This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0100-20161006
Directive 2009/100/EC of the European Parliament and of the Council of 16 September 2009 on reciprocal recognition of navigability licences for inland waterway vessels (codified version) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
02009L0100 — MT — 06.10.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/100/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (ĠU L 259 2.10.2009, p. 8) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Settembru 2016 |
L 252 |
118 |
16.9.2016 |
DIRETTIVA 2009/100/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:
(a) b'tul ta' inqas minn 20 metru; u
(b) li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom, sakemm ikun meħtieġ, jistabbilixxu kull proċedura neċessarja għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà.
Madankollu, Stat Membru jista’ jeżenta minn din id-Direttiva l-bastimenti li ma jħallux il-kanali tal-ilma navigabbli interni tat-territorju tiegħu.
2. Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom jinħarġu mill-Istat Membru li fih ikun irreġistrat il-bastiment jew ikollu l-port ta’ stazzjon jew, fin-nuqqas ta’ hekk, mill-Istat Membru li fih is-sid tal-bastiment jkollu d-domiċilju. Kull Stat Membru jista’ jitlob Stat Membru ieħor biex joħroġ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti amministrati minn ċittadini ta’ dan tal-ewwel. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw l-poteri tagħhom lil korpi approvati.
3. Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom isiru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni u jużaw is-sistema ta’ numerazzjoni speċifikata fl-Anness I.
Artikolu 3
1. Bla ħsara għall-paragrafi 3 sa 6, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi għan-navigazzjoni fuq il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni nazzjonali tiegħu l-liċenzji ta’ navigabbiltà maħruġin minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 2 fuq l-istess bażi daqs li kieku jkun ħareġ dawk il-liċenzji huwa stess.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk il-liċenzja kienet maħruġa jew kienet estiża l-aħħar mhux iżjed minn ħames snin qabel u ma skadietx.
Ċertifikat maħruġ skont ir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandu jkun aċċettat bħala evidenza, fis-sens tal-paragrafi 3 u 5, għad-dewmien kollu tiegħu.
3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine jkunu mħarsa. Jistgħu jeħtieġu ċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 bħala evidenza ta’ dan.
4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADN biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-Ftehim. Bħala evidenza ta' dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista f'dak il-Ftehim tiġi prodotta.
5. Bastimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandhom jkunu ammessi fil-kanali tal-ilma navigabbli interni kollha fil-Komunità. Evidenza ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti tista’ tkun ipprovduta miċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragarafu 2.
Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu twettiq fil-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi ta’ kondizzjonijiet addizzjonali ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-bastimenti tagħhom stess. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi tagħhom, liema listi għandhom ikunu mħejjija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta lilha mill-Istati Membri.
Artikolu 4
1. Kull Stat Membru jista’ jirtira liċenzja ta’ navigabbiltà li jkun ħareġ.
2. Kull Stat Membru jista’ jitterrompi l-passaġġ ta’ bastiment, fejn il-bastiment jinsab fl-ispezzjoni li jkun f’kondizzjoni li tikkostitwixxi ċarament perikolu lill-inħawi, sakemm id-difetti jiġu kkoreġuti. Dak l-Istat Membru jista’ jagħmel hekk ukoll fejn il-bastiment jew it-tagħmir tiegħu jinstabu fl-ispezzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liċenzja ta’ navigabbiltà jew fid-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 skont il-każ.
3. Stat Membru li jkun itterrompa l-passaġġ ta’ bastiment, jew li jkun indika l-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk jekk id-difetti ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenzja ta’ navigabbiltà jew id-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 inħarġu għal raġunijiet għad-deċiżjoni li jkun ħa jew li maħsub li jieħu.
4. Id-deċiżjonijiet kollha biex jitterrompu l-passaġġ ta’ bastiment meħuda skont il-miżuri adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom iniżżlu fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. It-tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-ksib ta’ tali rimedji.
Artikolu 5
Id-Direttiva 76/135/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
INFORMAZZJONI MINIMA LI TIDHER FUQ IL-LIĊENZJI
(imsemmija fl-Artikolu 2(3))
L-informazzjoni hija maqsuma fi tliet kategoriji:
obbligatorju |
: |
l-ebda sinjal speċjali |
meħtieġ jekk applikabbli |
: |
(×) |
bżonnjuż imma mhux obbligatorju |
: |
(+) |
1. Isem tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ id-dokument
2.
(a) Titolu tad-dokument
(b) (+) Numru tad-dokument
3. Stat ta’ ħruġ
4. Isem u domiċilju tas-sid tal-bastiment
5. Isem tal-bastiment
6. (×) Post u numru ta’ reġistrazzjoni
7. (×) Port ta’ stazzjon
8. (+) Tip ta’ kostruzzjoni
9. (+) Utilizzazzjoni
10. Karatteristiċi prinċipali
(a) tul ġenerali f’metri
(b) wisa’ ġenerali f’metri
(c) fond taħt il-linja tal-ilma f’fundar(i) tal-baħar massimu f’metri
11. (×) Piż(ijiet) totali f’tunnellati metriċi jew spostament(i) f’metri kubi f’fundar(i) tal-baħar massimu
12. (×) Indikazzjoni ta’ marki f’fundari tal-baħar
13. (×) Numru massimu awtorizzat ta’ passiġġieri
14. (×) Poter totali ta’ magni li jsuqu f’HP jew KW
15. Minimu tas-soprastruttura(i) u l-linja tal-ilma f’ċentimetri
16.
(a) Dikjarazzjoni: il-bastiment indikat hawn fuq huwa ċċertifikat li huwa tajjeb għan-navigazzjoni
(b) (×) Bla ħsara lis-segwenti kondizzjonijiet
(c) (×) Indikazzjoni tar-restrizzjoni tan-navigazzjoni
17.
(a) Data ta’ skadenza
(b) Data ta’ ħruġ
18. Timbru u firma tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ il-liċenzja
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 5)
Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE |
(ĠU L 21 tad-29.1.1976, p. 10) |
Direttiva tal-Kunsill 78/1016/KEE |
(ĠU L 349 tat-13.12.1978, p. 31) |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 5)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
76/135/KEE |
fid-19 ta’ Jannar 1977. |
78/1016/KEE |
— |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 76/135/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1, kliem tal-bidu u punt (a) |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 1, punt (b) |
— |
— |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b) |
Artikolu 1, l-aħħar sentenza |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu |
Artikoli 2–4 |
Artikoli 2–4 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |