ tiġi rreplikata b’mod affidabbli bl-użu ta’ strumenti finanzjarji li għalihom huwa osservabbli valur tas-suq affidabbli, il-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi assoċjat ma’ dik il-likwidità futura għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. F’dan il-każ, ma għandhomx ikunu meħtieġa kalkoli separati tal-aħjar stima u tal-marġni tar-riskju.

5.  

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-aħjar stima u l-marġni tar-riskju separatament, il-marġni tar-riskju għandu jiġi kkalkolat billi jiġi ddeterminat kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta’ fondi proprji eliġibbli ugwali ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ meħtieġ biex isostni l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul il-ħajja ta’ dawk l-obbligi.

Ir-rata użata fid-determinazzjoni ta’ kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta’ fondi proprji eliġibbli (ir- ►C4  rata tal-Kost tal-Kapital ◄ ) għandha tkun l-istess għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u għandha tiġi riveduta perjodikament.

Ir- ►C4  rata tal-Kost tal-Kapital ◄ użata għandha tkun ugwali għar-rata addizzjonali, ‘il fuq mir-rata tal-imgħax bla riskju, li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha tħallas li żżomm ammont ta’ fondi proprji eliġibbli, kif stipulat fit-Taqsima 3, ugwali ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ meħtieġ biex jiġu appoġġjati l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul il-ħajja ta’ dawk l-obbligi.

▼M5

Artikolu 77a

Estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bla riskju rilevanti

Id-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(2) għandha tagħmel użu mill-informazzjoni li ġejja minn strumenti finanzjarji rilevanti u tkun konsistenti magħha. Dik id-determinazzjoni għandha tikkunsidra l-istrumenti finanzjarji rilevanti ta' dawk il-maturitajiet fejn is-swieq għal dawk l-istrumenti finanzjarji kif ukoll għall-bonds ikunu profondi, likwidi u trasparenti. Għal maturitajiet fejn is-swieq għall-istrumenti finanzjarji rilevanti jew għal bonds ma jkunux għadhom profondi, likwidi u trasparenti, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti għandha tiġi estrapolata.

Il-parti estrapolata tal-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tkun ibbażata fuq rati forward li jikkonverġu gradwalment minn rata tal-imgħax waħda jew sett ta' rati tal-imgħax fir-rigward tal-itwal maturitajiet li għalihom l-istrumenti finanzjarji rilevanti u l-bonds f'dik il-valuta jistgħu jiġu osservati f'suq profond, likwidu u trasparenti sa rata forward aħħarija.

Artikolu 77b

Aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu japplikaw aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex jikkalkolaw l-aħjar stima ta' portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tar-riassigurazzjoni, inklużi l-annwalitajiet li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u riassigurazzjonijiet soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet superviżorji fejn jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun assenjat portafoll ta' assi, li jikkonsistu f'bonds u assi oħrajn b'karatteristiċi simili ta' flussi ta' flus, biex tkopri l-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u żżomm dik l-assenjazzjoni sakemm idumu jeżistu dawk l-obbligi, ħlief għall-fini taż-żamma tar-replikazzjoni tal-flussi ta' flus mistennija bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet fejn il-flussi ta' flus ikunu nbidlu b'mod materjali;

(b) 

il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għalih huwa applikat l-aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat tal-assi huma identifikati, organizzati u mmaniġġjati separatament minn attivitajiet oħra tal-impriżi, u l-portafoll assenjat tal-assi ma jistax jintuża biex ikopri telf li jirriżulta minn attivitajiet oħra tal-impriżi;

(c) 

il-flussi ta' flus mistennija tal-portafoll assenjat ta' assi jirrepplikaw kull wieħed mill-flussi ta' flus previsti tal-portafoll ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-istess valuta u kwalunkwe nuqqas ta' korrispondenza ma joħloqx riskji li huma materjali fir-rigward tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għalih jiġi applikat aġġustament ta' korrispondenza;

(d) 

il-kuntratti li fuqhom huwa bbażat il-portafoll tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jagħtux lok għal pagamenti ta' primjums futuri;

(e) 

l-uniċi riskji ta' sottoskrizzjoni marbuta mal-portafoll ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma r-riskju tal-lonġevità, ta' spiża, ta' reviżjoni u ta' mortalità;

(f) 

fejn ir-riskju ta' sottoskrizzjoni marbut mal-portafoll tal-obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jinkludi r-riskju tal-mortalità, l-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jiżdiedx b'aktar minn 5 % taħt stress tar-riskju tal-mortalità li hu kkalibrat skont l-Artikolu 101(2) sa (5);

(g) 

il-kuntratti li fuqhom ikun ibbażat il-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jinkludu l-ebda opzjoni għad-detentur tal-polza jew opzjoni ta' ċessjoni biss fejn il-valur ta' ċessjoni ma jaqbiżx il-valur tal-assi, ivvalutati skont l-Artikolu 75, li jkopru l-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-mument li fih tiġi eżerċitata l-opzjoni taċ-ċessjoni;

(h) 

il-flussi ta' flus tal-portafoll assenjat ta' assi huma fissi u ma jistgħux jinbidlu mill-emittenti tal-assi jew minn kwalunkwe parti terza;

(i) 

l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhumiex maqsumin f'partijiet differenti meta jiffurmaw il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għall-fini ta' dan il-paragrafu.

Minkejja l-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw assi fejn il-flussi tal-flus ikunu fissi ħlief għal dipendenza fuq l-inflazzjoni, sakemm dawk l-assi jirrepplikaw il-flussi tal-flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jiddependu fuq l-inflazzjoni.

Fil-każ li l-emittenti jew il-partijiet terzi jkollhom id-dritt li jibdlu l-flussi tal-flus ta' assi b'tali mod li l-investitur jirċievi kumpens suffiċjenti biex ikun jista' jikseb l-istess flussi tal-flus billi jerġa' jinvesti f'assi ta' kreditu ta' kwalità ekwivalenti jew aħjar, id-dritt li jibdlu l-flussi tal-flus m'għandux jiskwalifika l-assi għall-ammissibbiltà għall-portafoll assenjat skont il-punt (h) tal-ewwel subparagrafu.

2.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza għal portafoll ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni m'għandhomx jerġgħu jħaddnu approċċ li ma jinkludix aġġustament ta' korrispondenza. Meta impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza ma tkunx tista' iktar tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tinforma immedjatament lill-awtorità superviżorja u tieħu l-miżuri neċessarji biex jerġa' jkun hemm konformita' ma' dawk il-kundizzjonijiet. Meta l-impriża ma tkunx tista' terġa' tistabbilixi konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tan-nuqqas ta' konformità, għandha tieqaf tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza għal kwalunkwe wieħed mill-obbligazzjonijiet tagħha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u m'għandhiex tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza għal perjodu ta' 24 xahar oħra.
3.  
L-aġġustament ta' korrispondenza m'għandux jiġi applikat fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fejn l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti biex tikkalkola l-aħjar stima tinkludi aġġustament fil-volatilità skont l-Artikolu 77d jew miżura tranżizzjonali fuq ir-rati ta' interess bla riskju taħt l-Artikolu 308c.

Artikolu 77c

Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza

1.  

Għal kull munita l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b għandu jiġi kkalkolat skont dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-aġġustament ta' korrispondenza irid ikun ugwali għad-differenza ta' dawn li ġejjin:

(i) 

ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tirriżulta għal valur li jkun ugwali għall-valur skont l-Artikolu 75 tal-portafoll ta' assi assenjati;

(ii) 

ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tirrizulta f'valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meta l-valur taż-żmien tal-flus jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax bla riskju;

(b) 

l-aġġustament ta' korrispondenza ma jridx jinkludi l-firxa fundamentali li tirrifletti r-riskji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(c) 

minkejja l-punt (a), il-firxa fundamentali trid tiżdied fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-aġġustament ta' korrispondenza għall-assi ta' kwalità ta' kreditu tal-grad ta' sottoinvestiment ma jaqbiżx l-aġġustamenti ta' korrispondenza għall-assi ta' kwalità ta' kreditu tal-grad ta' investiment u l-istess dewmien u klassi tal-assi;

(d) 

l-użu ta' valutazzjonijiet esterni tal-kreditu fil-kalkolu tal-aġġustament tal-korrispondenza irid ikun konformi mal-Artikolu 111(1)(n).

2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-firxa fundamentali għandha tkun:

(a) 

ugwali għas-somma ta' dan li ġej:

(i) 

il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għall-probabbiltà ta' inadempjenza tal-assi;

(ii) 

il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għat-telf mistenni li jirriżulta mid-degradazzjoni tal-assi;

(b) 

għall-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 30 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji;

(c) 

għal assi għajr skoperturi għal gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 35 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa meta mqabbla mar-rata ta' imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji.

Il-probabbilta ta' inadempjenza msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq statistika ta' inadempjenza fuq perjodu twil li tkun rilevanti għall-assi fir-rigward tal-perjodu ta' validità, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tal-assi.

Meta l-ebda firxa tal-kreditu affidabbli ma tista' tiġi derivata mill-istatistika ta' inadempjenza msemmija fit-tieni subparagrafu, il-firxa fundamentali għandha tkun ugwali għall-porzjon tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stipulata fil-punti (b) u (c).

Artikolu 77d

Aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju

1.  
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet superviżorji għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex japplikaw aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2).
2.  
Għal kull munita rilevanti, l-aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandu jkun ibbażat fuq il-firxa bejn ir-rata ta' interess li tista' tinqala mill-assi inklużi f'portafoll ta' referenza għal dik il-munita u r-rati tal-istruttura rilevanti bażika tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Il-portafoll ta' referenza għal munita għandu jkun rappreżentattiv għall-assi li huma denominati f'dik il-munita u li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma investiti fihom biex ikopru l-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni denominati f'dik il-munita.

3.  
L-ammont tal-aġġustament ta' volatilità għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju għandu jikkorrispondi għal 65 % tal-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut.

Il-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn il-firxa msemmija fil-paragrafu 2 u l-porzjon ta' dik il-firxa li hija attribwibbli għal valutazzjoni realistika tat-telf mistenni jew tal-kreditu mhux mistenni jew ta' riskju ieħor tal-assi.

L-aġġustament ta' volatilità għandu japplika biss għar-rati rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju tal-istruttura tat-terminu li mhumiex derivati permezz ta' estrapolazzjoni skont l-Artikolu 77a. L-estrapolazzjoni tal-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata ta' interess mingħajr riskju għandha tkun ibbażata fuq dawn ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju aġġustati.

4.  
►M9  Għal kull pajjiż rilevanti, l-aġġustament ta’ volatilità għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju msemmi fil-paragrafu 3 għall-munita ta’ dak il-pajjiż għandu, qabel l-applikazzjoni tal-fattur ta’ 65 % jiżdied bid-differenza bejn il-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut u darbtejn il-firxa tal-munita kkorreġuta għar-riskju kull meta dik id-differenza tkun pożittiva u l-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut tkun ogħla minn 85 punt bażiku. ◄ L-aġġustament ta' volatilità miżjud għandu jiġi applikat għall-kalkolu tal-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż. Il-firxa tal-pajjiż b'riskju kkorreġut hija kkalkolata bl-istess mod bħall-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut għall-munita ta' dak il-pajjiż, iżda bbażata fuq portafoll ta' referenza li huwa rappreżentattiv għall-assi li fihom huma investiti impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex ikopru l-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' prodotti mibjugħa fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż u ddenominati fil-munita ta' dak il-pajjiż.
5.  
L-aġġustament ta' volatilità m'għandux jiġi applikat fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni meta l-istruttura adattata tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima għal dawk l-obbligazzjonijiet tinkludi aġġustament ta' korrispondenza skont l-Artikolu 77b.
6.  
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 101, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza m'għandux ikopri r-riskju ta' telf tal-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mill-bidliet tal-aġġustament ta' volatilità.

Artikolu 77e

Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

1.  

L-AEAPX għandha tistabbilixxi u tippubblika għal kull munita rilevanti l-informazzjoni teknika li ġejja għall-anqas fuq bażi trimestrali:

(a) 

struttura rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2), mingħajr kwalunkwe aġġustament ta' korrispondenza jew aġġustament ta' volatilità;

(b) 

għal kull dewmien rilevanti, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tiegħu, firxa fundamentali għall-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza msemmija fl-Artikolu 77c(1)(b);

(c) 

għal kull suq tal-assigurazzjoni nazzjonali rilevanti, aġġustament tal-volatilità għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77d(1).

2.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-kalkolu ta' dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji bażiċi, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dik l-informazzjoni teknika għal kull munita rilevanti l-informazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 301(2).

Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza ġġustifikati kif jixraq relatati mad-disponibilità tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 301(3).

3.  
Meta l-informazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1 tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw dik l-informazzjoni teknika biex jikkalkolaw l-aħjar stima skont l-Artikolu 77, l-aġġustament ta' korrispondenza skont l-Artikolu 77c, u l-aġġustament ta' volatilità skont l-Artikolu 77d.

Fir-rigward tal-muniti u s-swieq nazzjonali fejn l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1(c) ma jkunx stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-ebda aġġustament tal-volatilità m'għandu jiġi applikat għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima.

Artikolu 77f

Rieżami tal-miżuri tal-garanziji fuq terminu twil u miżuri dwar ir-riskju tal-ekwitajiet

1.  
L-AEAPX għandha, fuq bażi annwali u sal-1 ta' Jannar 2021, tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-applikazzjoni tal-Artikoli 77a sa 77e u 106, l-Artikolu 138(4) u l-Artikoli 304, 308c u 308d, inklużi l-atti delegati jew l-atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità magħhom.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom, fuq bażi annwali matul dak il-perjodu, jipprovdu lill-AEAPX b'din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

id-disponibilità tal-garanziji fuq terminu twil fil-prodotti tal-assigurazzjoni fis-swieq nazzjonali tagħhom u l-imġiba tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni bħala investituri fuq terminu twil;

(b) 

In-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament tal-volatilità, l-estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4), is-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien u l-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d;

(c) 

l-impatt fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament tal-volatilità, il-mekkaniżmu tal-aġġustament simetriku għall-imposta tal-kapital tal-ekwità, is-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien u l-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d, fil-livell nazzjonali u b'mod anonimu għal kull impriża;

(d) 

l-effett tal-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament ta' volatilità, il-mekkaniżmu tal-aġġustament simetriku għall-imposta tal-kapital tal-ekwità u s-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien fuq l-imġiba tal-investiment tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u jekk jipprovdux salvataġġ tal-kapital mhux xieraq;

(e) 

l-effett ta' kull estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4) fuq l-isforzi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f) 

fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw il-miżuri tranziżżjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d, jekk jikkonformawx mal-pjanijiet ta' introduzzjoni progressiva msemmija fl-Artikolu 308e u l-prospetti għal dipendenza mnaqqsa fuq dawn il-miżuri tranżizzjonali, inklużi l-miżuri li ttieħdu jew li huma mistennija li jittieħdu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-ambjent regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-AEAPX, fejn xieraq wara li tikkonsulta l-BERS u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 77a sa 77e u 106, l-Artikolu 138(4), u l-Artikoli 304, 308c u 308d, inklużi l-atti delegati jew l-atti ta' implimentazzjoni adottati bi qbil magħhom. Dik il-valutazzjoni għandha ssir fir-rigward tad-disponibbiltà ta' garanziji fuq terminu twil fi prodotti tal-assigurazzjoni, l-imġiba tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni bħala investituri fuq perjodi twal ta' żmien u, b'mod aktar ġenerali, l-istabbiltà finanzjarja.
3.  

Abbażi ta' opinjoni ppreżentata mill-AEAPX, msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Jannar 2021, jew, fejn xieraq, aktar kmieni. Ir-rapport għandu jiffoka, b'mod partikolari, fuq l-effetti fuq:

(a) 

il-ħarsien tad-detenturi tal-poloz;

(b) 

il-funzjonament u l-istabbiltà tas-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni;

(c) 

is-suq intern u b'mod partikolari l-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet ugwali fis-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni;

(d) 

kemm l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jibqgħu joperaw bħala investituri fuq perjodu twil ta' żmien;

(e) 

id-disponibbiltà u l-ipprezzar tal-prodotti ta' renti;

(f) 

id-disponibbiltà u l-ipprezzar ta' prodotti f'kompetizzjoni;

(g) 

strateġiji ta' investiment fuq perjodu twil ta' żmien minn impriżi tal-assigurazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom jiġu applikati l-Artikoli 77b u 77c meta mqabbla ma' dawk marbuta ma' garanziji oħra fuq perjodu twil ta' żmien;

(h) 

l-għażla tal-konsumaturi u l-għarfien tal-konsumaturi dwar ir-riskju;

(i) 

il-grad ta' diversifikazzjoni fin-negozju tal-assigurazzjoni u l-portafoll tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(j) 

l-istabbiltà finanzjarja.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jibni fuq l-esperjenza superviżorja marbuta mal-applikazzjoni tal-Artikoli 77a sa 77e u 106, l-Artikolu 138(4) u l-Artikoli 304, 308c u 308d, inklużi l-atti delegati jew l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-Artikoli.

4.  
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jiġi akkumpanjat, jekk hu neċessarju, minn proposti leġislattivi.

▼B

Artikolu 78

Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dispożizzjonjiet tekniċi

Minbarra l-Artikolu 77, waqt il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont ta’ dawn li ġejjin:

(1) 

l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu waqt il-ħlas ta’ obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(2) 

l-inflazzjoni, inkluż inflazzjoni fuq spejjeż u klejms;

(3) 

il-ħlasijiet kollha lit-titolari tal-poloz u lill-benefiċjarji, inkluż bonusijiet diskrezzjonarji futuri, li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biħsiebhom jagħmlu, sew jekk huma jew mhumiex kuntrattwalment garantiti, ħlief jekk dawk il-ħlasijiet jaqgħu taħt l-Artikolu 91(2).

Artikolu 79

Il-valutazzjoni tal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Waqt il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont tal-valur tal-garanziji finanzjarji u kull opzjoni kuntrattwali inkluża fil-poloz tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Kull suppożizzjoni magħmula minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward tal-probabbiltà li t-titolari tal-poloz se jeżerċitaw opzjonijiet kuntrattwali, inkluż skadenzi jew ċessjonijiet ta’ poloz, għandha tkun realistika u bbażata fuq informazzjoni kurrenti u kredibbli. Is-suppożizzjonijiet għandhom iqisu, jew espliċitament jew impliċitament, l-impatt li jista’ jkollhom bidliet fil-ġejjieni fil-kondizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji fuq l-eżerċizzju ta’ dawn l-opzjonijiet.

Artikolu 80

Segmentazzjoni

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jissegmentaw l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom fi gruppi ta’ riskju omoġenei, u bħala minimu skont linji ta’ negozju, meta jikkalkolaw id-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom.

Artikolu 81

Irkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali

Il-kalkolu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 76 sa 80.

Meta jiġu kkalkolati ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont tad-differenza fiż-żmien bejn l-irkupri u l-ħlasijiet diretti.

Ir-riżultat minn dan il-kalkolu għandu jiġi aġġustat sabiex iqis it-telf mistenni minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontroparti. Dan l-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ inadempjenza mill-kontroparti u t-telf medju li jirriżulta minnu (telf minħabba inadempjenza).

Artikolu 82

Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom proċessi u proċeduri interni sabiex jiżguraw li d-data użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom hija xierqa, kompluta u preċiża.

Fil-każijiet fejn, f’ċirkostanzi speċifiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed data ta’ kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli għal sett jew taqsima partikolari tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom, jew ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali, approssimazzjonijiet xierqa, inklużi approċċi skont il-każ, jistgħu jintużaw fil-kalkolu tal-aħjar stima.

Artikolu 83

Paragun abbażi tal-esperjenza

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikollhom stabbiliti proċessi u proċeduri biex l-aħjar stimi, u s-suppożizzjonijiet li jsejsu l-kalkolu tal-aħjar stimi, jitqabblu regolarment mal-esperjenza.

Meta l-paragun jidentifika devjazzjoni sistematika bejn l-esperjenza u l-kalkoli tal-aħjar stima tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriża kkonċernata għandha tagħmel aġġustamenti xierqa lill-metodi attwarji li qed jiġu użati u/jew is-suppożizzjonijiet li jkunu qed isiru.

Artikolu 84

L-adegwatezza tal-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi

Fuq talba mill-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom juru kemm huwa xieraq il-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, kif ukoll l-applikabbiltà u r-rilevanza tal-metodi applikati, u kemm hija xierqa d-data statistika sottostanti użata.

Artikolu 85

Żieda ta’ dispożizzjonijiet tekniċi

Sa fejn il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkonformax mal-Artikoli 76 sa 83, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jżidu l-ammont ta’ dispożizzjonijiet tekniċi sabiex jikkorrispondu mal-livell determinat skont dawk l-Artikoli.

▼M5

Artikolu 86

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabilixxu dan li ġej:

(a) 

metodoloġiji attwarjali u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(b) 

il-metodoloġiji, il-prinċipji u t-tekniki għad-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(c) 

iċ-ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi għandhom jiġu kkalkulati bħala total, jew bħala somma tal-aħjar stima u marġni tar-riskju, u l-metodi li għandhom jintużaw fil-każ fejn provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati fit-total, kif imsemmi fl-Artikolu 77(4);

(d) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju inkluża d-determinazzjoni tal-ammont ta' fondi proprji eliġibbli meħtieġa għas-sostenn tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kalibrazzjoni tar-rata tal-kost tal-kapital, kif imsemmi fl-Artikolu 77(5);

(e) 

il-linji tan-negozju li fuq il-bażi tagħhom l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu segmentati sabiex jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 80;

(f) 

l-istandards li għandhom jintlaħqu għal dak li jirrigwarda l-iżgurar tal-adattezza, il-kompletezza u l-akkuratezza tad-data użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun xieraq li tintuża approssimizzazzjoni, inkluż l-approċċi każ b'każ, għall-kalkolu tal-aħjar stima, kif imsemmi fl-Artikolu 82;

(g) 

speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77b(1) inklużi l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġi kkalkolat l-impatt tal-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(e);

(h) 

speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77c inklużi s-suppożizzjonijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati fil-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-firxa fundamentali;

(i) 

metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-aġġustament ta' volatilità msemmi fl-Artikolu 77d inkluża formola għall-kalkolu tal-firxa msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak l-Artikolu.

2.  

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-metodi għall-kalkoli ta' dispożizzjonijiet tekniċi, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-metodoloġiji li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-aġġustament għall-inadempjenza tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 81 iddisinjat sabiex jaqbdu t-telf mistenni minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti;

(b) 

fejn meħtieġ, metodi u tekniċi simplifikati biex jiġu kkalkolati d-dispożizzjonijiet tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u statistiċi msemmija fil-punti (a) u (d) huma proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni “captive”.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 77b, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni ta' aġġustament ta' referenza msemmi fl-Artikolu 77b(1).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Taqsima 3

Fondi proprji



Subtaqsima 1

Determinazzjoni tal-fondi proprji

Artikolu 87

Fondi proprji

Fondi proprji għandhom jinkludu s-somma tal-fondi proprji bażiċi, imsemmija fl-Artikolu 88 u fondi proprji anċillari msemmija fl-Artikolu 89.

Artikolu 88

Fondi proprji bażiċi

Fondi proprji bażiċi għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(1) 

l-eċċess ta’ attivi fuq il-passivi, ivvalutati skont l-Artikolu 75 u t-Taqsima 2;

(2) 

passivi subordinati.

L-ammont ta’ eċċess imsemmi fil-punt (1) għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ ishma proprji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 89

Fondi proprji anċillari

1.  

Fondi proprji anċillari għandhom jikkonsistu f’elementi għajr fondi proprji bażiċi li jistgħu jissejħu għall-ġbir sabiex jassorbu t-telf.

Fondi proprji anċillari jistgħu jinkludu l-elementi li ġejjin sa fejn ma jkunux elementi ta’ fondi proprji bażiċi:

(a) 

kapital azzjonarju mhux imħallas jew fond inizjali li ma ssejjaħx għall-ġbir;

(b) 

ittri ta’ kreditu u garanziji;

(ċ) 

kull impenn ieħor legalment obbligatorju li jirċievu l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Fil-każ ta’ assoċjazzjoni mutwa jew ta’ tip mutwu b’kontribuzzjonijiet varjabbli, fondi proprji anċillari jistgħu wkoll jinkludu kull talba futura oħra li l-assoċjazzjoni jista’ jkollha kontra l-membri tagħha permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjoni supplimentari, fit-12-il xahar li jsegwu.

2.  
Meta element anċillari ta’ fond proprju jkun tħallas jew issejjaħ, għandu jiġi ttrattat bħala attiv u jieqaf jifforma parti mill-elementi ta’ fondi proprji anċillari.

Artikolu 90

Approvazzjoni superviżorja ta’ fondi proprji anċillari

1.  
L-ammonti ta’ elementi ta’ fondi proprji anċillari li għandhom jitqiesu meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-fondi proprji għandhom ikunu suġġetti għal approvazzjoni superviżorja minn qabel.
2.  
L-ammont attribwit lil kull element ta’ fond proprju anċillari għandu jirrifletti l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf tal-element u għandu jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi. Meta element ta’ fond proprju anċillari jkollu valur nominali fiss, l-ammont ta’ dak l-element għandu jkun ugwali għall-valur nominali tiegħu, b’mod li jirrifletti kif xieraq il-kapaċità tiegħu ta’ assorbiment ta’ telf.
3.  

L-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ammont monetarju għal kull element ta’ fondi proprji anċillari;

(b) 

metodu li jiddetermina l-ammont ta’ kull element ta’ fondi proprji anċillari, li f’tali każ l-approvazzjoni superviżorja tal-ammont determinat skont dak il-metodu għandu jingħata għal perjodu ta’ żmien speċifiku.

4.  

Għal kull element ta’ fond proprju anċillari, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jibbażaw l-approvazzjoni tagħhom fuq evalwazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

l-istatus tal-kontropartijiet ikkonċernati, rigward il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jħallsu;

(b) 

l-irkuprabbiltà tal-fondi, filwaqt li titqies il-forma legali tal-elementi, kif ukoll kull kondizzjoni li ma tippermettix lil dak l-element li jirnexxielu jitħallas jew jissejjaħ għall-ġbir;

(ċ) 

kwalunkwe informazzjoni dwar ir-riżultat ta’ sejħiet fil-passat li jkunu għamlu l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għal fondi proprji anċillari bħal dawn, safejn l-informazzjoni tista’ tintuża b’mod affidabbli biex jiġi evalwat ir-riżultat mistenni ta’ sejħiet futuri.

Artikolu 91

Fondi żejda

1.  
Fondi żejda għandhom jitqiesu li huma profitti akkumulati li ma sarux disponibbli għat-tqassim lit-titolari tal-poloz u lill-benefiċjarji.
2.  
Sa fejn awtorizzat mil-liġi nazzjonali, fondi żejda ta’ bilanċ pożittiv m’għandhomx jitqiesu bħala passivi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, safejn dawn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 94(1).

Artikolu 92

▼M5

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni

1.  
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari skont l-Artikolu 90.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1a.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a fej tispeċifika t-trattament tal-parteċipazzjonijiet, skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 212(2), f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu għal dak li jirrigwarda d-determinzzjoni ta' fondi proprji.

▼B

2.  

Ishma f’istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:

(a) 

parteċipazzjonijiet li impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom fi:

(i) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(ii) 

ditti tal-investiment fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) 

klejms u strumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 63 u l-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE li impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkollhom fir-rigward tal-entitajiet definiti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li fihom ikollhom sehem.

▼M5

3.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 90, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni superviżorja għall-użu ta' fondi proprji anċillari.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Subtaqsima 2

Klassifikazzjoni tal-fondi proprji

Artikolu 93

Karatteristiċi u partikolaritajiet oħra użati għall-klassifikazzjoni tal-fondi proprji f’livelli

1.  

Elementi ta’ fondi proprji għandhom jiġu kklassifikati fi tliet livelli. Il-klassifikazzjoni ta’ dawk l-elementi għandha tiddependi fuq jekk humiex elementi ta’ fondi proprji bażiċi jew fondi proprji anċillari u fuq kemm għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

l-element ikun disponibbli, jew jista’ jissejjaħ għall-ġbir b’talba, biex jassorbi b’mod sħiħ it-telf fuq bażi azjendali, kif ukoll fil-każ ta’ stralċ (disponibbiltà permanenti);

(b) 

fil-każ ta’ stralċ, l-ammont totali tal-element ikun disponibbli biex jassorbi t-telf u l-ħlas lura ta’ element ikun irrifjutat lid-detenetur tiegħu sakemm kull obbligu ieħor, inkluż obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni lejn titolari ta’ poloz u benefiċjarji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, ikun ġie onorat (subordinazzjoni);

2.  

Meta jkun qed jiġi evalwat kemm l-elementi ta’ fondi proprji għandhom il-karatteristiċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, attwalment u fil-futur, irid jiġi kkunsidrat sew it-tul ta’ żmien li jdum l-element, b’mod partikolari jekk l-element għandux data jew le. Fejn element ta’ fondi proprji jkollu data, għandu jitqies it-tul ta’ żmien relattiv tal-element meta mqabbel mat-tul ta’ żmien tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-impriża (tul ta’ żmien suffiċjenti).

Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

jekk l-element hux ħieles minn rekwiżiti jew inċentivi biex jinfeda l-ammont nominali (assenza ta’ inċentivi biex jinfeda);

(b) 

jekk l-element hux ħieles minn imposti fissi obbligatorji (assenza ta’ spejjeż ta’ servizz obbligatorji);

(ċ) 

jekk l-element hux ħieles minn restrizzjonijiet (assenza ta’ restrizzjonijiet).

Artikolu 94

Kriterji ewlenin għall-klassifikazzjoni f’livelli

1.  
Elementi tal-fondi proprji bażiċi għandhom jiġu kklassifikati f’Livell 1 meta jkollhom b’mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 93(1), meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2).
2.  

Elementi tal-fondi proprji bażiċi għandhom jiġu kklassifikati f’Livell 2 meta jkollhom b’mod sostanzjali l-karatteristika stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 93(1), meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2).

L-elementi ta’ fondi proprji anċillari għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 2 meta dawn ikollhom b’mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 93(1), meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2).

3.  
Kwalunkwe element ta’ fondi proprji bażiċi u anċillari, li ma jaqax fl-ambitu tal-paragrafi 1 u 2, għandu jiġi kklassifikat fil-Livell 3.

Artikolu 95

Klassifikazzjoni ta’ fondi proprji f’livelli

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikklassifikaw l-elementi ta’ fondi proprji tagħhom skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 94.

Għal dak il-għan, impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jirriferu għal-lista ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 97(1), fejn applikabbli.

Fejn element ta’ fond proprju mhuwiex kopert minn dik il-lista, għandu jiġi vvalutat u kklassifikat mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, skont l-ewwel paragrafu. Din il-klassifikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità superviżorja.

Artikolu 96

Klassifikazzjoni ta’ elementi speċifiċi tal-fondi proprji tal-assigurazzjoni

Bla ħsara għall-Artikolu 95 u l-punt (a) tal-Artikolu 97(1), għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw il-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

(1) 

fondi minn bilanċ pożittiv skont l-Artikolu 91(2) għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 1;

(2) 

ittri ta’ kreditu u garanziji li huma miżmuma fi “trust” għall-benefiċċju ta’ kredituri tal-assigurazzjoni minn “trustee” indipendenti u pprovduti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 2;

(3) 

kwalunkwe talba futura li jista’ jkollhom kontra l-membri tagħhom l-assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu tas-sidien tal-vapuri b’kontribuzzjonijiet varjabbli li jassiguraw biss ir-riskji elenkati fil-klassijiet 6, 12 u 17 fil-Parti A tal-Anness I permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet supplementari, fit-12-il xahar li jsegwu, għandha tiġi kklasifikata fil-Livell 2.

F’ konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2), kwalunkwe klejms futuri li l-assoċjazzjonijiet mutwi jew tat-tip mutwu b’kontribuzzjonijiet varjabbli jista’ jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fi żmien 12-il xahar li jsegwu, li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt 3 tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 2 meta jkollhom b’mod sostanzjali l-karatteristiċi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 93(1), meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93(2).

▼M5

Artikolu 97

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a fejn tistabbilixxi lista ta' oġġetti ta' fondi proprji, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 96, ikkunsidrati li jissodisfaw il-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 94, li tinkludi għal kull oġġett ta' fondi proprji deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi li ddeterminaw il-klassifikazzjoni tiegħu.
2.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet superviżorji, fl-approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' oġġetti ta' fondi proprji li mhumiex koperti mil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment u, fejn ikun xieraq, taġġorna l-lista msemmija fil-paragrafu 1 fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

▼B



Subtaqsima 3

Eliġibbiltà tal-fondi proprji

Artikolu 98

Eliġibbiltà u limiti applikabbli għal-Livelli 1, 2, u 3

1.  

Sa fejn għandha x’taqsam il-konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-ammonti eleġibbli tal-elementi tal-Livell 2 u l-Livell 3 għandhom ikunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi li ġejjin. Dawn il-limiti għandhom ikunu tali li jiżguraw li mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-proporzjoni tal-elementi tal-Livell 1 fil-fondi proprji eliġibbli jkun ogħla minn terz tal-ammont totali tal-fondi proprji eliġibbli;

(b) 

l-ammont eliġibbli tal-elementi tal-Livell 3 jkun inqas minn terz tal-ammont tal-fondi proprji eligibbli totali.

2.  
Sa fejn hija kkonċernata l-konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit, l-ammont tal-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex ikopru l-Kapital Minimu Rekwiżit li huma kklassifikati fil-Livell 2 għandhom ikunu suġġetti għal limiti kwantitattivi. Dawn il-limiti għandhom ikunu tali li jiżguraw, bħala minimu, li l-proporzjon tal-elementi tal-Livell 1 fil-fondi proprji bażiċi eliġibbli jkun ogħla minn nofs l-ammont totali ta’ fondi proprji bazici eliġibbli.
3.  
L-ammont eliġibbli ta’ fondi proprji biex jiġi kopert ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ stipulat fl-Artikolu 100 għandu jkun ugwali għall-ammont tal-Livell 1, l-ammont eliġibbli tal-Livell 2 u l-ammont eliġibbli tal-Livell 3.
4.  
L-ammont eliġibbli ta’ fondi proprji bażiċi biex jiġi kopert il-Kapital Minimu Rekwiżit stipulat fl-Artikolu 128 għandu jkun ugwali għall-ammont tal-Livell 1 u l-ammont eliġibbli tal-elementi tal-fondi proprji bażiċi kklassifikati fil-Livell 2.

▼M5

Artikolu 99

Atti delegati dwar l-eliġibilità tal-fondi proprji

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu:

(a) 

il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 98(1) u (2);

(b) 

l-aġġustamenti li għandhom isiru sabiex jirriflettu n-nuqqas ta' trasferibbiltà ta' dawk l-oġġetti ta' fondi proprji li jistgħu jintużaw biss sabiex ikopru telf li joriġina minn settur partikolari ta' obbligazzjonijiet jew minn riskji partikolari (fondi ring-fenced).

▼B



Taqsima 4

Kapital rekwiżit ghas-solvibbiltà



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà bl-użu ta’ formula standard jew mudell intern

Artikolu 100

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jżommu fondi proprji eliġibbli li jkopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalkolat, jew skont il-formula standard fis-Subtaqsima 2 jew bl-użu ta’ mudell inetern, kif stipulat fis-Subtaqsima 3.

Artikolu 101

Il-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄

1.  
►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalkolat skont il-paragrafi 2 sa 5:
2.  
►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalkolat billi wieħed jippreżumi li l-impriża se twettaq in-negozju tagħha bħala ażjenda kummerċjali.
3.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalibrat sabiex jiżgura li jitqiesu r-riskji kwantifikabbli kollha li hija esposta għalihom impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. għandu jkopri n-negozju eżistenti, kif ukoll negozju ġdid mistenni li jiġi kuntrattat tul it-12-il xahar li jsegwu. Fir-rigward ta’ negozju eżistenti, għandu jkopri esklussivament telf mhux mistenni.

Għandu jikkorrispondi għall-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji bażiċi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġett għal livell ta’ kunfidenza ta’ 99,5 % fuq perjodu ta’ sena.

4.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu jkopri mill-inqas ir-riskji li ġejjin:

(a) 

riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b) 

riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja;

(ċ) 

riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa;

(d) 

riskju tas-suq;

(e) 

riskju tal-kreditu;

(f) 

riskju operattiv.

Ir-riskju operattiv, kif imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, għandu jinkludi riskji legali, u jeskludi riskji li joħorġu minn deċiżjonijiet strateġiċi, kif ukoll riskji ta’ reputazzjoni.

5.  
Meta jiġi kkalkolat ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont tal-effett ta’ metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju, dejjem sakemm ir-riskju tal-kreditu u riskji oħrajn li joħorġu mill-użu ta’ dawn il-metodi tekniċi jkunu riflessi kif suppost ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

Artikolu 102

Frekwenza tal-kalkolu

1.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ mill-inqas darba fis-sena u jirrapportaw ir-riżultat ta’ dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iżommu fondi proprji eliġibbli li jkopru l-aħħar ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ rrappurtat.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jimmonitorjaw l-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli u ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fuq bażi kontinwa.

Jekk il-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti fl-aħħar ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ rrappurtat, l-impriża kkonċernata għandha tikkalkola mill-ġdid ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ mingħajr dewmien u tirrappurtah lis-superviżur tal-grupp.

2.  
Meta jkun hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni inbidel konsiderevolment mid-data li fih ġie rrappurtat l-aħħar ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jeħtieġu mill-impriża kkonċernata li jiġi kkalkolat mill-ġdid ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .



Subtaqsima 2

Kapital rekwiżit għas-solvibbiltà formula standard

Artikolu 103

Struttura tal-formula standard

Ir-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà kkalkulat fuq il-bażi tal-formola standard għandu jkun it-total ta’ dan li ġej:

(a) 

►C4  ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza  ◄ , kif stipulat fl-Artikolu 104;

(b) 

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv, kif stipulat fl-Artikolu 107;

(ċ) 

l-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti, kif stipulat fl-Artikolu 108.

Artikolu 104

It-tfassil ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄

1.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ għandu jinkludi moduli ta’ riskju individwali, li huma aggregati skont il-punt 1 tal-Anness IV.

Għandu jikkonsisti mill-inqas mill-moduli ta’ riskju li ġejjin:

(a) 

riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b) 

riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja;

(ċ) 

riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa;

(d) 

riskju tas-suq;

(e) 

riskju ta’ inadempjenza tal-kontroparti.

2.  
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu allokati lill-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni li l-aħjar jirrifletti n-natura teknika tar-riskji sottostanti.
3.  
Il-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni għall-aggregazzjoni tal-moduli tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-kalibrar tar-rekwiżiti kapitali għal kull modulu ta’ riskju, għandhom jirriżultaw ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kumplessiv li jikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 101.
4.  

Kull wieħed mill-moduli ta’ riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalibrat bl-użu ta’ miżura ta’ Valur mar-Riskju, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99,5 %, fuq perjodu ta’ sena.

Fejn xieraq, l-effetti ta’ diversifikazzjoni għandhom jitqiesu fit-tfassil ta’ kull modulu ta’ riskju.

5.  
L-istess tfassil u speċifikazzjonijiet għall-moduli ta’ riskju għandhom jintużaw għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha, kemm fir-rigward ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ kif ukoll għal kwalunkwe kalkolu simplifikat kif stipulat fl-Artikolu 109.
6.  
Fir-rigward ta’ riskji minn katastrofi, jistgħu jintużaw, meta xieraq, speċifikazzjonijiet ġeografiċi għall-kalkolu tal-moduli tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa.
7.  

Suġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, fl-istruttura tal-formula standard, jissostitwixxu subsett tal-parametri tagħha b’parametri speċifiċi għall-impriża kkonċernata meta jkunu qed jikkalkolaw il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa.

Parametri bħal dawn għandhom jiġu kkalibrati fuq il-bażi tad-data interna għall-impriża kkonċernata, jew ta’ data li hija direttament rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ dik l-impriża li qed tuża metodi standardizzati.

Meta tkun qed tingħata l-approvazzjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u kemm hi xierqa d-data użata.

Artikolu 105

Kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄

1.  
►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalkolat skont il-paragrafi 2 sa 6.
2.  

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, f’relazzjoni mal-perikli koperti u l-proċessi użati fit-tmexxija tan-negozju.

Għandu jieħu kont tal-inċertezza fir-riżultati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi eżistenti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll in-negozju ġdid mistenni li jiġi kuntrattat tul it-12-il xahar li jsegwu.

Għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 2 tal-Anness IV, bħala kombinazjoni tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew ta’ bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fiż-żmien meta jseħħu, il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti assigurati, u fiż-żmien meta jseħħu u l-ammont ta’ ħlas tal-klejms (riskju ta’ premium u tar-riserva mhux tal-ħajja);

▼C4

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).

▼B

3.  

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, f’relazzjoni mal-perikli koperti u l-proċessi użati fit-twettiq tan-negozju.

Huwa għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 3 tal-Anness IV, bħala kombinazzjoni tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ mortalità, fejn żieda fir-rata tal-mortalità twassal għal żieda fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni (riskju ta’ mortalità);

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ mortalità, fejn tnaqqis fir-rata tal-mortalità twassal għal żieda fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni (riskju ta’ lonġevità);

(ċ) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tar-rati tad-diżabbiltà, il-mard jew il-morbożità (riskju ta’ diżabbiltà – morbożità);

(d) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tal-ispejjeż imġarrba għall-ħlas (servicing) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (riskju ta’ spejjeż tal-ħajja);

(e) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ reviżjoni applikati għall-annwitajiet, minħabba f’bidliet fl-ambjent legali jew fl-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata (riskju ta’ reviżjoni);

(f) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livelljew il-volatilità tar-rati ta’ skadenza, terminazzjoni, tiġdid jew ċessjoni (riskju ta’ skadenza);

▼C4

(g) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ ipprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);

▼B

4.  

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ min-negozju ta’ assigurazzjoni ta’ obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa, kemm jekk eżerċitat fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja u kif ukoll jekk le, filwaqt li jiġu kkunsidrati kemm il-perikli koperti u kif ukoll il-proċessi użati fit-tmexxija tan-negozju.

Għandha tkopri, mill-inqas, ir-riskji li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tal-ispejjeż imġarrba għall-ħlas (servicing) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fiż-żmien meta jseħħu, il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti assigurati, u fiż-żmien meta jseħħu u l-ammont ta’ ħlas tal-klejms fi żmien il-proviżjon;

▼C4

(c) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn.

▼B

5.  

Il-modulu tar-riskju tas-suq għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-livell jew il-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-istrumenti finanzjarji li għandhom impatt fuq il-valur tal-attivi u l-passivi tal-impriża. Għandu jirrifletti kif suppost in-nuqqas ta’ qbil strutturali bejn l-attivi u l-passivi, partikolarment fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 4 tal-Anness IV, bħala tagħqida tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax, jew fil-volatilità tar-rati tal-imgħax (riskju tar-rata tal-imgħax);

(b) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-azzjonijiet (riskju tal-ekwità);

(ċ) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-proprjetà immobbli (riskju tal-proprjetà);

(d) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew fil-volatilità tad-differenzi fil-kreditu jinfirex fuq l-istruttura ta’ terminu tar-rati tal-imgħax bla riskju (riskju ta’ tifrix);

(e) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tar-rati tal-kambju tal-valuta (riskju tal-valuta);

(f) 

riskji addizzjonali għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jiġu minn nuqqas ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll tal-assi, jew minn espożizzjoni kbira għal riskju ta’ inadempjenza minn emittent uniku ta’ titoli jew grupp ta’ emittenti relatati (konċentrazzjonijiet ta’ riskji tas-suq).

6.  

Il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jirrifletti telf possibbli minħabba inadempjenza jew detorjorament fil-qagħda tal-kreditu li ma jkunux mistennija, tal-kontropartijiet u d-debituri ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul it-12-il xahar li jsegwu. Il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jkopri kuntratti ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħal arranġamenti tar-riassigurazzjoni, titolizzazzjonijiet u derivattivi, u rkuprabbli minn intermedjarji, kif ukoll kull espożizzjoni ta’ kreditu li mhuwiex kopert mis-sottomodulu tar-riskju ta’ spread. Għandu jieħu kont xieraq tal-kollateral jew garanzija oħra miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew f’isimha u r-riskji assoċjati magħhom.

Għal kull kontroparti, il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jieħu kont tal-espożizzjoni kumplessiva għar-riskju tal-kontroparti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għal dik il-kontroparti, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-obbligi kuntrattwali ta’ dik l-impriża.

Artikolu 106

Kalkolu tas-sottomodulu ta’ riskju tal-ekwità: mekkaniżmu ta’ aġġustament simetriku

1.  
Is-sottomodulu ta’ riskju tal-ekwità kkalkulat skont il-formola standard għandu jinkludi aġġustament simetriku għall-imposta tal-kapital tal-ekwità applikata biex tkopri r-riskju li ġej minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-ekwità.
2.  
L-aġġustament simetriku li jsir għall-imposta kapitali tal-ekwità standard, ikkalibrat skont l-Artikolu 104(4), li jkopri r-riskju li ġej minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-ekwità, għandu jkun ibbażat fuq funzjoni tal-livell attwali ta’ indiċi ta’ ekwità xieraq u livell medju ta’ dak l-indiċi aġġustat skont koeffiċjent. Il-medja aġġustata għandha tkun ikkalkulata fuq perjodu xieraq ta’ żmien li għandu jkun l-istess għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
3.  
L-aġġustament simetriku li jsir għall-imposta tal-kapital ta’ ekwità standard li jkopri r-riskju li ġej minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-ekwità m’ghandux jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ imposta tal-kapital ta’ ekwità li hi iktar minn 10 punti percentwali iktar baxxa jew 10 punti percentwali ogħla mill-imposta tal-kapital ta’ ekwità standard.

Artikolu 107

Rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv

1.  
Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv għandu jirrifletti r-riskji operattivi sakemm ma jkunux diġà riflessi fil-moduli tar-riskju msemmija fl-Artikolu 104. Dak ir-rekwiżit għandu jiġi kkalibrat skont l-Artikolu 101(3).
2.  
Fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju tal-investiment jintrefa’ mit-titolari tal-poloz, il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv għandu jqis l-ammont ta’ spejjeż annwali fir-rigward ta’ dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni.
3.  
Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni barra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv għandu jqis il-volum ta’ dawk l-operazzjonijiet, f’termini ta’ premiums iggwadanjati u dispożizzjonijiet tekniċi li jinżammu fir-rigward ta’ dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. F’dan il-każ, ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv ma għandux jaqbeż it-30 % ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza  ◄ fir-rigward ta’ dawk l-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 108

L-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti

L-aġġustament imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 103 għal kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u tat-taxxi differiti għandu jirrifletti l-kumpens potenzjali għat-telf mhux mistenni permezz ta’ tnaqqis simultanju fid-dispożizzjonijiet tekniċi jew fit-taxxi differiti jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Dak l-aġġustament għandu jieħu kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonarji futuri ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, sakemm l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jistabbilixxu li tnaqqis f’tali benefiċċji jistgħu jintużaw biex ikopru telf mhux mistenni meta jkun il-każ. L-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonarji futuri ma għandux ikun ogħla mit-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji diskrezzjonarji futuri.

Għall-fini tat-tieni paragrafu, il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonarji futuri f’ċirkostanzi avversi għandu jiġi kkumparat mal-valur ta’ tali benefiċċji skont is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu bl-aqwa stima.

Artikolu 109

Simplifikazzjonijiet fil-formula standard

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw kalkolu ssimplifikat għal sottomodulu speċifiku jew modulu tar-riskju meta n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji li jiffaċċjaw tiġġustifikawh u meta jkun sproporzjonat li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu meħtieġa japplikaw il-kalkolu standardizzat.

Kalkoli simplifikati għandhom jiġu kkalibrati skont l-Artikolu 101(3).

▼M5

Artikolu 109a

Kontributi tekniċi armonizzati għall-formola standard

1.  
Għall-finijiet tal-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, l-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) sa skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu li tapplika l-passi speċifikati skont l-Artikolu 111(1)(n).

Il-Kumitat Konġunt tal-ESA għandu jissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.  

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet li jiffaċilitaw il-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 105(5), li jiffaċilitaw il-kalkolu tal-modulu ta' riskju tal-inadempjenza tal-kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 105(6), li jivvalutaw it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmijin fl-Artikolu 101(5) u li jikkalkolaw il-provvedimenti tekniċi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar:

(a) 

listi ta' gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti, sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn tali skoperturi minħabba li dawk tal-ewwel jkollhom setgħat speċifiċi li jżidu d-dħul, u jkunu jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li jkollhom l-effett li jnaqqsu r-riskju ta' inadempjenza;

(b) 

l-indiċi ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 106(2), skont il-kriterji dettaljati stabbiliti skont l-Artikolu 111(1)(c) u (o);

(c) 

l-aġġustamenti li għandhom isiru għall-valuta marbuta mal-euro fis-submodolu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 105(5), skont il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għal valuti marbutin mal-euro għall-iskop tal-faċilitazzjoni tal-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta, kif stabbilit taħt l-Artikolu 111(1)(p).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Għandha tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
L-AEAPX għandha tippubblika informazzjoni teknika li tinkludi infomazzjoni dwar l-aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106 għall-inqas fuq bażi trimestrali.
4.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għall-fini li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-saħħa tal-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-kalkoli pprovduti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati, dwar devjazzjonijiet standard fir-rigward ta' miżuri leġislattivi nazzjonali speċifiċi li jippermettu l-qsim ta' pagamenti ta' klejms fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 5 u kull kriterju addizzjonali stabbilit mill-att delegat.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

5.  

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw biss għall-miżuri leġislattivi nazzjonali tal-Istati Membri li jippermettu l-qsim tal-pagamenti tal-klejms fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u li jissodisfaw dawn il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-mekkaniżmu għall-qsim ta' pretensjonijiet ikun trasparenti u speċifikat bis-sħiħ qabel il-perjodu annwali li japplika għalih;

(b) 

il-mekkaniżmu għall-qsim ta' pretensjonijiet, l-għadd ta' impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fis-sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa (HRES) u l-karatteristiki tar-riskju tan-negozju suġġett għall-HRES jiżguraw li għal kull impriża li tieħu sehem fl-HRES il-volatilità tat-telf annwali tan-negozju suġġett għall-HRES titnaqqas b'mod sinifikanti permezz tal-HRES, kemm fir-rigward tal-primjum kif ukoll tar-riskju tar-riserva;

(c) 

l-assigurazzjoni tas-saħħa suġġetta għall-HRES hija obbligatorja u sservi bħala alternattiva parzjali jew sħiħa għall-kopertura tas-saħħa mogħtija mis-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali;

(d) 

fil-każ ta' inadempjenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fl-HRES, gvern wieħed jew aktar tal-Istati Membri jiggarantixxu li jissodisfaw il-klejms tad-detentur tal-polza tan-negozju tal-assigurazzjoni li huwa suġġett għall-HRES.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu l-kriterji addizzjonali li l-arranġamenti tal-miżuri leġislattivi nazzjonali għandhom jissodisfaw, u l-metodoloġija u r-rekwiżiti għall-kalkolu tad-devjazzjonijiet standard imsemmjia fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 110

Devjazzjonijiet sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard

Fejn ma jkunx xieraq li ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jiġi kkalkulat skont il-formula standard, kif spjegata fis-Subtaqsima 2, minħabba li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata jiddevja b’mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni mmotivata, jirrikjedu lill-impriża kkonċernata biex tissostitwixxi subsett tal-parametri użati fil-kalkolu tal-formula standard b’parametri li jkunu speċifiċi għal dik l-impriża meta jiġu kkalkulati l-moduli tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, dik mhux tal-ħajja u dik tas-saħħa, kif imfisser fl-Artikolu 104(7). Dawk il-parametri speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li jiżguraw li l-impriża tikkonforma mal-Artikolu 101(3).

▼M5

Artikolu 111

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-Artikoli 103 sa 109

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jipprovdu dan li ġej:

(a) 

formula standard konformi mal-Artikoli 101 u 103 sa 109;

(b) 

kwalunkwe submodulu meħtieġ jew li jkopri b'iżjed preċiżjoni r-riskji li jaqgħu taħt il-moduli tar-riskji rispettivi msemmija fl-Artikolu 104 kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti;

(c) 

il-metodu, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jiġu kkalibrati għall-livell ta' fiduċja msemmi fl-Artikolu 101(3) u li għandhom jintużaw, meta jiġi kkalkolat kull wieħed mill-moduli jew submoduli tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku stipulat fl-Artikoli 104, 105 u 304, il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku u l-perjodu xieraq ta' żmien, espress f'għadd ta' xhur, kif spjegat fl-Artikolu 106, u l-approċċ xieraq biex jiġi integrat il-metodu msemmi fl-Artikolu 304 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif ikkalkulat skont il-formula standard;

(d) 

il-parametri ta' korrelazzjoni, inklużi, jekk ikun meħtieġ, dawk stabbiliti fl-Anness IV, u l-proċeduri għall-aġġornament ta' dawk il-parametri;

(e) 

fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernata u sabiex jiġi aġġustat il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f) 

il-kriterji kwalitattivi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (e) għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat li r-riskju jkun effettivament ġie ttrasferit lil parti terza,

(fa) 

il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' inadempjenza tal-kontraparti fil-każ ta' skoperturi għal kontrapartijiet ċentrali awtorizzati, liema parametri jiżguraw konsistenza mat-trattament ta' tali skoperturi fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) u (26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali stipulat fl-Artikolu 107, inkluż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 107(3);

(h) 

il-metodi u l-aġġustamenti li għandhom jintużaw biex jiġi rifless l-iskop imnaqqas għad-diversifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'rabta mal-fondi li jkunu “ring-fenced”;

(i) 

il-metodu li għandu jintuża fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi jew taxxi differiti, kif stipulat fl-Artikolu 108;

(j) 

is-subsett tal-parametri standard fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u s-saħħa li jistgħu jinbidlu b'parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni kif stabilit fl-Artikolu 104(7);

(k) 

il-metodi standardizzati li għandhom jintużaw mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni msemmija fil-punt (j), u kwalunkwe kriterju li jirrigwarda l-kompletezza, il-preċiżjoni, u l-adattezza tad-data użata li għandu jintlaħaq qabel ma tingħata l-approvazzjoni superviżorja flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita għal approvazzjoni bħal din;

(l) 

il-kalkoli simplifikati previsti għal sottomoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive, għandhom jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 109;

(m) 

l-approċċ li għandu jintuża fir-rigward tal-impriżi relatati fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 212 fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, b'mod parikolari l-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 105(5), b'kunsiderazzjoni tat-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur ta' dawk l-impriżi relatati li joriġinaw min-natura strateġika ta' dawk l-investimenti u l-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.

(n) 

kif għandhom jintużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu estern mill-ECAIs fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formola standard u l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu sa skala ta' passi ta' kwalità tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 109a(1) li għandhom ikunu konsistenti mal-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni mill-ECAIs fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1)(26) ta' dak ir-Regolament;

(o) 

il-kriterji dettaljati għall-indiċi ta' ekwità msemmija fl-Artikolu 109a(2)(c);

(p) 

il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għall-valuti marbuta mal-euro bl-għan li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 109a(2)(d);

(q) 

il-kundizzjonijiet għall-kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 109a(2)(a);

2.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriżi kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-adegwatezza tal-metodi, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-formola standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Hi għandha, b'mod partikolari, tqis il-prestazzjoni ta' kull klassi tal-assi u strumenti finanzjarji, l-imġiba tal-investituri f'dawk l-assi u strumenti finanzjarji kif ukoll l-iżviluppi fl-istabbiliment ta' standard internazzjonali fis-servizzi finanzjarji. Ir-rieżami ta' ċerti klassijiet ta' assi jista' jiġi prijoratizzat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun, fejn ikun xieraq, akkumpanjat minn proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, jew ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva.
4.  
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati limiti kwantitattivi u kriterji tal-eliġibilità tal-assi fejn dawk ir-riskji mhumiex koperti adegwatament minn sottomodulu.

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandhom japplikaw għal assi li jkopru provvedimenti tekniċi, minbarra l-assi miżmuma fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju ta' investiment jaqa' fuq id-detenturi tal-polza. Huma għandhom jiġu riveduti mill-Kummisjoni fid-dawl ta' żviluppi fil-formola standard u s-swieq finanzjarji.

▼B



Subtaqsima 3

Kapital rekwiżit ghas-solvibbiltà mudelli interni sħaħ u parzjali

Artikolu 112

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-mudelli interni sħaħ u parzjali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkolaw ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ billi jużaw mudell intern sħiħ jew parzjali kif approvat mill-awtoritajiet superviżorji.
2.  

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw mudelli interni parzjali għall-kalkolu ta’ wieħed jew aktar mis-segwenti:

(a) 

wieħed jew aktar mill-moduli tar-riskju, jew submoduli, ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza  ◄ , kif stipulat fl-Artikoli 104 u 105;

(b) 

ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv kif stipulat fl-Artikolu 107;

(ċ) 

l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 108.

Barra minn hekk, immudellar parzjali jista’ jiġi applikat għan-negozju kollu tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, jew għal wieħed biss jew aktar minn wieħed mill-unitajiet prinċipali tan-negozju.

3.  

Fi kwalunkwe applikazzjoni għall-approvazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jissottomettu, ta’ lanqas, evidenza dokumentata li l-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 120 sa 125.

Meta l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tkun dwar mudell intern parzjali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 120 sa 125 għandhom jiġu adattati biex jitqies l-ambitu limitat tal-applikazzjoni tal-mudell.

▼M9

3a.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-EIOPA f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 dwar kwalunkwe applikazzjoni biex jintuża jew jinbidel mudell intern. Fuq it-talba ta’ awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar, l-EIOPA tista’ tipprovdi assistenza teknika, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, lill-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji li talbu l-assistenza, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

▼B

4.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni kompluta.
5.  
L-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw l-applikazzjoni biss jekk ikunu sodisfatti li s-sistemi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-identifikazzjoni, għat-tkejjil, għall-monitoraġġ, għall-ġestjoni u għar-rappurtar tar-riskju huma adegwati u partikolarment li l-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.
6.  
Deċiżjoni mill-awtoritajiet superviżorji biex tiġi rrifjutata applikazzjoni għall-użu ta’ mudell intern għandha tagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun msejsa.
7.  
Wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji dwar l-użu ta’ mudell intern, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni mmotivata, jiġu rikjesti li jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji stima ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ determinat skont il-formula standard, kif stipulat fis-Subtaqsima 2.

Artikolu 113

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-approvazzjoni tal-mudelli interni parzjali

1.  

Fil-każ ta’ mudell intern parzjali, l-approvazzjoni superviżorja għandha tingħata biss fejn dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 112 u l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

ir-raġuni għall-ambitu limitat tal-applikazzjoni tal-mudell tkun ġustifikata b’mod xieraq mill-impriża;

(b) 

►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ riżultanti jirrifletti b’mod aktar xieraq il-profil ta’ riskju tal-impriża u partikolarment jikkonforma mal-prinċipji stipulati fis-Subtaqsima 1;

(ċ) 

l-istruttura tiegħu hija konsistenti mal-prinċipji stipulati fis-Subtaqsima 1 b’mod li jippermetti lill-mudell intern parzjali jkun integrat għal kollox fil-Formula Standard ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

2.  

Meta jivvalutaw applikazzjoni għall-użu ta’ mudell intern parzjali li jkun ikopri biss ċerti submoduli ta’ modulu speċifiku tar-riskju, jew xi unitajiet tan-negozju ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni fir-rigward ta’ modulu speċifiku tar-riskju jew partijiet mit-tnejn, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jeħtieġu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kkonċernati jissottomettu pjan tranżizzjonali realistiku biex jestendu l-ambitu tal-mudell.

Il-pjan tranżizzjonali għandu jistipula l-mod li bih l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jippjanaw li jestendu l-ambitu tal-mudell għal submoduli jew unitajiet tan-negozju oħrajn, sabiex jiġi żgurat li l-mudell ikopri parti predominanti tal-operazzjonijiet tagħhom tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ dak il-modulu speċifiku tar-riskju.

▼M5

Artikolu 114

Atti delegati u standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-mudelli interni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu dan li ġej:

(a) 

l-adattamenti li għandhom isiru fuq l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 120 sa 125 fid-dawl tal-kamp limitat tal-applikazzjoni tal-mudell intern parzjali;

(b) 

il-mod li bih mudell intern parzjali għandu jiġi integrat kompletament fil-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmija fl-Artikolu 113(1)(c) u r-rekwiżiti għall-użu ta' tekniki alternattivi ta' integrazzjoni.

2.  

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għal:

(a) 

l-approvazzjoni ta' mudell intern skont l-Artikolu 112; u

(b) 

l-approvazzjoni ta' bidliet sostanzjali għal mudell intern u bidliet fil-politika għat-tibdil ta' mudell intern imsemmi fl-Artikolu 115.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 115

Politika għat-tibdil tal-mudelli interni kompluti u parzjali

Fl-ambitu tal-proċess ta’ approvazzjoni inizjali ta’ mudell intern, l-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw il-politika għat-tibdil tal-mudell tal-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jibdlu l-mudell intern tagħhom skont dik il-politika.

Il-politika għandha tinkludi speċifikazzjoni tal-bidliet minuri u dawk rilevanti li jistgħu jsiru lill-mudell intern.

Il-bidliet kbar fil-mudell intern, kif ukoll il-bidliet f’dik il-politika, huma dejjem suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja, kif stabbilit mill-Artikolu 112.

Il-bidliet minuri fil-mudell intern mhumiex suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja sakemm ikunu żviluppati skont dik il-politika.

Artikolu 116

Responsabbiltà tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji

Il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japprovaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-mudell intern imressqa lill-awtoritajiet superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 112 kif ukoll l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bidliet rilevanti eventwali sussegwentement magħmula lil dak il-mudell.

Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għandu jkollu r-responsabbiltà li jistabbilixxi sistemi li jiggarantixxu li l-mudell intern jopera b’mod xieraq fuq bażi kontinwa.

Artikolu 117

Ritorn għall-formula standard

Wara li tkun waslitilhom l-approvazzjoni skont l-Artikolu 112, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx jerġgħu lura għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ sħiħ jew ta’ kwalunkwe parti minnu skont il-formula standard, kif stabbilit mis-Subtaqsima 2, għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 118

Nuqqas ta’ konformità mal-mudell intern

1.  
Jekk, wara li tkun waslitilhom l-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji biex jużaw mudell intern, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieqfu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikoli 120 sa 125, dawn għandhom, mingħajr dewmien, iressqu lill-awtoritajiet superviżorji pjan biex terġa’ tinġieb il-konformità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew juru li l-effett tan-nuqqas ta’ konformità huwa irrilevanti.
2.  
F’każ li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jirnexxielhomx jimplimentaw il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jimponu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jerġgħu lura għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ skont il-formula standard, kif stabbilit mis-Subtaqsima 2.

Artikolu 119

Devjazzjonijiet sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard

F’każ li ma jkunx xieraq li jiġi kkalkolat ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ skont il-formula standard, kif stabbilit fis-Subtaqsima 2, minħabba li l-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernati jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu permezz ta’ deċiżjoni motivata, li jimponu lill-impriżi kkonċernati jużaw mudell intern għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew il-moduli tar-riskju rilevanti ta’ dan tal-aħħar.

Artikolu 120

Test tal-użu

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassiurazzjoni għandhom juru li l-mudell intern huwa użat ħafna u għandu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 41 sa 50, partikolarment:

(a) 

fis-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju kif stabbilit mill-Artikolu 44 u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom;

(b) 

fil-proċessi ta’ valutazzjoni u allokazzjoni tal-kapital ►C4  tas-solvibbiltà ◄ u dak ekonomiku tagħhom, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45.

Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom juru li l-frekwenza tal-kalkoli ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ permezz tal-mudell intern huwa koerenti mal-frekwenza li biha jużaw il-mudell intern tagħhom għal skopijiet oħra koperti mill-ewwel paragrafu.

Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għandu r-responsabbiltà li jiggarantixxi l-adegwatezza kostanti tat-tfassil u t-tħaddim tal-mudell intern u li l-mudell intern ikompli jirrifletti b’mod xieraq il-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kkonċernati.

Artikolu 121

Standards tal-kwalità statistika

1.  
Il-mudell intern, u partikolarment il-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà sottostanti, għandu jkun konformi mal-kriterji stabbiliti mill-paragrafi 2 sa 9.
2.  

Il-metodi użati għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq tekniċi attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u rilevanti u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

Il-metodi użati għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni attwali u kredibbli u fuq suppożizzjonijiet realistiċi.

Għandu jkunu possibbli li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiġġustifikaw is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-mudell intern tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji.

3.  

Id-data użata għall-mudell intern għandhom ikunu preċiżi, kompluti u xierqa.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jaġġornaw is-sets tad-data użati fil-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà talanqas darba fis-sena.

4.  

Ma hu preskritt ebda metodu partikolari għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà.

Indipendentement mill-metodu tal-kalkolu magħżul, il-kapaċità tal-mudell intern li jikklassifika r-riskju għandu jkun suffiċjenti biex jiggarantixxi li jintuża ampjament u jkollu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, partikolarment fis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-allokazzjoni tal-kapital skont l-Artikolu 120.

Il-mudell intern għandu jkopri r-riskji materjali kollha li għalihom huma esposti l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Il-mudelli interni għandhom ikopru bħala minimu r-riskji msemmija fl-Artikolu 101(4).

5.  
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-effetti tad-diversifikazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu kont fil-mudell intern tagħhom tad-dipendenzi fi ħdan u bejniet il-kategoriji tar-riskju, bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet superviżorji jkunu sodisfatti li s-sistema użata biex jitkejlu dawk l-effetti tad-diversifikazzjoni tkun adegwata.
6.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jqisu bis-sħiħ l-effett ta’ metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-mudell intern tagħhom sakemm dan il-mudell intern jirrifletti kif xieraq ir-riskju ta’ kreditu u riskji oħrajn li jirriżultaw mill-użu ta’ metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju.
7.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa fil-mudelli interni tagħhom ir-riskji partikolari marbuta mal-garanziji finanzjarji u mal-opzjonijiet kuntrattwali, meta dawn ikunu materjali. Dawn għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskji marbuta kemm mal-opzjonijiet tat-titolari tal-poloz kif ukoll mal-opzjonijiet kuntrattwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Għal dak il-għan, għandhom iqisu l-impatt li l-bidliet tal-ġejjieni fil-kondizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji jistgħu jkollhom fuq l-eżerċizzju ta’ dawk l-opzjonijiet.
8.  

Fil-mudell intern tagħhom, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu kont tal-azzjonijiet futuri ta’ ġestjoni li huwa raġonevolment mistenni li jeżerċitaw f’ċirkostanzi speċifiċi.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-impriża kkonċernata għandha tieħu f’kunsiderazzjoni ż-żmien neċessarju biex timplimenta dawn l-azzjonijiet.

9.  
Fil-mudell intern tagħhom, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iqisu l-pagamenti kollha li mistenni jagħmlu favur it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji, indipendentement mill-fatt li dawn il-pagamenti huma kuntrattwalment garantiti jew le.

Artikolu 122

Standards ta’ kalibrar

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw perjodu ta’ żmien jew kejl tar-riskju differenti minn dawk stabbiliti mill-Artikolu 101(3) għall-mudelli interni sakemm ir-riżultati tal-mudell intern jistgħu jintużaw minn dawn l-impriżi biex jikkalkolaw ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ b’mod li jipprovdu lit-titolari tal-poloz u lill-benefiċjarji livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak imsemmi fl-Artikolu 101.
2.  
Fejn hu prattikabbli, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidderivaw ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ direttament mill-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà ġġenerata mill-mudell intern ta’ dawn l-impriżi, billi jużaw il-miżura tal-Valur fir-Riskju msemmija fl-Artikolu 101(3).
3.  
Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jistgħux jidderivaw ►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ direttament mill-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà ġġenerata mill-mudell intern, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jippermettu l-użu ta’ approssimazzjonijiet fil-proċess għall-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ bil-kondizzjoni li dawn l-impriżi jistgħu juru lill-awtoritajiet superviżorji li t-titolari ta’ polza jibbenefikaw minn livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak previsti fl-Artikolu 101.
4.  
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jimponu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex japplikaw il-mudell intern tagħhom għal portafolli ta’ referenza rilevanti u bl-użu ta’ suppożizzjonijiet ibbażati fuq data esterna minflok interna sabiex jivverifikaw il-kalibrazzjoni tal-mudell intern u biex jivverifikaw li l-ispeċifikazzjoni tiegħu hija konformi mal-prassi tas-suq ġeneralment aċċettati.

Artikolu 123

Attribuzzjoni ta’ profitti u telf

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jeżaminaw mill-ġdid talanqas darba fis-sena l-kawżi u s-sorsi tal-profitti u tat-telf għal kull settur ta’ attività ewlieni.

Dawn għandhom juru kif il-kategorizzazzjoni tar-riskju magħżula fil-mudell intern tispjega l-kawżi u s-sorsi tal-profitti u tat-telf. Il-kategorizzazzjoni tar-riskju u l-attribuzzjoni tal-profitti u tat-telf għandhom jirriflettu l-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 124

Standards ta’ validazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikollhom ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudell li jinkludi l-monitoraġġ tar-rendiment tal-mudell intern, l-eżaminar fuq bażi kontinwa tal-adegwatezza tal-ispeċifikazzjoni tiegħu u t-tqabbil tar-riżultati mal-esperjenza.

Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi proċess statistiku effikaċi għall-validazzjoni tal-mudell intern li jħalli lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni juru lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom li r-rekwiżiti kapitali li rriżultaw huma xierqa.

Il-metodi statistiċi applikati għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà mhux biss meta mqabbel mal-esperjenza rigward it-telf, iżda wkoll mad-data materjali ġdida kollha u mal-informazzjoni relatata magħhom.

Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell jinkludi analiżi tal-istabbiltà tal-mudell intern u partikolarment il-verifika tas-sensittività tar-riżultati tal-mudell intern għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti prinċipali. Din tinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-preċiżjoni, tal-kompletezza u tal-adegwatezza tad-data użata mill-mudell intern.

Artikolu 125

Standards tad-dokumentazzjoni

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddokumentaw l-istruttura u d-dettalji operattivi tal-mudell intern.

Id-dokumentazzjoni għandha turi konformità mal-Artikoli 120 sa 124.

Id-dokumentazzjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tat-teorija, tas-suppożizzjonijiet u tal-bażi matematika u empirika sottostanti tal-mudell intern.

Id-dokumentazzjoni għandha tindika ċirkostanzi eventwali li fihom il-mudell intern ma jaħdimx b’mod effikaċi.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddokumentaw il-bidliet rilevanti kollha tal-mudell intern tagħhom, kif stabbilit fl-Artikolu 115.

Artikolu 126

Mudelli u data esterni

L-użu ta’ mudell jew data miksubin minn parti terza ma għandhomx jiġġustifikaw l-eżenzjoni minn ebda wieħed mir-rekwiżiti għall-mudell intern stabbiliti mill-Artikoli 120 sa 125.

▼M5

Artikolu 127

Atti delegati dwar l-Artikoli 120 sa 126

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a fir-rigward tal-Artikoli 120 sa 126 biex ittejjeb il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, dwar l-użu ta' mudelli interni fl-Unjoni kollha.

▼B



Taqsima 5

Rekwiżit kapitali minimu

Artikolu 128

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ikollhom fondi proprji ta’ bażi eliġibbli biex ikopru l-Kapital Minimu Rekwiżit.

Artikolu 129

Kalkolu tal-Kapital Minimu Rekwiżit

1.  

Il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jiġi kkalkolat skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għandu jiġi kkalkolat b’mod ċar u sempliċi, b’mod li jiggarantixxi li l-kalkolu jkun jista’ jiġi sottopost għal verifika;

(b) 

għandu jikkorrispondi mal-ammont ta’ fondi proprji ta’ bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta’ polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta’ riskju kieku l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu permessi jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom;

(ċ) 

il-funzjoni lineari msemmija fil-paragrafu 2 użata biex jiġi kkalkulat il-Kapital Minimu Rekwiżit hija kkalibrata mal-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji ta’ bażi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal livell ta’ fiduċja ta’ 85 % matul perjodu ta’ sena;

(d) 

għandu jkollu livell minimu assolut ta’:

▼M5

(i) 

EUR 2 500 000 għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni captive, minbarra fil-każ fejn ir-riskji kollha inklużi f'waħda mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, jew xi wħud minnhom, ikunu koperti, li f'dan il-każ m'għandux ikun inqas minn EUR 3 700 000 ;

(ii) 

EUR 3 700 000 għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni captive;

(iii) 

EUR 3 600 000 għall-impriżi tar-riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta' impriżi tar-riassigurazzjoni captive, li f'dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m'għandux ikun inqas minn EUR 1 200 000 ;

▼B

(iv) 

is-somma tal-ammonti stipulati fil-punti (i) u (ii) għall-impriżi tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 73(5).

2.  
Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jkun ikkalkulat bħala funzjoni lineari ta’ sett jew subset tal-varjabbli li ġejjin: id-dispożizzjonijiet tekniċi, il-premiums maħruġin, il-kapital b’riskju, it-taxxa differita u l-ispejjeż amministrattivi tal-impriża. Il-varjabbli użati għandhom ikunu mkejla bħala netti mir-riassigurazzjoni.
3.  

Mingħajr ħsara għall-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Kapital Minimu Rekwiżit m’għandu la jkun inqas minn 25 % u lanqas jaqbeż il-45 % ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża, ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 2 jew 3, kif ukoll kwalunkwe żieda ta’ kapital imposta skont l-Artikolu 37.

▼M5

L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għal perjodu li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, li jeżiġu li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu esklussivament għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża kkalkulat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 2.

▼B

4.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw il-Kapital Minimu Rekwiżit talanqas kull trimestru u jirrappurtaw ir-riżultati ta’ dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.

▼M5

Għall-finijiet tal-kalkoli tal-limiti msemmija fil-paragrafu 3, l-impriżi m'għandhomx ikunu meħtieġa jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kull tliet xhur.

▼B

Fejn wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 jiddetermina l-Kapital Minimu Rekwiżit ta’ impriża, l-impriża għandha tipprovdi lill-awtorità superviżorja informazzjoni li tippermetti li wieħed jifhem sew ir-raġunijiet għal dan.

▼M5

5.  

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2020, rapport dwar ir-regoli tal-Istati Membri u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji adottati skont il-paragrafi 1 sa 4.

▼B

Dak ir-rapport għandu jindirizza, partikolarment, l-użu u l-livell tal-livell massimu u dak minimu stabbilit fil-paragrafu 3 kif ukoll kwalunkwe problema ffaċċjata mill-awtoritajiet superviżorji u mill-impriżi fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

▼M5

Artikolu 130

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a sabiex tispeċifika l-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu, imsemmi fl-Artikoli 128 u 129.

▼B

Artikolu 131

Arranġamenti tranżitorji dwar il-konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit

B’deroga mill-Artikoli 139 u 144, meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mal-Marġni ►C4  ta’ Solvenza ◄ Rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikolu 16a tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 37, 38 jew 39 tad-Direttiva 2005/68/KE fil- ►M5  31 ta' Diċembru 2015 ◄ iżda ma għandhomx fondi proprji ta’ bażi eliġibbli suffiċjenti biex ikopru l-Kapital Minimu Rekwiżit, l-impriżi kkonċernati għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 128 sal- ►M5  31 ta' Diċembru 2016 ◄ .

Fejn l-impriża kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 128 sal-perjodu stabbilit fl-ewwel paragrafu, l-awtorizzazzjoni tal-impriża għandha tiġi rtirata, suġġetta għal-proċessi applikabbli previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.



Taqsima 6

Investimenti

Artikolu 132

Prinċipju tal-“persuna prudenti”

1.  
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jinvestu l-attivi kollha tagħhom skont il-prinċipju tal-“persuna prudenti”, kif speċifikat fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2.  

Fir-rigward tal-portafoll tal-attivi kollu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinvestu biss f’attivi u strumenti li r-riskji tagħhom jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immonitorjati, ġestiti, ikkontrollati u rrapportati kif xieraq mill-impriża u meqjusa kif xieraq fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ġenerali ►C4  tas-solvenza ◄ tagħhom skont l-Artikolu 45(1)(a).

L-attivi kollha, partikolarment dawk li jkopru l-Kapital Minimu Rekwiżit u ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , għandhom ikunu investiti b’mod li jiggarantixxu s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll meħud kollu kemm hu. Barra minn hekk il-lokalizzazzjoni ta’ dawk l-attivi għandha tkun tali li tiżgura d-disponibbiltà tagħhom.

Anki l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu investiti b’mod xieraq man-natura u t-tul ta’ żmien tal-passivi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Dawk l-attivi għandhom ikunu investiti fl-aħjar interess tat-titolari ta’ polza u tal-benefiċjarji kollha filwaqt li jitqies kwalunkwe objettiv ta’ politika żvelat.

F’każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-impriżi tal-assigurazzjoni, jew l-entità li tamministra l-portafoll tal-attivi, għandha tiggarantixxi li l-investiment isir fl-aħjar interess tat-titolari ta’ polza u tal-benefiċjarji.

3.  

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fir-rigward tal-attivi miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom ir-riskju ta’ investiment huwa merfugħ mit-titolari tal-poloz, għandhom japplikaw it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta mal-valur tal-unitajiet ta’ UCITS skont id-definizzjoni fid-Direttiva 85/611/KEE, jew mal-valur tal-attivi kontenuti f’fond intern miżmum mill-impriżi tal-assigurazzjoni, normalment maqsum f’unitajiet, id-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ dawk il-benefiċċji għandhom ikunu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun minn dawk l-unitajiet jew, fil-każ li dawn mhumiex stabbiliti, minn dawk l-attivi.

Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta ma’ indiċi ta’ ishma jew xi valur ta’ referenza barra minn dak imsemmi fit-tieni subparagrafu, id-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji għandhom jiġu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun jew mill-unitajiet meqjusa li jirrappreżentaw il-valur ta’ referenza jew, meta unitajiet mhumiex stabbiliti, minn attivi ta’ sigurtà u negozjabbiltà xierqa li jikkorrispondu mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ dawk li fuqhom hu bbażat il-valur ta’ referenza partikolari.

Jekk il-benefiċċji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi jinkludu garanzija ta’ rendiment ta’ investiment jew xi benefiċċju garantit ieħor, l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi addizzjonali korrispondenti għandhom ikunu suġġetti għall-paragrafu 4.

4.  

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fir-rigward tal-attivi differenti minn dawk koperti mill-paragrafu 3, għandhom japplikaw mit-tieni sal-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-użu ta’ strumenti derivati għandu jkun possibbli sakemm dawn jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji jew jiffaċilitaw ġestjoni effikaċi tal-portafoll.

L-investimenti u l-attivi li mhumiex ammessi għal kummerċ f’suq finanzjarju regolamentat għandhom jinżammu f’livelli prudenzjali.

L-attivi għandhom ikunu diversifikati b’mod xieraq, b’mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva minn attiv partikolari, minn dak li joħroġhom jew minn grupp ta’ impriżi jew żona ġeografika partikolari u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ riskji fil-portafoll kollu kemm hu.

L-investimenti fl-attivi maħruġa mill-istess kumpannija li toħroġ jew minn kumpaniji li joħorġu li huma tal-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-impriża tal-assigurazzjoni għall-konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji.

Artikolu 133

Libertà ta’ investiment

1.  
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f’kategoriji ta’ attivi partikolari.
2.  
L-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu d-deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew tal-amministratur tal-investimenti tagħha suġġetti għal kwalunkwe tip ta’ approvazzjoni minn qabel jew ta’ rekwiżit ta’ notifika sistematika.
3.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-Istati Membri li jillimitaw it-tipi ta’ attivi jew valuri ta’ referenza li l-benefiċċji tal-poloz jistgħu jkunu marbutin magħhom. Kwalunkwe regoli bħal dawn għandhom jiġu applikati biss fil-każ fejn ir-riskju tal-investiment huwa tat-titolar ta’ polza li huwa persuna fiżika u m’għandhomx ikunu aktar restrittivi minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 85/611/KEE.

Artikolu 134

Lokalizzazzjoni tal-attivi u projbizzjoni tar-rahan tal-attivi

1.  

Fir-rigward tar-riskji tal-assigurazzjoni li jinsabu fil-Komunità, l-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ dawn ir-riskji jkunu lokalizzati fi ħdan il-Komunità jew fi kwalunkwe Stat Membru partikolari.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kuntratti tar-riassigurazzjoni konkluzi ma’ imprizi awtorizzati skont din id-Direttiva jew imprizi li jkollhom l-ufficcju ewlieni f’pajjiz terz li ghandu regim ►C4  ta’ solvenza ◄ meqjus ekwivalenti skont l-Artikolu 172, l-Istati Membri m’għandhom lanqas jeħtieġu l-lokalizzazzjoni fi ħdan il-Komunità tal-attivi rappreżentattivi ta’ dawn l-ammonti.

2.  
L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu, għall-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi sistema b’żamma ta’ riżervi grossi li jeħtieġ rahan ta’ attivi biex ikopru premiums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar klejms pendenti għall-indennizz fejn ►C2  ir-riassiguratur ◄ ikun impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ awtorizzata skont din id-Direttiva.

▼M5

Artikolu 135

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti kwalitattivi

1.  

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw ir-rekwiżiti kwalitattivi fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar ta' riskji li jinħolqu minn investimenti relatati mal-ewwel supbaragrafu tal-Artikolu 132(2);

(b) 

l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn investimenti fi strumenti derivati u assi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(4) u d-determinazzjoni tal-punt safejn l-użu ta' tali assi jikkwalifika bħala tnaqqis tar-riskju jew ġestjoni effiċjenti tal-portafoll kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 132(4).

▼M7

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ta’ din id-Direttiva li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista’ tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(3) ta’ din id-Direttiva.
3.  
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b’rabta mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



KAPITOLU VII

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f’diffikultà jew f’sitwazzjoni irregolari

Artikolu 136

Identifikazzjoni u notifika ta’ kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom proċeduri biex jidentifikaw kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw u biex jinnotifikaw immedjatament lill-awtoritajiet superviżorji meta jseħħ tali deterjorament.

Artikolu 137

Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi

Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tikkonformax mal-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha jistgħu jipprojbixxu d-disponiment liberu tal-attivi tagħha wara li jkunu kkomunikaw l-intenzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti. L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jagħżlu l-attivi li jkunu koperti b’tali miżuri.

Artikolu 138

Nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtorità superviżorja hekk kif jaraw li ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ma jkunx għadu qed jitħares, jew meta jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tliet xhur sussegwenti.
2.  
Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti pjan realistiku ta’ rkupru għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.
3.  

L-awtorità superviżorja għandha teħtieġ li l-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq, fi żmien sitt xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

L-awtorità superviżorja tista’, fejn xieraq, testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.

▼M5

4.  
Fil-każ ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena li jaffettwaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati, kif iddikjarat mill-AEAPX, u meta xieraq wara konsultazzjoni mal-BERS, l-awtorità superviżorja tista' testendi, għall-impriżi affettwati, il-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b'perjodu massimu ta'seba' snin b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha inkluż it-tul medju tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AEAPX skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha, wara talba mill-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara l-eżistenza ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena fis-swieq finanzjarji. L-awtorità superviżorja konċernata tista' tagħmel talba jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati ma jkunux jistgħu jissodisfaw wieeħd mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3. Ikunu jeżistu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati jkunu affettwati serjament jew ħażin minn waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

waqgħa fis-swieq finanzjarji mhux prevista u drastika;

(b) 

ambjent ta' rata tal-imgħax baxxa persistenti;

(c) 

avveniment katastrofiku b'impatt qawwi.

L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżjorja konċernata, tivvaluta fuq bażi regolari jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunux għadhom japplikaw. L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara meta sitwazzjoni ħażina ma tkunx għadha teżisti.

Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata għandha tippreżenta rapport ta' progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata meta dak ir-rapport ta' progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jintlaħaq l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru l-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress.

▼B

5.  
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-awtorità superviżorja hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata se tmur aktar għall-agħar, tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles tal-attivi ta’ dik l-impriża. Dik l-awtorità superviżorja għandha tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti dwar kwalunkwe miżuri li tkun ħadet. Dawn l-awtoritajiet għandhom, fuq it-talba tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, jieħdu l-istess miżuri. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tagħżel l-attivi li jkunu koperti b’tali miżuri.

Artikolu 139

Nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità superviżorja immedjatament fejn jaraw li l-Kapital Minimu Rekwiżit ma jkunx għadu qed jitħares, jew meta jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tliet xhur sussegwenti.
2.  
Fi żmien xahar mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit, l-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tissottometti, għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja, skema finanzjarja għal perjodu qasir biex tirkupra, fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni, il-fondi bażiċi proprji eliġibbli, ta’ lanqas sal-livell tal-Kapital Minimu Rekwiżit jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit.
3.  
L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi d-disponiment liberu tal-attivi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Għandha tinforma lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti b’dan. Fuq it-talba tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, dawk l-awtoritajiet għandhom, jieħdu l-istess miżuri. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tagħżel l-attivi li jkunu koperti b’tali miżuri.

Artikolu 140

Il-projbizzjoni tat-tneħħija ħielsa ta’ l-attivi li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jipprojbixxu id-disponiment liberu ta’ attivi li jinsabu fit-territorju tagħhom fuq it-talba, fil-każijiet previsti fl-Artikoli 137 sa 139, u l-Artikolu 144(2), tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, li għandu jinnomina l-attivi li għandhom jiġu koperti b’dawn il-miżuri.

Artikolu 141

Setgħat superviżorji f’kondizzjonijiet finanazjarji li qed jiddeterjoraw

Minkejja l-Artikoli 138 u 139, fejn il-pożizzjoni ►C4  tas-solvenza ◄ tal-impriża tibqa’ tiddeterjora, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex iħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz fil-każ tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u b’hekk jirriflettu l-livell u tul tad-deterjorament tal-pożizzjoni ►C4  tas-solvenza ◄ tal-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 142

Pjan ta’ rkupru u skema finanzjarja

1.  

Il-pjan ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 138(2) u l-iskema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 139(2) għandhom, ta’ lanqas jinkludu dettalji u prova dwar is-segwenti:

(a) 

estimi ta’ spejjeż ta’ amministrazzjoni, b’mod partikolari spejjeż partikolari kurrenti ġenerali u kommissjonijiet;

(b) 

estimi ta’ dħul u infiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni u ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni;

(ċ) 

karta tal-bilanċi ta’ previżjoni;

(d) 

estimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi u ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit;

(e) 

il-politika ġenerali tar-riassigurazzjoni.

2.  
Fejn l-awtoritajiet superviżorji jkunu talbu pjan ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 138(2) jew skema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 139(2) skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iżommu lura milli joħorġu ċertifikat skont l-Artikolu 39, sakemm jikkunsidraw li d-drittijiet tat-titolari ta’ polza, jew l-obbligi kuntrattwali tal-impriża tar-riassigurazzjoni huma mhedda.

▼M5

Artikolu 143

Atti delegati u standards tekniċi regolatorji dwar l-Artikolu 138(4)

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a billi tissupplimenta t-tipi ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena u tispeċifika l-fatturi u l-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati mill-AEAPX biex tkun iddikjarata l-eżistenza ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena u mill-awtoritajiet superviżorji biex tkun determinata l-estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4).
2.  
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Artikolu 138(2), l-Artikolu 139(2) u l-Artikolu 141, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-pjan ta' rkupru msemmi fl-Artikolu 138(2), u l-iskema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 139(2) u fir-rigward tal-Artikolu 141, b'attenzjoni xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti proċikliċi.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 144

L-irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.  

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha tista’ tirtira awtorizzazzjoni mogħtija lil impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-impriża kkonċernata ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzjaha espressament jew ma tibqax twettaq in-negozju għal iktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni biex l-awtorizzazzjoni taqa’ f’dawn il-każijiet;

(b) 

l-impriża kkonċernata ma tissodisfax iktar il-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni;

(ċ) 

l-impriża kkonċernata tonqos serjament fl-obbligi tagħha taħt ir-regolamenti li għalihom hija suġġetta.

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandu jirtira awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lil impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’każ li l-impriża ma tikkonformax mal-Kapital Minimu Rekwiżit u l-awtorità superviżorja tikkunsidra li l-iskema finanzjarja sottomessa hija evidentement inadegwata jew, l-impriża kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-iskema approvata fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit.

2.  

Fil-każ tal-irtirar jew l-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq, u dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni milli tibda operazzjonijiet ġodda fit-territorji tagħhom.

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha, flimkien ma’ dawk l-awtoritajiet, tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tissalvagwardja l-interessi ta’ persuni assigurati u, b’mod partikolari, għandha tirrestrinġi d-disponiment liberu tal-attivi tal-impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 140.

3.  
Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u għandha tiġi kkomunikata lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata.



KAPITOLU VIII

Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi



Taqsima 1

Stabbiliment minn imprizi tal-assigurazzjoni

Artikolu 145

Kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ fergħa

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża tal-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

Kull preżenza permanenti ta’ impriża fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, anki fejn dik il-preżenza ma jkollhiex il-forma ta’ fergħa, iżda tikkonsisti biss f’uffiċċju amministrat mill-impjegati tal-impriża proprja jew minn persuna li tkun indipendenti iżda li jkollha l-awtorità permanenti biex taġixxi għall-impriża bħal ma kienet tagħmel aġenzija.

2.  

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull impriża tal-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tagħti n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) 

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tipproponi li tistabbilixxi fergħa;

(b) 

skema ta’ operazzjonijiet li tistabbilixxi, ta’ lanqas, it-tipi ta’ negozju maħsuba u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(ċ) 

l-isem ta’ persuna li għandha poteri suffiċjenti sabiex torbot, f’relazzjoni ma’ partijiet terzi, l-impriża tal-assigurazzjoni jew, fil-każ tal-Lloyd’s, sottofirmatarji kkonċernati, u tirrappreżentaha jew tirrappreżentahom fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istat Membru ospitanti, (l-aġent awtorizzat);

(d) 

l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti li minnu jistgħu jiġu ottenuti d-dokumenti u li lilu jistgħu jiġu kkunsinnati, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha lill-aġent awtorizzat;

Fir-rigward ta’ Lloyd’s, fil-każ ta’ xi litigazzjoni fl-Istat Membru ospitanti li tirriżulta minn impenji assigurati, il-persuni assigurati ma għandhomx jiġu trattati inqas favorevolment milli kieku l-litigazzjoni kienet inġiebet kontra negozji ta’ tip konvenzjonali.

3.  
Meta impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jkollha l-intenzjoni li l-fergħa tagħha tkopri riskji fil-klassi 10 tal-Parti A tal-Anness I, li ma jinkludux ir-responsabbiltà ta’ min jittrasporta, din għandha tipproduċi dikjarazzjoni li hi tkun saret membru tal-bureau nazzjonali u tal-fond nazzjonali ta’ garanzija tal-Istat Membru ospitanti.
4.  
Fil-każ ta’ bidla f’xi dettalji kkomunikati taħt il-punt (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni għandha tagħti avviż bil-miktub dwar il-bidla lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha u l-Istat Membru tal-fergħa mill-anqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal-fergħa jkunu jistgħu jissodissfaw l-obbligi rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 146.

Artikolu 146

Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.  

Sakemm l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza tas-sistema tal-governanza jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-rekwiżiti tajba u xieraqa skont l-Artikolu 42 tal-aġent awtorizzat, b’kunsiderazzjoni tan-negozju ppjanat, huma għandhom fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 145(2), jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata dwar dan.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandhom ukoll jattestaw li l-impriża tal-assigurazzjoni tkopri ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit, ikkalkolat skont l-Artikoli 100 u 129.

2.  

Meta l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 145(2) lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti għandhom jagħtu raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha inkwistjoni.

Tali rifjut jew nuqqas ta’ azzjoni għandu jkun suġġett għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

3.  

Qabel il-fergħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni tibda negozju, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti, għandhom, fejn applikabbli, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jinfurmaw lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha bil-kondizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, dan in-negozju għandu jitwettaq fl-Istat Membru ospitanti. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tal-impriża għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata.

L-impriża tal-assigurazzjoni tista’ tistabbilixxi l-fergħa u tibda n-negozju mid-data li fiha l-awtorità superviżjorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tirċieivi tali komunikazzjoni, jew jekk l-ebda komunikazzjoni ma tiġi rċevuta, mal-iskadenza tal-perijodu previst fl-ewwel subparagrafu.



Taqsima 2

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi: mill-impriżi tal-assigurazzjoni



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 147

Notifika minn qabel lill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża

Kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni li jkollha l-intenzjoni teżerċita negozju għall-ewwel darba fi Stat Membru wieħed jew iktar taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, bl-indikazzjoni tan-natura tar-riskji jew tal-impenji li tipproponi li tkopri.

Artikolu 148

Notifika mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża

1.  

Fi żmien xahar min-notifika prevista fl-Artikolu 147, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jikkomunikaw dan li ġej lill-Istat Membru jew l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom l-impriża tal-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li teżerċita negozju fl-ambitu tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi:

(a) 

ċertifikat li jattesta li l-impriża tal-assigurazzjoni tkopri ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit ikkalkolati skont l-Artikoli 100 u 129;

(b) 

il-klassijiet tal-assigurazzjoni li l-impriża tal-assigurazzjoni tkun ġiet awtorizzata li toffri;

(ċ) 

in-natura tar-riskji jew tal-impenji li impriża tal-assigurazzjoni tipproponi li tkopri fl-Istat Membru ospitanti.

Fl-istess ħin, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal-impriża għandhom jinfurmaw l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata b’dik il-komunikazzjoni.

2.  

L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jkollha l-intenzjoni, skont il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, li tkopri riskji fil-klassi 10 fil-Parti A fl-Anness I barra mir-responsabbiltà ta’ trasportatur, jistgħu jirrikjedu li impriża tal-assigurazzjoni tissottometti dan li ġej:

(a) 

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 18(1);

(b) 

dikjarazzjoni li l-impriża tkun saret membru tal-bureau nazzjonali u tal-fond nazzjonali ta’ garanzija tal-Istat Membru ospitanti.

3.  

Meta l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża ma jikkomunikawx l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu stabbilit fih, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-impriża tal-assigurazzjoni f’dak l-istess perjodu.

Dak ir-rifjut jew nuqqas għal azzjoni għandhom ikunu suġġetti għal dritt ta’ applikazzjoni fil-qrati tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

4.  
L-impriża tal-assigurazzjoni tista’ tibda negozju mid-data li fiha hija informata bil-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

▼M5

Artikolu 149

Tibdil fin-natura tar-riskji jew tal-impenji

Kwalunkwe bidla li impriża tal-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li tagħmel fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 147 għandha tkun suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikoli 147 u 148.

▼B



Subtaqsima 2

Responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

Artikolu 150

Assigurazzjoni mandatorja għar-responsabbiltà ta’ terzi għar-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

1.  
Meta impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, permezz ta’ stabbiliment li jkun jinsab fi Stat Membru wieħed, tkopri riskju, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportatur, ikklassifikat taħt il-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I li jinsab fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ospitanti għandu jeħtieġ li impriża ssir membru u tipparteċipa fl-iffinanzjar tal-bureau nazzjonali tiegħu u tal-fond nazzjonali ta’ garanzija tiegħu.
2.  

Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss b’relazzjoni ma’ riskji, barra minn responsabbiltà ta’ trasportatur, fil-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I koperti permezz ta’ provvista ta’ servizzi. Dik il-kontribuzzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq l-istess bażi tal-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li jkopru dawk ir-riskji, permezz ta’ stabbiliment li jinsab f’dak l-Istat Membru.

Il-kalkolu għandu jsir b’referenza għad-dħul premium tal-impriżi tal-assigurazzjoni minn dik il-klassi fl-Istat Membru ospitanti jew għall-għadd ta’ riskji f’dik il-klassi koperti hemmhekk.

3.  
L-Istat Membru ospitanti jista’ jeħtieġ impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi servizzi għal konformità mar-regoli f'dak l-Istat Membru li jikkonċernaw il-kopertura ta’ riskji aggravati, sakemm dawn japplikaw għal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja stabbiliti f’dak l-Istat.

Artikolu 151

Non-diskriminazzjoni ta’persuni li jressqu klejms

L-Istat Membru ospitanti għandu jeħtieġ lill-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li tiżgura li l-persuni li għandhom klejms li joriġinaw minn avvenimenti li jseħħu fit-territorju tiegħu ma jitqiegħdux f’sitwazzjoni anqas favorevoli bħala riżultat tal-fatt li l-impriża tkun qiegħda tkopri riskju, ta’ xort’ oħra minn responsabbiltà ta’ trasportatur, fil-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I permezz ta’ provvista ta’ servizzi iktar milli permezz ta’ stabbiliment li jkun jinstab f’dak l-Istat.

Artikolu 152

Rappreżentant

1.  

Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 151, l-Istat Membru ospitanti għandu jeħtieġ lill-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li taħtar rappreżentant residenti jew stabbilit fit-territorju tiegħu li għandu jiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja fir-rigward ta’ klejms, u għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta lill-impriża fir-rigward ta’ persuni li jsofru ħsara jew li jistgħu jsegwu klejms, inkluż il-pagament ta’ dawn il-klejms, u li jirrappreżentaha jew, meta neċessarju, li jara li tkun rappreżentata quddiem il-qrati u l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru f’relazzjoni għal dawn il-klejms.

Dak ir-rappreżentant jista’ wkoll ikun meħtieġ li jirrappreżenta l-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja quddiem l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-kontroll tal-eżistenza u l-validità ta’ poloz ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur.

2.  
L-Istat Membru ospitanti ma għandhux jeħtieġ li dak ir-rappreżentant jidħol għal attivitajiet għan-nom tal-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li tkun ħatritu barra minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1.
3.  
Il-ħatra tar-rappreżentant ma għandhiex minnha nnifisha tfisser il-ftuħ ta’ fergħa għall-iskop tal-Artikolu 145.
4.  
Fejn l-impriża tal-assigurazzjoni naqset milli taħtar rappreżentant, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tagħhom lir-rappreżentant tal-klejms maħtur skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE biex ikollu l-funzjoni tar-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼M9



Taqsima 2A

Notifika u pjattaformi ta’ kollaborazzjoni

Artikolu 152a

Notifika

1.  
Fejn l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tkun beħsiebha tawtorizza impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-iskema ta’ operazzjonijiet tagħha tindika li parti mill-attivitajiet tagħha ser tkun ibbażata fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor, u dik l-iskema ta’ operazzjonijiet tindika wkoll li dawk l-attivitajiet x’aktarx ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq tal-Istat Membru ospitanti, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tinnotifika b’dan lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti.
2.  
L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, flimkien man-notifika prevista fil-paragrafu 1, tinnotifika wkoll lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti meta tidentifika kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji oħra emerġenti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq attivitajiet li jkunu bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u li jistgħu jkollhom effett transfruntier. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti tista’ wkoll tinnotifika lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju rilevanti fejn ikollha tħassib serju u motivat fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha f’każijiet fejn ma tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni bilaterali.
3.  
In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjoni adatta.
4.  
In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva.

Artikolu 152b

Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni

1.  

L-EIOPA tista’, fil-każ ta’ tħassib ġustifikat dwar effetti negattivi fuq detenturi ta’ polza, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma ta’ kollaborazzjoni biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u żżid il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq, jew tkun beħsiebha twettaq, attivitajiet li huma bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u fejn:

(a) 

tali attivitajiet ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq ta’ Stat Membru ospitanti;

(b) 

tkun saret notifika mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju taħt l-Artikolu 152a(2) ta’ kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji emerġenti oħra; jew

(c) 

il-kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-EIOPA taħt l-Artikolu 152a(2).

2.  
Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti li jistabbilixxu pjattaforma ta’ kollaborazzjoni fejn dawn kollha jaqblu li jagħmlu hekk.
3.  
L-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ kollaborazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 huwa mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, fuq talba mill-EIOPA, l-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod f’waqtu biex il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tiffunzjona b’mod adatt.

▼B



Taqsima 3

Kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji tal-istat membru ospitanti



Subtaqsima 1

assigurazzjoni

Artikolu 153

Il-lingwa

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jeħtieġu l-informazzjoni li huma awtorizzati li jitolbu fir-rigward tan-negozju ta’ impriżi tal-assigurazzjoni li joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru biex tiġi fornita lilhom fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat.

Artikolu 154

Notifika jew approvazzjoni minn qabel

1.  
L-Istat Membru ospitanti ma għandux jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew in-notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, skali ta’ premiums, jew, fil-każ tal-assigurazzjoni tal-ħajja, il-bażi teknika użata partikolarment fil-kalkolu tal-iskali tal-premiums u d-dispożizzjonijiet tekniċi jew il-formoli u dokumenti oħra li impriża tal-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz.
2.  
L-Istat Membru ospitanti jista’ biss jeħtieġ li impriża tal-assigurazzjoni li tipproponi li teżerċita negozju ta’ assigurazzjoni fit-territorju tiegħu, tagħmel notifika mhux sistematika ta’ dawk il-kondizzjonijiet ta’ poloz u dokumenti oħrajn għall-iskop ta’ verifika ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw kuntratti tal-assigurazzjoni, u dik il-ħtieġa ma tistax tikkostitwixxi kondizzjoni bil-quddiem biex impriża tal-assigurazzjoni teżerċita n-negozju tagħha.
3.  
L-Istat Membru ospitanti ma jistax iżomm jew jintroduċi notifika jew approvazzjoni bil-quddiem taż-żidiet proposti fir-rati tal-premium ħlief bħala parti minn sistemi ġenerali ta’ kontroll tal-prezzijiet.

Artikolu 155

Impriżi tal-assigurazzjoni li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet legali

1.  
Fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru ospitanti jistabbilixxu li impriża tal-assigurazzjoni b’fergħa jew li teżerċita negozju taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx qiegħda tikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli għaliha f’dak l-Istat Membru, għandhom jesiġu li l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata tirrimedja tali irregolarita’.
2.  

Fejn l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata tonqos li tieħu l-azzjoni neċessarja, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha kif dovut.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandhom, fl-opportunità l-iktar kmieni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jinformaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti bil-miżuri meħuda.

3.  

Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-pajjiż tagħha jew peress li dawk il-miżuri rriżultaw li kienu inadegwati jew ma ttieħdux f’dak l-Istat, l-impriża tal-assigurazzjoni tippersisti fil-vjolazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jinformaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, jieħdu miżuri adegwati sabiex jipprevjenu jew jippenalizzaw aktar irregolaritajiet, inkluż, sa fejn huwa strettament neċessarju, il-prevenzjoni ta’ dik l-impriża milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

▼M5

Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

▼B

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu nnotifikati d-dokumenti ġuridiċi neċessarji għal dawn il-miżuri lil impriżi tal-assigurazzjoni.

4.  
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw il-poter tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jieħdu miżuri xierqa ta’ emerġenza biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet fit-territorji tagħhom. Dak il-poter għandu jinkludi l-possibbiltà li impriżi tal-assigurazzjoni jiġu pprevenuti milli jkomplu jikkonkludu kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni fit-territorji tagħhom.
5.  
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw il-poter tal-Istati Membri li jippenalizzaw ksur fit-territorji tagħhom.
6.  
Fejn impriża tal-assigurazzjoni li tkun ikkommettiet ksur ikollha stabbiliment jew tipposjedi proprjetà fl-Istat Membru kkonċernat, l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, japplikaw il-penalitajiet amministrattivi nazzjonali preskritti għal dak il-ksur permezz ta’ applikazzjoni kontra dak l-istabbiliment jew dik il-proprjetà.
7.  
Kwalunkwe miżura adottata taħt il-paragrafi 2 sa 6 li tinvolvi restrizzjonijiet fuq il-kondotta ta’ negozju tal-assigurazzjoni għandha tkun immotivata sewwa u kkomunikata lill-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata.
8.  
Impriża tal-assigurazzjoni għandha tissottometti lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti fuq it-talba tagħhom id-dokumenti kollha mitluba minnha għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 7 sa fejn impriżi tal-assigurazzjoni li l-uffiċċju ewlieni tagħhom huwa f’dak l-Istat Membru huma wkoll obbligati li jagħmlu hekk.

▼M5

9.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-AEAPX bl-għadd u t-tipi ta' każijiet li jkunu rriżultaw f'rifjuti skont l-Artikoli 146 u 148 jew li għalihom ikunu ttieħdu miżuri skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 156

Ir-reklamar

Impriżi tal-assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fi Stati Membri jistgħu jirreklamaw is-servizzi tagħhom permezz tal-mezzi kollha disponibbli ta’ komunikazzjoni fl-Istat Membru ospitanti, suġġett għar-regoli li jirregolaw il-forma u l-kontenut ta’ dan ir-reklamar adottati fl-interess tal-ġid ġenerali.

Artikolu 157

Taxxi fuq il-premiums

1.  

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe armonizzazzjoni sussegwenti, kull kuntratt tal-assigurazzjoni għandu jkun suġġett esklużivament għat-taxxi indiretti u l-imposti parafiskali fuq premiums tal-assigurazzjoni fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impenn.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, proprjetà mobbli li tinstab f’bini li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru, ħlief għal oġġetti fi transitu kummerċjali, għandha titqies bħala riskju li jinstab f’dak l-Istat Membru, anke fejn il-bini u l-kontenut tiegħu ma jkunux koperti bl-istess polza tal-assigurazzjoni.

Fil-każ ta’ Spanja, kuntratt tal-assigurazzjoni għandu wkoll ikun suġġett għas-sovvrapiżijiet stabbiliti legalment a favur il-“Consorcio de Compensación de Seguros” Spanjol għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu li jirrelataw għall-kumpens ta’ telf li jirriżulta minn każijiet straordinarji li jseħħu f’dak l-Istat Membru.

2.  
Il-liġi applikabbli għall-kuntratt skont l-Artikolu 178 ta’ din id-Direttiva u taħt r-Regolament (KE) Nru 593/2008 ma għandhiex teffettwa l-arranġamenti fiskali applikabbli.
3.  
Kull Stat Membru għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu għal dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni li jkopru riskji jew impenji li jinstabu fit-territorju tiegħu għal miżuri sabiex jiġi żgurat il-ġbir ta’ taxxi indiretti u piżijiet parafiskali dovuti taħt il-paragrafu 1.



Subtaqsima 2

Riassigurazzjoni

Artikolu 158

Impriżi tar-riassigurazzjoni li mhux qed iħarsu d-dispożizzjonijiet legali

1.  
Fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru jistabbilixxu li impriża tar-riassigurazzjoni li għandha fergħa jew li teżerċita negozju taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx qiegħda tosserva d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għaliha f’dak l-Istat Membru, għandhom jeħtieġu lill-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari. Fl-istess ħin, għandhom jirriferu dawk is-sejbiet lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha.
2.  

Fejn, minkejja l-miżuri li jieħu l-Istat Membru ta’ domiċilju, jew minħabba li dawn il-miżuri jirriżultaw li mhux adegwati, l-impriża tar-riassigurazzjoni tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jgħarrfu lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet ulterjuri, inkluż sa fejn meħtieġ strettament, li dik l-impriża tar-riassigurazzjoni tiġi mċaħħda milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

▼M5

Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.

▼B

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom huwa possibbli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa lill-impriżi tar-riassigurazzjoni.

3.  
Kwalunkwe miżura adottata taħt il-paragrafi 1 u 2 li tinvolvi sanzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni għandha tkun immotivata sew, u tiġi komunikata lill-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata.



Subtaqsima 4

Informazzjoni statistika

▼M5

Artikolu 159

Informazzjoni statistika dwar attivitajiet transkonfinali

Kull impriża tal-assigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, separatament, fir-rigward ta' tranżazzjonijiet imwettqa skont id-dritt ta' stabbiliment u dawk imwettqa skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bl-ammont ta' primjums, klejms u kummissjonijiet, mingħajr tnaqqis ta' riassigurazzjoni, skont l-Istat Membru u kif ġej:

(a) 

għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja, skont il-linji tan-negozju skont l-att delegat rilevanti;

(b) 

għal assigurazzjoni tal-ħajja, skont il-linji tan-negozju skont l-att delegat rilevanti.

Fir-rigward tal-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I, eskluża r-responsabbiltà tat-trasportatur, l-impriża konċernata għandha tinforma wkoll lill-awtorità superviżorja bil-frekwenza u l-medja tal-ispiża tal-klejms.

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippreżenta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi fi żmien raġonevoli u f'forma aggregata lill-awtoritajiet superviżorji ta' kull Stat Membru konċernat fuq talba tagħhom.

▼B



Taqsima 5

Trattament tal-kuntratti ta’ fergħat fi proċediment ta’ stralċ

Artikolu 160

L-istralċ tal-impriżi tal-assigurazzjoni

Meta jsir l-istralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni, impenji li jirriżultaw minn kuntratti ta’ assigurazzjoni magħmula permezz ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu ssodisfati bl-istess mod bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni l-oħra ta’ dik l-impriża, mingħajr distinzjoni dwar iċ-ċittadinanza sa fejn huma kkonċernati l-persuni assigurati u l-benefiċjarji.

Artikolu 161

L-istralċ tal-impriżi tar-riassigurazzjoni

Meta jsir l-istralċ ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, l-impenji li jirriżultaw minn kuntratti ta’ assigurazzjoni magħmula permezz ta’ fergħa jew taħt il-libertà tal-forniment tas-servizzi għandhom jiġu ssodisfati bl-istess mod bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti l-oħrajn tar-riassigurazzjoni ta’ dik l-impriża.



KAPITOLU IX

Fergħat stabbiliti fil-komunità u li jappartjenu għal impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li l-uffiċċji ewlenin tagħhom huma barra l-komunità



Taqsima 1

Bidu ta’ negozju

Artikolu 162

Il-prinċipju tal-awtorizzazzjoni u kondizzjonijiet

1.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċess għan-negozju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) minn kwalunkwe impriża li l-uffiċċju ewlieni tagħha huwa barra l-Komunità suġġett għal awtorizzazzjoni.
2.  

Stat Membru jista jagħti awtorizzazzjoni fejn l-impriża tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tkun intitolata li teżerċita negozju tal-assigurazzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha;

(b) 

tistabbilixxi fergħa fit-territorju tal-Istat Membru fejn tintalab l-awtoriżżazzjoni;

(ċ) 

timpenja ruħha li tistabbilixxi fil-post tal-amministrazzjoni tal-fergħa l-kontijiet speċifiċi għan-negozju li hi twettaq hemm, u li żżomm hemmhekk ir-reġistri kollha li għandhom x’jaqsmu man-negozju operat;

(d) 

tinnomina rappreżentant ġenerali, biex ikun approvat mill-awtoritajiet superviżorji;

(e) 

tippossjedi fl-Istat Membru fejn tintalab l-awtoriżżazzjoni, attivi ta’ ammont ugwali għal mill-inqas nofs il-limitu minimu assolut preskritt fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1) fir-rigward tal-Kapital Minimu Rekwiżit u tiddeposita kwart ta’ dak il-limitu minimu assolut bħala sigurtà;

(f) 

tintrabat li tkopri ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 100 u 128;

(g) 

tikkomunika l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-klejms maħtur f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba fejn ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal-Parti A fl-Anness I, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi;

(h) 

tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 163;

(i) 

tissodisfa r-rekwiżiti ta’ governanza stipulati fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2.

3.  
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu “fergħa” tfisser kwalunkwe preżenza permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ impriża msemmija fil-paragrafu 1, li tingħata awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru u li teżerċita negozju fl-assigurazzjoni.

Artikolu 163

Skema ta’ operazzjonijiet tal-fergħa

1.  

L-iskema ta’ operazzjonijiet tal-fergħa msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 162(2) għandha tistipula li ġej:

(a) 

in-natura tar-riskji jew tal-impenji li l-impriża tipproponi li tkopri;

(b) 

il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-riassigurazzjoni;

(ċ) 

estimi ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ futur, kif stipulat fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni, kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;

(d) 

estimi tal-Kapital Minimu Rekwiżit futur, kif stipulat fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni, kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;

(e) 

l-istat tal-fondi proprji eliġibbli u l-fondi proprji bażiċi eliġibbli tal-impriża fir-rigward ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u tal-Kapital Minimu Rekwiżit msemmija fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4 u 5;

(f) 

estimi tal-ispiża ta’ stabbiliment tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni biex jiġi żgurat in-negozju, ir-riżorsi finanzjarji intiżi sabiex jiġu sodisfatti dawk l-ispejjeż u, fejn ir-riskji li għandhom jiġu koperti huma kklassifikati fil-klassi 18 fil-Parti A tal-Anness I, ir-riżorsi disponibbli għall-provvista tal-assistenza;

(g) 

informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema tal-governanza.

2.  

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, l-iskema tal-operazzjonijiet għandha tinkludi li ġej, għall-ewwel tliet snin finanzjarji:

(a) 

karta tal-bilanċi ta’ previżjoni;

(b) 

estimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi, ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit;

(ċ) 

għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja:

(i) 

estimi ta’ spejjeż amministrattivi barra minn spejjeż ta’ istallazzjoni, partikolarment spejjeż kurrenti ġenerali u kummissjonijiet;

(ii) 

estimi ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet u klejms;

(d) 

għall-assigurazzjoni tal-ħajja, meħtieġ pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u nfiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni u ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni.

3.  
Fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni jissottomettu notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi użati għall-kalkolu tal-iskali tal-premiums u d-dispożizzjonijiet tekniċi, mingħajr ma dik il-ħtieġa tikkostitwixxi kondizzjoni minn qabel biex impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja twettaq in-negozju tagħha.

Artikolu 164

It-trasferiment ta’ portafolli

1.  
Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lil fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom u koperti b’dan il-Kapitolu biex jittrasferixxu l-portfolji tal-kuntratti kollha tagħhom, jew parti minnhom, lil impriża li tkun qed taċċetta stabbilita fl-istess Stat Membru fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 167, jiċċertifikaw li wara li jittieħed kont tat-trasferiment l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.
2.  
Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom u koperti b’dan il-Kapitolu biex jittrasferixxu l-portafolli kollha tagħhom, jew parti minnhom, dwar kuntratti, lil impriża tal-assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru jiċċertifikaw li wara li t-trasferiment jiġi kkunsidrat l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.
3.  

Fejn skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali Stat Membru jawtorizza fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan il-Kapitolu biex jitrasferixxu l-portafolli kollha tagħhom, jew parti minnhom, ta’ kuntratti, lil fergħa koperta b’dan il-Kapitolu u stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, dan għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal-impriża li tkun qed taċċetta jew, fejn xieraq, tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 167 jiċċertifikaw li:

(a) 

wara li t-trasferimenti jkunu kkunsidrati, l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;

(b) 

l-liġi tal-Istat Membru tal-impriża li tkun qed taċċetta tippermetti dan it-trasferiment; u

(ċ) 

l-Istat Membru jkun qabel li jsir it-trasferiment.

4.  
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1sa 3, l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-fergħa li tittrasferixxi, għandu jawtorizza t-trasferiment wara li jottjeni l-ftehim tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih jinstabu r-riskji, jew tal-Istat Membru fejn jinstab l-impenn, jekk dan ma jkunx l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-fergħa li tittrasferixxi.
5.  
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fergħa li tittrasferixxi, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba. L-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dak il-perjodu għandha titqies ekwivalenti għal opinjoni favorevoli jew kunsens taċitu.
6.  

Trasferiment awtorizzat skont il-paragrafi 1 sa 5 għandu jiġi ppubblikat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impenn.

Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, persuni assigurati u kull persuna oħra li jkollha drittijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti.

Artikolu 165

Dispożizzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li impriżi jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi xierqa sabiex ikopru l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni assunti fit-territorji tagħhom ikkalkolati skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi jivvalutaw l-attivi u l-passivi skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 1 u jiddeterminaw il-fondi proprji skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 3.

Artikolu 166

►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u Kapital Minimu Rekwiżit

1.  

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ għal fergħat li jkunu stabbiliti fit-territorju tiegħu ammont ta’ fondi proprji eliġibbli li jikkonsisti fl-elementi msemmija fl-Artikolu 98(3).

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit għandhom jiġu kkalkolati skont id-dispożizzjonijiet tal- Kapitolu VI, it-Taqsimiet 4 u 5.

Madankollu, għall-fini tal-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit, sew għall-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja għandu jittieħed kont biss tal-operazzjonijiet li jkunu magħmula mill-fergħa kkonċernata.

2.  
L-ammont bażiku ta’ fondi proprji eliġibbli meħtieġa biex ikopru l-Kapital Minimu Rekwiżit u l-limitu minimu assolut ta’ dak il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jiġi kkostitwit skont l-Artikolu 98(4).
3.  

L-ammont eliġibbli ta’ fondi proprji bażiċi ma għandhux ikun anqas min-nofs il-limitu minimu assolut meħtieġ skont il-punt (d) tal-Artikolu 129(1).

Id-depożitu mqiegħed skont il-punt (e) tal-Artikolu 162(2) għandu jkun magħdud għal tali fondi proprji bażiċi eliġibbli biex ikopru l-Kapital Minimu Rekwiżit.

4.  
L-attivi li jirrappreżentaw ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandhom jinżammu fl-Istat Membru fejn l-attivitajiet jitwettqu sal-ammont tal-Kapital Minimu Rekwiżit u l-eċċess fil-Komunità.

Artikolu 167

Vantaġġi għal impriżi awtorizzati f’iktar minn Stat Membru wieħed

1.  

Kwalunkwe impriża li tkun talbet jew ottjeniet awtorizzazzjoni minn iktar minn Stat Membru wieħed tista’ tapplika għall-vantaġġi li ġejjin li jistgħu jingħataw biss konġuntement:

(a) 

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-Artikolu 166 għandu jiġi kkalkolat b’relazzjoni għan-negozju intier eżerċitat minnha fil-Komunità;

(b) 

id-depożitu meħtieġ skont il-punt (e) tal-Artikolu 162(2) għandu jsir biss f’wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(ċ) 

l-attivi li jirrappreżentaw il-Kapital Minimu Rekwiżit għandhom jiġu lokalizzati, skont l-Artikolu 134, fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn teżerċita l-attivitajiet tagħha.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitqiesu biss l-operazzjonijiet imwettqa mill-fergħat kollha stabbiliti fil-Komunità għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu.

2.  

Applikazzjoni għal benefiċċju mill-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tiddikjara l-awtorità tal-Istat Membru li fil-ġejjieni għandha tissorvelja ►C4  s-solvenza ◄ tan-negozju intier tal-fergħat stabbiliti fil-Komunità. Għandhom jingħataw raġunijiet għall-għażla tal-awtorità magħmulha mill-impriża.

Id-depożitu msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 162(2) għandu jsir ma’ dak l-Istat Membru.

3.  

Il-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 jistgħu biss jingħataw fejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fihom saret applikazzjoni jaqblu magħhom.

Dawk il-vantaġġi għandhom jidħlu fis-seħħ miż-żmien meta l-awtorità superviżorja magħżula tinforma lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn li hi tkun sejra tissorvelja l-qagħda ta’ ►C4  solvenza ◄ tan-negozju kollu tal-fergħat fil-Komunità.

L-awtorità superviżorja magħżula għandha ġġib mill-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni ►C4  tas-solvenza ◄ ġenerali tal-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

4.  
Fuq talba minn Stat Membru wieħed jew ieħor ikkonċernati, il-vantaġġi mogħtija bil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu rtirati simultanjament mill-Istati Membri kollha kkonċernati.

Artikolu 168

Informazzjoni kontabbli, prudenzjali u statistika u impriżi bi problemi

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima l-Artikolu 34, l-Artikolu 139(3), u l-Artikoli 140 u 141 għandhom japplikaw.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 137 sa 139, meta impriża tikkwalifika għall-vantaġġi previsti fl-Artikolu 167(1), (2) u (3), l-awtorità superviżorja responsabbli għall-verifika ►C4  tas-solvenza ◄ ta’ fergħat stabbiliti fil-Komunità fir-rigward tan-negozju intier tagħhom għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-uffiċċju ewlieni ta’ impriża stabbilita fil-Komunità.

Artikolu 169

Is-separazzjoni tan-negozju tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja minn dak tal-ħajja

1.  
Fergħat imsemmija f’din it-Taqsima ma jistgħux simultanjament isegwu attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja fl-istess Stat Membru.
2.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-fergħat imsemmija f’din it-Taqsima li fid-data rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5), segwew iż-żewġ attivitajiet simultanjament fi Stat Membru jistgħu jibqgħu jagħmlu dan sakemm kull attività hija amministrata separatament skont l-Artikolu 74.
3.  

Kwalunkwe Stat Membru li taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(5) jeħtieġ li impriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu jwaqqfu l-eżerċizzju simultanju tal-attivitajiet li fihom kienu ingaġġati fid-data rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5) għandhom ukoll jimponu din il-ħtieġa fuq fergħat imsemmija f’din it-Taqsima li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu u jsegwu simultanjament iż-żewġ attivitajiet hemmhekk.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fergħat imsemmija f’din it-Taqsima li l-uffiċċju ewlieni tagħhom iwettaq simultanjament żewġ attivitajiet u li fid-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5) wettqu fit-territorju ta’ Stat Membru biss attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja jistgħu jkomplu l-attività tagħhom hemmhekk. Fejn l-impriża tixtieq twettaq attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja f’dak it-territorju tista’ biss twettaq attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja permezz ta’ sussidjarja.

Artikolu 170

Irtirar tal-awtorizzazzjoni lil impriżi awtorizzati f’iktar minn Stat Membru wieħed

Fil-każ ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 167(2), dik l-awtorità għandha tinnotifika l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħrajn fejn topera l-impriża u dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa.

Fejn ir-raġuni għal dak l-irtirar tkun in-nuqqas ta’ adegwatezza tal-istat ġenerali ta’ ►C4  solvenza ◄ kif iffissat mill-Istati Membri li qablu mat-talba msemmija fl-Artikolu 167, l-Istati Membri li taw l-approvazzjoni tagħhom għandhom ukoll jirtiraw l-awtoriżżazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 171

Ftehim ma’ pajjiżi terzi

Il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehim konkluż skont it-Trattat ma’ pajjiż mhux membru wieħed jew aktar, taqbel mal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet differenti għal dawk ipprovduti f’din it-Taqsima, bl-iskop li jiżguraw, skont il-kondizzjonijiet ta’ reċiproċità, protezzjoni adegwata għat-titolari tal-poloz u għal persuni assigurati fl-Istati Membri.



Taqsima 2

Riassigurazzjoni

▼M5

Artikolu 172

Ekwivalenza fir-rigward tal-impriżi tar-riassigurazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi ivvalutat jekk ir-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz li japplika għal attivitajiet ta' riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I.
2.  
Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim tas-solvenza ta' dak il-pajjiż terz li japplika għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz, huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I ta' din id-Direttiva.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, biex iqisu kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, u fir-reġim superviżorju tal-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.  
Meta skont il-paragrafu 2 ir-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz ikun ġie meqjus ekwivalenti għal dak stipulat f'din Direttiva, kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi awtorizzati skont din id-Direttiva.
4.  

B'deroga mill-paragrafu 2, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat, b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz applikat għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim ta' solvenza li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 2, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;

(b) 

ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);

(c) 

ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);

(d) 

ikollu reġim ta' solvenza li huwa bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rappurtar superviżorju u t-trasparenza;

(e) 

ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji;

(f) 

ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti; u

(g) 

ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji.

Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha kull sena. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a li jispeċifikaw ulterjorment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

5.  
Il-perjodu limitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020 jew fid-data li fiha, f'konformità mal-paragrafu 2, ir-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz ikun ġie meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, skont liema tiġi l-ewwel.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'sa sena meta dan ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 2.

6.  
Il-kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu jkun tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4, għandhom jingħataw l-istess trattament bħal dak stabbilit fil-paragrafu 3. L-Artikolu 173 għandu japplika wkoll għall-impriżi tar-riassigurazzjoni li jkollhomo l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu ikun tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4.

▼B

Artikolu 173

Projbizzjoni tal-ippleġjar tal-attivi

L-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu, għall-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet tekniċi, sistema b’żamma ta’ riżervi grossi li teħtieġ l-ippleġjar ta’ attivi biex ikopru premiums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar klejms pendenti għall-indennizz fejn ►C2  ir-riassiguratur ◄ ikun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun tinsab f’pajjiż li r-reġim tiegħu ►C4  tas-solvenza ◄ ġie meqjus ekwivalenti għal dak stipulat f’din id-Direttiva skont l-Artikolu 172.

Artikolu 174

Il-prinċipju u l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività tar-riassigurazzjoni

Stat Membru ma għandux japplika għal impriżi tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz li jibdew jew iwettqu attività tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 175

Ftehim ma’ pajjiżi terzi

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tibgħat proposti lill-Kunsill għan-negozjar ta’ patti ta’ ftehim ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-mezzi ta’ eżerċitar ta’ superviżjoni supplementari fuq li ġej:

(a) 

l-impriżi tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità;

(b) 

l-impriżi tar-riassigurazzjoni Komuntarji li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ pajjiż terz.

2.  

Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandhu b’mod partikolari jfittex li jiżgura taħt kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza ta’ regolamentazzjoni prudenzjali, aċċess effettiv għas-suq għal impriżi tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ kull waħda mill-partijiet fil-kuntratt u jipprovdu għal rikonoxximent reċiproku ta’ regoli u prattika superviżorja dwar ir-riassigurazzjoni. Għandhom ukoll jiżguraw li ġej:

(a) 

li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fil-Komunità u li jeżerċitaw negozju fit-territorji tal-pajjiżi terzi kkonċernati;

(b) 

li l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom u li jeżerċitaw negozju fil-Komunità.

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sitwazzjoni li tirriżulta.



KAPITOLU X

Sussidjarji ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiż terz u l-akkwisti ta’ holdings minn dawn l-impriżi

▼M5

Artikolu 176

Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-AEAPX

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni tal-istruttura tal-grupp konċernat.

Meta impriża rregolata bil-liġi ta' pajjiż terz takkwista parteċipazzjoni f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni b'mod illi dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ssir sussidjarja ta' dik l-impriża minn pajjiż terz, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra.

▼B

Artikolu 177

It-trattament li pajjiżi terzi jagħtu lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni Komunitarji

▼M5

1.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-AEAPX dwar id-diffikultajiet ġenerali li jista' jkollhom l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom biex jistabbilixxu ruħhom u jaħdmu f'pajjiż terz jew biex iwettqu attivitajiet f'pajjiż terz.

▼B

2.  

Il-Kummissjoni għandha tissottometti perjodikament lill-Kunsill rapport li jeżamina t-trattament mogħti, f’pajjiżi terzi, lil impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità, dwar dan li ġej:

(a) 

l-istabbiliment f’pajjiżi terzi ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità;

(b) 

il-ksib ta’ azzjonijiet f’impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi;

(ċ) 

l-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn dawn l-impriżi mwaqqfa;

(d) 

il-forniment minn naha għall-oħra tal-fruntiera ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mill-Komunità lil pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti jew rakkomandazzjonijiet xierqa.



TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ASSIGURAZZJONI U R-RIASSIGURAZZJONI



KAPITOLU I

Liġi u kondizzjonijiet applikabbli tal-kuntratti diretti tal-assigurazzjoni



Taqsima 1

Liġi applikabbli

Artikolu 178

Liġi applikabbli

Kwalunkwe Stat Membru li mhux suġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.



Taqsima 2

Assigurazzjoni Mandatorja

Artikolu 179

Obbligi relatati

1.  
Impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jistgħu joffru u jikkonkludu kuntratti obbligatorji tal-assigurazzjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2.  
Meta Stat Membru jimponi obbligu biex tittieħed assigurazzjoni, kuntratt tal-assigurazzjoni ma għandux jissoddisfa dak l-obbligu sakemm dan ma jkunx jikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dik l-assigurazzjoni stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
3.  
Meta Stat Membru jimponi assigurazzjoni obbligatorja u l-impriża tal-assigurazzjoni tkun meħtieġa tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji b’kull waqfien tal-kopertura, dan il-waqfien jista’ jiġi invokat kontra partijiet terzi biss fiċ-ċirkostanzi stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
4.  

Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni r-riskji li kontrihom l-assigurazzjoni hija obbligatorja skont il-leġislazzjoni tiegħu, u jiddikjara:

(a) 

id-dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jirrelataw għal dik l-assigurazzjoni;

(b) 

id-dettalji li għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat li impriża tal-assigurazzjoni għandha toħroġ lil persuna assigurata meta dak l-Istat Membru jeħtieġ prova li l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni ikun ġie sodisfatt.

Stat Membru jista’ jeħtieġ li d-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jinkludu dikjarazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni li l-kuntratt jikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dik l-assigurazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



Subtaqsima 3

Ġid ġenerali

Artikolu 180

Il-ġid ġenerali

La l-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju, u lanqas l-Istat Membru tal-impenn ma għandu jipprevjeni titolari ta’ polza milli jikkonkludi kuntratt ma’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata taħt il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 14 sakemm din il-konklużjoni ta’ kuntratt ma tkunx f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu l-ġid ġenerali fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju, jew fl-Istat Membru tal-impenn.



Taqsima 4

Kondizzjonijiet għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-iskali tal-premiums

Artikolu 181

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

1.  

L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ta’ politika ġenerali u speċjali, skali ta’ premium jew formoli u dokumenti stampati oħrajn li impriża tal-assigurazzjoni jkollha l-ħsieb li tuża fit-trattamenti tagħha ma titolari tal-poloz.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu notifika mhux sistematika ta’ dawk il-kondizzjonijiet tal-polza u dokumenti oħrajn biss għall-iskop ta’ verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw kuntratti tal-assigurazzjoni biss. Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx jikkostitwixxu kondizzjoni bil-quddiem biex impriża tal-assigurazzjoni teżerċita negozju.

2.  
Stat Membru li jagħmel l-assigurazzjoni obbligatorja jista’ jeħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jikkomunikaw lill-awtorità superviżorja tagħhom il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ tali assigurazzjoni qabel ma jiċċirkulawhom.
3.  
Stati Membri m’ għandhomx iżommu jew jintroduċu obbligu ta’ notifika jew approvazzjoni bil-quddiem taż-żidiet proposti fir-rati tal-premium ħlief bħala parti minn sistemi ġenerali ta’ kontroll tal-prezzijiet.

Artikolu 182

Assigurazzjoni tal-ħajja

L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew in-notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, skali ta’ premiums, bażijiet tekniċi użati b’mod partikolari biex jiġu kkalkolati skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi jew formoli u dokumenti stampati oħra li impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha l-intenzjoni li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz.

Madankollu, l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, għall-iskop uniku ta’ verifika ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw prinċipji attwarji, jeħtieġ komunikazzjoni sistematika tal-bażijiet tekniċi użati b’mod partikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi. Dawk ir-rekwiżiti ma jistgħux jikkostitwixxu kondizzjoni bil-quddiem biex impriża tal-assigurazzjoni teżerċita negozju.



Taqsima 5

Informazzjoni għat-titolari ta’ polza



Subtaqsima 1

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Artikolu 183

Informazzjoni ġenerali għat-titolari ta’ polza

1.  

Qabel ma jiġi konkluż kuntratt tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandha tinforma lit-titolari tal-poloz b’dan li ġej:

(a) 

bil-liġi applikabbli għal kuntratt meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera;

(b) 

jew bil-fatt li l-partijiet huma liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli u l-liġi li assiguratur jipproponi li jagħżel.

L-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jgħarrfu lit-titolari ta’ polza bl-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti ta’ titolari ta’ poloz li jikkonċernaw kuntratti inkluż, fejn xieraq, l-eżistenza ta’ korpi ta’ lmenti, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ titolari ta’ poloz li jibdew proċeduri legali.

2.  
L-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss meta t-titolari ta’ polza jkun persuna fiżika.
3.  
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu stipulati mill-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju.

Artikolu 184

Tagħrif addiżżjonali fil-każ tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja offruta skont id-dritt tal-istabbiliment u fil-libertà jiġu pprovduti servizzi

1.  

Meta assigurazzjoni mhux tal-ħajja tkun offerta skont id-dritt ta’ stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, it-titolari tal-polza għandu, qabel ma jidħol f’xi impenn, jiġi infurmat bl-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni jew, fejn xieraq, il-fergħa li magħha għandu jiġi konkluż il-kuntratt jinstab.

Kull dokument maħruġ lit-titolari tal-polza għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-obbligi imposti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw għal riskji kbar.

2.  

Il-kuntratt jew kull dokument ieħor li jagħti kopertura, flimkien mal-proposta tal-assigurazzjoni meta din tkun torbot fuq it-titolari tal-polza, għandhom jiddikjaraw l-indirizz tal-uffiċċju ewlieni, jew, fejn xieraq, tal-fergħa tal-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li tagħti l-kopertura.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja msemmija fil-punt (a) fl-Artikolu 148(2) jidhru wkoll fid-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.



Subtaqsima 2

Assigurazzjoni tal-ħajja

Artikolu 185

Informazzjoni għal titolari ta’ poloz

1.  
Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mill-inqas l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.
2.  

L-informazzjoni li ġejja dwar l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha tiġi komunikata:

(a) 

isem l-impriża u l-forma ġuridika tagħha;

(b) 

isem l-Istat Membru li fih jinstabu l-uffiċċju ewlieni u, fejn xieraq, il-fergħa li tikkonkludi l-kunratt;

(ċ) 

indirizz tal-uffiċċju ewlieni u, fejn xieraq, tal-fergħa li tikkonkludi l-kuntratt;

(d) 

referenza konkreta għar-rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja kif stipulat fl-Artikolu 51, li tippermetti lit-titolari tal-polza aċċess faċli għal dan it-tagħrif;

3.  

L-informazzjoni li ġejja dwar l-impenn għandha tiġi komunikata:

(a) 

definizzjoni ta’ kull benefiċċju u kull għażla;

(b) 

terminu tal-kuntratt;

(ċ) 

mezzi biex jiġi terminat il-kuntratt;

(d) 

mezzi ta’ ħlas ta’ premiums u d-durata tal-pagamenti;

(e) 

mezzi tal-kalkolu u d-distribuzzjoni ta’ bonusijiet;

(f) 

indikazzjoni ta’ valuri ta’ rinunzja u valuri mħallsa u sa liema miżura huma garantiti;

(g) 

informazzjoni dwar il-premiums għal kull benefiċċju, kemm benefiċċji ewlenija u kemm benefiċċji supplimentari, fejn xieraq;

(h) 

għal poloz marbuta ma’ unitajiet, definizzjoni tal-unitajiet li huma marbuta magħhom il-benefiċċji;

(i) 

indikazzjoni tan-natura tal-attivi bażi għal poloz marbuta ma’ unitajiet;

(j) 

arranġamenti għall-applikazzjoni tal-perjodu ta’ cooling-off;

(k) 

informazzjoni ġenerali dwar arranġamenti tat-taxxa applikabbli għat-tip ta’ polza;

(l) 

l-arranġamenti biex jiġu trattati lmenti li jikkonċernaw kuntratti minn titolari ta’ poloz, ħajjiet assigurati jew benefiċjarji taħt kuntratti, inkluża, fejn xieraq, l-eżistenza ta’ korp ta’ lmenti mingħajr preġudizzju għad-dritt li jittieħdu proċeduri legali;

(m) 

liġi applikabbli għall-kuntratt meta l-partijiet m’għandhomx għażla libera jew, meta l-partijiet huma liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-impriża tal-assigurazzjoni tipproponi li tagħżel.

4.  
Barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni speċifika biex jiġi pprovdut fehim xieraq tar-riskji involuti fil-kuntratt assunti mit-titolari tal-polza.
5.  

It-titolari tal-polza għandu jinżamm infurmat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kondizzjonijiet tal-polza, kemm ġenerali u speċjali;

(b) 

l-isem tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, il-forma ġuridika tagħha jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(ċ) 

l-informazzjoni kollha elenkata fil-punti (d) sa (j) tal-paragrafu 3 fil-każ ta’ bidla fil-kondizzjonijiet ta’ polza jew l-emenda tal-liġi applikabbli għall-kuntratt;

(d) 

kull sena, informazzjoni dwar l-istat tal-bonusijiet.

Fejn, b’ konnessjoni mal-offerta jew il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja, l-assigurant jipprovdi ċifri marbuta mal-ammont ta’ pagamenti potenzjali aktar u lil hinn mill-pagamenti miftiehma fil-kuntratt, l-assigurant għandu jipprovdi lit-titolari tal-polza b’kampjun tal-kalkolu li bih il-pagament potenzjali tal-maturità jiġi stabbilit bl-applikazzjoni tal-bażi għall-kalkolu tal-premium filwaqt li jintużaw tliet rati differenti ta’ interessi. Dan m’ għandux japplika għal assigurazzjonijiet u kuntratti fissi. L-assigurant għandu jgħarraf lit-titolari tal-polza b’mod ċar u komprensibbli li l-kampjun tal-kalkolu huwa biss mudell ta’ komputazzjoni bbażat fuq suppożizzjonijiet nozzjonali, u li t-titolari tal-polza m’għandux joħroġ klejm kuntrattwali mill-kampjun tal-kalkolu.

Fil-każ ta’ assigurazzjonijiet b’ parteċipazzjoni bil-qligħ, l-assigurant għandu jinforma lit-titolari tal-polza kull sena bil-miktub bl-istatus tal-klejms tat-titolari tal-polza, bl-inkorporazzjoni tal-qligħ parteċipattiv. Barra minn hekk, fejn l-assigurant ikun ipprovda ċifri dwar l-iżvilupp potenzjali fil-ġejjieni tal-qligħ parteċipattiv, l-assigurant għandu jinforma lit-titolari tal-polza bid-differenzi bejn l-iżvilupp attwali u d-data inizjali.

6.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn.

Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tkun f’lingwa oħra jekk it-titolari tal-polza jitlob hekk u l-liġi tal-Istat Membru tippermetti dan jew it-titolari tal-polza huwa liberu li jagħżel il-liġi applikabbli.

7.  
L-Istat Membru tal-impenn jista jeħtieġ li impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jfornu informazzjoni b’żieda ma’ dik elenkata fil-paragrafi 2 sa 5 biss jekk hija neċessarja għal ftehim sewwa mit-titolari tal-polza tal-elementi essenzjali tal-impenn.
8.  
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 7 għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn.

Artikolu 186

Il-perjodu ta’ kanċellament

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal titolari ta’ polza li jikkonkludu kuntratti individwali tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jkollhom perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta kienu infurmati li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.

L-għoti tan-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha l-effett li tirrilaxxahom minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.

L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt, l-iktar fir-rigward tal-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta kuntratt ikun għal perjodu ta’ sitt xhur jew inqas;

(b) 

meta, minħabba l-istat tat-titolari tal-polza jew iċ-ċirkostanzi li fihom il-kuntratt hu konkluż, it-titolari tal-polza ma jkollux bżonn il-protezzjoni speċjali.

Meta l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla stipulata fl-ewwel subparagrafu huma għandhom jispeċifikaw dak il-fatt fil-liġi tagħhom.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-assigurazzjoni mhux tal-ħajja



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 187

Kondizzjonijiet ta’ Politika

Kondizzjonijiet ġenerali u speċjali tal-polza ma għandhomx jinkludu kwalunkwe kondizzjonijiet intiżi biex jissodisfaw, f’każ individwali, iċ-ċirkostanzi partikolari tar-riskju li għandu jiġi kopert.

Artikolu 188

Eliminazzjoni tal-monopolji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li monopolji fir-rigward tal-bidu tan-negozju ta’ ċerti klassijiet tal-assigurazzjoni, mogħtija lill-korpi stabbiliti fit-territorji tagħhom u msemmija fl-Artikolu 8, huma aboliti.

Artikolu 189

Parteċipazzjoni fi skemi nazzjonali ta’ garanzija

L-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jissieħbu u jipparteċipaw, fuq l-istess kondizzjonijiet bħal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja awtorizzati fit-territorji tagħhom, f’kull skema maħsuba biex tiggarantixxi l-ħlas ta’ klejms tal-assigurazzjoni lil persuni assigurati u partijiet terzi danneġġjati.



Taqsima 2

Koassigurazzjoni komunitarja

Artikolu 190

Operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni Komunitarja

1.  

Din it-Taqsima għandha tapplika għal operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni Komunitarji li għandhom ikunu dawk l-operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni marbuta ma’ risjku wieħed jew aktar ikklassifikat fil-klassijiet 3 sa 16 fil-Parti A tal-Anness I u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-riskju jkun riskju kbir;

(b) 

ir-riskju huwa kopert b’kuntratt singolu bi premium ġenerali u għall-istess perjodu minn tnejn jew aktar impriżi tal-assigurazzjoni, kull waħda għaliha, bħala “koassiguratur”, li waħda minnhom tkun l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija;

(ċ) 

ir-riskju jinstab fil-Komunità;

(d) 

għall-iskop li jiġi kopert ir-riskju, l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija hija ttrattata bħallikieku kienet l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-riskju kollu;

(e) 

millanqas wieħed mill-koassiguraturi jipparteċipa fil-kuntratt permezz ta’ uffiċċju ewlieni jew fergħa stabbiliti fi Stat Membru ta’ xorta oħra minn dak tal-impriża tal-assigurazzjoni ewlienija;

(f) 

l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija tassumi kompletament l-irwol ta’ mexxej fil-prattika ta’ koassiguratur u b’mod partikolari tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ratifika.

2.  
L-Artikoli 147 sa 152 għandhom japplikaw biss għall-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija.
3.  
L-operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ħlief dawk f’din it-Taqsima.

Artikolu 191

Il-parteċipazzjoni fil-koassigurazzjoni Komunitarja

Id-dritt tal-impriżi tal-assigurazzjoni biex jipparteċipaw f’koassigurazzjoni Komunitarja ma għandux ikun suġġett għaldispożizzjonijiet barra minn dawk ta’ din it-Taqsima.

Artikolu 192

Dispożizzjonijiet tekniċi

L-ammont ta’ dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat mill-koassiguraturi differenti skont ir-regoli ffissati mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli, skont l-użu tal-kummerċ ta’ dak l-Istat.

Madanakollu, id-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu mill-anqas ugwali għal dawk iddeterminati mill-assiguratur ewlieni skont ir-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu.

Artikolu 193

Data statistika

L-Istati Membri ta’ domiċilju għandhom jiżguraw li l-koassiguraturi jżommu informazzjoni statistika li turi l-firxa tal-operazzjonijiet Komunitarji ta’ koassigurazzjoni li fihom jipparteċipaw u l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 194

It-trattament tal-kuntratti ta’ koassigurazzjoni fi proċeduri ta’ stralċ

Fil-każ ta’ stralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni, l-obbligi li joriġinaw minn parteċipazzjoni f’kuntratti Komunitarji ta’ koassigurazzjoni għandhom ikunu sodisfatti bl-istess metodu bħal dawk li joriġinaw taħt kuntratti oħrajn tal-assigurazzjoni ta’ dik l-impriża, mingħajr distinzjoni dwar in-nazzjonalita’ tal-assigurat u l-benefiċjarji.

Artikolu 195

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-kooperazzjoni msemmija fit-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima 5, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha neċessarja.

Artikolu 196

Il-kooperazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-iskop li jiġu eżaminati xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima.

Matul din il-kooperazzjoni għandhom jeżaminaw b’mod partikolari kull prattika li tista’ tindika li l-impriża ewlenija tal-assigurazzjoni ma tkunx qiegħda tassumi l-irwol ta’ mexxej fil-prattika ta’ koassigurazzjoni jew inkella minħabba li huwa ċar li r-riskji ma jeħtiġux il-parteċipazzjoni ta’ żewġ assiguraturi jew aktar għall-kopertura tagħhom.



Taqsima 3

L-assistenza

Artikolu 197

Attivitajiet simili għall-assistenza turistika

L-Istati Membri jistgħu fit-territorju tagħhom jagħmlu l-għotja għall-assistenza lil persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà f’ċirkostanzi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), suġġetta għal din id-Direttiva.

Fejn Stat Membru jagħmel tali dispożizzjoni, għandu jittratta din l-attività bħallikieku kienet klassifikata fil-klassi 18 fil-Parti A tal-Anness I.

It-tieni paragrafu m’għandu bl-ebda mod jaffettwa l-possibilitajiet għal klassifika, stabbiliti fl-Anness I għal attivitajiet li ovvjament jidħlu taħt klassijiet oħrajn.



Taqsima 4

L-assigurazzjoni tal- ispejjeż legali

Artikolu 198

L-ambitu ta’ din it-Taqsima

1.  

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali msemmija fil-klassi 17 tal-Parti A tal-Anness I, li tistabbilixxi li impriża assigurattriċi twiegħed, bil-pagament ta’ premium, li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ proċeduri legali u li jiġu pprovduti servizzi oħrajn direttament marbuta mal-kopertura tal-assigurazzjoni, partikolarment bl-iskop tas-segwenti:

(a) 

assigurazzjoni ta’ kumpens għat-telf, il-ħsara jew dannu sofferta mill-persuna assigurata, b’soluzzjoni barra mill-qrati jew permezz ta’ proċeduri ċivili jew kriminali;

(b) 

id-difiża jew ir-rappreżentanza tal-persuna assigurata fi proċeduri ċivili, kriminali, amministrattivi jew proċeduri oħrajn fir-rigward ta’ kull talba magħmula kontra dik il-persuna.

2.  

Din it-Taqsima m’għandhiex tapplika għall-ebda waħda mis-segwenti:

(a) 

l-assigurazzjoni ta’ spejjeż legali meta din l-assigurazzjoni tikkonċerna disputi jew riskji li joriġinaw minn, jew f’konnessjoni mal-użu ta’ bastimenti ta’ fuq il-baħar;

(b) 

l-attività eżerċitata mill-impriża assigurattriċi li tipprovdi kopertura ta’ responsabbiltà ċivili għall-iskop tad-difiża jew tar-rappreżentanza tal-persuna assigurata f’kull inkjesta jew proċeduri fejn dik l-attività tkun fl-istess waqt eżerċitata fl-interess proprju ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni taħt din il-kopertura;

(ċ) 

meta Stat Membru hekk jiddeċiedi, l-attività tal-assigurazzjoni ta’ spejjeż legali merfugħa minn assiguratur ta’ assistenza, li tissodisfa l-kondizzjonijiet segwenti:

(i) 

l-attività titwettaq fi Stat Membru għajr dak fejn il-persuna assigurata hija abitwalment residenti;

(ii) 

l-attività tifforma parti minn kuntratt li jkopri biss l-assistenza pprovduta lil persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultajiet waqt li jkunu jivvjaġġaw, waqt li jkunu ‘l bogħod minn pajjiżhom jew mir-residenza abitwali tagħhom.

Għall-għanijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-kuntratt għandu jiddikjara b’ mod ċar li l-kopertura kkonċernata tkun limitata għaċ-ċirkostanzi msemmija f’dak il-punt u hija anċillari għal dik l-assistenza.

Artikolu 199

Kuntratti separati

Il-kopertura ta’ spejjeż legali għandha tkun is-suġġett ta’ kuntratt separat minn dak imfassal għall-klassijiet l-oħrajn tal-assigurazzjoni jew għandha tkun ittrattata fit-taqsima separata ta’ polza unika li fiha n-natura tal-kopertura tal-ispejjeż legali u, fejn l-Istat Membru jitlob hekk, l-ammonti tal-premium rilevanti huma speċifikati.

Artikolu 200

It-trattament ta-klejms

1.  

L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jiżgura li l-impriżi tal-assigurazzjoni jadottaw, skont l-għażla tal-Istat Membru, jew l-għażla tagħhom, fejn l-Istat Membru jaqbel, mill-anqas wieħed mill-metodi għat-trattament tal-klejms stabbiliti bl-Artikolu 2, 3 u 4.

Indipendentement mis-soluzzjoni adottata, l-interess tal-persuni li jkollhom kopertura ta’ spejjeż legali għandu jitqies bħala salvagwardat b’manjiera ekwivalenti skont din it-Taqsima.

2.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jiżguraw li l-ebda membru tal-persunal li hu kkonċernat bl-amministrazzjoni tal-ispejjeż legali jew ta’ pariri legali fir-rigward tagħhom ma jeżerċita fl-istess waqt attività simili, f’impriża oħra li jkollha rabtiet finanzjarji, kummerċjali jew amministrattivi mal-ewwel impriża tal-assigurazzjoni u li twettaq waħda jew aktar mill-klassijiet l-oħrajn tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-Anness I.

L-impriżi tal-assigurazzjoni komposta għandhom jiżguraw li l-ebda membru tal-persunal li hu kkonċernat bl-amministrazzjoni tal-ispejjeż legali jew ta’ parir legali fir-rigward tagħhom ma jeżerċita fl-istess waqt attività simili għal klassi oħra tranżatta minnhom.

3.  

L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tafda l-amministrazzjoni tal-klejms fir-rigward ta’ assigurazzjoni dwar spejjeż legali f’idejn impriża li jkollha personalità ġuridika separata. Dik l-impriża għandha tissemma fil-kuntratt separat jew taqsima separata msemmija fl-Artikolu 199.

Fejn l-impriża li jkollha personalità ġuridika separata jkollha rabtiet ma’ impriża tal-assigurazzjoni li twettaq waħda jew aktar mill-klassijiet tal-assigurazzjoni msemmija fil- Parti A tal-Anness I, il-membri tal-persunal tal-impriża li għandha personalità ġuridika separata li huma kkonċernati bl-amministrazzjoni tal-klejms jew bil-pariri legali konnessi mal-amministrazzjoni, ma jistgħux isegwu l-istess attività jew attività simili fl-impriża l-oħra tal-assigurazzjoni fl-istess waqt. L-Istati Membri jistgħu jimponu l-istess rekwiżiti fuq il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju.

4.  
Il-kuntratt għandu jipprovdi li l-persuni assigurati jistgħu jafdaw id-difiża tal-interessi tagħhom, lil avukat tal-għażla tagħoma jew, safejn tippermetti l-liġi nazzjonali, lil xi persuna oħra adegwatament ikkwalifikata, mill-mument li dawk il-persuni assigurati jkollhom id-dritt li jagħmlu talba taħt dak il-kuntratt.

Artikolu 201

L-għażla ħielsa tal-avukat

1.  

Kull kuntratt tal-assigurazzjoni ta’ spejjeż legali għandu espressament jipprovdi li:

(a) 

meta wieħed jirrikorri għand avukat jew persuna oħra kkwalifikata kif xieraq skont il-liġi nazzjonali sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew imħarsal-interessi tal-persuna assigurata f’kull inkjesta jew proċedura, dik il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel dan l-avukat jew persuna oħra;

(b) 

il-persuni assigurati għandhom ikunu liberi li jagħżlu avukat jew, fejn jippreferu u sal-limitu li l-liġi nazzjonali tippermetti, kull persuna oħra kkwalifikata kif meħtieġ, biex isservi l-interessi tagħhom kull meta jkun hemm kunflitt tal-interessi.

2.  
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima “avukat” tfisser persuna intitolata li teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha skont id-denominazzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju effettiv mill-avukati li jkunu liberi li jipprovdu servizzi ( 13 ).

Artikolu 202

Eċċezzjoni għall-għażla ħielsa tal-avukat

1.  

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu eżenzjoni mill-Artikolu 201(1) għal assigurazzjoni ta’ spejjeż legali jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-assigurazzjoni hija llimitata għal każijiet li joriġinaw mill-użu ta’ vetturi tat-triq fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

l-assigurazzjoni hi konnessa ma’ kuntratt biex tkun ipprovduta assistenza fil-każ ta’ inċident jew ħsara li jinvolvu vettura tat-triq;

(ċ) 

la l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali u lanqas l-assigurat dwar l-assistenza m’għandu jwettaq xi klassi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà;

(d) 

jittieħdu miżuri sabiex il-parir legali u r-rappreżentanza ta’ kull wieħed mill-partijiet għal kwistjoni jkunu effettwati minn avukati kompletament indipendenti fejn dawk il-partijiet ikunu assigurati għal spejjeż legali mill-istess impriża tal-assigurazzjoni.

2.  
Eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 200.

Artikolu 203

L-arbitraġġ

L-Istati Membri għandhom, sabiex jintlaħaq ftehim f’disputa bejn l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali u l-assigurat u mingħajr preġudizzju għal kull dritt ta’ appell lill-korp ġudizzjarju li jista’ jiġi previst bil-liġi nazzjonali, jipprovdi għal arbitraġġ jew proċedura oħra li toffri garanziji paragunabbli ta’ oġġettività.

Il-kuntratt tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi għad-dritt tal-persuna assigurata li jkollha rikors għal tali proċeduri.

Artikolu 204

Kunflitt ta’ interess

Kull meta jkun hemm kunflitt ta’ interessi jew ikun hemm nuqqas ta’ ftehim dwar is-soluzzjoni tal-kwistjoni, l-assiguratur dwar spejjeż legali jew, fejn meħtieġ, l-uffiċċju li jsolvi l-klejms għandu jinforma lill-persuna assigurata bid-dritt imsemmi fl-Artikolu 201(1) u bil-possibiltà li tirrikorri għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 203.

Artikolu 205

L-abolizzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni fl-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali

L-Istati Membri għandhom jabolixxu d-dispożizzjonijiet kollha li jipprojbixxu impriża assigurattriċi milli twettaq fit-territorju tagħhom assigurazzjoni dwar spejjeż legali u klassijiet oħrajn tal-assigurazzjoni fl-istess ħin.



Taqsima 5

L-assigurazzjoni tas-saħħa

Artikolu 206

L-assigurazzjoni tas-saħħa bħala alternattiva għas-sigurtà soċjali

1.  

L-Istati Membri li fihom kuntratti li jkopru r-riskji fil-klassi 2 tal-Parti A tal-Anness I jistgħu jservu bħala alternattiva parzjali jew kompleta għal kopertura tas-saħħa prevista mis-sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali, jistgħu jeħtieġu li:

(a) 

dawk il-kuntratti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet legali speċifiċi adottati minn dak l-Istat Membru biex jipproteġi l-ġid ġenerali f’dik il-klassi tal-assigurazzjoni;

(b) 

l-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ dik l-assigurazzjoni jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru qabel l-użu.

2.  

L-Istati Membru jistgħu jeħtieġu li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 tkun operata fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-kondizzjonijiet kollha segwenti jiġu sodisfatti:

(a) 

il-premiums imħallsa jkunu kkalkolati fuq il-bażi tat-tabelli tal-mard u informazzjoni statistika oħra relevanti għall-Istat Membru li fih jinstab ir-riskju skont il-metodi matematiċi użati fl-assigurazzjoni;

(b) 

riserva stabbilita għal żieda fl-età;

(ċ) 

l-assiguratur jista’ jikkanċella l-kuntratt biss tul perjodu fiss determinat mill-Istat Membru li fih jinstab ir-riskju;

(d) 

il-kuntratt jipprovdi li l-premiums jistgħu jiżdiedu jew il-pagamenti jitnaqqsu, anke għal kuntratti attwali;

(e) 

il-kuntratt jipprovdi li t-titolari tal-polza jistgħu jbiddlu l-kuntratt eżistenti tagħhom f’kuntratt ġdid li jikkonforma mal-paragrafu 1, offert mill-istess impriża tal-assigurazzjoni jew mill-istess fergħa u li tieħu kont tad -drittijiet akkwistati minnhom.

Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jittieħed kont tar-riserva għal żieda fl-età u jista’ jkun meħtieġ eżami mediku ġdid biss għal kopertura miżjuda.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jippubblikaw it-tabelli tal-mard u informazzjoni statistika relevanti oħra msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u jittrażmettuhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

Il-premiums għandhom ikunu suffiċjenti, b’suppożizzjonijiet attwarji raġonevoli, biex impriżi tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom fir-rigward tal-aspetti kollha tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandu jeħtieġ il-bażi teknika għall-kalkolu ta’ premiums biex tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet superviżorji tiegħu qabel ma l-prodott jiġi ċċirkolat.

It-tielet u r-raba’ subparagrafi għandhom japplikaw ukoll meta kuntratti eżistenti jiġu modifikati.



Taqsima 6

L-assigurazzjoni kontra l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Artikolu 207

L-assigurazzjoni mandatorja kontra l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li kull impriża tal-assigurazzjoni li toffri, għar-riskju proprju tagħha, assigurazzjoni obbligatorja kontra inċidenti fuq ix-xogħol fit-territorji tagħhom tikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali tagħhom li tikkonċerna din l-assigurazzjoni, ħlief għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw superviżjoni finanzjarja, li għandhom ikunu r-responsabbiltà esklużiva tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.



KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-assigurazzjoni tal-ħajja

Artikolu 208

Projbizzjoni fuq iċ-ċessjoni obbligatorja ta’ parti minn assigurazzjoni

L-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jċedu parti mill-attivitajiet tagħhom ta’ assigurazzjoni elenkati fl-Artikolu 2(3) lil organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet innominati b’liġi nazzjonali.

Artikolu 209

Premiums għal kummerċ ġdid

Premiums għal kummerċ ġdid għandhom ikunu suffiċjenti, fuq suppożizzjonijiet attwarji raġonevoli, sabiex jippermettu li impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom u, b’mod partikolari, biex jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi adegwati.

Għal dan il-għan, jistgħu jitqiesu l-aspetti kollha tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr il-kontribut minn riżorsi ta’ xort’oħra minn premiums u introjtu mdaħħal fuqhom li jkun sistematiku u permanenti b’tali mod li jista’ jipperikola ►C4  s-solvenza ◄ tal-impriża kkonċernata fit-tul.



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-riassigurazzjoni

Artikolu 210

Riassigurazzjoni finita

1.  
L-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jikkonkludu kuntratti tar-riassigurazzjoni finite jew iwettqu attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite huma kapaċi li jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw, jiġġestixxu, jikkontrollaw u jirrappurtaw kif xieraq ir-risjki li joriġinaw minn dawk il-kuntratti u l-attivitajiet.

▼M5

2.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-monitoraġġ, l-immaniġġjar u l-kontrol tar-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite.

▼B

3.  

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 riassigurazzjoni finita tfisser riassigurazzjoni li taħtha t-telf massimu espliċitu potenzjali, mogħti bħala r-riskju ekonomiku massimu trasferit, li jirriżulta kemm mir-riskju ta’ assigurazzjoni sinifikanti kif ukoll mit-trasferiment tar-riskju taż-żamma ta’ ħin, jaqbżu l-premium, matul il-ħajja tal-kuntratt, b’ammont limitat iżda sinifikanti, flimkien ma’ tal-inqas wieħed mill-aspetti li ġejjin:

(a) 

kunsiderazzjonijiet espliċiti u materjali tal-valur tal-mument tal-flus;

(b) 

dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jimmoderaw il-bilanċ tal-esperjenza ekonomika bejn il-partijiet maż-żmien sabiex jiksbu t-trasferiment tar-riskju tal-mira.

Artikolu 211

Strumenti ta’ għan speċjali

1.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-twaqqif fit-territorju tagħhom stess ta’ strumenti b’ għan speċjali, suġġett għal approvazzjoni mis-superviżjoni bil-quddiem.

▼M5

2.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw il-kriterji li ġejjin għall-approvazzjoni superviżorja:

(a) 

l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(b) 

il-kundizzjonijiet mandatorji li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti kollha li jinħarġu;

(c) 

ir-rekwiżiti idonji u xierqa tajba kif imsemmi fl-Artikolu 42 tal-persuni li jkunu qegħdin imexxu l-istrument bi skop speċjali;

(d) 

ir-rekwiżiti idonji u xierqa għall-azzjonisti jew membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva fl-istrument bi skop speċjali;

(e) 

proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati u rekwiżiti tal-immaniġġjar tar-riskji;

(f) 

rekwiżiti kontabilistiċi, u dawk prudenzjali u tal-informazzjoni statistika;

(g) 

rekwiżiti tas-solvenza.

2a.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 211(1) u (2), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti strumenti bi skop speċjali u dwar il-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2b.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 211(1) u (2), l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, fejn l-istrument bi skop speċjali li jassumi riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija awtorizzata.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
L-istrumenti bi skop speċjali awtorizzati qabel il-31 ta' Diċembru 2015 għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru li jkun awtorizza l-istrument bi skop speċjali. Madankollu, kull attività ġdida mibdija bi strument bi skop speċjali bħal dan wara dik id-data għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 2a.

▼B



TITOLU III

SUPERVIŻJONI TA’ IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI FI GRUPP



KAPITOLU I

Superviżjoni tal-Grupp: definizzjonijiet, każijiet ta’ applikazzjoni, ambitu u livelli



Taqsima 1

Definizzjonijiet

Artikolu 212

Definizzjonijiet

1.  

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“impriża parteċipanti” tfisser impriża li tkun jew impriża prinċipali jew impriża oħra li tikkontrolla parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra permezz ta’ relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b) 

“impriża relatata” tfisser impriża sussidjarja jew impriża oħra li fiha tkun miżmuma parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra permezz ta’ relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(ċ) 

“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li:

(i) 

jikkonsisti minn impriża parteċipanti, l-impriżi sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża parteċipanti jew l-impriżi sussidjarji tagħha jkollhom sehem, kif ukoll impriżi marbuta bejniethom b’relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

(ii) 

jkun ibbażat fuq l-istabbiliment kuntrattwali jew mod ieħor ta’ rabtiet finanzjarji b’saħħithom u sostenibbli bejn dawk l-impriżi u li jista’ jinkludi wkoll assoċjazzjonijiet reċiproċi jew tat-tip reċiproku, sakemm:

— 
waħda minn dawn l-impriżi teżerċita b’mod effettiv, permezz tal-koordinazzjoni ċentralizzata, influwenza dominanti fuq id-deċiżjonijiet, inklużi dawk finanzjarji, tal-impriżi l-oħra li jiffurmaw parti mill-grupp; u
— 
l-istabbiliment u x-xoljiment ta’ dawn ir-relazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan it-Titolu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-grupp ta’ superviżjoni.

fejn l-impriża li teżerċita l-koordinazzjoni ċentralizzata għandha titqies bħala l-impriża prinċipali, u l-impriżi l-oħra għandhom jitqiesu bħala sussidjarji;

(d) 

“superviżur tal-grupp” tfisser l-awtorità superviżorja responsabbli mis-superviżjoni tal-grupp, determinata skont l-Artikolu 247;

▼M5

(e) 

“kulleġġ ta' superviżuri” tfisser struttura permanenti iżda flessibbli għall-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar is-superviżjoni ta' grupp;

▼M1

(f) 

“kumpannija holding tal-assigurazzjoni” tfisser impriża prinċipali li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta u li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiżi terzi, fejn tal-anqas waħda minn tali impriżi sussidjarji tkun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(g) 

“kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li tinkludi mill-anqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;

(h) 

“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE.

▼B

2.  

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll iqisu bħala impriża prinċipali kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, teżerċita b’mod effettiv influwenza dominanti fuq impriża oħra.

Għandhom ukoll iqisu bħala impriża sussidjarja kwalunkwe impriża li fuqha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, ikun hemm impriża prinċipali li teżerċita b’mod effettiv influwenza dominanti.

Għandhom ukoll iqisu bħala parteċipazzjoni, it-titolu, dirett jew indirett, ta’ drittijiet tal-vot jew kapital f’impriża li fuqha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji, ikun hemm influwenza sinifikanti eżerċitata b’mod effettiv.



Taqsima 2

Każijiet ta’ applikazzjoni u ambitu

Artikolu 213

Każijiet ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni tal-grupp

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu superviżjoni, fil-livell tal-grupp, tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp, skont dan it-Titolu.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jistipulaw ir-regoli tas-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meqjusa individwalment għandhom jibqgħu jkunu applikabbli għal tali impriżi, ħlief fejn ikun previst xorta oħra minn dan it-Titolu.

▼M1

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżjoni fil-livell tal-grupp tapplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, li jkunu impriża parteċipanti f’tal-anqas impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz individwali, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(b) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(c) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, f’konformità mal-Artikoli 260 sa 263;

(d) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta, f’konformità mal-Artikolu 265.

3.  
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni tkun jew impriża relatata ta’, jew tkun fiha nnfisha entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li tkun suġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244 ta’ din id-Direttiva, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245 ta’ din id-Direttiva, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew ta’ dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta,.
4.  
Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, japplika biss id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.
5.  
Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, bi ftehim mas-superviżur għall-konsolidament fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, japplika biss id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li għandha x’taqsam mal-aktar settur importanti kif stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.
6.  
Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) (“ABE”) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“AEAPX”) ( 15 ) dwar id-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 4 u 5. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ( 16 ) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

▼B

Artikolu 214

L-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp

▼M1

1.  
L-eżerċizzju tas-superviżjoni tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 213 m’għandux jimplika li jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom rwol ta’ superviżjoni rigward l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, l-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meħuda individwalment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 257 safejn huma kkonċernati l-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.

▼B

2.  

Is-superviżur tal-grupp jista’ jiddeċiedi każ każ biex ma jinkludix impriża fis-superviżjoni tal-grupp imsemmija fl-Artikolu 213 fejn:

(a) 

l-impriża tkun tinstab f’pajjiż terz fejn hemm impedimenti legali għat-trasferiment tal-informazzjoni neċessarja, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 229;

(b) 

l-impriża li għandha tiġi inkluża hija ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni tal-grupp; jew

(ċ) 

l-inklużjoni tal-impriża ma tkunx xierqa jew tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni tal-grupp.

Madankollu, fejn bosta impriżi tal-istess grupp, meħuda individwalment, jistgħu jiġu esklużi skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dawn għandhom manadanakollu jiġu inklużi, jekk kollettivament, ikunu ta’ interess mhux negliġġibli.

Fejn is-superviżur tal-grupp ikun tal-fehma li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni m’għandhiex tkun inkluża taħt il-punti (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati qabel jieħu deċiżjoni.

Fejn is-superviżur tal-grupp ma jinkludix impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fis-superviżjoni tal-grupp taħt il-punti (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih tkun tinsab dik l-impriża jistgħu jitolbu l-impriża li tkun fit-tmexxija tal-grupp għal kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata.



Taqsima 3

Livelli

Artikolu 215

Impriża prinċipali aħħarija fil-livell Komunitarju

▼M1

1.  
Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b) hija fiha nfisha impriża sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta oħra li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, l-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni.
2.  
Fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija impriża sussidjarja ta’ impriża soġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx, is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża jew il-kumpanija prinċipali aħħarija.

▼B

Artikolu 216

Impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali

▼M1

1.  
Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2), ma għandhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 215, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mas-superviżur tal-grupp u dik l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni, li jpoġġu l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta fil-livell nazzjonali għas-superviżjoni tal-grupp.

▼M5

F'dan il-każ, l-awtorità superviżorja għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha kemm lis-superviżur tal-grupp kif ukoll lill-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni. Is-superviżur tal-grupp għandu javża lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).

L-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw mutatis mutandis, bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

▼B

2.  
L-awtorità superviżorja tista’ tillimita s-superviżjoni tal-grupp tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali għal waħda jew bosta taqsimiet tal-Kapitolu II.
3.  
Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi biex tapplika, fuq l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, l-għażla tal-metodi magħmula skont l-Artikolu 220 mill-grupp ta’ superviżjoni fir-rigward tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell Komunitarju msemmi fl-Artikolu 215, għandu jitqies bħala determinanti u applikat mill-awtorità superviżorja fl-Istat Membru kkonċernat.
4.  

Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi biex tapplika, fuq l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, u meta l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell Komunitarju msemmija fl-Artikolu 215 kisbet, skont l-Artikoli 231 jew 233(5), permess biex tikkalkula ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ , kif ukoll ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, dik id-deċiżjoni għandha titqies bħala determinanti u applikata mill-awtorità superviżorja fl-Istat Membru kkonċernat.

F’tali sitwazzjoni, meta l-awtorità superviżorja tqis li l-profil tar-riskju tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali jiddevja konsiderevolment mill-mudell intern approval fil-livell Komunitarju, u sakemm dik l-impriża ma tindirizzax kif xieraq it-tħassib tal-awtorità superviżorja, dik l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li timponi żieda kapitali ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tali mudell, jew, f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni meta tali żieda kapitali ma tkunx xierqa, biex teħtieġ dik l-impriża tikkalkula ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ tagħha abbażi ta’ formula standard.

▼M5

L-awtorità superviżorja għandha tispjega tali deċiżjonijiet kemm lill-impriża kif ukoll lis-superviżur tal-grupp. Is-superviżur tal-grupp għandu javża lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).

▼B

5.  
Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tapplika l-Kapitolu II, it-Taqsima I, għall-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali, dik l-impriża ma għandhiex titħalla tintroduċi, skont l-Artikoli 236 jew 243, applikazzjoni għall-permess biex tissuġġetta kwalunkwe sussidjarja tagħha għall-Artikoli 238 u 239.
6.  
Meta l-Istati Membri jippermettu l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jipprovdu sabiex ma ssir jew tinżamm l-ebda deċiżjoni bħal din, meta l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali hija sussidjarja tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell Komunitarju msemmija fl-Artikolu 215 u din tal-aħħar tkun kisbet permess skont l-Artikolu 237 jew 243 biex dik is-sussidjarja tiġi suġġetta għall-Artikoli 238 sa 239.

▼M5

7.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 217

Impriża prinċipali li tkopri bosta Stati Membri

1.  

Meta l-Istati Membri jippermettu l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jieħdu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 216, huma għandhom jippermettulhom li jikkonkludu ftehim mal-awtoritajiet superviżorji fi Stati Membri oħra fejn ikun hemm impriża prinċipali aħħarija relatata oħra fil-livell nazzjonali, bil-ħsieb li tagħmel superviżjoni tal-grupp fil-livell ta’ subgrupp li jkopri bosta Stati Membri.

Meta l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jkunu kkonkludew ftehim kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, is-superviżjoni tal-grupp m’għandhiex issir fil-livell ta’ kwalunkwe impriża prinċipali aħħarija msemmija fl-Artikolu 216 preżenti fi Stati Membri li ma jkunux l-Istat Membru fejn ikun jinsab is-subgrupp imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼M5

F'dan il-każ, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jispjegaw il-ftehim tagħhom kemm lis-superviżur tal-grupp kif ukoll lill-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni. Is-superviżur tal-grupp għandu javża lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).

▼B

2.  
L-Artikolu 216(2) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis.

▼M5

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B



KAPITOLU II

Pożizzjoni finanzjarja



Taqsima 1

Is-solvibbiltà tal-grupp



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 218

Is-superviżjoni ►C4  tas-solvenza tal-grupp ◄

1.  
Is-superviżjoni ►C4  tas-solvenza tal-grupp ◄ għandha titwettaq skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 246 u l-Kapitolu III.
2.  
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 213(2), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi parteċipanti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-fondi proprji eliġibbli huma disponibbli fil-grupp li tal-anqas ikunu dejjem daqs ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ kif ikkalkulat skont is-Subtaqsimiet 2, 3 u 4.
3.  
Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 213(2), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp jiżguraw li l-fondi proprji eliġibbli huma disponibbli fil-grupp li tal-anqas ikunu dejjem daqs ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ kif ikkalkulat f’ konformita’ mas-Subtaqsima 5.
4.  
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu suġġetti għall-eżami ta’ superviżjoni mis-superviżur tal-grupp skont il-Kapitolu III. L-Artikolu 136 u l-Artikolu 138(1) sa (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
5.  
Hekk kif l-impriża parteċipanti tosserva u tinforma lis-superviżur tal-grupp li ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ m’għadux konformi jew li hemm riskju li ma jibqax konformi fit-tliet xhur ta’ wara, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, li għandu janalizza s-sitwazzjoni tal-grupp.

▼M1

Artikolu 219

Frekwenza tal-kalkolu

1.  
Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkoli msemmija fl-Artikolu 218(2) u (3) jitwettqu tal-inqas darba fis-sena, mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni, jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Id-data rilevanti għal u r-riżultati ta’ dak il-kalkolu għandhom jiġu ppreżentati lis-superviżur tal-grupp mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew, fejn l-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża fil-grupp identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp innifsu.

2.  
L-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni u l-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandhom jimmonitorjaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp fuq bażi kontinwa. Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti fl-aħħar Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp irrappurtat, il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid mingħajr dewmien u rrappurtat lis-superviżur tal-grupp.

Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li turi li l-profil tar-riskju tal-grupp inbidel konsiderevolment mid-data li fih ġie rrappurtat l-aħħar ir-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp, is-superviżur tal-grupp jista’ jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp.

▼B



Subtaqsima 2

L-għażla tal-metodu tal-kalkolu u l-prinċipji ġenerali

Artikolu 220

L-għażla tal-metodu

1.  
Il-kalkolu ►C4  tas-solvenza fil-livell tal-grupp ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 213(2) għandu jsir skont il-prinċipji tekniċi u skont wieħed mill-metodi stipulati fl-Artikoli 221 sa 233.
2.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolu ►C4  tas-solvenza fil-livell tal-grupp ◄ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 213(2) għandu jsir skont il-metodu 1 stipulat fl-Artikoli 230 sa 232.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, meta jkunu qed jaqdu l-funzjoni ta’ superviżur tal-grupp fir-rigward ta’ grupp partikolari, biex jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u l-grupp innifsu, biex japplikaw għal dak il-grupp il-metodu 2, stipulat fl-Artikoli 233 u 234 jew f’taħlita tal-metodi 1 u 2, meta l-applikazzjoni esklużiva tal-metodu 1 ma tkunx adegwata.

Artikolu 221

L-inklużjoni tas-sehem proporzjonali

1.  

Il-kalkolu ►C4  tas-solvenza tal-grupp ◄ għandu jqis is-sehem proporzjonali miżmum mill-impriża parteċipanti fl-impriżi relatati magħha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, is-sehem proporzjonali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

meta jintuża l-metodu 1, il-persentaġġi użati għall-istabbilment tal-kontijiet konsolidati; jew

(b) 

meta jintuża l-metodu 2, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li qed jinżamm, direttament jew indirettament, mill-impriża parteċipanti.

Madankollu, irrispettivament mill-metodu użat, meta l-impriża relatata tkun impriża sussidjarja u m’għandhiex biżżejjed fondi proprji eliġibbli biex tkopri ►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , għandu jiġi kkunsidrat id-defiċit totali ►C4  ta’ solvenza ◄ tas-sussidjarja.

Meta, fil-fehma tal-awtoritajiet superviżorji, ir-responsabbiltà tal-impriża prinċipali li jkollha sehem tal-kapital tkun limitata strettament għal dak is-sehem tal-kapital, is-superviżur tal-grupp jista’ xorta waħda jippermetti d-defiċit ►C4  tas-solvenza ◄ tal-impriża sussidjarja biex jiġi kkunsidrat fuq bażi proporzjonali.

2.  

Is-superviżur tal-grupp jista’ jiddetermina, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u l-grupp innifsu, is-sehem proporzjonali li għandu jiġi kkunsidrat fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta ma jkun hemm ebda rbit kapitali bejn xi impriżi fi grupp;

(b) 

meta awtorità superviżorja tkun iddeterminat li t-titolu, dirett jew indirett, tad-drittijiet tal-vot jew kapital f’impriża jikkwalifika bħala parteċipazzjoni minħabba li, fl-opinjoni tagħha, ikun hemm influwenza sinifikanti eżerċitata b’mod effettiv.

(ċ) 

meta awtorità superviżorja tkun iddeterminat li impriża tkun impriża prinċipali ta’ oħra, minħabba li, fl-opinjoni ta’ dik l-awtorità superviżorja, effettivament tkun teżerċita influwenza dominanti fuq dik l-impriża.

Artikolu 222

Eliminazzjoni ta’ użu doppju tal-fondi proprji eliġibbli

1.  

L-użu doppju tal-fondi proprji eliġibbli, ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fost l-impriżi differenti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkunsidrati f’dak il-kalkolu, ma għandux jiġi permess.

Għal dak il-għan, meta tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza tal-grup ◄ p u meta l-metodi deskritti fis-Subtaqsima 4 ma jipprevedux dan, l-ammonti li ġejjin għandhom jiġu esklużi:

(a) 

il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati tagħha;

(b) 

il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(ċ) 

il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata oħra ta’ dik l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

2.  

Bla ħsara għall-paragrafu 1, is-segwenti jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu biss sa fejn huwa eliġibbli biex ikun kopert ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża relatata kkonċernata:

(a) 

fondi żejda skont l-Artikolu 91(2) li jiġu minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza tal-grupp ◄ ;

(b) 

kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza tal-grupp ◄ .

Madankollu, is-segwenti għandu fi kwalunkwe każ jiġi eskluż mill-kalkolu

(i) 

kapital sottoskritt iżda mhux imħallas li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa tal-impriża parteċipanti;

(ii) 

kapital sottoskritt iżda mhux imħallas tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata;

(iii) 

kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata oħra tal-istess impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

3.  
Fejn l-awtoritajiet superviżorji jqisu li ċerti fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata barra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jsiru effettivament disponibbli biex ikopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tkun qed tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza ◄ tal-grupp, dawk il-fondi proprji jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża relatata.
4.  
It-total tal-fondi proprji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandux jeċċedi ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata.
5.  
Kwalunkwe fondi proprji eliġibbli ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tkun ikkalkulata ►C4  s-solvenza ◄ tal-grupp li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 90 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu biss sakemm dawn ikunu ġew awtorizzati kif suppost mill-awtorità superviżorja responsabbli għas-superviżjoni tal-impriża relatata.

Artikolu 223

L-eliminazzjoni ta’ ħolqien tal-kapital fost il-grupp

1.  

Meta tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza ◄ tal-grupp, m’għandhomx jitqiesu fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ li jirriżultaw minn iffinanzjar reċiproku bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti u minn waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

impriża relatata;

(b) 

impriża parteċipanti;

(ċ) 

impriża oħra relatata ma’ xi waħda mill-impriżi parteċipanti.

2.  
Meta tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza ◄ tal-grupp, m’għandhomx jitqiesu fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti li għaliha tiġi kkalkulata ►C4  s-solvenza ◄ tal-grupp fejn il-fondi proprji kkonċernati jirriżultaw minn iffinanzjar reċiproku ma’ kwalunkwe impriża oħra relatata ma’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti.
3.  
Tal-anqas, l-iffinanzjar reċiproku għandu jitqies li jeżisti fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew kwalunkwe impriża relatata magħha, ikollha azzjonijiet fi, jew tagħmel self lil, impriża oħra li, direttament jew indirettament, ikollha fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-ewwel impriża.

Artikolu 224

Valutazzjoni

Il-valur tal-attivi u l-passivi għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-Artikolu 75.



Subtaqsima 3

L-applikazzjoni tal-metodi tal-kalkolu

Artikolu 225

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha aktar minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni waħda relatati magħha, il-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp għandu jitwettaq bl-inklużjoni ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati kollha.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għalih isir il-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp, il-kalkolu jikkunsidra, fir-rigward tal-impriża relatata, ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif stipulat fl-Istat Membru l-ieħor.

▼M1

Artikolu 226

Il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedjarji

1.  
Meta tiġi kkalkulata s-solvenza tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għandha parteċipazzjoni f’impriża tal-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, f’impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew f’impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, permezz ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta’ tali kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Għall-iskop uniku ta’ dak il-kalkolu, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza.

2.  
Fil-każijiet fejn kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha dejn subordinat jew fondi proprji eliġibbli oħra soġġetti għal limitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala fondi proprji eliġibbli sal-ammonti kkalkulati bl-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 98 għall-fondi proprji eliġibbli totali pendenti fuq il-livell ta’ grupp kif imqabbla mal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza fuq il-livell ta’ grupp.

Kwalunkwe fond proprju eliġibbli ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja, li jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja f’konformità mal-Artikolu 90 jekk kien miżmum minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp biss safejn ikun ġie debitament awtorizzat mis-superviżur tal-grupp.

▼M5

Artikolu 227

Ekwivalenza dwar impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi relatati

1.  
Meta tiġi kkalkulata s-solvenza, f'konformità mal-Artikolu 233, tal-grupp ta' xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li hija impriża parteċipanti f'xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'pajjiż terz, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha, għall-finijiet ta' dak il-kalkolu biss, tiġi ttrattata bħala impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata.

Madankollu, meta l-pajjiż terz li dik l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fih jeżiġi li tikseb awtorizzazzjoni u jimponilha reġim ta' solvenza li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jikkunsidra, fir-rigward ta' dik l-impriża, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif stipulat mill-pajjiż terz konċernat.

2.  
Meta ma jkun ġie adottat ebda att delegat skont il-paragrafu 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu, il-verifika dwar jekk ir-reġim impost mill-pajjiż terz huwiex tal-anqas ekwivalenti għandha ssir mis-superviżur tal-grupp fuq talba tal-impriża parteċipanti jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lis-superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Is-superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 3. Is-superviżur tal-grupp ma għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tikkontradixxi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz preċedentement ħlief meta dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda skont is-subparagrafu 2, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mis-superviżur tal-grupp. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.

3.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a sabiex tispeċifika l-kriterji ħalli jiġi vvalutat jekk ir-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI.
4.  
Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 3 jkunu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment biex iqisu kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

5.  

B'deroga mill-paragrafu 4, u anke fejn il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 3 ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni tista', għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz applikat għal impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwa proviżorjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, fejn:

(a) 

jista' jiġi ppruvat li reġim ta' solvenza li jista' jiġi vvalutat u ekwivalenti skont il-paragrafu 4 qiegħed fis-seħħ jew jista' jiġi adottat u applikat mill-pajjiż terz;

(b) 

il-pajjiż terz ikollu reġim ta' solvenza li huwa bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rappurtar superviżorju u t-trasparenza;

(c) 

il-liġi tal-pajjiż terz, fil-prinċipju, tippermetti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji;

(d) 

il-pajjiż terz ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti; u

(e) 

il-pajjiż terz ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

6.  

Il-perjodu inizjali tal-ekwivalenza proviżorja msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun ta' 10 snin, sakemm qabel ma jiskadi dak il-perjodu:

(a) 

dik l-atti delegat ikun ġie revokat; jew

(b) 

ikun ġie adottat att delegat skont il-paragrafu 4 bl-effett li r-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz tkun ġiet meqjusa ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI.

L-ekwivalenza proviżorja għandha tkun toġġetta għal tiġdid għal perjodi ulterjuri ta' 10 snin, meta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 5 jibqgħu jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe att delegat bħal dan skont l-Artikolu 301a u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Kwalunkwe atti delegati li jiddeterminaw ekwivalenza proviżorja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Tali atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment mill-Kummissjoni L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe rieżami li jkun għaddej u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-konklużjonijiet tagħha.

7.  
Meta, skont il-paragrafu 5, ikun ġie adottat att delegat li jiddetermina li r-reġim superviżorju ta' pajjiż terz huwa ekwivalenti proviżorjament, dak il-pajjiż terz għandu jitqies ekwivalenti għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 228

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Fil-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun impriża parteċipanti f’istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew istituzzjoni, l-Istati Membri għandhom iħallu l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti tagħhom japplikaw il-metodi 1 jew 2 stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE mutatis mutandis. Madankollu, il-metodu 1 stipulat f’dak l-Anness għandu jiġi applikat biss fejn is-superviżur tal-grupp ikun sodisfatt dwar il-livell ta’ ġestjoni u kontroll intern integrati dwar l-entitajiet li jkunu inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, fejn dawn jassumu l-irwol ta’ superviżur tal-grupp fir-rigward ta’ grupp partikolari, jiddeċiedu, fuq it-talba tal-impriża parteċipanti jew ex officio, li jnaqqsu kull parteċipazzjoni mill-fondi proprji msemmija fl-ewwel paragrafu li tkun eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża parteċipanti.

Artikolu 229

Nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tagħrif meħtieġ

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, mhux disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, il-valur fil-kotba ta’ dik l-impriża fl-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni parteċipanti għandu jitnaqqas mill-fondi proprji eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp.

F’dak il-każ, il-qligħ li ma jsirx konness ma’ din il-parteċipazzjoni ma għandux jiġi rikonoxxut bħala fondi proprji eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp.



Subtaqsima 4

Metodi ta’ kalkolu

Artikolu 230

Metodu 1 (Il-metodu regolari): Metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà

1.  

Il-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati.

►C4  Is-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti hija d-differenza bejn dan li ġej:

(a) 

il-fondi proprji eliġibbli sabiex ikopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kkalkulati fuq il-bażi ta’ data konsolidata;

(b) 

►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ikkalkulat fuq il-bażi ta’ data kkonsolidata.

Ir-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I u fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ibbażati fuq data kkonsolidata.

2.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ibbażat fuq data kkonsolidata ( ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkonsolidat ◄ ) għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ jew il-formula standard jew inkella fuq mudell intern approvat, b’mod konsistenti mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1 u 2 u t-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsiemiet 1 u 3, rispettivament.

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-grupp kkonsolidat għandu, bħala minimu, jinkludi t-total ta’ dan li ġej:

(a) 

ir- il-Kapital Minimu Rekwiżit, kif imsemmi fl-Artikolu 129, tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti;

(b) 

is-sehem proporzjonali tal-Kapital Minimu Rekwiżit tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati.

Dak il-minimu għandu jkun kopert minn fondi proprji bażiċi eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 98(4).

Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 221 sa 229 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet li jiġi stabbilit jekk fondi proprji eliġibbli bħal dawn jikkwalifikawx sabiex ikopru ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-grupp minimu. L-Artikolu 139(1) u (2) għandu japplika mutatis mutandis.

▼M5

Artikolu 231

Mudell intern għall-grupp

1.  
Fil-każ ta' applikazzjoni għall-permess biex ikun ikkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta' mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b'mod konġunt mill-impriżi relatati ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza konċernati għandhom jikkooperaw biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun il-każ, li għalihom huwa suġġett l-għoti ta' dan il-permess.

Applikazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata lis-superviżur tal-grupp.

▼M9

Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-membri oħra tal-kulleġġ ta’ superviżuri, inkluża l-EIOPA, dwar il-wasla tal-applikazzjoni u għandu jibgħat l-applikazzjoni sħiħa, inkluża d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-impriża, lil dawk il-membri, mingħajr dewmien. Fuq it-talba ta’ awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar, l-EIOPA tista’ tipprovdi assistenza teknika, skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, lill-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji li talbu l-assistenza, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

▼M5

2.  
L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta s-superviżur tal-grupp ikun irċieva l-applikazzjoni sħiħa.
3.  
Jekk, fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji konċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' sitt xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

►M9  Fejn l-EIOPA ma tiħux deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali. ◄ Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.

4.  
L-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

5.  
Meta l-awtoritajiet superviżorji konċernati jkunu ħadu d-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant b'dokument li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.
6.  
Fl-assenza tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur mid-data meta l-grupp jirċievi l-applikazzjoni kompleta, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni.

Is-superviżur tal-grupp għandu jqis kif xieraq kwalunkwe fehmiet u riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati espressi waqt dak il-perjodu ta' sitt xhur.

Is-superviżur tal-grupp għandu jagħti lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji konċernati l-oħra dokument li jispjega d-deċiżjoni motivata bis-sħiħ tiegħu.

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

7.  
Meta kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata jidhrilha li l-profil tar-riskju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni tagħha jiddevja b'mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet bażiċi tal-mudell intern approvat fuq livell ta' grupp, u sakemm dik l-impriża ma tkunx indirizzat it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, dik l-awtorità tista', skont l-Artikolu 37, timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tali mudell intern.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta tali supplimentazzjoni kapitali ma tkunx xierqa, l-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża konċernata biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fuq il-bażi tal-formula standard imsemmija fit-Titolu 1, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1 u 2. B'konformità mal-Artikolu 37(1)(a) u (b), l-awtorità superviżorja tista' timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula standard.

L-awtorità superviżorja għandha tispjega kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi kemm lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri.

L-AEAPX tista' toħroġ linji gwida biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u koerenti ta' dan il-paragrafu.

▼B

Artikolu 232

Żieda għall-kapital tal-Grupp

▼M5

Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat jirriflettix b'mod xieraq il-profil tar-riskju tal-grupp, is-superviżur tal-grupp għandu jagħti attenzjoni partikolari għal kull każ meta ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 37(1)(a) sa (d) jistgħu jseħħu fil-livell tal-grupp, b'mod partikolari meta:

▼B

(a) 

riskju speċifiku fuq livell ta’ grupp ma jkunx kopert biżżejjed mill-formola standard jew il-mudell intern użati, għaliex dawn huma diffiċli biex ikunu kkwantifikati;

(b) 

żieda kapitali ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati imposta mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, skont l-Artikoli 37 u 231(7).

Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp mhux rifless b’mod xieraq, tista’ tkun imposta żieda kapitali ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ konsolidat tal-grupp.

▼M5

L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 37(6), (7) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 233

Metodu 2 (Il-metodu alternattiv): Il-metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni

1.  

Il-solvibbiltà tal-grupp ta’ impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tkun id-differenza bejn dan li ġej:

(a) 

il-fondi proprji eliġibbli aggregati tal-grupp, kif previst fil-paragrafu 2;

(b) 

il-valur fl-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati u ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , kif previst fil-paragrafu 3.

2.  

Il-fondi proprji eliġibbli aggregati tal-grupp huma t-total ta’ dan li ġej:

(a) 

il-fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b) 

is-sehem proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti fil-fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati.

3.  

►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ aggregat tal-grupp huwa t-total ta’ dan li ġej:

(a) 

►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża u tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipant;

(b) 

is-sehem proporzjonali ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati.

4.  
Fejn il-parteċipazzjoni fl-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati tkun tikkonsisti, b’mod sħiħ jew parzjalment, minn sjieda indiretta, il-valur fl-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati għandu jinkorpora l-valur ta’ din is-sjieda indiretta, filwaqt li jitqies l-imgħax suċċessiv rilevanti u l-elementi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti tal-fondi proprji eliġibbli ►C4  għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati u ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati, rispettivament.

▼M1

5.  
Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-Artikolu 231 għandu japplika mutatis mutandis.

▼B

6.  

Waqt li jkunu qed jiddeterminaw jekk ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , ikkalkulat kif stabbilit fil-paragrafu 3, jirriflettix b’mod xieraq il-profil tar-riskju tal-grupp, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju speċifiku eżistenti fuq livell ta’ grupp li ma jkunx kopert biżżejjed, għaliex dawn huwa riskji li diffiċli li jkunu kkwantifikati.

Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp jiddevja b’ mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet sottostanti ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , tista’ tkun imposta żieda kapitali ►C4  Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ .

▼M5

L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 37(6), (7) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 234

Atti delegati dwar l-Artikoli 220 sa 229 u 230 sa 233

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw il-prinċipji u l-metodi tekniċi stipulati fl-Artikoli 220 sa 229 u l-applikazzjoni tal-Artikoli 230 sa 233, u li jirriflettu n-natura ekonomika ta' strutturi legali speċifiċi.

▼B



Subtaqsima 5

▼M1

Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

Artikolu 235

Solvenza tal-grupp ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

1.  
Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkolu tas-solvenza tal-grupp jitwettaq fil-livell tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta bl-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2) sal-Artikolu 233.
2.  
Għall-iskop ta’ dak il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza.

▼B



Subtaqsima 6

Superviżjoni tas-solvibbiltà tal-grupp għal gruppi b’ ġestjoni ta’ riskju ċentralizzata

Artikolu 236

Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: kondizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 238 u 239 għandhom japplikaw għal kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun impriża sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-impriża sussidjarja, li fir-rigward tagħha s-superviżur tal-grupp ma jkun ħa l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 214(2), tkun inkluża fis-superviżjoni tal-grupp imwettqa mis-superviżur tal-grupp fuq il-livell tal-impriża prinċipali skont dan it-Titolu;

(b) 

il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni tal-impriża prinċipali jkopru lill-impriża sussidjarja u l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati rigward il-ġestjoni prudenti tal-impriża sussidjarja;

(ċ) 

l-impriża prinċipali tkun irċeviet il-kunsens msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 246(4);

(d) 

l-impriża prinċipali tkun irċeviet il-kunsens msemmi fl-Artikolu 256(2);

(e) 

applikazzjoni għall-permess biex tkun suġġetta għall-Artikoli 238 u 239 tkun ġiet ippreżentata mill-impriża prinċipali u tkun ittieħdet deċiżjoni favorevoli dwar din l-applikazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 237.

▼M5

Artikolu 237

Sussidjarji ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.  
Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal permess biex tkun soġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 238 u 239, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, f'kooperazzjoni sħiħa ma' xulxin, biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess mitlub jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra, jekk dan ikun il-każ, li għalihom dan il-permess għandu jkun soġġett.

Applikazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi sottomessa biss lill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja. Dik l-awtorità superviżorja għandha tinforma lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri u tgħaddilhom l-applikazzjoni sħiħa, mingħajr dewmien.

2.  
L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta l-awtoritajiet superviżorji kollha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri jkunu rċevew l-applikazzjoni sħiħa.
3.  
Jekk, fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

►M9  Fejn l-EIOPA ma tiħux deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali. ◄ Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.

4.  
L-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

5.  
Meta l-awtoritajiet superviżorji konċernati jkunu waslu għad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità superviżorja, wara li tawtorizza lill-impriża sussidjarja għandha tipprovdi lill-applikant bid-deċiżjoni filwaqt li tagħti l-motivazzjonijiet kollha. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.
6.  
Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji konċernati fil-perjodu ta' tliet xhur stipulat fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni.

Matul dak il-perjodu is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra tajjeb dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe fehma u riżerva tal-awtoritajiet superviżorji konċernati;

(b) 

kwalunkwe riżerva tal-awtoritajiet l-oħra superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet kollha u għandha tinkludi spjegazzjoni ta' xi devjazzjoni sinifikanti mir-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati. Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant u lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati b'kopja tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

▼B

Artikolu 238

Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: determinazzjoni ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄

1.  
Bla ħsara għall-Artikolu 231, ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża sussidjarja għandu jkun ikkalkulat kif stabbilit fil-paragrafi 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
2.  
Meta ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża sussidjarja jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ mudell intern fuq livell ta’ grupp skont l-Artikolu 231 u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriza sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir minn dan il-mudell intern, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur tal-grupp biex jistabbilixxi żieda kapitali ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża sussidjarja mill-applikazzjoni ta’ dan il-mudell, jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali meta din iż-żieda kapitali ma tkunx xierqa, biex jitlob lil dik l-impriża tikkalkula ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tagħha fuq il-bażi tal-formola standard. L-awtorità superviżorja għandha tiddiskuti l-proposta tagħha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u tikkomunika l-bażi għal dawn il-proposti kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lill-kulleġġ tas-superviżuri.
3.  

Meta ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża sussidjarja jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-formola standard u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir mill-suppożizzjonijiet sottostanti l-formola standard, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tipproponi li tesiġi lill-impriża li tibdel subsett tal-parametri użati fil-kalkolu tal-formola standard minn parametri speċifiċi għal dawk l-impriżi meta jiġu kkalkulati l-moduli tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa, kif stipulati fl-Artikolu 110, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37, li tistabbilixxi żieda kapitali ►C4  fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża sussidjarja.

L-awtorità superviżorja għandha tiddiskuti l-proposta tagħha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u tikkomunika l-bażi għal din il-proposta kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lill-kulleġġ tas-superviżuri.

▼M5

4.  
Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kulma jista' biex jilħaq ftehim dwar il-proposta tal-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja jew dwar miżuri oħra possibbli.

Dak il-ftehim għandu jiġi rikonoxxut bħala determinanti u għandu jiġi applikat mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

5.  
Meta l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jaqblux, kwalunkwe wieħed mis-superviżuri jista', fi żmien xahar mill-proposta tal-awtorità superviżorja, jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-perjodu ta' xahar għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' xahar imsemmi f'dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.

▼B

Artikolu 239

Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit

1.  

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u bla ħsara għall-Artikolu 138, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha –– tressaq bla dewmien quddiem il-kulleġġ tas-superviżuri l-pjan ta’ rkupru tal-impriża sussidjarja sabiex jinkiseb, fi żmien sitt xhur minn l-ewwel darba li jkun ġie osservat in-nuqqas ta’ konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kull ma jista’ biex jasal għal ftehim dwar il-proposta tal-awtorità superviżorja rigward l-approvazzjoni tal-pjan tal-irkupru fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta jkun ġie l-ewwel osservat in-nuqqas ta’ konformità mal- ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .

Fin-nuqqas ta’ tali ftehiml, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tiddeċiedi jekk il-pjan tal-irkupru għandux jiġi approvat, filwaqt li tieħu kont xieraq tal -fehmiet jew r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.

2.  

Fejn l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja tidentifika, b’konformità mal-Artikolu 136, li l-kondizzjonijiet finanzjarji jkunu sejrin lura, għandha tinnotifika bla dewmien lill-kulleġġ tas-superviżuri bill-miżuri proposti. Bl-eċċezzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-miżuri li għandhom jittieħdu għandhom jiġu diskussi fil-kulleġġ tas-superviżuri.

Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kull ma jista’ biex jasal għal ftehim dwar il- miżuri proposti li għandhom jittieħdu fi żmien xahar minn-notifika.

Fin-nuqqas ta’ tali ftehiml, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tiddeċiedi jekk il-miżuir proposti għandhomx jiġu approvati, filwaqt li tieħu kont xieraq tal -fehmiet jew r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.

3.  
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit u bla ħsara għall-Artikolu 139, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha –– tressaq bla dewmien lill-kulleġġ tas-superviżuri l-iskema finanzjarja għal żmien qasir imressqa mill-impriża sussidjarja sabiex jinkiseb, fi żmien tliet xhur mid-data minn meta ġie l-ewwel osservat in-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit, l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru l-Kapital Minimu Rekwiżit jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit. Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jkun mgħarraf ukoll bil-miżuri li jittieħdu għall-infurzar tal-Kapital Minimu Rekwiżit fil-livell tal-impriża sussidjarja.

▼M5

4.  

L-awtorità superviżorja jew s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fejn huma ma jaqblux fuq kwalukwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru, inkluża kwalunkwe estensjoni tal-perjodu ta' rkupru, fi żmien il-perjodu ta' erba' xhur imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b) 

dwar l-approvazzjoni tal-miżuri proposti, fi żmien il-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 2.

F'dawk il-każijiet, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment.

Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX:

(a) 

wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament imsemmi fl-ewwel subparagrafu;

(b) 

wara li jkun intlaħaq ftehim fi ħdan il-kulleġġ, skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;

(c) 

fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif imsemmija fil-paragrafu 2.

Il-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.

L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.

▼B

Artikolu 240

Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: it-tmiem tad-derogi ta’ impriża sussidjarja

1.  

Ir-regoli previsti fl-Artikoli 238 u 239 ma għandhomx jibqgħu japplikaw fejn:

(a) 

m’ għad fadal l-ebda konformità mal-kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 236(a);

(b) 

m’ għad fadal l-ebda konformità mal-kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 236(b) u l-grupp ma jerġax jistabbilixxi l-konformità ma’ din il-kondizzjoni f’perjodu xieraq ta’ żmien;

(ċ) 

m’għad fadal l-ebda konformità mal- kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 236(c) u (d).

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn is-superviżur tal-grupp jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ tas-superviżuri, li ma jinkludix aktar l-impriża sussidjarja fis-superviżjoni tal-grupp li jwettaq, għandha tavża l-awtorità superviżorja kkonċernata minnufih kif ukoll lill-impriża prinċipali.

Għall-finijiet tal-Artikolu 236(b), (c) u (d), l-impriża prinċipali għandha tkun responsabbli mill-iżgurar li jkun hemm konformità mal-kondizzjoni fuq bażi kontinwa. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, hija għandha tavża lis-superviżur tal-grupp u lis-superviżur tas-sussidjarja kkonċernata minnufih. L-impriża prinċipali għandha tressaq pjan biex terġa’ tistabbilixxi l-konformità f’perjodu xieraq ta’ żmien.

Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jivverifika mill-anqas darba fis-sena, fuq l-inizjattiva tiegħu, li tkompli l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 236(b), (c) u (d). Is-superviżur tal-grupp għandu wkoll iwettaq din il-verifika fuq talba tal-awtorità superviżorja kkonċernata, meta din tal-aħħar ikollha tħassib sinifikanti b’rabta mal-konformità kontinwa ma’ dawk il-kondizzjonijiet.

Fejn il-verifika li titwettaq tidentifika xi nuqqasijiet, is-superviżur tal-grupp għandu jitlob lill-impriża prinċipali biex tressaq pjan li jwassal sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità f’perjodu xieraq ta’ żmien.

Fejn, wara li jikkonsulta l-kulleġġ tas-superviżuri, is-superviżur tal-grupp jiddeċiedi li l-pjan imsemmi fit-tielet jew fil-ħames subparagrafi mhuwiex biżżejjed, jew sussegwentement, li mhux qed ikun implimentat fil-perjodu ta’ żmien miftiehem, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonkludi li ma għadx hemm konformità mal-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 236(b), (c) u (d) u għandu immedjatament javża lill-awtorità superviżorja kkonċernata b’ dan.

2.  
Ir-reġim previst fl-Artikoli 238 u 239 għandu jerġa’ japplika mill-ġdid fejn l-impriża prinċipali tippreżenta applikazzjoni ġdida u tikseb deċiżjoni favorevoli skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 237.

▼M5

Artikolu 241

Sussidjarji ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw:

(a) 

il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 236 ikunux intlaħqu jew le;

(b) 

il-kriterji biex jiġi vvalutat x'għandu jiġi kkunsidrat bħala sitwazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 239(2);

(c) 

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet superviżorji waqt skambju ta' informazzjoni, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 237 sa 240.

▼B

Artikolu 242

Klawsola ta’ reviżjoni

▼M5

1.  
Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni tat-Titolu III, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, u l-funzjonalità tiegħu, u l-prattika superviżorja fir-rigward tal-istabbiliment tas-supplimentazzjonijiet kapitali, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, fejn ikun xieraq.

▼B

2.  

Sal- ►M5  31 ta' Diċembru 2018 ◄ , il-Kummissjoni għandha tevalwa l-benefiċċji tat-titjib tas-superviżjoni tal-gruppi u l-ġestjoni tal-kapital fi ħdan grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fosthom referenza għal COM(2008)0119) u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar din il-proposta tas-16 ta’ Ottubru 2008 (A6-0413/2008). L-evalwazzjoni għandha tinkludi miżuri li jistgħu jittieħdu għat-titjib tal-ġestjoni transkonfinali korretta tal-gruppi tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari tal-ġestjoni tar-riskji u tal-attivi. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tieħu kont tal-iżviluppi ġodda u l-progress dwar:

(a) 

qafas armonizzat għal interventi bikrija;

(b) 

il-prattika fil-ġestjoni tar-riskji ta’ gruppi ċentralizzati, fit-tħaddim ta’ mudelli ta’ gruppi interni, inklużi testijiet għall-istress;

(ċ) 

tranżazzjonijiet bejn il-gruppi u konċentramenti tar-riskji;

(d) 

l-imġiba tal-effetti tad-diversifikazzjoni u tal-konċentrament maż-żmien;

(e) 

qafas legalment vinkolanti għall-medjazzjoni ta’ disputi superviżorji;

(f) 

qafas armonizzat dwar proċeduri għat-trasferabbiltà tal-attivi, ►C4  għall-insolvenza ◄ u għall-istralċ li jelimina l-ostakli rilevanti tal-liġijiet nazzjonali jew tal-liġijiet korporattivi għat-trasferabbiltà tal-attivi;

(g) 

livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għat-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-istess grupp, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

(h) 

soluzzjoni armonizzata u ffinanzjata b’mod adegwat għall-UE kollha għal skemi ta’ garanzija għall-assigurazzjonijiet;

(i) 

qafas armonizzat u legalment vinkolanti bejn awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali u ministeri tal-finanzi għall-ġestjoni tal-kriżijiet, soluzzjonijiet u qsim tal-piż fiskali, li jġib is-setgħat superviżorji u r-responsabilitajiet fiskali fuq l-istess linja.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun, fejn ikun il-każ akkumpanjat minn proposti għall-emendament ta’ din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 243

Sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

L-Artikoli 236 sa 242 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta.

▼B



Taqsima 2

Konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet fost il-grupp

Artikolu 244

Superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju

1.  
Is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju fil-livell ta’ grupp għandha titwettaq skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 246 u l-Kapitolu III.

▼M1

2.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw, fuq bażi regolari u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fil-livell tal-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2).

L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp.

Il-konċentrazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.

▼B

3.  

Is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jidentifika liema xorta ta’ riskji għandhom jiġu rrappurtati f’kull ċirkostanza mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari.

Meta tingħata tifsira jew opinjoni dwar ix-xorta tar-riskji, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati għandhom jikkunsidraw l-istruttura speċifika tal-grupp u tal-ġestjoni tar-riskju tal-grupp.

Sabiex jiġu identifikati konċentrazzjonijiet tar-riskju sinifikanti li jridu jiġu rrappurtati, is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jimponi limiti xierqa msejsa fuq rekwiżiti ta’ kapital ta’ ►C4  solvenza ◄ , dispożizzjonijiet tekniċi jew fuq it-tnejn li huma.

Meta jirrevedil-konċentrazzjonijiet tar-riskju, is-superviżur tal-grupp għandu jissorvelja partikolarment ir-riskju possibbli ta’ kontaġju fost il-grupp, ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi u l-livell jew il-volum tar-riskji.

▼M5

4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
5.  
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti u d-determinazzjoni tal-livelli limitu xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

6.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi dwar il-formuli u l-mudelli għar-rappurtar dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju bħal dawn, għall-finijiet tal-paragrafu 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 245

Superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp

1.  
Is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp għandha titwettaq skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 246 u l-Kapitolu III.

▼M1

2.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti fost il-grupp mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari, fosthom dawk imwettqa ma’ persuna fiżika b’rabtiet mill-qrib ma’ impriża fil-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2).

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li jsir ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti fost il-grupp minnufih malli dan ikun possibbli.

L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp.

It-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.

▼B

3.  
Is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jidentifika liema xorta ta’ tranżazzjonijiet fost il-grupp għandhom jiġu rrappurtati f’kull ċirkostanza mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari. L-Artikolu 244(3) għandu japplika mutatis mutandis.

▼M5

4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
5.  
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp, l-AEAPX tista'tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

6.  
Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri, l-formuli u l-mudelli għar-rappurtar dwar tranżazzjonijiet intragrupp bħal dawn għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B



Taqsima 3

Ġestjoni tar-riskju u kontroll intern

Artikolu 246

Superviżjoni tas-sistema ta’ governanza

1.  

Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis fuq il-livell tal-grupp.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, is-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju u kontroll intern u proċeduri ta’ rappurtar għandhom jiġu implimentati b’mod konsistenti fl-impriżi kollha inkluż fl-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2) sabiex dawk is-sistemi u l-proċeduri ta’ rappurtar ikunu jistgħu jiġu kkontrollati fuq il-livell tal-grupp.

2.  

Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-mekkaniżmi ta’ kontoll intern tal-grupp għandhom għallinqas jinkludu dan li ġej:

(a) 

mekkaniżmu adegwati fir-rigward ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskji materjali kollha u biex issir relazzjoni xierqa bejn il-fondi proprji eliġibbli u r-riskji;

(b) 

rappurtar tajjeb u proċeduri ta’ kontabbiltà li jimmontorjaw u jamministraw it-tranżazzjonijiet fost il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju.

3.  
Is-sistemi u l-proċeuduri ta’ rappurtar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp, skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III.

▼M1

4.  

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, lill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew lill-kumpannija holding finanzjarja mħallta biex, fil-livell tal-grupp, titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45. Il-valutazzjoni tar-riskju proporju u tas-solvenza mwettqa fuq il-livell tal-grupp għandha tkun suġġetta għal reviżjoni superviżorja b’konformita’ mal-Kapitolu III.

Meta l-kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp jitwettaq f’konformità mal-metodu 1, kif imsemmi fl-Artikolu 230, l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tfiehem lis-superviżur tal-grupp id-differenza bejn l-ammont tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha relatati tal-grupp u tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat.

L-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-supeviżur tal-grupp, twettaq kwalunkwe valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45 fil-livell tal-grupp u fil-livell ta’ kwalunkwe sussidjarja fil-grupp fl-istess ħin, u tista’ tħejji dokument wieħed li jkopri l-valutazzjonijiet kollha.

▼B

Qabel jagħti kunsens b’konformità mat-tielet subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u jieħu kont xieraq tal-fehmiet jew tar-riżervi tagħhom,

Fejn il-grupp jeżerċita l-għazla prevista fit-tielet subparagrafu, huwa għandu jressaq id-dokument lill-awtoritajiet superviżorji kollha kkonċernati fl-istess ħin. L-eżerċizzju ta’ dik l-għażla bl-ebda mod ma għandha teżenta lis-sussidjarji kkonċernati mill-obbligu li jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 45.



KAPITOLU III

Miżuri li jiffaċilitaw is-superviżjoni ta’ grupp

Artikolu 247

Superviżur tal-Grupp

1.  
Superviżur wieħed, responsabbli mill-koordinazzjoni u t-twettiq tas-superviżjoni tal-grupp (superviżur tal-grupp), għandu jinħatar minn fost l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati.
2.  

Fejn l-istess awtorità superviżorja hija responsabbli mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha fi grupp, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja.

Fil-każijiet l-oħra kollha suġġetti għall-paragrafu 3, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq:

(a) 

fejn grupp huwa mmexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża;

▼M1

(b) 

fejn grupp m’huwiex immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li ġejja:

(i) 

fejn l-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni,

(ii) 

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u waħda minn dawk l-impriżi tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’dak l-Istat Membru,

(iii) 

fejn il-grupp huwa mmexxi minn aktar minn kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b’uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ,

(iv) 

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u l-ebda minn dawk l-impriżi ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, jew

(v) 

fejn il-grupp huwa grupp mingħajr impriża prinċipali, jew fi kwalunkwe ċirkostanza mhux imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

▼M5

3.  
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet superviżorji konċernati jistgħu, wara talba minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, jieħdu deċiżjoni konġunta biex jidderogaw mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b'kunsiderazzjoni tal-istruttura tal-grupp u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità superviżorja differenti bħala superviżur tal-grupp.

Għal dak il-għan, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista' titlob li tinfetaħ diskussjoni dwar jekk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 humiex xierqa. Din id-diskussjoni m'għandhiex isseħħ aktar spiss minn darba fis-sena.

L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-għażla tas-superviżur tal-grupp fi żmien tliet xhur mit-talba għal diskussjoni. Qabel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħtu l-opportunità lill-grupp sabiex jagħti l-fehma tiegħu.

Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp filwaqt li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.

4.  
Jekk, fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni konġunta tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.
5.  
L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riferiment skont il-paragrafu 4. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp u lill-kulleġġ tas-superviżuri filwaqt li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.
6.  
Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta, l-inkarigu ta' superviżur tal-grupp għandu jitwettaq mill-awtorità superviżorja identifikata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
7.  
L-AEAPX għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, mill-inqas darba fis-sena, dwar kwalunkwe diffikultà ewlenija fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 6.

Fl-eventwalità li tinħoloq kwalunkwe diffikultà kbira fl-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw ulterjorment dawk il-kriterji.

▼B

8.  
Fejn Stat Membru għandu aktar minn awtorità superviżorja waħda għas-superviżjoni prudenzjali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 248

Id-drittijiet u l-obbligi tas-superviżur ta’ grupp u tas-superviżuri l-oħrajn Kulleġġ ta’ superviżuri

1.  

Id-drittijiet u d-doveri assenjati lis-superviżur tal-grupp fir-rigward tas-superviżjoni ta’ grupp għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

il-koordinazzjoni tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti u essenzjali tal-ażjenda kummerċjali u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż it-tixrid ta’ informazzjoni li huwa importanti għall-kompiti superviżorji ta’ awtorità superviżorja;

(b) 

reviżjoni u valutazzjoni superviżorji tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp;

(ċ) 

evalutazzjoni tal-konformità tal-grupp mar-regoli dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet fost il-grupp kif stabbilit fl-Artikoli 218 sa 245;

(d) 

evalutazzjoni tas-sistema ta’ governanza tal-grupp, kif stabbilit fl-Artikolu 246, u dwar jekk il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża parteċipanti jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 u 257;

(e) 

ippjanar u koordinazzjoni, permezz ta’ laqgħat regolari li jsiru għall-inqas darba f’sena jew mezzi xierqa oħra, tal-attivitajiet superviżorji tal-ażjenda kummerċjali kif ukoll ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriżi kollha li huma parti mill-grupp;

(f) 

kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lis-superviżur tal-grupp minn din id-Direttiva jew deduċibbli mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment it-tmexxija tal-proċess ta’ validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern fil-livell ta’ grupp kif stabbilit fl-Artikoli 231 u 233 u t-tmexxija tal-proċess li japprova l-applikazzjoni tar-reġim stabbilit fl-Artikoli 237 sa 240.

2.  

Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizju tal-kompiti tas-superviżjoni ta’ grupp, imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit kulleġġ ta’ superviżjoni ppresedut mis-superviżur tal-grupp.

Il-kulleġġ ta’ superviżuri għandu jiżgura li l-proċessi ta’ koperazzjoni, ta’ skambju tal-informazzjoni u ta’ konsultazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiġu applikati b’mod effettiv b’ konformita’ mat-Titolu III, bil-ħsieb li tiġi promossal-konverġenza tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet rispettivi tagħhom.

▼M5

Meta superviżur ta' grupp jonqos milli jwettaq l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 jew meta l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri ma jikkooperawx sa fejn rikjest f'dan il-paragrafu, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

▼M5

3.  

Is-sħubija tal-kulleġġ tas-superviżuri għandha tinkludi lis-superviżur tal-grupp, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fih jinsabu l-uffiċċji prinċipali tal-impriżi sussidjarji kollha, kif ukoll l-AEAPX, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

L-awtoritajiet superviżorji tal-fergħat sinifikanti u l-impriżi relatati għandhom jitħallew jieħdu sehem ukoll fil-kulleġġi tas-superviżuri. Madankollu, il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tkun limitata biss għall-kisba tal-oġġettiv ta’ skambju effiċjenti tal-informazzjoni.

Il-funzjoni effikaċi tal-kulleġġ tista’ tesiġi li xi attivitajiet jitwettqu minn numru mnaqqas ta’ awtoritajiet superviżorji fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.

4.  

Bla ħsara għal kull miżura adottata skont din id-Direttiva, it-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom ikunu msejsa fuq l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni konklużi mis-superviżur tal-grupp u mill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati.

▼M5

Fl-eventwalità ta' fehmiet diverġenti li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-koordinazzjoni, kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu. Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Is-superviżur tal-grupp għandu jittrażmetti d-deċiżjoni lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati.

▼M9 —————

▼B

5.  

Bla ħsara għall-miżuri adottati skont din id-Direttiva, l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 4ta’ koordinazzjoni għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li ġejjin:

(a) 

il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, f’ konformita’ mal-Artikoli 231, 232 u 247;

(b) 

il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 218(5).

▼M5

Mingħajr ħsara għad-drittijiet u d-doveri allokati minn din id-Direttiva lis-superviżur tal-grupp u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jagħtu kompiti addizzjonali lis-superviżur tal-grupp, lill-awtoritajiet superviżorji l-oħraj jew lill-AEAPX meta dan jirriżulta f'superviżjoni aktar effiċjenti tal-grupp u ma jfixkilx l-attivitajiet superviżorji tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward tar-responsabilitajiet individwali tagħhom.

▼B

Barra minn hekk, l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jistabbilixxu proċeduri għall:

(a) 

konsultazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, b’mod partikolari, kif imsemmija fl-Artikoli 213 sa 217, 219 sa 221, 227, 244 sa 246, 250, 256, 260 u 262;

(b) 

koperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn.

▼M5

6.  
L-AEAPX għandha tfassal linji gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri fuq il-bażi ta' rieżamijiet komprensivi tal-ħidma tagħhom biex tevalwa l-livell ta' konverġenza bejniethom. Tali rieżamijiet għandhom isiru mill-inqas darba kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp jgħaddi lill-AEAPX l-informazzjoni dwar il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri kif ukoll dwar kwalunkwe diffikultà li jkun iltaqa' magħha u li tkun rilevanti għal dawk ir-rieżamijiet.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri abbażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

7.  
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-gruppi għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a fir-rigward tad-definizzjoni ta' “fergħa sinifikanti”.

▼B

Artikolu 249

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji

1.  

L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-impriżi individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi ħdan grupp u s-superviżur ta’ grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib, b’mod partikulari f’każijiet fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tintaqa’ ma’ diffikultajiet finanzjarji.

▼M5

Bil-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet superviżorji, inkluż is-superviżur tal-grupp, ikollhom l-istess ammont ta' informazzjoni rilevanti disponibbli għalihom, bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-istess Stat Membru, huma għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni bħal din sabiex tkun tista' tippermetti u tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji konċernati u s-superviżur tal-grupp għandhom jikkomunikaw ma' xulxin mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti kollha malli din tkun disponibbli, jew jagħmlu skambju ta' informazzjoni meta jintalbu. L-informazzjoni msemmija f'dan is-subparagrafu tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni dwar azzjonijiet tal-grupp u tal-awtoritajiet superviżuri, u informazzjoni pprovduta mill-grupp.

▼M1

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l- AEAPX bl-informazzjoni dwar il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 19, l-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 254(2), b’mod partikulari fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp.

▼M5

1a.  
Meta awtorità superviżorja ma tkunx ikkomunikat informazzjoni rilevanti jew talba għall-kooperazzjoni, partikolarment għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX.

Meta l-kwistjoni tkun riferuta lilha, l-AEAPX tista', bla preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

2.  

L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-kumpaniji individwali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur tal-grupp għandhom kull wieħed isejħu minnufih għal laqgħa lill-awtoritajiet superviżuri kollha involuti fis-superviżjoni tal-grupp f’mill-inqas dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fejn jsiru jafu bi ksur sinifikanti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew tal-Kapital Minimu Rekwiżit ta’ impriża individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b) 

fejn isiru jafu bi ksur sinifikanti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ikkalkulat fuq il-bażi ta’ data kkonsolidata jew ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' grupp aggregat ◄ , b’konformità ma’ kwalunkwe metodu ta’ kalkolu jintuża f’ konformita’ mat-Titlu III, Kapitolu II, Taqsima I, Subtaqsima 4;

(ċ) 

fejn jiġru jew ikunu ġraw ċirkustanzi oħrajn eċċezzjonali.

▼M5

3.  

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-entrati li għandhom jinġabru, fuq bażi sistematika, mis-superviżur tal-grupp u jitqassmu lill-awtorijtajiet l-oħra superviżorji konċernati jew li għandhom jiġu trażmessi lis-superviżur tal-grupp min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati;

(b) 

l-entrati essenzjali jew rilevanti għas-superviżjoni f'livell ta' grupp bl-għan li tittejjeb il-konverġenza tar-rappurtar superviżorju.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lis-superviżur tal-grupp kif ukoll il-proċedura għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kif stabbilit f'dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 250

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji

1.  

Bla ħsara għall-Artikolu 248, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom, meta deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet superviżorji oħrajn, qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni, jikkonsultaw ma' xulxin fil-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) 

it-tibdil fl-istruttura tal-azzjonisti, l-istruttura organizzattiva jew ta' ġestjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp, li jeħtieġu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji;

(b) 

id-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(3) u (4);

(c) 

sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet superviżorji, li jinkludu l-impożizzjoni ta' supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont l-Artikolu 37 u l-impożizzjoni ta' kwalunkwe limitu fuq l-użu ta' mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont it-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 3.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jkun ikkonsultat dejjem.

Barra minn dan, meta deċiżjoni hija bbażata fuq l-informazzjoni li waslet mingħand awtoritajiet superviżorji oħrajn, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkonsultaw ma' xulxin qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni.

2.  
Bla ħsara għall-Artikolu 248, awtorità superviżorja tista' tiddeċiedi li ma tikkonsultax awtoritajiet superviżorji oħrajn f'każijiet ta' urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tkun tista' tipperikola l-effettività tad-deċiżjoni. F'dak il-każ, l-awtorità superviżorja għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati.

▼B

Artikolu 251

Klejms mis-superviżur tal-grupp għal awtoritajiet superviżorji oħra

Is-superviżur tal-grupp jista’ jistieden lill-awtoritajiet superviżjorji tal-Istat Membru li fih l-impriża prinċipali għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha, u li ma jeżerċitawx huma stess is-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 247, biex jitolbu lill-impriża prinċipali kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-eżerċizzju tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-koordinazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 248, u biex jittrażmettu dik l-informazzjoni lis-superviżur tal-grupp.

Is-superviżur tal-grupp għandu, meta jkollu bżonn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 254(2) li diġà ġiet mogħtija lil awtorità superviżorja oħra, jikkuntattja dik lil dik l-awtorità kull meta jkun possibbli sabiex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni fir-rappurtar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.

Artikolu 252

Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet responsabblimill-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti ta’ investiment

Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u anke istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fid-Direttiva 2006/48/KE, jew ditta ta’ investiment kif definita fid-Direttiva 2004/39/KE, jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament marbuta jew għandhom impriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni ta’ dawk l-impriżi l-oħra għandhom jikkooperaw mill-qrib.

Mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li x’aktarx jissimplifika l-funzjoni tagħhom, partikolarment kif stabbilit f’dan it-Titolu.

Artikolu 253

Is-segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tagħhom u bejn l-awtoritajiet superviżorji tagħhom u awtoritajiet oħra, kif imsemmi fl-Artikoli 249 sa 252.

L-informazzjoni riċevuta fil-qafas tas-superviżjoni tal-grupp, u partikolarment kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tagħhom u bejn l-awtoritajiet superviżorji tagħhom u l-awtoritajiet oħra previsti f’dan it-Titolu, għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 295.

Artikolu 254

L-aċċess għall-informazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u legali inklużi fi ħdan l-għan tas-superviżjoni tal-grupp, u l-impriżi relatati magħhom jew l-impriżi parteċipanti, għandhom il-ħila li jagħmlu skambju ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-għanijiet tal-grupp tas-superviżjoni.

▼M5

2.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet tagħhom responsabbli biex jeżerċitaw is-superviżjoni tal-grupp ikollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-fini ta' dik is-superviżjoni irrispettivament min-natura tal-impriża kkonċernata. L-Artikolu 35(1) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.

Is-superviżur tal-grupp jista' jillimita r-rapportar superviżorju regolari bi frekwenza iqsar minn sena fil-livell tal-grupp meta l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp jibbenefikaw mil-limitazzjoni skont l-Artikolu 35(6) filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp.

Is-superviżur tal-grupp jista' jeżenta mir-rapportar abbażi ta' entrata entrata fil-livell tal-grupp meta l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 35(7), filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp u l-objettiv tal-istabbiltà finanzjarja.

▼B

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jindirizzaw direttament lill-impriżi fil-grupp biex jiksbu l-informazzjoni neċessarja, biss fejn tali informazzjoni ntalbet mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni tal-grupp u ma ġietx fornuta minnha fi ħdan perjodu raġjonevoli ta’ żmien.

Artikolu 255

Il-verifika tal-informazzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jistgħu jwettqu fit-territorju tagħhom, jew direttament jew permezz tal-intermedjarju ta’ persuni li jqabbdu għal dak l-għan, il-verifika fuq il-post tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 254 fi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni tal-grupp;

(b) 

l-impriżi relatati ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(ċ) 

l-impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(d) 

l-impriżi relatati ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

2.  

Meta awtoritajiet superviżorji jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni dwar impriża, kemm jekk regolata kif ukoll jekk le, li tkun parti minn grupp u li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jistaqsu lill-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru ieħor biex iwettqu l-verifika.

L-awtoritajiet li jirċievu tali talba għandhom, fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi tagħhom, jaġixxu fuq dik it-talba kemm billi jwettqu l-verifika direttament, billi jippermettu awditur jew espert li jwettaqha, jew billi jippermettu lill-awtorità li għamlet it-talba biex twettaqha hi stess. Is-superviżur tal-grupp għandu jkun infurmat dwar l-azzjoni li tittieħed.

Fejn tixtieq, l-awtorità superviżorja li għamlet it-talba tista’ tieħu sehem fil-verifika meta ma tagħmilx il-verifika direttament.

▼M5

Meta t-talba lil awtorità superviżorja oħra biex tagħmel verifika skont dan il-paragrafu ma titteħidx azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, jew meta l-awtorità superviżorja ma tkunx tista' fil-prattika, teżerċita d-dritt tagħha li tipparteċipa f'konformità mat-tielet subparagrafu, l-awtorità li tagħmel it-talba tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u tista' titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post fejn dawn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.

▼B

Artikolu 256

Ir-rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ tal-grupp u l-kondizzjoni finanzjarja

▼M1

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54 u 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
2.  

Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-superviżur tal-grupp, tipprovdi rapport wieħed dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħha li għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

l-informazzjoni fil-livell tal-grupp li trid tiġi żvelata f’konformità mal-paragrafu 1;

(b) 

l-informazzjoni għal kwalunkwe waħda mis-sussidjarji fi ħdan il-grupp, liema informazzjoni trid tkun identifikabbli b’mod individwali u tiġi żvelata hija f’konformità mal-Artikoli 51, 53, 54 u 55.

Qabel jagħti kunsens f’konformità mal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta u jieħu kont b’mod debitu ta’ kwalunkwe fehma u riżerva tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.

▼B

3.  
Fejn ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 jonqos milli jinkludi informazzjoni li l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat sussidjarja fi ħdan il-grupp teħtieġ li impriżi paragunabbli jipprovdu, u fejn l-ommissjoni tkun materjali, l-awtorità superviżorja kkonċernata għandha jkollha s-setgħa li tirrikjedi lis-sussidjarja konċernata biex tiżvela l-informazzjoni addizzjonali neċessarja.

▼M5

4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata u l-iskadenzi għad-divulgazzjoni annwali tal-informazzjoni fir-rigward tar-rapport singolu dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja f'konformità mal-paragrafu 2 u r-rapport dwar is-solvenza u r-rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp f'konformità mal-paragrafu 1.

▼M5

5.  
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni fir-rigward tar-rapport singolu dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli u l-mezzi għall-iżvelar tar-rapport dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja singola u tal-grupp kif stabbilit f'dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 256a

Struttura tal-grupp

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, lill-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u lill-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta biex jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-grupp, fuq bażi annwali, l-istruttura legali u l-istruttura governattiva u organizzattiva, inkluża deskrizzjoni tas-sussidjarji kollha, tal-impriżi relatati materjalment u tal-fergħat li jappartjenu għall-grupp.

▼M1

Artikolu 257

Korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni kollha li effettivament imexxu l-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta huma kompetenti u xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

L-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 258

Il-miżuri tal-infurzar

▼M1

1.  

Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ma jkunux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 218 sa 246 jew fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti iżda s-solvenza xorta waħda tista’ tiġi pperikolata, jew fejn tranżazzjonijiet fost il-grupp jew il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzoni, għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun minn:

(a) 

is-superviżur tal-grupp fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta;

(b) 

l-awtoritajiet superviżorji fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, li jinkludu s-superviżur tal-grupp, fejn ikun xieraq għandu jikkoordina l-miżuri tagħhom.

2.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet fuq jew jadottaw il-miżuri relatati mal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li ddaħħlu fis-seħħ biex jiġi traspost dan it-Titolu, jew fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda effettivament tamministra dawk il-kumpanniji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li tali sanzjonijiet jew miżuri jkunu effettivi, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta ma tkunx tinsab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju prinċipali tagħha.

▼M5

3.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a għall-koordinazzjoni tal-miżuri tal-infurzar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 259

Rapportar tal-AEAPX

1.  
L-AEAPX għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull sena skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
2.  

L-AEAPX għandha tirrapporta, inter alia, dwar l-esperjenzi kollha rilevanti u sinifikanti tal-attivitajiet superviżorji u kooperazzjoni bejn is-superviżuri fil-qafas tat-Titolu III, u, b'mod partikolari:

(a) 

il-proċess tan-nominazzjoni tas-superviżur tal-grupp, l-għadd ta' superviżuri tal-grupp u l-firxa ġeografika tagħhom;

(b) 

il-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri, b'mod partikolari l-involviment u l-impenn tal-awtoritajiet superviżorji fejn ma jkunux is-superviżuri tal-grupp.

3.  
L-AEAPX tista', għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tirrapporta wkoll dwar it-tagħlimiet ewlenin li jkunu ttieħdu mill-analiżijiet imsemmija fl-Artikolu 248(6), fejn ikun xieraq.

▼B



KAPITOLU IV

Il-pajjiżi terzi

▼M5

Artikolu 260

L-impriżi prinċipali 'l barra mill-Komunità: il-verifika tal-ekwivalenza

1.  
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 213(2)(c), l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li l-uffiċċju prinċipali tal-impriża prinċipali tagħhom ikun jinsab barra l-Unjoni, humiex soġġetti għal superviżjoni minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz, li tkun ekwivalenti għal dik prevista f'dan it-Titolu dwar is-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b).

Meta ma jkun ġie adottat ebda att delegat f'konformità mal-paragrafu 2, 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, il-verifika għandha ssir mill-awtorità superviżorja, li tkun is-superviżur tal-grupp kieku l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247(2) kellhom japplikaw (“l-aġent superviżur tal-grupp”), fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lill-aġent superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

B'dan il-mod, l-aġent superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 2. L-aġent superviżur tal-grupp m'għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tikkontradixxi xi deċiżjoni preċedenti meħuda vis-à-vis dak il-pajjiż terz ħlief meta dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda f'konformità mat-tielet subparagrafu, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mill-aġent superviżur tal-grupp. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

2.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, ħalli tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim prudenjzali f'pajjiż terz għas-superviżjoni ta' gruppi jkunx ekwivalenti għal dak stabbilit f'dan it-Titolu.
3.  
Jekk il-kriterji adottati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 301(a), u megħjuna mill-AEAPX f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat f'dan it-Titolu.

Tali att delegat għandu jkun rieżaminat regolarment sabiex jitqies kwalunkwe tibdil fir-reġim prudenzjali għas-superviżjoni ta' gruppi stipulati f'dan it-Titolu, u fir-reġim prudenzjali fil-pajjiż terz għas-superviżjoni tal-gruppi, u għal kull bidla oħra fir-regolament li tista' taffettwa d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.  
Fin-nuqqas ta' att delegat adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 262.
5.  

B'deroga mill-paragrafu 3, u wkoll jekk il-kriterji speċifikati fil-paragrafu 2 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat u f'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim prudenzjali ta' pajjiż terz applikat għal impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2014 huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun ikkonforma tal-anqas mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim prudenzjali li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 3, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;

(b) 

ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(c) 

ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(d) 

ikollu reġim prudenzjali bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rapportar superviżorju u t-trasparenza u mas-superviżjoni tal-gruppi;

(e) 

ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10);

(f) 

ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti;

(g) 

ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).

Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandhom iqisu r-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha annwalment. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. L-atti delegati jistgħu jkopru wkoll setgħat għall-awtoritajiet superviżorji biex jimponu rekwiżiti addizzjonali ta' rapportar superviżorju matul il-perjodu ta' ekwivalenza temporanja.

6.  
Il-perjodu limitat imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020 jew fid-data li fiha, f'konformità mal-paragrafu 3, ir-reġim prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz ikun meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit f'dan it-Titolu, skont liema tiġi l-ewwel.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sena oħra, meta dan iż-żmien ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 3.

7.  
Meta jiġi adottat att delegat li jiddetermina li r-reġim prudenzjali ta' pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 261, sakemm ma jkunx hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tinsab fi Stat Membru li jkollha total tal-karta tal-bilanċ li jeċċedi t-total tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali li tinsab barra l-Unjoni. F'dak il-każ, il-kompitu tas-superviżur tal-grupp għandu jkun eżerċitat mill-aġent superviżur tal-grupp.

▼B

Artikolu 261

L-impriżi prinċipali barra mill-Komunità: ekwivalenza

1.  
Fil-każ ta’superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, l-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq is-superviżjoni tal-grupp ekwivalenti li ssir mill-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz, b’konformità mal-paragrafu 2.
2.  
L-Artikoli 247 sa 258 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-koperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi.

▼M1

Artikolu 262

Impriżi prinċipali reġistrati f’pajjiż terz: in-nuqqas ta’ ekwivalenza

▼M5

1.  

Fin-nuqqas ta' superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, jew meta Stat Membru ma japplikax l-Artikolu 261 fil-każ ta' ekwivalenza temporanja f'konformità mal-Artikolu 260(7), dak l-Istat Membru għandu japplika waħda minn dawn li ġejjin għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni:

(a) 

l-Artikoli 218 sa 235, u l-Artikoli 244 sa 258, mutatis mutandis;

(b) 

wieħed mill-metodi stabbiliti fil-parafrafu 2.

▼M1

Il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti fl-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw fil-livell tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta, tal-impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew tal-impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.

Għall-fini uniku tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, l-impriża prinċipali għandha tiġi trattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għall-istess kondizzjonijiet kif stabbilit fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi tagħha stess eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u kwalukwe milli ġejjin:

(a) 

Kapital Rekwiżit għas-Solvenzadeterminat f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 226 meta tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta;

(b) 

Kapital Rekwiżit għas-Solvenza determinat skont il-prinċipji tal-Artikolu 227, fejn tkun impriża tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni f’pajjiż terz.

2.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex japplikaw metodi oħra li jiżguraw superviżjoni xierqa tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp. Dawk il-metodi għandhom jiġu miftiehma mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbilitment ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni u japplikaw dan it-Titolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp immexxi minn dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Il-metodi magħżula għandhom jippermettu li jinkisbu l-objettivi tas-superviżjoni tal-grupp kif definit f’dan it-Titolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 263

L-impriżi prinċipali ‘l barra mill-Komunità: il-livelli

▼M1

Fejn l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 260 hija fiha nfisha sussidjarja ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-verifika prevista fl-Artikolu 260 biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija li hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, madankollu, fin-nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, iwettqu verifika ġdida f’livell aktar baxx fejn teżisti impriża prinċipali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kemm jekk tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.

▼B

F’tali każ, l-awtorità superviżorja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(1) għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha lill-grupp.

L-Artikolu 262 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 264

Il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tressaq proposti lill-Kunsill għan-negozjati ta’ ftehim ma’ pajjiż terz jew aktar dwar il-mezzi biex tiġi eżerċitata s-superviżjoni tal-grupp dwar:

(a) 

impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li bħala impriżi parteċipanti, għandhom impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 213 li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom f’pajjiż terz; u

(b) 

impriżi tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz jew impriżi tar-riassigurazzjoni f’pajjiż terz li bħala impriżi parteċipanti, għandhom impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 213 li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-Komunità.

2.  

Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom, partikolarment, ifittxu li jiżguraw li:

(a) 

l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri jkunu kapaċi jiksbu l-informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-imprizi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-Komunità u li għandhom sussidjarji jew jipparteċipaw f’impriżi ‘l barra mill-Komunità; u

(b) 

l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjżi terzi jkunu kapaċi jiksbu l-informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-imprizi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f’pajjiżi terzi li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fit-territorju tagħhom u li għandhom sussidjarji jew jipparteċipaw f’impriżi ‘l barra minn Stat Membru wieħed jew aktar.

3.  
Bla ħsara għall-Artikolu 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1.



KAPITOLU V

Il-kumpaniji holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta

Artikolu 265

It-tranżazzjonijiet fost il-grupp

1.  
L-Istati Membi għandhom jiżguraw li, fejn impriża prinċipali ta’ impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta, l-awtoritajiet superviżorji responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-kumpannija tal-assigurazzjoni b’attività mħallta u l-imprizi relatati tagħha.
2.  
L-Artikoli 245, 249 sa 255 u 258 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 266

Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-Artikolu 264 għandu japplika mutatis mutandis.



TITOLU IV

IR-RIORGANIZZAZZJONI U L-ISTRALĊ TAL-IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI



KAPITOLU I

Ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 267

L-ambitu ta’ dan it-Titolu

Dan it-Titolu japplika għall-miżuri ta’ riorganizzazzjoni u proċeduri ta’ stralċ dwar is-segwenti:

(a) 

impriżi tal-assigurazzjoni;

(b) 

fergħat li jinsabu fit-territorju tal-Komunità jew ta’ impriżi tal-assigurazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 268

Definizzjonijiet

1.  

Għall-fini ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“awtorita' kompetenti” tfisser awtorita’ amministrattiva jew ġudizzjarja tal-Istati Membri li hi kompetenti għall-finijiet ta’ miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ;

(b) 

“fergħa” tfisser kull preżenza permanenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni;

(ċ) 

“miżuri ta’ riorganizzazzjoni” tfisser kull intervent mill-awtoritajiet kompetenti maħsuba sabiex jippreservaw jew jirrestawraw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni u li jaffettwaw id-drittijiet preeżistenti ta’ partijiet għajr l-impriża tal-assigurazzjoni nnifisha, inklużi iżda mhux illimitati għall-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, sospensjoni ta’ miżuri eżekuttivi jew ta’ tnaqqis fil-klejms;

(d) 

“proċeduri ta’ stralċ” tfisser il-proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizzazzjoni tal-attivi ta’ impriża tal-assigurazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti jew membri kif xieraq, li neċessarjament jinvolvu intervent mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, inkluż fejn il-proċeduri kollettivi huma mitmuma b’kompożizzjoni jew miżura oħra analoga, kemm jekk huma bbażati fuq ►C4  l-insolvenza ◄ jew le jew huma volontarji jew obbligatorji;

(e) 

“amministratur” tfisser persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-amministrazzjoni tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni;

(f) 

“stralċarju” tfisser kull persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi tat-tmexxija ta’ impriża tal-assigurazzjoni għall-fini tal-amministrazzjoni tal-proċeduri tal-istralċ;

(g) 

“klejm lill-assigurazzjoni” tfisser ammont li huwa dovut minn impriza tal-assigurazzjoni lill-persuni assigurati, titolari tal-polza, benefiċjarji jew lil kull parti li sofriet dannu li jkollhom dritt dirett ta’ azzjoni kontra l-impriża tal-assigurazzjoni u li toħroġ mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jew minn kull operazzjoni pprovduta fil-punti (b) u (c) fl-Artikolu 2(3) fin-negozju tal-assigurazzjoni diretta, inkluż ammont mwarrab għal dawk il-persuni, meta xi elementi tad-dejn għadhom mhumiex magħrufin.

Il-premium dovut minn impriża tal-assigurazzjoni bħala riżultat tan-nuqqas tal-konklużjoni jew tar-rexissjoni ta’ kuntratt u operazzjoni tal-assigurazzjoni, imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu skont il-liġi applikabbli għal dawn il-kuntratti jew operazzjonijiet qabel il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ għandu jkun kkunsidrat wkoll bħala klejms tal-assigurazzjoni.

2.  

Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu għall-miżuri ta’ riorganizzazzjoni u proċeduri tal-istralċ dwar fergħa li tinsab fi Stat Membru ta’ impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) 

“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser Stat Membru fejn il-fergħa ngħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 145 sa 149;

(b) 

“awtoritajiet superviżorji” tfisser dawk l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju;

(ċ) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju.



KAPITOLU II

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Artikolu 269

Adozzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni – Liġi applikabbli

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju biss għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu fuq il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni fuq impriżi tal-assigurazzjoni, inkluż il-fergħat tagħhom.
2.  
Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni ma jipprekludux il-ftuħ ta’ proċeduri għall-istralċ mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.
3.  
Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġi, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, ħlief kif ipprovdut fl-Artikoli 285 sa 292.
4.  
Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom ikunu effettivi għal kollox ġewwa l-Komunità kollha mingħajr ebda formalitajiet oħra, inkluż kontra terzi persuni fi Stati Membri oħra, ukoll fejn il-leġiżlazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra ma tipprovdix għal dawn il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew inkella tagħmel l-implimentazzjoni tagħhom suġġetta għall-kondizzjonijiet li mhumiex milħuqa.
5.  
Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom ikunu effettivi ġewwa l-Komunità kollha ladarba jidħlu fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ domiċilju.

Artikolu 270

Tagħrif lill-awtoritajiet superviżorji

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jinfurmaw bħala kwistjoni ta’ urġenza lill-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħhom fuq kull miżura ta’ riorganizzazzjoni, fejn possibbli qabel l-adozzjoni ta’ dik il-miżura u fin-nuqqas minnufih wara.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jinfurmaw bħala kwistjoni ta’ urġenza lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru bid-deċiżjoni li jadottaw miżuri ta’ riorganizzazzjoni inklużi l-effetti prattiċi possibbli ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 271

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni

1.  

Fejn appell huwa possibbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża kontra miżura ta’ riorganizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-amministratur jew kull persuna intitolata li tagħmel hekk fl-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jagħmel pubblika d-deċiżjoni tiegħu fuq miżura ta’ riorganizzazzjoni skont il-pubblikazzjoni ta’ proċeduri pprovduti fl-Istat Membru ta’ domiċilju u, ukoll, għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel opportunità estratt mid-dokument li jistabbilixxi l-miżura ta’ riorganizzazzjoni.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra li jkunu ġew infurmati bid-deċiżjoni fuq miżura ta’ riorganizzazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 270 jistgħu jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fit-territorju tagħhom bil-mod li jikkunsidraw xieraq.

2.  
Il-pubblikazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, il-liġi applikabbli kif ipprovdut fl-Artikolu 269(3) u l-amministratur appuntat, jekk hemm. Għandhom isiru fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn it-tagħrif huwa ppubblikat.
3.  
Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom japplikaw immaterjalment mid-dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom ikunu effettivi għal kollox kontra l-kredituri, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew il-liġi ta’ dak l-Istat Membru tipprovdi mod ieħor.
4.  

Fejn il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jaffettwaw esklużivament id-drittijiet tal-azzjonisti, membri jew impjegati tal-impriża tal-assigurazzjoni kkunsidrati f’dawk il-kapaċitajiet, il-paragrafi 1, 2, u 3 ma għandhomx japplikaw ħlief jekk il-liġi applikabbli għal dawn il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni tipprovdi mod ieħor.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-mod kif il-partijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nfurmati skont il-liġi applikabbli.

Artikolu 272

Tagħrif lill-kredituri magħrufa - Dritt li jitressqu klejms

1.  
Fejn il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ klejm biex tkun rikonoxxuta jew tipprovdi għan-notifika obbligatorja ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni lill-kredituri li r-residenza abitwali tagħhom, domiċilju jew uffiċċju ewlieni jinstab f’dak l-Istat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew l-amministratur għandhom jgħarrfu wkoll lill-kredituri magħrufa li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 281 u l-Artikolu 283(1).
2.  
Fejn il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tipprovdi għad-dritt tal-kredituri li r-residenza abitwali tagħhom, domiċilju jew uffiċċju ewlieni jinstab f’dak l-Istat Membru, biex jippreżentaw klejms jew jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar il-klejms tagħhom, kredituri li r-residenza abitwali tagħhom, domiċilju jew uffiċċju ewlieni jinstab fi Stat Membru ieħor għandu jkollhom l-istess dritt skont l-Artikolu 282 u l-Artikolu 283(2).



KAPITOLU III

Proċeduri tal-istralċ

Artikolu 273

Bidu ta’ proċeduri tal-istralċ –Tagħrif lill-awtoritajiet superviżorji

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju biss għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu d-deċiżjoni fuq il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ fir-rigward ta’ impriża tal-assigurazzjoni, inkluż il-fergħat tagħha fl-Istati Membri l-oħra. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed fl-assenza, jew wara l-adozzjoni, ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni.
2.  
Deċiżjoni dwar il-bidu ta’ proċeduri ta’ stralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni, inkluż il-fergħat tagħha fl-Istati Membri l-oħra, adottata skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandha tkun rikonoxxuta mingħajr formalità ulterjuri fil-Komunità kollha u għandha tkun effettiva hemmhekk hekk kif id-deċiżjoni tkun effettiva fl-Istat Membru fejn il-proċeduri huma miftuħa.
3.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jgħarrfu bħala kwistjoni ta’ urġenza lill-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru bid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċeduri tal-istralċ, fejn possibbli qabel il-proċeduri jibdew u fin-nuqqas minnufih wara.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw bħala kwistjoni ta’ urġenza l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri oħrajn bid-deċiżjoni li jinbdew proċeduri tal-istralċ inkluż l-effetti prattiċi possibbli ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 274

Il-liġi applikabbli

1.  
Id-deċiżjoni li jibdew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ impriża tal-assigurazzjoni, il-proċeduri tal-istralċ u l-effetti tagħhom għandhom ikunu rregolati bil-liġi applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha ħlief jekk mhux ipprovdut b’mod ieħor fl-Artikoli 285 sa 292.
2.  

Il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tiddetermina b’mod partikolari s-segwenti:

(a) 

l-attivi li jiffurmaw parti mill-patrimonju u t-trattament tal-attivi miksuba minn, jew li jiddevolvu fuq l-impriża tal-assigurazzjoni wara l-bidu tal-proċeduri tal-istralċ;

(b) 

il-poteri rispettivi tas-setgħat tal-impriża tal-assigurazzjoni u l-istralċarju;

(ċ) 

il-kondizzjonijiet li taħthom it-tpaċija tista’ tkun invokata;

(d) 

l-effetti tal-proċeduri tal-istralċ fuq kuntratti kurrenti li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni hija parti;

(e) 

l-effetti tal-proċeduri tal-istralċ fuq proċeduri mibdija mill-kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi pendenti msemmija fl-Artikolu 292;

(f) 

il-klejms li huma preżentati kontra l-patrimonju tal-impriża tal-assigurazzjoni u t-trattament ta’ klejms li joħorġu wara l-bidu tal-proċeduri tal-istralċ;

(g) 

ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-klejms;

(h) 

ir-regoli li jirregolaw it-tqassim tar-rikavat mir-realizzazzjoni tal-attivi, il-prijorità tal-klejms, u d-drittjiet tal-kredituri li kisbu sodisfazzjon parzjali wara l-bidu ta’ proċeduri tal-istralċ bis-saħħa ta’ dritt in rem jew permezz ta’ tpaċija;

(i) 

il-kondizzjonijiet għall-proċeduri tal-istralċ u l-effetti tagħhom, partikolarment b’kompożizzjoni;

(j) 

id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq tal-proċeduri tal-istralċ;

(k) 

il-parti li għandha tħallas l-ispejjeż magħmula fil-proċeduri għall-istralċ; u

(l) 

ir-regoli dwar in-nullità, l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ atti legali ta’ detriment lill-kredituri kollha.

Artikolu 275

Trattament ta’ klejms tal-assigurazzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klejms tal-assigurazzjoni jiġu qabel klejms oħra kontra l-impriża tal-assigurazzjoni b’xi wieħed mill-modi jew biż-żewġ modi li ġejjin:

(a) 

fir-rigward ta’ attivi li jirrappreżentaw id-dispożizzjonijiet tekniċi, il-klejms tal-assigurazzjoni għandhom jieħdu preċedenza assoluta fuq kullklejm oħra fuq l-impriża tal-assigurazzjoni;u

(b) 

fir-rigward tal-attivi kollha tal-impriża tal-assigurazzjoni, il-klejms tal-assigurazzjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq kull klejm oħra fuq l-impriża tal-assigurazzjoni bl-unika eċċezzjoni possibblita’ li ġej:

(i) 

klejms mill-impjegati li joħorġu mill-kuntratti tal-impjieġ u relazzjonijiet ta’ impjieg;

(ii) 

klejms minn korpi pubbliċi fuq taxxi;

(iii) 

klejms minn sistemi ta’ sigurtà soċjali;

(iv) 

klejms fuq attivi suġġetti għad-drittijiet in rem.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li joħorġu mill-proċedura tal-istralċ, kif determinati mil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu preċedenza fuq klejms tal-assigurazzjoni.
3.  
L-Istati Membri li għażlu l-alternattiva pprovduta fil-paragrafu 1(a) għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni jistabbilixxu u jżommu aġġornat reġistru speċjali skont l-Artikoli 276.

Artikolu 276

Reġistru speċjali

1.  
Kull impriża tal-assigurazzjoni għandha żżomm fl-uffiċċju ewlieni tagħha reġistru speċjali tal-attivi użati biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi kkalkolati u investiti skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
2.  

Fejn impriża tal-assigurazzjoni twettaq kemm attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, hija għandha żżomm fl-uffiċċju ewlieni reġistri separati għal kull tip ta’ negozju.

Iżda, fejn Stat Membru jawtorizza impriża tal-assigurazzjoni biex tkopri l-ħajja u r-riskji elenkati fil-klassijiet 1 u 2 fil-Parti A tal-Anness I, tista’ tipprovdi li dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom iżommu reġistru wieħed għall-attivitajiet kollha tagħhom.

3.  
Il-valur totali tal-attivi mdaħħla, valutati skont il-liġi applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, m’għandu fl-ebda ħin ikunu anqas mill-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi.
4.  
Fejn attiv mdaħħal fir-reġistru huma suġġetti għal dritt in rem favur kreditur jew terza persuna, bir-riżultat li parti mill-valur tal-attiv mhux disponibbli għal fini li jiġu koperti l-impenji, dak il-fatt għandu jkun irreġistrat fir-reġistru u l-ammont mhux disponibbli ma għandux ikun inkluż fil-valur totali msemmi fil-paragrafu 3.
5.  

It-trattament tal-attiv fl-eventwalità tal-istralċ tal-impriża tal-assigurazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-metodu stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 275(1) għandu jkun determinat bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, għajr fejn l-Artikoli 286, 287 jew 288 japplikaw għal dak l-attiv fejn:

(a) 

l-attiv użat biex ikopri d-dispożizzjonijiet tekniċi huwa suġġett għal dritt in rem favur kreditur jew parti terza, mingħajr ma jilħaq il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 4;

(b) 

dak l-attiv huwa suġġett għal riserva ta’ titolu favur kreditur jew terza persuna; jew

(ċ) 

kreditur ikollu d-dritt li jitlob tpaċija tat-talba tiegħu kontra t-talba tal-impriża tal-assigurazzjoni.

6.  

Ladarba l-proċeduri għall-istralċ ikunu ġew istitwiti, il-kompożizzjoni tal-attivi mdaħħla fir-reġistru skont il-paragrafi 1 sa 5, ma għandhiex tinbidel u l-ebda bidla jekk mhux it-tiswija ta’ żbalji purament klerikali m’għandha ssir fir-reġistri, ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti.

Madanakollu, l-istralċarji għandhom iżidu ma’ dawk l-attivi d-dħul minnhom u l-valur ta’ premiums puri riċevuti fir-rigward tal-klassi tan-negozju kkonċernat bejn il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ u ż-żmien tal-ħlas tal-klejms tal-assigurazzjoni jew sakemm isir it-trasferiment tal-portafoll.

7.  
Fejn il-prodott tar-realizzazzjoni tal-attivi huwa anqas mill-valur stmat fir-reġistri, l-istralċarji għandhom jiġġustifikaw dan lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-impriża.

Artikolu 277

Surroga fi skema ta’ garanzija

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jista’ jipprovdi li, fejn id-drittijiet tal-kredituri tal-assigurazzjoni kienu surrogati bi skema ta’ garanzija stabbilita f’dak l-Istat Membru, klejms minn dik l-iskema ma għandhomx jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 275(1).

Artikolu 278

Rappreżentanza ta’klejms preferenzjali bl-attivi

Stati Membri li jadottaw l-alternattiva msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 275(1) għandhom jeżiġu li kull impriża tal-assigurazzjoni, tiżgura li l-klejms li jista’ jkollhom preċedenza fuq l-klejms tal-assigurazzjoni bis-saħħa tal-punt (b) tal-Artikolu 275(1) huma rreġistrati fil-kontijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni u huma rappreżentati f’kull waqt u indipendentement minn stralċ potenzjali, b’attivi.

Artikolu 279

L-irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.  
Fejn il-bidu ta’ proċeduri tal-istralċ ikun deċiż fir-rigward ta’ impriża tal-assigurazzjoni, l-awtorizzazzjoni ta’ dik l-impriża għandha tkun irtirata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 144, ħlief safejn meħtieġ għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.  

L-irtirar tal-awtorizzazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-istralċarju jew kull persuna oħra maħtura mill-awtoritajiet kompetenti milli jwettaq xi attivitajiet tal-impriża tal-assigurazzjoni safejn huwa meħtieġ jew xieraq għall-finijiet tal-istralċ.

L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jista’ jipprovdi li dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu bil-kunsens u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 280

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-proċedimenti tal-istralċ

1.  

L-awtorità kompetenti, l-istralċarju jew kull presuna appuntata għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti għandha tippubblika d-deċiżjoni biex tibda proċeduri ta’ stralċ skont il-proċeduri ta’ pubblikazzjoni pprovduti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża u tippubblika wkoll estratt mid-deċiżjoni tal-istralċ fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li jkunu infurmati bid-deċiżjoni biex jinbdew proċeduri tal-istralċ skont l-Artikolu 273(3) jistgħu jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fit-territorji tagħhom bil-mod li jikkunsidraw xieraq.

2.  
Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, il-liġi applikabbli u l-istralċarju appuntat. Għandha tkun fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn it-tagħrif huwa ppubblikat.

Artikolu 281

Tagħrif lill-kredituri magħrufa

1.  
Meta proċeduri ta’ stralċ jinbdew, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, l-istralċarju jew kull persuna maħtura għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien individwalment b’notifika bil-miktub lil kull kreditur magħruf li għandu r-residenza abitwali tiegħu, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor.
2.  

In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha b’mod partikolari tkopri l-limiti ta’ żmien, is-sanzjonijiet imniżżla fir-rigward dawk il-limiti ta’ żmien, il-korp jew l-awtorità li għandha s-setgħa li taċċetta l-preżentazzjoni ta’ klejms jew osservazzjonjiet dwar il-klejms u miżuri oħra.

In-notifika għandha tindika wkoll jekk il-kredituri li l-klejms tagħhom huma preferenzjali jew garantiti in rem għandhomx bżonn jippreżentaw il-klejms tagħhom.

Fil-każ ta’ klejms ta’ assigurazzjoni, in-notifika għandha tindika wkoll l-effetti ġenerali tal-proċeduri tal-istralċ fuq kuntratti tal-assigurazzjoni, partikolarment id-data li fiha l-kuntratti tal-assigurazzjoni jew operazzjoni jieqfu milli jkollhom effett u d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ persuni assigurati fir-rigward tal-kuntratt jew tal-operazzjoni.

Artikolu 282

Dritt tal-preżentazzjoni ta’ klejms

1.  
Kull kreditur, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, li r-residenza abitwali tiegħu, domiċilju jew uffiċċju ewlieni jinsab fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, għandu jkollu d-dritt li jippreżenta klejms jew jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-klejms.
2.  
Il-klejms tal-kredituri kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod u mogħtija l-istess prijorità bħal klejms ta’ natura ekwivalenti li jistgħu jkunu ppreżentati mill-kredituri li r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun jinsab fl-Istat Membru tad-domiċilju. L-awtoritajiet kompetenti għalhekk għandhom joperaw mingħajr diskriminazzjoni fil-livell Komunitarju.
3.  

Ħlief f’każijiet fejn il-liġi ta’ Stat Membru tal-pajjiż tippermetti mod ieħor, kreditur għandu jibgħat lill-awtorità kompetenti kopji ta’ dokumenti ta’ sostenn u għandu jindika s-segwenti:

(a) 

in-natura u l-ammont tat-talba;

(b) 

id-data meta saret it-talba;

(ċ) 

jekk jallega preferenza, garanzija in rem jew riserva ta’ titolu fir-rigward ta’ talba;

(d) 

fejn meħtieġ, liema attivi huma koperti bil-garanzija tiegħu.

Il-preċedenza mogħtija lill-klejms tal-assigurazzjoni mill-Artikolu 275 ma għandhomx għalfejn ikunu indikati.

Artikolu 283

Il-lingwi u l-forma

1.  

It-tagħrif fin-notifika msemmija fl-Artikolu 281(1) għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

Għal dak il-għan għandha tintuża formola li jkollha waħda mill-intestaturi segwenti fil-lingwi kollha uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li ġejjin:

(a) 

“Stedina għall-preżentazzjoni ta’ klejm; termini li għandhom ikunu osservati”; jew

(b) 

fejn il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tipprovdi għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet dwar klejms, “Stedina għall-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet dwar talba; termini li għandhom ikunu osservati”.

Iżda, fejn kreditur magħruf huwa t-titolari ta’ talba tal-assigurazzjoni, it-tagħrif fin-notifika msemmija fl-Artikolu 281(1) għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri fejn il-kreditur ikollu r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni tiegħu.

2.  

Kredituri li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, jistgħu jippreżentaw il-klejms tagħhom jew jipprezentaw osservazzjonijiet dwar klejms fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

Madanakollu, f’dak il-każ, il-preżentazzjoni tal-klejms tagħhom jew is-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet fuq il-klejms tagħhom, kif xieraq, għandu jkollha l-intestatura “Preżentazzjoni tal-klejm” jew “Preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet dwar il-klejms”, kif xieraq, fil-lingwa uffiċjali jew f’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

Artikolu 284

Tagħrif regolari għall-kredituri

1.  
L-istralċarji għandhom, b’mod xieraq, iżommu l-kredituri regolarment infurmati dwar il-progress tal-proċeduri tal-istralċ.
2.  
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni fuq żviluppi fil-proċedura tal-istralċ mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 285

Effetti fuq ċerti kuntratti u drittijiet

B’deroga mill-Artikoli 269 u 274, l-effetti tal-bidu ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ għandhom ikunu regolati kif ġej:

(a) 

fir-rigward ta’ kuntratti ta’ impjieg u relazzjonijiet ta’ impjieg, esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru biss applikabbli għall-kuntratt ta’ impjieg jew ir-relazzjoni ta’ impjieg;

(b) 

fir-rigward ta’ kuntratti li jagħtu d-dritt li tintuża jew tkun akkwistata proprjetà immobbli esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli; u

(ċ) 

fir-rigward ta’ drittijiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, bastiment jew inġenju tal-ajru suġġett għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru.

Artikolu 286

Drittijiet in rem ta’ partijiet terzi

1.  
Il-bidu ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet in rem tal-kredituri jew terzi persuni dwar attivi tanġibbli jew mhux tanġibbli, mobbli jew immobbli – kemm attivi speċifiċi u kollezzjonijiet ta’ attivi ndefiniti bħala oġġett sħiħ li jinbidel minn żmien għal żmien – li jappartjenu lill-impriża tal-assigurazzjoni u li huma ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor fiż-żmien tal-bidu ta’ dawn il-miżuri jew proċeduri.
2.  

Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom tal-anqas jinkludu:

(a) 

id-dritt li tiddisponi mill-assi jew li jiġu disposti u biex tikseb sodisfazzjon mir-rikavat jew mid-dħul minn dawk l-assi, partikolarment bis-saħħa ta’ preferenza jew ipoteka;

(b) 

id-dritt esklużiv li tintlaqa’ talba, partikolarment dritt garantit bi preferenza dwar talba jew b’ċessjoni tat-talba bħala garanzija;

(ċ) 

id-dritt li titlob attivi minn, jew teħtieġ ir-restituzzjoni minn kull min għandu l-pussess jew l-użu tagħhom kuntrarjament għax-xewqat tal-parti li hi hekk intitolata;

(d) 

dritt għall-użu li jagħti benefiċċju tal-assi.

3.  
Id-dritt, irreġistrat f’reġistru pubbliku u inforzabbli kontra terzi persuni, li bis-saħħa tiegħu jista’ jiġi akkwistat dritt in rem -tifsira tal-paragrafu 1, ikun meqjus bħala dritt in rem.
4.  
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux jipprekludi azzjonijiet għan-nullità, annullabbiltà jew nuqqas ta’ infurzar imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 274(2).

Artikolu 287

Riserva ta’ titolu

1.  
Il-bidu ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ kontra impriża tal-assigurazzjoni li tixtri attivi ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet ta’ bejjiegħ li huma bbażati fuq riżerva ta’ titolu fejn fiż-żmien tal-ftuħ ta’ tali miżuri jew proċeduri l-attivi jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat Membru fejn dawk il-miżuri jew proċeduri nbdew.
2.  
Il-bidu, wara l-kunsinna tal-attivi, ta’ miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ kontra impriża tal-assigurazzjoni li tkun qed tbiegħ l-attivi, m’għandux jikkostitwixxi bażi għar-rexissjoni jew it-tmiem ta’ bejgħ u ma għandux iwaqqaf lix-xerrej milli jakkwista titolu li fil-bidu ta’ dawn il-miżuri jew proċeduri l-attivi mibjugħa jinsabu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat fejn dawn il-miżuri jew proċeduri nbdew.
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jipprekludu azzjonijiet għan-nullità, annullabbiltà jew nuqqas ta’ infurzar imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 274(2).

Artikolu 288

Tpaċija

1.  
Il-bidu ta’ miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-kredituri li jitolbu t-tpaċija tal-klejms tagħhom kontra klejms tal-impriża tal-assigurazzjoni, fejn din it-tpaċija hija permessa bil-liġi applikabbli għall-klejm tal-impriża tal-assigurazzjoni.
2.  
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’ għandux jipprekludi azzjonijiet għan-nullità, annullabbiltà jew nuqqas ta’ infurzar imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 274(2).

Artikolu 289

Swieq regolati

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 286 l-effetti ta’ miżura ta’ rijorganizzazzjoni jew il-bidu ta’ proċeduri tal-istralċ fuq id-drittijiet jew l-obbligi tal-partijiet f’suq regolat għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi applikabbli lil dak is-suq.
2.  
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi azzjonijiet għan-nullità, l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta’ infurzar imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 274(2) li jistgħu jittieħdu biex jintrefgħu pagamenti jew tranżazzjonijiet taħt il-liġi applikabbli għal dak is-suq.

Artikolu 290

Atti ta’ detriment

Il-punt (1) tal-Artikolu 274(2) ma għandux japplika fejn persuna li bbenefikat minn att legali li huwa ta’ detriment għall-kredituri kollha tipprovdi prova li dak l-att hu suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża u prova li dik il-liġi ma tħallix xi mezz ta’ sfida tal-att fil-każ relevanti.

Artikolu 291

Protezzjoni ta’ xerrejja terzi

Il-liġi li ġejja tapplika fejn, b’att konkluż wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni jew il-bidu ta’ proċeduri ta’ stralċ, impriża tal-assigurazzjoni tiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn kwalunkwe mis-segwenti:

(a) 

fir-rigward ta’ attivi immobbli, il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-propjetà immobbli;

(b) 

fir-rigward ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru suġġetti għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru;

(ċ) 

fir-rigward ta’ titoli trasferibbli jew titoli ta’ kreditu oħrajn, li l-eżistenza tagħhom jew trasferiment jippresupponi dħul f’reġistru jew kont ipprovdut mil-liġi jew li huma mqiegħda f’sistema ta’ depożitu ċentrali rregolata b’liġi ta’ Stat Membru, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru, il-kont jew is-sistema.

Artikolu 292

Kawżi pendenti

L-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazjoni jew proċeduri ta’ stralċ fuq kawża pendenti dwar attiv jew dritt minn liema impriża tal-assigurazzjoni tkun ġiet żvestita għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-Istat Membru fejn il-kawża hija pendenti.

Artikolu 293

Amministraturi u stralċarji

1.  

Il-ħatra tal-amministratur jew stralċarju għandha tkun ippruvata b’kopja attestata tad-deċiżjoni oriġinali tal-ħatra jew b’kull ċertifikat ieħor maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

L-Istat Membru li fih l-amministratur jew l-istralċarju jrid jaġixxi jista’ jitlob traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru. L-ebda awtentikazzjoni formali tad-traduzzjoni jew formalità oħra simili ma huma meħtieġa.

2.  

L-amministraturi u l-istralċarji jkunu intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju tal-Istati Membri kollha l-poteri kollha li huma intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.

Persuni biex jassistu jew jirrappreżentaw l-amministraturi u l-istralċarji jistgħu jinħatru, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju, waqt il-miżura ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ, partikolarment fi Stati Membri ospitanti u, speċifikament, biex jgħinu jegħlbu kull diffikultà li jsibu l-kredituri – f’dak l-Istat.

3.  

Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju, amministraturi jew stralċarji għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Istati Membri li fihom jixtiequ jaġixxu, partikolarment dwar proċeduri għar-realizzazzjoni tal-attivi u t-tagħrif lill-impjegati.

Dawk il-poteri ma għandhomx jinkludu l-użu tal-forza jew id-dritt li jkunu deċiżi proċeduri legali jew vertenzi.

Artikolu 294

Reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku

1.  

L-amministratur, stralċarju jew kull awtorità oħra jew persuna mogħtija s-setgħa kif jixraq fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jista’ jitlob li miżura ta’ rijorganizzazzjoni jew id-deċiżjoni li jinbdew il-proċeduri tal-istralċ tkun irreġistrata f’kull reġistru pubbliku relevanti miżmum fl-Istati Membri l-oħra.

Madanakollu, fejn Stat Membru jipprovdi għar-reġistrazzjoni obbligatorja, l-awtorità jew persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun żgurata din ir-reġistrazzjoni.

2.  
L-ispejjeż tar-reġistrazzjoni għandhom jitqiesu bħala spejjeż u nfiq magħmula fil-proċeduri.

Artikolu 295

Is-sigriet professjonali

Il-persuni kollha inkarigati milli jirċievu jew jagħtu tagħrif konness mal-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 270, 273 u 296 għandhom ikunu marbuta bid dispożizzjonijeiet dwar is-sigriet professjonali kif inhu stabbilit fl-Artikoli 64 sa 69, bl-eċċezzjoni ta’ kull awtorità ġudizzjarja li għalihom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 296

It-trattament tal-fergħat ta’ impriżi tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz

Fejn impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terzikollha fergħat stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed, kull fergħa għandha tkun ittrattata indipendentement fir-rigward l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jippruvaw li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

Kull amministratur jew stralċarju għandu wkoll jipprova li jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom.



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 297

Dritt ta’ rikors għall-qrati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda rigward impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni taħt liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva huma bla ħsara għad-dritt tar-rikors għall-qrati.

Artikolu 298

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom għall-iskop li jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-assigurazzjoni u riassikurazzjoni fi ħdan il-Komunità u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2.  
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ma’ xulxin mill-qrib bil-ħsieb li jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni fil-Komunità u li jeżaminaw kwalunkwe diffikultà li tista’ tqum fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
3.  

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultajiet maġġuri li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawk id-diffikultajiet malajr kemm jista’ jkun sabiex tinstab soluzzjoni xierqa.

Artikolu 299

L-euro

Meta din id-Direttiva tagħmel referenza għall-euro, il-valur tal-kambju fil-muniti nazzjonali li għandu jintuża b’effett mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena għandu jkun il-valur li japplika fl-aħħar jum tal-Ottubru preċedenti li għalih il-valuri tal-kambju għall-euro jkunu disponibbli fil-muniti kollha tal-Komunità.

Artikolu 300

Reviżjoni tal-ammonti espressi f’euro

▼M5

L-ammonti espressi f'euro f'din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti kull ħames snin, billi jiżdied l-ammont bażi f'euro bil-bidla perċentwali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur għall-Istati Membri kollha kif ippubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) mill-31 ta' Diċembru 2015 sad-data tar-reviżjoni u miżjud sal-eqreb multiplu ta' EUR 100 000 .

▼B

Jekk il-bidla perċentwali mir-reviżjoni preċedenti tkun anqas minn 5 %, l-ammonti ma għandhomx jiġu riveduti.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti riveduti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont riveduti għandhom ikunu implimentati mill-Istati Membri fi ħdan 12-il xahar mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M5

Artikolu 301

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoniet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE ( 17 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 301a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 75, 86, 92, 97, 99, 109a, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 256, 258, 260 u 308b għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mit-23 ta' Mejju 2014.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport għal dak li jirrigwarda s-setgħat delegati sa sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 75, 86, 92, 97, 99, 109a, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 256, 258, 260 u 308b, tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta' wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 75, 86, 92, 97, 99, 109a, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 256, 258, 260 jew 308b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 301b

Dispożizzjoni sunrise għall-istandards tekniċi regolatorji

1.  
Sal-24 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha, meta tadotta għall-ewwel darba l-istandards tekniċi regolatorji previsti fl-Artikoli 50, 58, 75, 86, 92, 97, 111, 135, 143, 244, 245, 248 u 249 issegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 301a. Kwalunkwe emenda għal dawn l-atti delegati jew, wara li jkun skada l-perjodu tranżitorju, kwalunkwe standard tekniku regolatorju ġdid għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
2.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
3.  
Sal-24 ta' Mejju 2016, l-AEAPX tista' tissottometti abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni biex jiġu aġġustati għall-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji l-atti delegati previsti fl-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 75, 86, 92, 97, 99, 109a, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 256, 258, 260 u 308b.

Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu limitati għall-aspetti tekniċi tal-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▼B

Artikolu 302

Notifiki preżentati qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 57 sa 63

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni applikati għall-akkwisti proposti li n-notifiki tagħhom huma msemmija fl-Artikolu 57 ġew preżentati lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 57 sa 63, għandha titwettaq skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fis-seħħ fil-ħin tan-notifika.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 304

Sottomodulu tar-riskju ta’ ishma bbażat fuq id-durata

1.  

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw impriżi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja basta:

(a) 

in-negozju tal-provvediment tal-irtirat okkupazzjonali jkun skont it-termini tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE, jew

(b) 

il-benefiċċji tal-irtirar imħallsin b’referenza għall-ilħuq, jew l-istennija tal-ilħuq, tal-irtirar fejn il-premja mħallsin għal dawk il-benefiċċji jkollhom tnaqqis fiskali li jkun awtorizzat mill-assikurat skont it-termini tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jkun awtorizza l-impriża;

u fejn

(i) 

il-attivi u l-passivi kollha korrispondenti għan-negozju jkunu ring-fenced u organizzati separatament minn kull attività oħra tal-impriżi tal-assigurazzjoni, mingħajr il-possibbiltà ta’ trasferiment;

(ii) 

l-attivitajiet tal-impriża marbutin ma’ punti a) u b), li b’rabta magħhom jiġi applikat l-approċċ riferit f’dan il-paragrafu, isiru biss fl-Istat Membru fejn l-impriża ġiet awtorizzata; u

(iii) 

id-durata medja tal-passiv korrispondenti għal dan in-negozju magħmul mill-impriżi taqbeż medja ta’ 12-il sena;

biex tapplika sottomodolu għar-riskju tal-ishma ordinarji ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , li hu kkalibrat bl-użu ta’ miżura ta’ Valur Irriskjat, matul perijodu ta’ żmien, li tkun konsistenti mal-perijodu tipiku ta’ kemm jinżammu l-investimenti fl-ishma ordinarji għall-impriżi li tkun, b’livell ta’ kunfidenza li jagħti lid-detenturi tal-poloz u lill-benefiċjarji livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak li jingħad fl-Artikolu 101, fejn l-approċċ mogħti b’dan l-Artikolu jintuża biss fir-rigward ta’ dawk l-assi u l-passiv msemmija fil-punt i). Fil-kalkolu ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ dawn il-attivi u l-passivi għandhom jitqiesu kompletament għall-iskop tal-evalwazzjoni tal-effetti tad-diversifikazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jkunu salvagwardati l-interessi tad-detenturi tal-poloz u tal-benefiċjarji fi Stati Membri oħrajn.

Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji, l-approċċ imsemmi fl-ewwl subparagrafu għandu jintuża biss fejn il-pożizzjoni ta’ ►C4  solvenza ◄ u likwidità kif ukoll l-istrateġiji, il-proċessi u l-proċeduri ta’ rappurtaġġ tal-impriża li tkun għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tal-attivi-passivi jkunu tali li jiżguraw, fuq bażi kontinwa, li tkun kapaċi żżomm l-investimenti fl-ishma ordinarji għal perijodu li jkun konsistenti mal-perijodu tipiku ta’ żamma tal-investimenti fl-ishma ordinarji għall-impriżi li tkun. L-impriża għandha tkun kapaċi tiddimostra lill-awtorità superviżorja li din il-kondizzjoni hija vverifikata mal-livell ta’ kunfidenza neċessarju biex tagħti lid-detenturi tal-poloz u lill-benefiċjarji livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak li jingħad fl-Artikolu 101.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni ma għandhomx jirrevertu għall-applikazzjoni tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 105, ħlief f’ċirkostanzi li jkunu debitament ġustifikati u suġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji.

▼M5

2.  
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2020, rapport dwar l-applikazzjoni tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1 u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji adottati skont il-paragrafu 1, akkumpanjat, meta xieraq, minn proposti adegwati. Dak ir-rapport għandu jindirizza, b'mod partikolari, l-effetti transfruntieri tal-użu ta' dak l-approċċ biex jiġi evitat li jkun hemm arbitraġġ regolatorju mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassgurazzjoni.

▼B



TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet tranżitorji



Taqsima 1

L-Assigurazzjoni

Artikolu 305

Derogi u l-eliminazzjoni ta’ miżuri restrittivi

1.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impriżi li joffru poloz tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li fil-31 ta’ Jannar 1975 ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 73/239/KEE, li d-dħul ta’ premium jew tal-kontribuzzjoni annwali tagħhom fil-31 ta’ Lulju 1978 kienu sitt darbiet taħt l-ammont tal-fond minimu ta’ garanzija meħtieġ skont it-termini tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 73/239/KEE, mir-rekwiżit li jiġi stabbilit dak il-fond minimu ta’ garanzija qabel it-tmiem tas-sena finanazjarja li fir-rigward tagħha d-dħul mil-premium jew mill-kontribuzzjoni jkun daqs sitt darbiet dan il-fond minimu ta’ garanzija. Wara li jikkunsidraw ir-riżultati tal-eżami previsti taħt l-Artikolu 298(2), il-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament, fuq proposta mill-Kummissjoni, meta din l-eżenzjoni għandha tiġi abolita mill-Istati Membri.
2.  

Impriżi li joffru poloz tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja stabbiliti fir-Renju Unit permezz ta’ Karta Rjali jew permezz ta’ Att privat jew permezz ta’ Att pubbiku speċjali jistgħu jibqgħu jeżerċitaw in-negozju tagħhom fil-forma legali li fiha kienu twaqqfu fil-31 ta’ Lulju 1973 għal perjodu indefinit.

Impriżi li joffru poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja tabbiliti fir-Renju Unit mill-Karta Rjali jew minn Att privat jew b’Att Pubbliku speċjali jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom fil-forma legali li fiha kienu kkostitwiti fil-15 ta’ Marzu 1979 għal perjodu mingħajr limitu.

Ir-Renju Unit għandu jfassal lista tal-impriżi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi u jikkomunikaha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

3.  
Is-soċjetajiet irreġistrati fir-Renju Unit taħt l-Atti tas-Soċjetajiet Amikevoli jistgħu jkomplu l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-operazzjonijiet ta’ tfaddil li, skont l-objettivi tagħhom, kienu qegħdin iwettqu mill-15 ta’ Marzu 1979.
4.  
Fuq talba mill-impriżi li joffru poloz tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsimiet 2, 4 u 5, l-Istati Membri għandhom jieqfu milli japplikaw il-miżuri restrittivi bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ ipoteki, depożiti u titoli ta’ kreditu.

Artikolu 306

Drittijiet akkwistati minn fergħat u impriżi tal-assigurazzjoni eżistenti

1.  
Fergħat li bdew in-negozju, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, qabel l-1 ta’ Lulju 1994 għandhom jiġu preżunti li kienu suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 145 u 146.
2.  
L-Artikoli 147 u 148 ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet akkwistati minn impriżi tal-assigurazzjoni li jsegwu negozju taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi qabel l-1 ta’ Lulju 1994.



Taqsima 2

Riassikurazzjoni

Artikolu 307

Perjodu tranżitorju għall-Artikoli 57(3) u 60(6) tad-Direttiva 2005/68/KE

Stat Membru jista’ jipposponi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2005/68/KE li temenda l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 73/239/KEE u d-dispożizzjoni fl-Artikolu 60(6) tad-Direttiva 2005/68/KE sa 10 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 308

Dritt akwistat minn impriżi tar-riassikurazzjoni eżistenti

1.  

L-impriżi tar-riassikurazzjoni suġġetti għal din id-Direttiva, li kienu awtorizzati jew intitulati li jeżerċitaw inegozju tar-rijasiggurazjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fejn huma għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom qabel l-10 ta’ Diċembru 2005 jitqiesu li huma awtorizzati skont l-Artikolu 14.

Madankollu, huma għandhom ikunu obbligati li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-eżerċizzju tan-negozju tar-riassikurazzjoni u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), u (d) sa (g) tal-Artikoli 18(1), l-Artikoli 19, 20 u 24 u it-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsimiet 2, 3 u 4.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tar-riassikurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li fl-10 ta’ Diċembru 2005 ma kienux jikkonformaw mal-punt (b) tal-Artikoli 18(1), l-Artikoli 19 u 20 u t-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsimiet 2, 3 u 4 sal-10 ta’ Diċembru 2008 sabiex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.

▼M5



Taqsima 3

Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

Artikolu 308a

Dħul gradwali

1.  

Mill-1 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar l-approvazzjoni ta':

(a) 

fondi proprji anċillari f'konformità mal-Artikolu 90;

(b) 

il-klassifikazzjoni ta' entrati ta' fondi proprji msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 95;

(c) 

l-użu ta' parametri speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 104(7);

(d) 

mudell intern sħiħ jew parzjali f'konformità mal-Artikoli 112 u 113;

(e) 

entitajiet bi skop speċjali li għandhom jiġu stabbiliti fit-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 211;

(f) 

fondi proprji anċillari ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedja f'konformità mal-Artikolu 226(2);

(g) 

mudell intern tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 230, l-Artikolu 231 u l-Artikolu 233(5);

(h) 

l-użu tas-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-durata f'konformità mal-Artikolu 304;

(i) 

l-użu tal-aġġustament tat-tqabbil għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti f'konformità mal-Artikoli 77b u 77c;

(j) 

meta l-Istati Membru jkunu jeżiġuh, l-użu tal-aġġustament għall-volatilità għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti f'konformità mal-Artikolu 77d;

(k) 

l-użu tal-miżura tranżitorja dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju f'konformità mal-Artikolu 308c;

(l) 

l-użu tal-miżura tranżitorja dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi f'konformità mal-Artikolu 308d.

2.  

Mill-1 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jiddeterminaw il-livell u l-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp f'konformità mat-Titolu III, Kapitolu I, Taqsimiet 2 u 3;

(b) 

jidentifikaw is-superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 247;

(c) 

jistabbilixxu kulleġġ ta' superviżuri f'konformità mal-Artikolu 248.

3.  

Mill-1 ta' Lulju 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jiddeċiedu li jnaqqsu kwalunkwe parteċipazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 228;

(b) 

jiddeterminaw l-għażla tal-metodu biex tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 220;

(c) 

jagħmlu d-determinazzjoni dwar l-ekwivalenza, meta xieraq, f'konformità mal-Artikoli 227 u 260;

(d) 

jippermettu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu soġġetti għall-Artikoli 238 u 239, f'konformità mal-Artikolu 236;

(e) 

jagħmlu d-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 262 u 263;

(f) 

jiddeterminaw, meta xieraq, l-applikazzjoni ta' miżuri tranżitorji f'konformità mal-Artikolu 308b.

4.  
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awtoritajiet superviżorji konċernati jikkunsidraw applikazzjonijiet sottomessi minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għal approvazzjoni jew permess f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet superviżorji dwar applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew permess m'għandhomx isiru applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 308b

Miżuri tranżitorji

1.  

Bla ħsara għall-Artikolu 12, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li, sal-1 ta' Jannar 2016, ma jibqgħux jagħmlu kuntratti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u jamministraw esklużivament il-portafoll eżistenti tagħhom sabiex jitterminaw l-attività tagħhom m'għandhomx ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva sad-dati stabbiliti fil-paragrafu 2 meta jew:

(a) 

l-impriża tkun issodisfat lill-awtorità superviżorja li se tittermina l-attività tagħha qabel l-1 ta' Jannar 2019; jew

(b) 

l-impriża tkun soġġetta għal miżuri ta' riorganizzazzjoni stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu II u jkun inħatar amministratur.

2.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jaqgħu taħt:

(a) 

il-paragrafu 1(a) għandhom ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2019 jew minn data aktar bikrija meta l-awtorità superviżorja ma tkunx sodisfatta bil-progress li jkun sar lejn it-terminazzjoni tal-attività tal-impriża;

(b) 

il-paragrafu 1(b) għandhom ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2021 jew minn data aktar bikrija meta l-awtorità superviżorja ma tkunx sodisfatta bil-progress li jkun sar lejn it-terminazzjoni tal-attività tal-impriża.

3.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri tranżitorji fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-impriża ma tkunx parti minn grupp, jew jekk tkun, l-impriżi kollha li jkunu parti mill-grupp ma jibqgħux jagħmlu kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b) 

l-impriża għandha tipprovdi lill-awtorità superviżorja tagħha b'rapport annwali li jistabbilixxi x'progress ikun sar fit-terminazzjoni tal-attività tagħha;

(c) 

l-impriża tkun innotifikat lill-awtorità superviżorja tagħha li tapplika l-miżuri tranżitorji.

Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhom iwaqqfu lil ebda impriża milli topera f'konformità mat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva.

4.  
L-Istati Membri għandhom ifasslu lista tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni konċernati u jittrażmettu dik il-lista lill-Istati Membri l-oħrajn kollha.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) sa (4) fuq bażi annwali jew anqas frekwenti għandha tonqos b'ġimagħtejn kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn 20 ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa mhux aktar tard min 14-il ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
6.  
Għal perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 51 għandha tonqos b'ġimagħtejn kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn 20 ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa mhux aktar tard min 14-il ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
7.  
Għal perjodu ta' mhux iktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) sa (4) fuq bażi trimestrali għandha tonqos b'ġimgħa kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn tmien ġimgħat fir-rigward ta' kwalunkwe trimestru li jintemm fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa ħames ġimgħat fir-rigward ta' kwalunkwe trimestru li jintemm fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
8.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, għall-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-livell tal-grupp skont l-Artikoli 254 u 256, filwaqt li l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom jiġu estiżi b'sitt ġimgħat rispettivament.
9.  

Minkejja l-Artikolu 94, l-entrati ta' fondi proprji bażiċi li għandhom jiġu inklużi f' fondi proprji bażiċi Grad 1 għal sa għaxar snin wara l-1 ta' Jannar 2016, kemm-il darba dawk l-entrati:

(a) 

inħarġu qabel l-1 ta' Jannar 2016 jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 97, skont liema tiġi l-ewwel;

(b) 

fil-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jintużaw biex jintlaħaq il-marġni ta' solvenza disponibbli sa 50 % tal-marġni ta' solvenza skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE;

(c) 

altrimenti ma jkunux ikklassifikati fil-Grad 1 jew fil-Grad 2 f'konformità mal-Artikolu 94;

10.  

Minkejja l-Artikolu 94, l-entrati ta' fondi proprji bażiċi li għandhom jiġu inklużi fil-fondi proprji bażiċi Grad 2 għal sa 10 snin wara l-1 ta' Jannar 2016, kemm-il darba dawk l-entrati:

(a) 

inħarġu qabel l-1 ta' Jannar 2016 jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 97, skont liema tiġi l-ewwel;

(b) 

fil-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jintużaw biex jintlaħaq il-marġni ta' solvenza disponibbli sa 25 % tal-marġni ta' solvenza skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE.

▼M7 —————

▼M5

12.  

Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

sal-31 ta' Diċembru 2017 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom ikunu l-istess fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru bħal dawk li jkunu applikati għal tali skoperturi denominati u ffinanzjati fil-munita domestika tagħhom;

(b) 

fl-2018 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu bi 80 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;

(c) 

fl-2019 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu b'50 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;

(d) 

sal-1 ta' Jannar 2020 l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard m'għandhomx jitnaqqsu fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.

13.  

Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, il-parametri standard li għandhom jintużaw għall-ekwitajiet li l-impriża xtrat fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304, għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medji ponderati ta':

(a) 

il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-Artikolu 304; u

(b) 

il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304.

Il-piż għall-parametru espress fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiżdied tal-anqas b'mod lineari fi tmiem kull sena minn 0 % matul is-sena li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 għal 100 % sal-1 ta' Jannar 2023.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati, inklużi l-ekwitajiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-perjodu tranżitorju.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dak il-perjodu tranżitorju, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fir-raba' subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

14.  
Minkejja l-Artikolu 138(3) u bla ħsara għall-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mal-Marġni Meħtieġ ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-Artikoli 37, 38 jew 39 tad-Direttiva 2005/68/KE rispettivament kif applikabbli fil-liġi tal-Istat Membru fil-jum qabel ma dawk id-Direttivi jiġu mħassra skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva iżda ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fl-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtorità superviżorja għandha teżiġi li l-impriża konċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb l-istabbiliment tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza sal-31 ta' Diċembru 2017.

Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti rapport ta' progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata meta dak ir-rapport ta' progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jinkiseb ir-ristabbiliment tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress.

▼M6

15.  
Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri tad-domiċilju applikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341, dawk l-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jkomplu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati minnhom, bil-ħsieb li jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 19, l-Artikoli 27 sa 30, l-Artikoli 32 sa 35 u l-Artikoli 37 sa 67 tad-Direttiva 2002/83/KE hekk kif tkun fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015, għal perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022.

Fejn Stat Membru tad-domiċilju jkompli japplika dawn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-impriżi ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza tagħhom bħala s-somma ta' dan li ġej:

(a) 

rekwiżit kapitali tas-solvenza nozzjonali fir-rigward tal-attività tagħhom fil-qasam tal-assigurazzjoni, ikkalkolat mingħajr in-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341,

(b) 

il-marġini ta' solvenza fir-rigward tan-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, ikkalkolat skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE.

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandux jiġi estiż, filwaqt li tikkunsidra l-bidliet fil-liġi tal-Unjoni jew f'dik nazzjonali li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

▼M5

16.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, matul perjodu sal-31 ta' Marzu 2022, tapplika għall-approvazjoni ta' mudell intern tal-grupp applikabbli għal parti ta' grupp meta kemm l-impriża kif ukoll l-impriża prinċipali aħħarija jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru u jekk din il-parti tkun parti distinta li jkollha profil tar-riskju differenti b'mod sinifikanti mill-bqija tal-grupp.
17.  
Minkejja l-Artikolu 218(2) u (3), id-dispożizzjonijiet tranżitorji kif imsemmija fil-paragrafi 8 sa 12 u 15 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 308c, 308d u 308e għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-livell tal-grupp.

Minkejja l-Artikolu 218(2), (3) u (4), id-dispożizzjonijiet tranżitorji kif imsemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-livell tal-grupp u meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipatorji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp jikkonformaw mar-Rekwiżit Aġġustat ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/78/KE iżda ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 301a li jistabbilixxu l-bidliet fis-solvenza tal-grupp meta d-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmija fil-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu ikunu japplikaw u li jirrigwardaw:

(a) 

l-eliminazzjoni ta' użu doppju tal-fondi proprji eliġibbli u tal-ħolqien intragrupp ta' kapital stabbiliti fl-Artikoli 222 u 223;

(b) 

il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 224;

(c) 

l-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu marbuta mal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 225;

(d) 

l-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu marbuta mal-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedji stabbiliti fl-Artikolu 226;

(e) 

il-metodi għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp stabbiliti fl-Artikoli 230 u 233;

(f) 

il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp stabbilit fl-Artikolu 231;

(g) 

l-istabbiliment ta' supplimentazzjoni kapitali stabbilita fl-Artikolu 232;

(h) 

il-prinċipji fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 235.

Artikolu 308c

Miżura tranżitorja dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, jekk dan jiġi approvat mill-awtorità superviżorja tagħhom, japplikaw aġġustament tranżitorju għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti fir-rigward tal-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
2.  

Għal kull munita l-aġġustament għandu jkun ikkalkolat bħala parti mid-differenza bejn:

(a) 

ir-rata tal-imgħax kif determinata mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE fl-aħħar data tal-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva;

(b) 

ir-rata effettiva annwali, ikkalkolata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meta l-valur taż-żmien tal-flus jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(2).

Meta l-Istati Membri jkunu adottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont l-Artikolu 20(1)B(a)(ii) tad-Direttiva 2002/83/KE, ir-rata tal-imgħax imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tiġi determinata bl-użu tal-metodi użati mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fl-aħħar data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE.

Il-parti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 sa 0 % fl-1 ta' Jannar 2032.

Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fil-punt (b) għandha tkun aġġustata għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti stabbilita fl-Artikolu 77d.

3.  

L-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinkludu biss obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-kuntratti li jwasslu għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ġew konklużi qabel l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ħlief it-tiġdid ta' kuntratti f'dik id-data jew warajha;

(b) 

sal-aħħar data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE, dispożizzjonijiet tekniċi għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kienu determinati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva 2002/83/KE fl-aħħar data ta' applikazzjoni tagħha;

(c) 

l-Artikolu 77b mhuwiex applikat għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

4.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-paragrafu 1:

(a) 

m'għandhomx jinkludux l-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-kalkolu tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit fl-Artikolu 77d;

(b) 

m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 308d;

(c) 

bħala parti mir-rapport tagħhom dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 51, għandhom jiżvelaw pubblikament li japplikaw l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti, u l-kwantifikazzjoni tal-impatt tan-nonapplikazzjoni ta' din il-miżura tranżitorja fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom.

Artikolu 308d

Miżura tranżitorja dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

1.  
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, jekk dan ikun approvat mill-awtorità superviżorja tagħhom, japplikaw tnaqqis tranżitorju għad-dispożizzjonijiet tekniċi. Dak it-tnaqqis jista' jiġi applikat fil-livell tal-gruppi ta' riskju omoġenji msemmija fl-Artikolu 80.
2.  

It-tnaqqis tranżitorju għandu jikkorrispondi għal parti mid-differenza bejn iż-żewġ ammonti li ġejjin:

(a) 

id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u entitajiet bi skop speċjali, ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 76 fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) 

id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni kkalkolati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 73/239/KE, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel dawk id-Direttivi jitħassru skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva.

Il-parti massima li tista' titnaqqas għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 għal 0 % fl-1 ta' Jannar 2032.

Meta impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni japplikaw, fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-ammont imsemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat bl-aġġustament għall-volatilità f'dik id-data.

3.  
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja jew fuq inizjattiva tagħha, l-ammonti tad-dispożizzjonijiet tekniċi inklużi, meta applikabbli, l-ammont tal-aġġustament għall-volatilità, użat biex jiġi kkalkolat it-tnaqqis tranżitorju msemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) jista' jerġa' jiġi kkalkolat kull 24 xahar, jew aktar frekwentement meta l-profil tar-riskju tal-impriża jkun inbidel materjalment.
4.  
It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkun limitat mill-awtorità superviżorja jekk l-applikazjzoni tiegħu jista' jirriżulta fi tnaqqis tar-rekwiżiti tar-riżorsi finanzjarji li japplikaw għall-impriża meta mqabbla ma' dawk ikkalkolati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 2002/83/KE u d-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel dawk id-Direttivi jitħassru skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva.
5.  

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-paragrafu 1:

(a) 

m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 308c;

(b) 

meta ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr applikazzjoni tat-tnaqqis tranżitorju, għandhom jissottomettu annwalment rapport lill-awtorità superviżorja tagħhom li jispjega l-miżuri meħuda u li progress li sar biex fi tmiem il-perjodu tranżitorju stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi ristabbilit livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju tagħhom biex jerġa' jkun hemm konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(c) 

bħala parti mir-rapport tagħhom dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 51, għandhom jiżvelaw pubblikament li japplikaw it-tnaqqis tranżitorju għad-dispożizzjonijiet tekniċi, u l-kwantifikazzjoni tal-impatt tan-nonapplikazzjoni ta' dak it-tnaqqis tranżitorju fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom.

Artikolu 308e

Pjan ta' dħul gradwali dwar il-miżuri tranżitorji dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju u d-dispożizzjonijiet tekniċi

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-miżuri tranżitorji stabbiliti fl-Artikoli 308c jew 308d għandhom jinfurmaw lill-awtorità superviżorja malli josservaw li mhumiex se jikkonformaw mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri tranżitorji. L-awtorità superviżorja għandha teżiġi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju.

Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni tan-nonkonformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri tranżitorji, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti lill-awtorità superviżorja pjan ta' dħul gradwali li jistabbilixxi l-miżuri ppjanati biex jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju tiegħu biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju. L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata tista' taġġorna l-pjan ta' dħul gradwali matul il-perjodu tranżitorju.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni konċernati għandhom jissottomettu annwalment rapport lill-awtorità superviżorja tagħhom li jispjega l-miżuri meħuda u l-progress li sar biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrevokaw l-approvazzjoni għall-applikazzjoni tal-miżura tranżitorja meta dak ir-rapport ta' progress juri li l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi tmiem il-perjodu tranżitorju mhijiex realistika.

▼B



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 309

It-traspożizzjoni

▼M5

1.  

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 4, 10, 13, 14, 18, 23, 26 sa 32, 34 sa 49, 51 sa 55, 67, 68, 71, 72, 74 sa 85, 87 sa 91, 93 sa 96, 98, 100 sa 110, 112, 113, 115 sa 126, 128, 129, 131 sa 134, 136 sa 142, 144, 146, 148, 162 sa 167, 172, 173, 178, 185, 190, 192, 210 sa 233, 235 sa 240, 243 sa 258, 260 sa 263, 265, 266, 303 u 304 u l-Annessi III u IV sal-31 ta' Marzu 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

▼M2

Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill- ►M4  1 ta’ Jannar 2016 ◄ .

▼B

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandu wkoll ikun fihom dikjarazzjoni li r-referenzi, fil-liġijiet eżistenti, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi, għad-direttivi mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

▼M5

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 308a mill-1 ta' April 2015.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 310

Tħassir

1. Id-Direttivi 64/225/KEE, 73/239/KEE, 73/240/KEE, 76/580/KEE, 78/473/KEE, 84/641/KEE, 87/344/KEE, 88/357/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2001/17/KE, 2002/83/KE u 2005/68/KE, huma mħassra b’effett mill- ►M4  1 ta’ Jannar 2016 ◄ , mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi msemmija fil-Parti B tal-Anness VI.

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

▼M5

Artikolu 310a

Persunal u riżorsi tal-AEAPX

L-AEAPX għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mis-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'rabta ma' dan.

▼M5

Artikolu 311

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 308a għandu japplika mill-1 ta' April 2015.

L-Artikoli 1, 2, 3, 5 sa 9, 11, 12, 15, 16, 17, 19 sa 22, 24, 25, 33, 57 sa 66, 69, 70, 73, 145, 147, 149 sa 161, 168 sa 171, 174 sa 177, 179 sa 184, 186 sa 189, 191, 193 sa 209, 267 sa 300, 302, 305 sa 308, 308b u l-Annessi I u II, V, VI u VII għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni qabel id-data msemmija fit-tielet paragrafu.

▼B

Artikolu 312

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA

A.   Klassifikazzjoni tar-riskji skont il-klassijiet tal-assikurazzjoni

1.   Inċidenti (inklużi korriment industrijali u mard tax-xogħol):

— 
benefiċċji fissi fi flus;
— 
benefiċċji ta’ natura ta’ indennità;
— 
kombinazzjoni tat-tnejn;
— 
korriment tal-passiġġieri.

2.   Mard:

— 
benefiċċji fissi fi flus;
— 
benefiċċji ta’ natura ta’ indennità;
— 
kombinazzjoni tat-tnejn.

3.   Vetturi tal-art (apparti minn ħażna fuq vaguni tal-ferrovija)

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:

— 
vetturi tal-art bil-mutur;
— 
vetturi tal-art apparti minn vetturi bil-mutur.

4.   Materjal mobbli ferrovjarju (rolling stock)

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’ materjal mobbli ferrovjarju.

5.   Inġenji tal-ajru

Il-ħsarat kollha jew it-telf tal-inġenji tal-ajru.

6.   Vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi, tax-xmajjar u tal-kanali)

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:

— 
bastimenti tax-xmajjar u tal-kanali;
— 
bastimenti tal-lagi;
— 
bastimenti tal-baħar.

7.   Oġġetti fi tranżitu (inkluża merkanzija, bagalji, u l-merkanzija l-oħra kollha)

Il-ħsara kollha lil jew it-telf tal-merkanzija fi tranżitu jew bagalji, irrespettivament mill-forma tat-trasport.

8.   Nar u forzi naturali

Il-ħsarat kollha lil u telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba:

— 
nar;
— 
splużjoni;
— 
maltempata;
— 
forzi naturali apparti minn maltempata;
— 
enerġija nukleari;
— 
kollass tal-art;

9.   Ħsara oħra lill-proprjetà

Il-ħsarat kollha lil jew it-telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba silġ jew ġlata, u fi kwalunkwe każ bħas-serq, apparti minn dawk inklużi fil-klassi 8.

10.   Ir-responsabbiltà għal vetturi bil-mutur

Kull responsabbiltà kkawżata mill-użu ta’ vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art (inkluża ir-responsabbiltà tat-trasportatur).

11.   Ir-responsabbiltà għal inġenji tal-ajru

Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ inġenji tal-ajru (inkluża ir-responsabbiltà tat-trasportatur).

12.   Ir-responsabbiltà għall-vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi u tax-xmajjar u tal-kanali)

Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ vapuri, bastimenti jew dgħajjes fuq il-baħar, il-lagi, ix-xmajjar jew il-kanali (inklużi r-responsabbiltà tat-trasportatur).

13.   Ir-responsabbiltà ġenerali

Ir-responsabbiltà kollha apparti minn dawk il-forom imsemmija fil-klassijiet 10, 11 u 12.

14.   Il-kreditu:

— 
►C4  insolvenza ◄ (ġenerali);
— 
kreditu tal-esportazzjoni;
— 
krediti ta’ ħlas bin-nifs;
— 
ipoteki;
— 
kreditu agrikolu.

15.   Sigurtà:

— 
sigurtà (diretta);
— 
sigurtà (indiretta).

16.   Telf finanzjarju mixxellanju:

— 
riskji tal-impjieg;
— 
insuffiċjenza tad-dħul (ġenerali);
— 
maltemp;
— 
telf ta’ benefiċċji;
— 
spejjeż ġenerali kontinwi;
— 
spejjeż tan-negozju mhux previsti;
— 
telf tal-valur tas-suq;
— 
telf ta’ kera jew introjtu;
— 
telf indirett tan-negozju ieħor;
— 
telf finanzjarju mhux tan-negozju ieħor;
— 
forom oħra ta’ telf finanzjarju.

17.   Spejjeż legali

Spejjeż legali u spejjeż ta’ litigazzjoni.

18.   Assistenza

L-assistenza għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, waqt li jkunu ‘il bogħod mid-dar tagħhom jew mir-residenza permanenti tagħhom.

B.   Deskrizzjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin għal aktar minn klassi waħda ta’ assikurazzjoni

L -ismijiet li ġejjin għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet li simultanjament ikopru l-klassijiet li ġejjin:

(a) 

Il-Klassijiet Nri 1 u 2: “Assigurazzjoni dwar Inċidenti u Saħħa”;

(b) 

Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 3, 7 u 10: “Assigurazzjoni tal-Vetturi bil- Mutur”;

(ċ) 

Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 4, 6, 7 u 12: “Assigurazzjoni Marittima u ta’ Trasport”;

(d) 

Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 5, 7 u 11: “Assigurazzjoni tal-Avjazzjoni”;

(e) 

Il-Klassijiet Nri 8 u 9: “Assigurazzjoni kontra l-Ħruq u Ħsarat oħra lill-Proprjetà”;

(f) 

Il-Klassijiet Nri 10 u 11, 12 u 13: “Assigurazzjoni tal-Impenn”;

(g) 

Il-Klassijiet Nri 14 u 15: “Assigurazzjoni dwar Kreditu u Garanzija”;

(h) 

Il-klassijiet kollha, skont l-għażla tal- Istati Membri, li għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.




ANNESS II

IL-KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI TAL-ĦAJJA

I. 

L-assigurazzjoni fuq il-ħajja msemmija fil-punti (a) (i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 2(3) bl-esklużjoni ta’ dawk imsemmija f’II u III;

II. 

Assigurazzjoni taż-żwieġ, assigurazzjoni tat-twelid;

III. 

L-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) (i) u (ii) tal-Artikolu 2(3), li huma marbuta ma’ fondi ta’ investiment;

IV. 

Assigurazzjoni permanenti tas-saħħa, imsemmija fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2(3);

V. 

Tontini, imsemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(3);

VI. 

Operazzjonijiet ta’ redenzjoni tal-kapital, imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2(3);

VII. 

Amministrazzjoni ta’ fondi ta’ grupp ta’ pensjoni, imsemmija fil-punt (b) (iii) u (iv) tal-Artikolu 2(3);

VIII. 

L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(v) tal-Artikolu 2(3);

IX. 

L-operazzjonijiet imsemmija fil punt (c) tal-Artikolu 2(3)




ANNESS III

FOROM LEGALI TA’ IMPRIŻI

A.   Forom ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja

(1) 

fil-każ tar-Renju tal-Belġju: “société anonyme/naamloze vennootschap”, “société en commuite par actions/commuitaire vennootschap op auelen”, “association d’assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging”, “société coopérative/coöperatieve vennootschap”, “société mutualiste/maatschappij van onderlinge bijstu”;

(2) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Bulgarija: “акционерно дружество”;

(3) 

fil-każ tar-Repubblika Ċeka: “akciová společnost”, “družstvo”;

(4) 

fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: “aktieselskaber”, “gensidige selskaber”;

(5) 

fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen”;

(6) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Estonja: “aktsiaselts”;

(7) 

fil-każ tal-Irlanda: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited”;

(8) 

fil-każ tar-Repubblika Ellenika: “ανώνυμη εταιρία”, “αλληλασφαλιστικός συνεταιρισμός”;

(9) 

fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: “sociedad anónima”, “sociedad mutua”, “sociedad cooperativa”;

(10) 

fil-każ tar-Repubblika Franċiża: “société anonyme”, “société d’assurance mutuelle”, “institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale”, “institution de prévoyance régie par le code rural” u “mutuelles régies par le code de la mutualité”;

▼M3

(10a) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: “dioničko društvo”, “društvo za uzajamno osiguranje”;

▼B

(11) 

fil-każ tar-Repubblika Taljana: “società per azioni”, “società cooperativa”, “mutua di assicurazione”;

(12) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Ċipru: “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές”, “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης χωρίς μετοχικό κεφάλαιο”;

(13) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Latvja: “apdrošināšanas akciju sabiedrība”, “savstarpējās apdrošināšanas kooperatīvā biedrība”;

(14) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Litwanja: “akcinė bendrovė”, “uždaroji akcinė bendrovė”;

(15) 

fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: “société anonyme”, “société en commuite par actions”, “association d’assurances mutuelles”, “société coopérative”;

(16) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Ungerija: “biztosító részvénytársaság”, “biztosító szövetkezet”, “biztosító egyesület”, “külföldi székhelyű biztosító magyarországi fióktelepe”;

(17) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta: “limited liability company/kumpannija b’ responsabbiltà limitata”;

(18) 

fil-każ tar-Renju tal-Olua: “naamloze vennootschap”, “onderlinge waarborgmaatschappij”;

(19) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Awstrija: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”;

(20) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Polonja: “spółka akcyjna”, “towarzystwo ubezpieczeń wzajemnych”;

(21) 

fil-każ tar-Repubblika Portugiża: “sociedade anónima”, “mútua de seguros”;

(22) 

fil-każ tar-Rumanija: “societăți pe acțiuni”, “societăți mutuale”;

(23) 

fil-każ tar-Repubblika tas-Slovenja: “delniška družba”, “družba za vzajemno zavarovanje”;

(24) 

fil-każ tar-Repubblika Slovakka: “akciová spoločnost”;

(25) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: “keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag”, “vakuutusosakeyhtiö/försäkringsaktiebolag”, “vakuutusyhdistys/försäkringsförening”;

(26) 

fil-każ tar-Renju tal-Isvezja: “försäkringsaktiebolag”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “understödsföreningar”;

(27) 

fil-każ tar-Renju Unit: companies limited by shares or by guarantee or unlimited, societies registered under the Industrial u Provident Societies Acts, societies registered under the Friendly Societies Acts, the association of underwriters known as Lloyd’s;

▼M5

(28) 

fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma tal-Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 ( 18 );

(29) 

sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta' soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta' Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 ( 19 ).

▼B

B.   Forom ta’ assigurazzjoni tal-ħajja:

(1) 

fil-każ tar-Renju tal-Belġju: “société anonyme/naamloze vennootschap”, “société en commuite par actions/commuitaire vennootschap op auelen”, “association d’assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging”, “société coopérative/coöperatieve vennootschap”;

(2) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Bulgarija: “акционерно дружество”, “взаимозастрахователна кооперация”;

(3) 

fil-każ tar-Repubblika Ċeka: “akciová společnost”, “družstvo”;

(4) 

fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: “aktieselskaber”, “gensidige selskaber”, “pensionskasser omfattet af lov om forsikringsvirksomhed (tværgående pensionskasser)”;

(5) 

fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen”;

(6) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Estonja: “aktsiaselts”;

(7) 

fil-każ tal-Irlanda: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited”, “societies registered under the Industrial u Provident Societies Acts” u “societies registered under the Friendly Societies Acts”;

(8) 

fil-każ tar-Repubblika Ellenika: “ανώνυμη εταιρία”;

(9) 

fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: “sociedad anónima”, “sociedad mutua”, “sociedad cooperativa”;

(10) 

fil-każ tar-Repubblika Franċiża: “société anonyme”, “société d’assurance mutuelle”, “institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale”, “institution de prévoyance régie par le code rural” u “mutuelles régies par le code de la mutualité”;

▼M3

(10a) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: “dioničko društvo”, “društvo za uzajamno osiguranje”;

▼B

(11) 

fil-każ tar-Repubblika Taljana: “società per azioni”, “società cooperativa”, “mutua di assicurazione”;

(12) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Ċipru: “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές”, “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης χωρίς μετοχικό κεφάλαιο”;

(13) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Latvja: “apdrošināšanas akciju sabiedrība”, “savstarpējās apdrošināšanas kooperatīvā biedrība”;

(14) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Litwanja: “akcinė bendrovė”, “uždaroji akcinė bendrovė”;

(15) 

fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: “société anonyme”, “société en commuite par actions”, “association d’assurances mutuelles”, “société coopérative”;

(16) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Ungerija: “biztosító részvénytársaság”, “biztosító szövetkezet”, “biztosító egyesület”, “külföldi székhelyű biztosító magyarországi fióktelepe”;

(17) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta: “limited liability company/kumpannija ta’ responsabbiltà limitata”;

(18) 

fil-każ tar-Renju tal-Olanda: “naamloze vennootschap”, “onderlinge waarborgmaatschappij”;

(19) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Awstrija: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”;

(20) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Polonja: “spółka akcyjna”, “towarzystwo ubezpieczeń wzajemnych”;

(21) 

fil-każ tar-Repubblika Portugiża: “sociedade anónima”, “mútua de seguros”;

(22) 

fil-każ tar-Rumanija: “societăți pe acțiuni”, “societăți mutuale”;

(23) 

fil-każ tar-Repubblika tas-Slovenja: “delniška družba”, “družba za vzajemno zavarovanje”;

(24) 

fil-każ tar-Repubblika Slovakka: “akciová spoločnost”;

(25) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Finluja: “keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag”, “vakuutusosakeyhtiö/försäkringsaktiebolag”, “vakuutusyhdistys/försäkringsförening”;

(26) 

fil-każ tar-Renju tal-Isvezja: “försäkringsaktiebolag”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “understödsföreningar”;

(27) 

fil-każ tar-Renju Unit: “companies limited by shares or by guarantee or unlimited”, “societies registered under the Industrial u Provident Societies Acts”, “societies registered or incorporated under the Friendly Societies Acts”, “the association of underwriters known as Lloyd’s”;

▼M5

(28) 

fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta' Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001;

(29) 

sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta' soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta' Soċjetà Kooperattiva Ewropea f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1435/2003.

▼B

C.   Forom tal-impriżi tar-riassikurazzjoni:

(1) 

fil-każ tar-Renju tal-Belġju: “société anonyme/naamloze vennootschap”, “société en commuite par actions/commuitaire vennootschap op auelen”, “association d’assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging”, “société coopérative/coöperatieve vennootschap”;

(2) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Bulgarija “акционерно дружество”;

(3) 

fil-każ tar-Repubblika Ċeka: “akciová spoločnost”;

(4) 

fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: “aktieselskaber”, “gensidige selskaber”;

(5) 

fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen”;

(6) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Estonja: “aktsiaselts”;

(7) 

fil-każ tal-Irlanda: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited”;

(8) 

fil-każ tar-Repubblika Ellenika: “ανώνυμη εταιρία”, “αλληλασφαλιστικός συνεταιρισμός”;

(9) 

fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: “sociedad anónima”;

(10) 

fil-każ tar-Repubblika Franċiża: “société anonyme”, “société d’assurance mutuelle”, “institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale”, “institution de prévoyance régie par le code rural” u “mutuelles régies par le code de la mutualité”;

▼M3

(10a) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: “dioničko društvo”;

▼B

(11) 

fil-każ tar-Repubblika Taljana: “società per azioni”;

(12) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Ċipru: “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές” ή “εταιρεία περιορισμένης ευθύνης χωρίς μετοχικό κεφάλαιο”;

(13) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Latvja: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

(14) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Litwanja: “akcinė bendrovė”, “uždaroji akcinė bendrovė”;

(15) 

fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: “société anonyme”, “société en commuite par actions”, “association d’assurances mutuelles”, “société coopérative”;

(16) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Ungerija: “biztosító részvénytársaság”, “biztosító szövetkezet”, “harmadik országbeli biztosító magyarországi fióktelepe”;

(17) 

fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta: “limited liability company/kumpannija b’responsabbiltà limitata”;

(18) 

fil-każ tar-Renju tal-Olanda: “naamloze vennootschap”, “onderlinge waarborgmaatschappij”;

(19) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Awstrija: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”;

(20) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Polonja: “spółka akcyjna”, “towarzystwo ubezpieczeń wzajemnych”;

(21) 

fil-każ tar-Repubblika Portugiża: “sociedade anónima”, “mútua de seguros”;

(22) 

fil-każ tar-Rumanija “societate pe actiuni”;

(23) 

fil-każ tar-Repubblika tas-Slovenja: “delniška družba”;

(24) 

fil-każ tar-Repubblika Slovakka: “akciová spoločnost”;

(25) 

fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: “keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag”, “vakuutusosakeyhtiö/försäkringsaktiebolag”, “vakuutusyhdistys/försäkringsförening”;

(26) 

fil-każ tar-Renju tal-Isvezja: “försäkringsaktiebolag”, “ömsesidigt försäkringsbolag”;

(27) 

fil-każ tar-Renju Unit: incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited, societies registered under the Industrial u Provident Societies Acts, societies registered or incorporated under the Friendly Societies Acts, the association of underwriters known as Lloyd’s;

▼M5

(28) 

fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta' Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001;

(29) 

sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta' soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tar-riassigurazzjoni u bħala alternattiva għall-forom ta' impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta' Soċjetà Kooperattiva Ewropea f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1435/2003.

▼B




ANNESS IV

FORMULA STANDARD ►C4  TAR-REKWIŻIT KAPITALI TAS-SOLVENZA ◄ (RKS)

1.   Kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku ►C4  tas-Solvenza ◄

Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku ►C4  tas-Solvenza ◄ tas-Solvibbiltà (SCR) stipulat fl-Artikolu 104(1) għandu jkun ugwali għal li ġej:

image

fejn SCRi huwa l-modulu ta’ riskju i u SCRj huwa l-modulu ta’ riskju j, u fejn “i, j” tfisser li s-somma tat-termini differenti li għandha tkopri kull kumbinazzjoni possibbli ta’ i u j. Fil-kalkolu, SCRi u SCRj huma sostitwiti minn dan li ġej:

— 
SCR non-life hija l-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni ta’ riskju mhux tal-ħajja;
— 
SCR life hija l-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja;
— 
SCR health hija l-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa;
— 
SCR market hija l-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni tas-suq;
— 
SCRdefault hija l-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-kontroparti;

Il-fattur Corri,j huwa l-element tar-ringiela i u l-kolonna j tal-matriċi ta’ korrelazzjoni li ġejja:

▼C3



j

i

Suq (market)

Inadempjenza (default)

Ħajja (life)

Saħħa (health)

Mhux fuq il-ħajja (non-life)

Suq (market)

1

0,25

0,25

0,25

0,25

Inadempjenza (default)

0,25

1

0,25

0,25

0,5

Ħajja (life)

0,25

0,25

1

0,25

0

Saħħa (health)

0,25

0,25

0,25

1

0

Mhux fuq il-ħajja (non-life)

0,25

0,5

0

0

1

▼B

2.   Kalkolu tal-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja stipulat fl-Artikolu 105(2) għandu jkun ugwali għal li ġej:

image

fejn SCRi huwa l-modulu ta’ riskju i u SCRj huwa l-modulu ta’ riskju j, u fejn “i, j” tfisser li s-somma tat-termini differenti għandha tkopri kull kumbinazzjoni possibbli ta’ i u j. Fil-kalkolu, SCRi u SCRj huma sostitwiti minn dan li ġej:

— 
SCR nl premium u reserve hija l-premium mhux fuq il-ħajja u s-sub-modulu ta’ riserva fuq ir-riskju;
— 
SCR nl catastrophe hija s-sub-modulu ta’ riżerva fuq ir-riskju għal katstrofi mhux tal-ħajja;

3.   Kalkolu tal-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja;

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja stipulat fl-Artikolu 105(3) għandu jkun ugwali għal li ġej:

image

fejn SCRi huwa l-modulu ta’ riskju i u SCRj huwa l-modulu ta’ riskju j, u fejn “i, j” tfisser li s-somma tat-termini differenti għandha tkopri kull kumbinazzjoni possibbli ta’ i u j. Fil-kalkolu, SCRi u SCRj huma sostitwiti minn dan li ġej:

— 
SCR mortality hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq il-mortalità;
— 
SCR longevity hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq il-lonġevità;
— 
SCR disability hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq id-diżabbiltà - morbożità;
— 
SCR life expense hija s-sub-modulu ta’ riskju fuq in-nefqa għall-ħajja;
— 
SCR revision hija l-modulu ta’ riskju ta’ reviżjoni;
— 
SCR lapse hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq l-iskadenza;
— 
SCR life catstrophe hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq katastrofi fuq il-ħajja;

4.   Kalkolu tal-modulu ta’ riskju tas-suq

Struttura tal-modulu ta’ riskju tas-suq

Il-modulu ta’ riskju tas-suq stipulat fl-Artikolu 105(5) għandu jkun ugwali għal li ġej:

image

fejn SCRi huwa l-modulu ta’ riskju i u SCRj huwa l-modulu ta’ riskju j, u fejn “i, j” tfisser li s-somma tat-termini differenti għandha tkopri kull kumbinazzjoni possibbli ta’ i u j. Fil-kalkolu, SCRi u SCRj huma sostitwiti minn dan li ġej:

— 
SCR interest rate hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq ir-rata tal-imgħax;
— 
SCR equity hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq l-ekwità;
— 
SCR property hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq il-propjetà;
— 
SCR spread hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq spread;
— 
SCR concentration hija s-sottomodulu ta’ riskju tas-suq fuq il-konċentrazzjonijiet;
— 
SCR currency hija s-sottomodulu ta’ riskju fuq il-valuta;




ANNESS V

GRUPPI TA’ KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 159

1. 

Inċidenti u mard (klassijiet 1 u 2 tal-Anness I),

2. 

vetturi bil-mutur (il-klassijiet 3, 7 u 10 tal-Anness I, iċ-ċifri għall-klassi 10, eskluża r-responsabbiltà tat-trasportatur, jingħataw separatament),

3. 

nar u ħsarat oħra lill-proprjetà (il-klassijiet 8 u 9 tal-Anness I),

4. 

avjazzjoni, marittima u trasport (klassijiet 3, 4, 5, 6, 7, 11 u 12 tal-Anness I),

5. 

Responsabbiltà ġenerali (klassi 13 tal-Anness I),

6. 

kreditu u garanzija (il-klassijiet 14 u 15 tal-Anness I),

7. 

klassijiet oħrajn (il-klassijiet 16, 17 u 18 tal-Anness I).




ANNESS VI

PARTI A

Direttivi Revokati b’lista tal-emendi suċċessivi tagħhom

(imsemmija fl-Artikolu 310)



Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE

 

(ĠU 56, 4.4.1964, p. 878)

 

Annes I, Punt III(G)(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-1973

 

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 89)

 

L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE

 

(ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3)

 

l-Att tal-Adeżjoni 1994, Artikolu 29, Anness I(XI)(B)(II)(1),

 

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 197)

 

(ki9f sostitwit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/1/KE)

 

(ĠU L 1.1.1995, p. 1)

 

l-Att tal-Adeżjoni 2003, Artikolu 20, Anness II(3)(1)

 

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 335)

 

l-Att tal-Adeżjoni 1985, Artikolu 26, AnnessI(II)(c)(1)(a)

 

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 156)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE

l-Artikoli 1 sa 14 biss

(ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/343/KEE

l-Artikolu 1 u l-Anness biss

(ĠU L 185, 4.7.1987, p. 72)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE

l-Artikolu 9 biss

(ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77)

It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE

l-Artikoli 9, 10 u 11 biss

(ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE

l-Artikoli 2, 3 u 4 biss

(ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE

l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13, 14, 17, 18, 24, 32, 33 u 53 biss

(ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE

l-Artikolu 1, 2(2), it-tielet inċiż, u l-Artikolu 3(1)

(ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7)

Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 8 biss

(ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65)

Id-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 77, 20.3.2002, p. 17)

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 22 biss

(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 4 biss

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 57 biss

(ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)

Id-Direttiva 2006/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Punt I u l-Anness, Punt (1)

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238)

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE

 

(ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE

 

(ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE

 

(ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE

 

(ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE

 

(ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77)

 

It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE

 

(ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE

l-Artikoli 5 sa 10 biss

(ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE

l-Artikoli 12(1) 19, 23, 27, 30(1), 34, 35, 36, 37, 39(1), 40(1), 42(1), 43(1), 44(1), 45(1) u 46(1) biss

(ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1)

Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 9 biss

(ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65)

Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 3 biss

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE

 

(ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1)

 

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE

l-Artikolu 1, it-tieni inċiż, l-Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż, l-Artikolu 4(1), (3) u (5), u l-Artikolu 5, it-tieni inċiż, biss

(ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7)

Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 2 biss

(ĠU L 290, 17.11.2000, p. 27)

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 24 biss

(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 6 biss

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 58 biss

(ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

(ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1)

 

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 28 biss

(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 7 biss

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 59 biss

(ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)

Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

(ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28)

 

Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

(ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE

Punt II tal-Anness biss

(ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35)

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 8 biss

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 60 biss

(ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)

Id-Direttiva 2006/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Punt III tal-Anness biss

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 2 biss

(ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

Id-Direttiva 2008/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 76, 19.3.2008, p. 44)

Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

(ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)

 

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 4 biss

(ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

Id-Direttiva 2008/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 76, 19.3.2008, p. 44)

Direttive 2008/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 1)

PARTI B

Lista ta’ limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 310)



Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Limitu ta’ żmien għal applikazzjoni

64/225/KEE

fis-26 ta’ Awwissu1965

 

73/239/KEE

fis-27 ta’ Jannar1975

fis-27 ta’ Jannar1976

73/240/KEE

fis-27 ta’ Jannar1975

 

76/580/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1976

 

78/473/KEE

fit-2 ta’ Diċembru 1979

fit-2 ta’ Ġunju 1980

84/641/KEE

fit-30 ta’ Ġunju 1987

fl-1 ta’ Jannar 1988

87/343/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1990

fl-1 ta’ Lulju 1990

87/344/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1990

fl-1 ta’ Lulju 1990

88/357/KEE

fit-30 ta’ Diċembru 1989

fit-30 ta’ Ġunju 1990

90/618/KEE

fl-20 ta’ Mejju 1992

fl-20 ta’ Novembru 1992

92/49/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1993

fl-1 ta’ Lulju 1994

95/26/KE

fit-18 ta’ Lulju 1996

fit-18 ta’ Lulju 1996

98/78/KE

fil-5 ta’ Ġunju 2000

 

2000/26/KE

fl-20 ta’ Lulju 2002

fl-20 ta’ Jannar 2003

2000/64/KE

fis-17 ta’ Novembru2002

 

2001/17/KE

fl-20 ta’ April 2003

 

2002/13/KE

fl-20 ta’ Settembru 2003

 

2002/83/KE

17 ta’ Novembru 2002, 20 ta’ Settembru 2003, 19 ta’ Ġunju 2004 (dipendentement fuq id-dispożizzjoni partikolari)

 

2002/87/KE

fil-11 ta’ Awwissu 2004

 

2004/66/KE

fl-1 ta’ Mejju 2004

 

2005/1/KE

fit-13 ta’ Mejju 2005

 

2005/14/KE

fil-11 ta’ Ġunju 2007

 

2005/68/KE

fl-10 ta’ Diċembru 2007

 

2006/101/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007

 

2008/19/KE

Mhux applikabbli

 

2008/37/KE

Mhux applikabbli

 




ANNESS VII

TABELLA TAL-KORRELAZZJONIJIET



Direttiva 73/239/KEE

Direttiva 78/473/KEE

Direttiva 87/344/KEE

Direttiva 88/357/KEE

Direttiva 92/49/KEE

Direttiva 98/78/KE

Direttiva 2001/17/KE

Direttiva 2002/83/KE

Direttiva 2005/68/KE

Direttiva 2007/44/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1 (1)

 

 

 

Artikolu 2

 

Artikolu 1 (1)

Artikolu 2, l-ewwel sentenza

Artikolu 1 (1)

 

Artikoli 1, 2(2), 2(3) u 267

Artikolu 1 (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2 (2)

Artikolu 1 (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1), (A) sa (C)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(D)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3 (4)

 

 

Artikolu 3

Artikolu 2(1)(E)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(2)(A)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5 (1)

Artikolu 2(2)(B)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5 (2)

Artikolu 2(2)(c)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5 (3)

Artikolu 2(2)(d)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5 (4)

Artikolu 2(3), subparagrafi 1-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6

Artikolu 2(3), il-ħames subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 15 (4)

Artikolu 3 (1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3(1), subparagrafu 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 4(5)

Artikolu 3 (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7

Artikolu 4, l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8, l-ewwel sentenza

Artikolu 4 (a)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8 (2)

Artikolu 4 (b)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 4 (c)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8 (3)

Artikolu 4 (e)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 4 (f)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8 (1)

Artikolu 4 (g)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8 (4)

Artikolu 5 (a)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5 (b)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)(o)

 

 

Artikolu 5 (c)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)(p)

 

 

Artikolu 134 (1),

Artikolu 5 (d)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

►M5  l-Artikolu 13(27) ◄

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 4

 

 

Artikolu 4

Artikolu 3

 

Artikolu 14 (1), (2) (a) u (b)

Artikolu 7(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 5(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

 

 

-Artikolu 15 (1) u (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu (a)

 

 

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu (a)

 

 

 

 

 

-Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu (b)

 

 

 

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu (b)

 

 

 

 

 

Artikolu 8(1)(a)

 

 

 

Artikolu 6(1)(a)

 

 

Artikolu 6(1)(a)

Anness I

 

Anness IIIA u B

Artikolu 8(1) (a), last paragrafu

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 17 (2)

Artikolu 8(1)(b)

 

 

 

Artikolu 6(1)(b)

 

 

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 6 (a)

 

Artikolu 18(1)(a)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6(A)

 

Artikolu 18(1) (B)

Artikolu 8(1)(c)

 

 

 

Artikolu 6(1)(c)

 

 

Artikolu 6(1)(c)

Artikolu 6 (b)

 

Artikolu 18(1)(c)

Artikolu 8(1)(d)

 

 

 

Artikolu 6(1)(d)

 

 

Artikolu 6(1)(d)

Artikolu 6 (c)

 

Artikolu 18(1)(d)

Artikolu 8(1)(e)

 

 

 

Artikolu 6(1)(e)

 

 

Artikolu 6(1)(e)

Artikolu 6 (d)

 

►C1  Artikolu 18 (1) punt (g) ◄

Artikolu 8(1)(f)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

►C1  Artikolu 18 (1) punt (h) ◄

Artikolu 8(1), subparagrafi 2-4

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6 (2)

Artikolu 7

 

Artikolu 19

►C1  Artikolu 8(1)(a) ◄

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6 (3)

Artikolu 8

 

Artikolu 20

Artikolu 8 (2)

 

 

 

Artikolu 6 (2)

 

 

Artikolu 6 (4)

 

 

Artikolu 18 (2)

Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 6(5), subparagrafu 3

Artikolu 9 (1)

 

Artikolu 21 (4)

Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6 (3) it-tieni subparagrafu u Artikolu 29 l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 6(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9 (2)

 

Artikoli 21(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(3), subparagrafu 3

 

 

 

Artikolu 6 (3) subparagrafu 3 u Artikolu 29 it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 21 (2)

Artikolu 8(3), subparagrafu 4

 

 

 

Artikolu 6 (3) subparagrafu 4

 

 

 

 

 

Artikolu 21 (3)

Artikolu 8 (4)

 

 

 

Artikolu 6 (4)

 

 

Artikolu 6 (6)

Artikolu 10

 

Artikolu 22

Artikolu 9 (a)-(d)

 

 

 

Artikolu 7 (a) –(d)

 

 

Artikolu 7 (a)-(d)

Artikolu 11(1) (a), (c), (d) u (e)

 

Artikolu 23(1) (a), (c), (d) u (e)

Artikolu 9(e) u (f)

 

 

 

Artikolu 7(e) u (f)

 

 

 

Artikolu 11(2)(a) u (b)

 

Artikolu 23(2)(e)

Artikolu 9(g) u (h)

 

 

 

Artikolu 7(g) u (h)

 

 

Artikolu 7(f) u (g)

Artikolu 11(2)(c) u (d)

 

Artikolu 23 (2) (a) u (d)

Artikolu 10 (1)

 

 

 

Artikolu 32 (1)

 

 

Artikolu 40 (1)

 

 

Artikolu 145(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 32 (2) l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 40 (2)

 

 

Artikolu 145 (2)

Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 32 (2) it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 145 (3)

Artikolu 10 (3)

 

 

 

Artikolu 32 (3)

 

 

Artikolu 40 (3)

 

 

Artikolu 146 (1) u (2)

Artikolu 10 (4)

 

 

 

Artikolu 32 (4)

 

 

Artikolu 40 (4)

 

 

Artikolu 146(3),

Artikolu 10 (5)

 

 

 

Artikolu 32 (5)

 

 

Artikolu 40 (5)

 

 

Artikolu 146(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10 (6)

 

 

 

Artikolu 32 (6)

 

 

Artikolu 40 (6)

 

 

Artikolu 145 (4)-

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 33

 

 

 

 

 

Artikolu 12

 

 

 

Artikolu 56

 

 

Artikolu 9

Artikolu 13

 

Artikolu 25 it-tieni subparagrafu

Artikolu 12a

 

 

 

 

 

 

Artikolu 9a

Artikoli 14 u 60 (2)

 

Artikolu 26

Artikolu 13(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 9 (1) u (2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 10(1), l-ewwel sentenza u (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15 (1), l-ewwel subparagrafu u (2)

 

Artikolu 30(1), (2), l-ewwel subparagraful-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 9 (2) it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 30(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 10(1), IT-TIENI U T-TIELET SENTENZI

Artikolu 15(1), IT-TIENI SUBPARAGRAFU

 

Artikolu 30(3)

Artikolu 13(2), subparagrafu 3

 

 

 

 

 

 

Artikolu 10 (2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 60 (3)

 

Artikolu 32 (1)

Artikolu 13 (3)

 

 

 

Artikolu 9 (3)

 

 

Artikolu 10 (3)

Artikolu 15 (4)

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 11

Artikolu 16

 

Artikolu 33

Artikolu 15(1), (2) u (3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 17

 

 

Artikolu 20(1)-(3) u (4) it-tieni subparagrafu

Artikolu 32 (1) u (3)

 

Artikoli 76 sa 86

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

 

 

 

Artikolu 20(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 32 (2)

 

Artikoli 134(2) u 173

Artikolu 15a

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 33

 

Artikolu 16

 

 

 

 

 

 

Artikoli 27

Artikoli 35, 36, 60 (8)

 

Artikoli 87-99

Artikolu 16a

 

 

 

 

 

 

Artikolu 28

Artikoli 37-39, 60 (9)

 

Artikoli 100-127

Artikolu 17(1);

 

 

 

 

 

 

Artikolu 29 (1)

Artikolu 40 (1)

 

Artikoli 128 u 129(1) punti (a) sa (c) u (2)

Artikolu 17 (2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 29 (2)

Artikolu 40 (2)

 

Artikolu 129 (1) punt (d)

Artikolu 17a

 

 

 

 

 

 

Artikolu 30

Artikolu 41

 

Artikolu 17b

 

 

 

 

 

 

►C1  Artikolu 28 u 28a ◄

Artikolu 60 (10)

 

Artikolu 18

 

 

 

 

 

 

Artikolu 31

 

 

Artikolu 14 (1)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 11 (1)

Artikolu 16

 

Artikolu 33

Artikolu 19 (2)

 

 

 

Artikolu 11 (2)

 

 

Artikolu 13 (2)

Artikolu 17 (2)

 

Artikolu 35

Artikolu 19(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu (a) u (b)

 

 

Artikolu 10

Artikolu 11 (3) l-ewwel u t-tieni subparagrafu (a) u (b)

 

 

►C1  Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) ◄

Artikolu 17(3) u (4), l-ewwel subparagrafu (a) u (b)

 

Artikolu 34 (1)-(3), u (5), (6) u (7)

Artikolu 19(3), it-tieni subparagrafu (c)

 

 

Artikolu 10

Artikolu 11 (3) it-tieni subparagrafu (c)

 

 

Artikolu 13(3), subparagrafu 2 (c)

Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu (c)

 

Artikolu 34 (8)

Artikolu 19(3), subparagrafu 3

 

 

Artikolu 10

Artikolu 11 (3) subparagrafu 3

 

 

Artikolu 13(3), subparagrafu 3

Artikolu 17 (4) it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 35(2)(b)

Artikolu 20 (1)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 37 (1)

Artikolu 42 (1)

 

Artikolu 137

Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 13 (2) l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 37(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 20(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 13 (2) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 37(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 42(2), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 138 (54)

Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 13 (3) l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 37(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 42(3), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 13 (3) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 42(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 139 (3)

Artikolu 20 (4)

 

 

 

Artikolu 13 (4)

 

 

 

 

 

Artikolu 20 (5)

 

 

 

Artikolu 13 (5)

 

 

Artikolu 37 (2), it-tieni u l-ħames subparagrafu

Artikolu 42 (42), it-tieni subparagrafu u (4)

 

Artikolu 138 (5)

Artikolu 20a(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 43 (1)

 

Artikolu 138(2), 139(2)

Artikolu 20a(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza (a)-(E)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38(1), it-tieni sentenza (a)-(e)

Artikolu 43(2) (a)-(e)

 

Artikolu 142 (1)

Artikolu 20a(2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38 (2)

 

 

Artikolu 141

Artikolu 20a(3)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38 (3)

Artikolu 43 (4)

 

Artikolu 140 (2)

Artikolu 20a(4)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38 (4)

Artikolu 43 (5)

 

Artikolu 20a(5)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38 (5)

Artikolu 43 (6)

 

Artikolu 142 (2)

Artikolu 21

 

 

Artikolu 11 (1)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 22 (1) l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (d)

 

 

 

Artikolu 14

 

 

Artikolu 39 (1) l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (d)

Artikolu 44 (1) l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (d)

 

Artikolu 144 (1) (a), (b) u (C)

Artikolu 22 (1) it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

Artikolu 39 (1) it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 44 (1) it-tieni subparagrafu,

 

Artikolu 144(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22 (1) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

 

 

 

 

 

 

Artikolu 39 (1) it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 144(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22 (2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 39 (2)

Artikolu 44 (2)

 

Artikolu 144 (3)

Artikolu 23 (1)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51 (1)

 

 

Artikolu 162 (1)

Artikolu 23(2)(a)-(g)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51 (2)

 

 

Artikolu 162(2)(a)-(f) u (h)

Artikolu 23(2)(h)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 162(2)(g)

Artikolu 24 l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

Artikolu 54 l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 165, l-ewwel sentenza

Artikolu 24 l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza - subparagrafu 3

 

 

 

 

 

 

Artikolu 54, l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza – subparagrafu 3

 

 

Artikolu 25

 

 

 

 

 

 

Artikolu 55

 

 

Artikolu 166

Artikolu 26

 

 

 

 

 

 

Artikolu 56

 

 

Artikolu 167

Artikolu 27 l-ewwel subparagrafu

 

 

 

 

 

 

Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 168, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 27 it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

Artikolu 52(2), SUBPARAHRAFU 2

 

 

Artikolu 168, it-tieni subparagrafu

Artikolu 28

 

 

 

 

 

 

Artikolu 52 (3)

 

 

Artikolu 170

Artikolu 28a

 

 

 

Artikolu 53

 

 

Artikolu 53

 

 

Artikolu 164

Artikolu 29

 

 

 

 

 

 

Artikolu 57

 

 

Artikolu 171

Artikolu 29a(1)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 58

 

 

Artikolu 176, subparagrafi 1-3

Artikolu 29b (1) u (2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 59 (1) u (2)

Artikolu 52 (1) u (2)

 

Artikolu 177 (1) u (2)

Artikolu 29b(3)-(6)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 59 (3)-(6)

Artikolu 52 (3) u (4)

 

Artikolu 30(1) u (2)(a)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 30(2)(b)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 305 (1)

Artikolu 30 (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 305 (2)

Artikolu 30 (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 305 (4)

Artikolu 31

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 32

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 33

 

 

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 62

Artikolu 54 (2)

 

Artikolu 298(2) u (3)

Artikolu 34

Artikolu 9

 

Artikolu 29

 

Artikolu 11 (5)

 

Artikolu 6(5), subparagrafu 4

 

Artikolu 6

Artikolu 35

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 32

Artikolu 57 (1)

Artikoli 11(1)-(3)

Artikolu 31(1) u (2)

Artikolu 69(1) sa (4)

Artikolu 64 (1)

Artikolu 7 (1)

Artikolu 309 (1)

Artikolu 36

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 33

Artikolu 57 (2)

Artikolu 11 (4)

Artikolu 31 (3)

Artikolu 70

Artikolu 64 (2)

Artikolu 7 (2)

Artikolu 309 (2)

Artikolu 37

 

 

Artikolu 34

 

 

 

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 35

Artikolu 58

Artikolu 13

Artikolu 33

Artikolu 74

Artikolu 66

Artikolu 9

Artikolu 312

Anness, pt A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu u Anness I, Parti A

Anness, pt A, B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anness I, Parti A u B

Anness, pt C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 16

Anness, pt D

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1 (1) l-ewwel subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 190 (1)

 

Artikolu 1 (1) it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 190 (2)

 

Artikolu 1 (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2 (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 190 (1)

 

Artikolu 2 (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 190 (34)

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 191

 

Artikolu 4 (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 192 l-ewwel u t-tieni subparagrafu

 

Artikolu 4 (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 193

 

Artikolu 6

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 195

 

Artikolu 7

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 194

 

Artikolu 8

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 196

 

 

Artikolu 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 198

 

 

Artikolu 3 (1)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 199

 

 

Artikolu 3 (2) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 200 (1) l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 3(2) (a)-(c)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 200 (2)-(4)

 

 

Artikolu 3 (3)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 200 (1) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 4

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 201

 

 

Artikolu 5

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 202

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 203

 

 

Artikolu 7

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 204

 

 

Artikolu 8

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 205

 

 

Artikolu 9

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 16 (2)

 

 

 

Artikolu 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(a) u (b), (e)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2 (c)

 

 

 

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 2(1)(e)

 

 

 

 

Artikolu 2 (d)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 13 (13)

 

 

 

Artikolu 2 (f)

Artikolu 1 (e)

 

 

Artikolu 1(1)(h)

 

 

 

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 1 (b), it-tieni sentenza

 

 

Artikolu 145(1), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4

 

 

 

 

 

 

Artikolu 187

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7(1)(a) sa (e)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7(1)(f)

Artikolu 27

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7(1)(g) – 7(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8(1) u (2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 179(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 8 (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8(4)(a) u (c)

Artikolu 30 (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8(4)(d)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 179 (3)

 

 

 

Artikolu 8 (5)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 179(4)

 

 

 

Artikolu 12

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 12a (1)-(3)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 150

 

 

 

Artikolu 12a (4) l-ewwel subparagrafu

 

 

 

 

 

 

Artikolu 151

 

 

 

Artikolu 12a (4) subparagrafi 2 – 6

 

 

 

 

 

 

Artikolu 152

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 34

 

 

Artikolu 41

 

 

Artikolu 147

 

 

 

Artikolu 16 (1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 35

 

 

Artikolu 42

 

 

Artikolu 148

 

 

 

Artikolu 16 (1) subparagrafu 3

Artikolu 35

 

 

 

 

 

Artikolu 148 (2)

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 36

 

 

Artikolu 43

 

 

Artikolu 149

 

 

 

Artikolu 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 27

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 31

 

 

 

 

 

 

Artikolu 299

 

 

 

Artikolu 31

 

 

 

Artikolu 68 (2)

 

 

Artikolu 300

 

 

 

Anness I

Artikolu 23

 

 

Anness II

 

 

 

 

 

Anness 2 A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anness 2B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikoli 5, 9, 10, 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1 (a)

Artikolu 1 (a)

Artikolu 2 (a)

Artikolu 1(1)(a)

 

 

Artikolu 13 (1)

 

 

 

 

Artikolu 1 (b)

 

 

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 2(1)(d)

 

Artikolu 13 (11)

 

 

 

 

Artikolu 1 (c)

 

Artikolu 2 (e)

Artikolu 1(1)(e)

Artikolu 2(1)(f)

 

Artikolu 13(8)(a)

 

 

 

 

Artikolu 1 (d)

 

 

Artikolu 1(1)(f)

Artikolu 2(1)(g)

 

 

 

 

 

Artikolu 1 (f)

 

 

Artikolu 1(1)(i)

Artikolu 2(1)(i)

 

Artikolu 13 (184)

 

 

 

 

Artikolu 1 (g)

 

 

Artikolu 1(1)(j)

Artikolu 2(1)(j)

 

Artikoli 13(21), 24(2) u Artikolu 63

 

 

 

 

Artikolu 1(h),

Artikolu 1 (d)

 

Artikolu 1(1)(k)

Artikolu 2(1)(k)

 

Artikolu 13 (15)

 

 

 

 

Artikolu 1 (i)

Artikolu 1 (e)

 

Artikolu 1(1)(l)

Artikolu 2(1)(l)

 

Artikolu 13 (16)

 

 

 

 

Artikolu 1(j)

 

 

Artikolu 1(1)(m)

 

 

Artikolu 13 (22)

 

 

 

 

Artikolu 1(k)

Artikolu 1(k)

Artikolu 2(h)

Artikolu 1(1)(n)

Artikolu 2(1)(m)

 

Artikolu 13 (10)

 

 

 

 

Artikolu 1(l)

 

 

Artikolu 1(1)(r)

Artikolu 2(1)(n)

 

Artikolu 13 (17)

 

 

 

 

Artikolu 1(l)(a)

Artikolu 1 (f)

 

Artikolu 1(1)(r)(i)

Artikolu 2(1)(n)(i)

 

Artikolu 13 (20)

 

 

 

 

Artikolu 1(l)(b)

 

 

Artikolu 1(1)(r)(ii)

Artikolu 2(1)(n)(ii)

 

Artikolu 13 (184)

 

 

 

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

Artikolu 188

 

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 24 (1)

 

 

 

 

Artikolu 12 (2)

 

 

Artikolu 14 (1)

Artikolu 18

 

Artikolu 39 (1)

 

 

 

 

Artikolu 12 (3)-(6)

 

 

Artikolu 14 (2)-(5)

 

 

Artikolu 39 (2) - (6)

 

 

 

 

Artikolu 15(1) u (2)

 

 

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 19(1)

 

Artikolu 57

 

 

 

 

Artikolu 15(3)

 

 

Artikolu 15(3)

Artikolu 22

 

Artikolu 61

 

 

 

 

Artikolu 15(4)

 

 

Artikolu 15(4)

Artikolu 23

 

Artikolu 62

 

 

 

 

Artikoli 15a

 

 

Artikolu 15a

Artikolu 19(2)-(8)

 

Artikolu 58 (1)-(7)

 

 

 

 

Artikoli 15b

 

 

Artikolu 15b

Artikolu 19a

 

Artikolu 59

 

 

 

 

Artikoli 15c

 

 

Artikolu 15c

Artikolu 20

 

Artikolu 60

 

 

 

 

Artikolu 16(1)

 

 

Artikolu 16(1)

Artikolu 24

 

Artikolu 64

 

 

 

 

Artikolu 16(2)

 

 

Artikolu 16(2)

Artikolu 25

 

Artikolu 65

 

 

 

 

Artikolu 16(3)

 

 

Artikolu 16(3)

Artikolu 26

 

Artikolu 66

 

 

 

 

Artikolu 16(4)

 

 

Artikolu 16(4)

Artikolu 27

 

Artikolu 67

 

 

 

 

Artikolu 16(5)

 

 

Artikolu 16(5)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 68 (1)

 

 

 

 

Artikolu 16(5b) subparagrafi 1-4

 

 

Artikolu 16(7) subparagrafi 1-4

Artikolu 28 (3) subparagrafi 1-4

 

Artikolu 68 (3)

 

 

 

 

Artikolu 16(5b) il-ħames subparagrafu

 

 

Artikolu 16(7) il-ħames subparagrafu

Artikolu 28 (3) il-ħames subparagrafu

 

Artikolu 68 (4)

 

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

 

 

Artikolu 66

 

 

 

 

Artikolu 16(5c)

 

 

Artikolu 16(8)

Artikolu 29

 

Artikolu 70

 

 

 

 

Artikolu 16 (5 A)

 

 

Artikolu 16(6)

Artikolu 28 (2)

 

Artikolu 68(2)

 

 

 

 

Artikolu 16a (1)(a)

 

 

Artikolu 17(1)(a)

Artikolu 31(1)l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 71(2)(a)-(c)

 

 

 

 

Artikolu 16a (1)(b)

 

 

Artikolu 17(1)(b)

Artikolu 31(1)it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 72(1) it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

Artikolu 16a(2)

 

 

Artikolu 17(2)

Artikolu 31(2)

 

Artikolu 72(2)

 

 

 

 

Artikolu 20

 

 

Artikolu 22

 

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

 

Artikolu 23

Artikolu 34 (1)-(3)

 

 

 

 

 

Artikolu 22

 

 

Artikolu 24

Artikolu 34(4)

 

 

 

 

 

Artikolu 25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 28

 

 

Artikolu 33

 

 

Artikolu 180

 

 

 

 

Artikolu 29

 

 

 

 

 

Artikolu 181(1) u (3)

 

 

 

 

Artikolu 30(2)

 

 

 

 

 

Artikolu 181(2)

 

 

 

 

Artikolu 31

 

 

 

 

 

Artikolu 183

 

 

 

 

Artikolu 38

 

 

Artikolu 44

 

 

Artikolu 153

 

 

 

 

Artikolu 39 (2) u (3)

 

 

Artikolu 45

 

 

Artikolu 154

 

 

 

 

Artikolu 40 (2)

 

 

Artikolu 46 (1)

 

 

Artikolu 155 (8)

 

 

 

 

Artikolu 40 (3)

 

 

Artikolu 46(2)

 

 

Artikolu 155 (1)

 

 

 

 

Artikolu 40 (4), (6)-(8) u (10)

 

 

Artikolu 46(3), (5)-(7) u (9)

 

 

Artikolu 155 (2), (4)-(6) u (9)

 

 

 

 

Artikolu 40 (5)

 

 

Artikolu 46(4)

 

 

Artikolu 155 (3)

 

 

 

 

Artikolu 40 (9)

 

 

Artikolu 46(8)

 

 

Artikolu 155 (7)

 

 

 

 

Artikolu 41

 

 

Artikolu 47

 

 

Artikolu 156

 

 

 

 

Artikolu 42(2)

 

 

Artikolu 48

 

 

Artikolu 160

 

 

 

 

Artikolu 43(2) u (3)

 

 

 

 

 

Artikolu 184

 

 

 

 

Artikolu 44(2)

 

 

Artikolu 49

 

 

Artikolu 159 u Anness V

 

 

 

 

Artikolu 45(2)

 

 

 

 

 

Artikolu 187

 

 

 

 

Artikolu 46 (2), l-ewl sat/tielet SUBPARAGRAFU

 

 

Artikolu 50 (1) SUBPARAGRAFI 1 u 3, u (2)

 

 

Artikolu 157

 

 

 

 

Artikoli 47-50

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51

 

 

Artikolu 64

Artikolu 56

 

 

 

 

 

Artikolu 51 final inċiż

 

 

 

 

Artikolu 1 (4)

Artikolu 58 (8)

 

 

 

 

Artikolu 52

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 54

 

 

 

 

 

Artikolu 206

 

 

 

 

Artikolu 55

 

 

 

 

 

Artikolu 207

 

 

 

 

Artikoli 24 u 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikoli 12(1), 19, 33, 37, 39(1), 40(1), 42(1), 43(1), 44(1), 45(1), 46(1),

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(b)

 

 

 

 

Artikolu 13(3)

 

 

 

 

 

Artikolu 1(c)

 

Artikolu 1(1)(s)

Artikolu 2(1)(c)

 

Artikolu 13(4)

 

 

 

 

 

Artikolu 1(g)

 

 

 

 

Artikolu 212(1)(a)

 

 

 

 

 

Artikolu 1(h)

 

 

 

 

Artikolu 212(1)(b)

 

 

 

 

 

Artikolu 1(i)

 

 

Artikolu 59 (2) (a) (i)

 

►C1  Artikolu 212(1), punt (f) ◄

 

 

 

 

 

Artikolu 1(j)

 

 

Artikolu 59 (2) (a) (j)

 

►C1  Artikolu 212(1), punt (g) ◄

 

 

 

 

 

Artikolu 1(l)

 

 

Artikolu 59 (2) (b)

 

Artikolu 13 (64)

 

 

 

 

 

Artikolu 2

 

 

Artikolu 59 (3)

 

Artikolu 214(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 3

 

 

Artikolu 59 (3)

 

Artikolu 214 (1) u (2), L-EWWEL U T-TIENI SUBPARAGRAFU

 

 

 

 

 

Artikolu 4

 

 

Artikolu 59 (3)

 

Artikolu 247(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 59 (4)

 

Artikolu 246

 

 

 

 

 

Artikolu 5(2)

 

 

 

 

Artikolu 254(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 6

 

 

Artikolu 59 (5)

 

Artikoli 254(2), 255(1) u (2)

 

 

 

 

 

Artikolu 7

 

 

Artikolu 59 (5)

 

Artikoli 249(1), 252, 253

 

 

 

 

 

Artikolu 8

 

 

Artikolu 59 (5)

 

Artikoli 245, 246, 258(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 9

 

 

Artikolu 59 (6)

 

Artikoli 218, 219, 258(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 59 (7)

 

Artikoli 218, 219, 258(1), 260-263

 

 

 

 

 

Artikolu 10a

 

 

Artikolu 59 (8)

 

Artikoli 264

 

 

 

 

 

Artikolu 10b

 

 

 

 

Artikolu 257

 

 

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 32

Artikolu 73

Artikolu 65

Artikolu 8(1)

Artikolu 311

 

 

 

 

 

Anness I

 

 

Artikolu 59 (9) u Anness II

 

Artikoli 213-215, 218-246

 

 

 

 

 

Anness II

 

 

Artikolu 59 (9) u Anness II

 

Artikoli 215-217, 220-243

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(2)

 

 

 

Artikolu 267

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(b)

 

 

 

Artikolu 268(1) (b)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(c)

 

 

 

Artikolu 268(1)(c)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(d)

 

 

 

Artikolu 268(1)(d)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(f)

 

Artikolu 2(1)(h)

 

Artikolu 13 (9)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(g)

 

 

 

Artikolu 268(1)(a)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(i)

 

 

 

Artikolu 268(1)(e)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(j)

 

 

 

Artikolu 268(1)(f)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(k)

 

 

 

Artikolu 268(1)(g)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 269

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 270

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 271

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 272

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 273

 

 

 

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 274

 

 

 

 

 

 

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 275

 

 

 

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 277

 

 

 

 

 

 

Artikolu 12

 

 

 

Artikolu 278

 

 

 

 

 

 

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 279

 

 

 

 

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 280

 

 

 

 

 

 

Artikolu 15

 

 

 

Artikolu 281

 

 

 

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 282

 

 

 

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 283

 

 

 

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 284

 

 

 

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 285

 

 

 

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 286

 

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

 

 

Artikolu 287

 

 

 

 

 

 

Artikolu 22

 

 

 

Artikolu 288

 

 

 

 

 

 

Artikolu 23

 

 

 

Artikolu 288

 

 

 

 

 

 

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 290

 

 

 

 

 

 

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 291

 

 

 

 

 

 

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 292

 

 

 

 

 

 

Artikolu 27

 

 

 

Artikolu 293

 

 

 

 

 

 

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 294

 

 

 

 

 

 

Artikolu 29

 

 

 

Artikolu 295

 

 

 

 

 

 

Artikolu 30(1)

 

 

 

Artikolu 268(2)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 30(2)

 

 

 

Artikolu 296

 

 

 

 

 

 

Anness

 

 

 

Artikolu 276

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)(d)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)(g)

 

 

Artikolu 13(14)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)(q)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)

 

 

Artikolu 2(3)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3, (2), (3) u (8)

 

 

Artikolu 9

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3 (5), u (7).

 

 

Artikolu 10

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3 (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5(2) it-tieni u t-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 15(2) subparagrafu 3 u (3) it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 6(5) subparagrafI (1) u 2

 

 

Artikolu 21(1)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 7(e)

 

 

Artikolu 23(2)(f)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8

Artikolu 12

 

Artikolu 24(1)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 12

 

 

Artikolu 208

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 16(9)

Artikolu 30

 

Artikolu 69

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 18(1) to (6)

 

 

Artikolu 73

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 18(7)

 

 

— —

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 74(1)

 

 

 

 

 

 

 

►C1  Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż ◄

 

 

Artikolu 74(3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, (2) u – (3)

 

 

Artikolu 74(4) – (7)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

 

Artikolu 209

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 26

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 32

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 34

 

 

Artikolu 182

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 35

 

 

Artikolu 186

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 36(1)

 

 

Artikolu 185(1)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 36(2)

 

 

Artikolu 185(4), l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS III(A)

 

 

Artikolu 185(6)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 36(4)

 

 

Artikolu 185(7)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 41

 

 

Artikolu 147

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 42 (1) – (3)

 

 

Artikolu 148 (1), (3) u (4)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 43

 

 

Artikolu 149

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 48

 

 

Artikolu 160

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 49

 

 

Artikolu 159

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51 (2) (a) to (g)

 

 

Artikolu 162 (2) (a) to (e), (g) u (h)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51(3) u (4)

 

 

Artikolu 163

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 52(1)

 

 

Artikolu 169

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 55 (1) u (2)

 

 

Artikolu 166 (1) u (2)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 56

 

 

Artikolu 167

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 59 (1) u (2)

Artikolu 52(1) u (2)

 

Artikolu 177 (1) u (2)

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 59 (3) u (6)

Artikolu 52(3) u (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 60(1)

 

 

Artikolu 305(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 60(2)

 

 

Artikolu 305(3)

 

 

 

Artikolu 31

 

 

 

Artikolu 61

 

 

Artikolu 43

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 65

Artikolu 55

 

Artikolu 301(1) u (3)4

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 66

 

 

Artikolu 308

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 67

Artikolu 53

 

Artikolu 297

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 68(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 71

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 72

 

 

Artikolu 310

 

 

 

 

 

 

 

Anness I

 

 

Anness II

 

 

 

 

 

 

 

Anness III

 

 

Artikolu 185(2) (A) -(C), (3), u - (5), L-EWWEL SUBPARAGRAFU

 

 

 

 

 

 

 

Anness IV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Anness V

 

 

Anness VI

 

 

 

 

 

 

 

Anness VI

 

 

Anness VII

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 11

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(a)

 

Artikolu 13(7)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(b)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(h)

 

Artikolu 13(9)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(o)

 

Artikolu 13(25)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(p)

 

Artikolu 13(26)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(1)(q)

 

Artikolu 210(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2(2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 4 (2)

 

Artikolu 15(5)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu u (2)

 

Artikolu 17 (1) u (2), Anness IIIC;

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 9 (1)

 

Artikolu 21 (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 11(1)(b)

 

Artikolu 23(1)(b)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 15(3)

 

Artikolu 32(2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

— —

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 45

 

— —

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 46

 

Artikolu 211(1) u (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 47

 

Artikolu 158

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 48

 

Artikolu 161

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 50

 

Artikolu 175

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 51

 

Artikolu 176

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 54(1)

 

Artikolu 298(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 61

 

Artikolu 308

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 62

 

Artikolu 12

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 63

 

Artikolu 307

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikoli 57, 58, 59 u 60, Anness II,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikoli 1(4), 2(4) u 4(6)

Artikolu 58(8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8 (2)

Artikolu 312



( 1 ) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37)

( 2 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

( 3 ) Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

( 4 ) Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

( 5 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38

( 6 ) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

( 7 ) ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

( 8 ) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

( 9 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

( 11 ) ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20.

( 12 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

( 13 ) ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17.

( 14 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

( 15 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

( 16 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 17 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tal-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34).

( 18 ) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

( 19 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1).

Top