EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009L0016-20191221

Consolidated text: Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/16/2019-12-21

Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:

Att li jemenda Tip ta’ emenda Is-subdiviżjoni kkonċernata Data tal-effett
32023R1805 Emendata minn anness IV punt 51 01/01/2025

02009L0016 — MT — 21.12.2019 — 004.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2009/16/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 131 28.5.2009, p. 57)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2013/38/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta’ Awwissu 2013

  L 218

1

14.8.2013

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 330

1

10.12.2013

►M3

REGOLAMENT (UE) 2015/757 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015

  L 123

55

19.5.2015

►M4

DIRETTIVA (UE) 2017/2110 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-15 ta' Novembru 2017

  L 315

61

30.11.2017


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 032, 1.2.2013, p.  23 (2009/16/KE)




▼B

DIRETTIVA 2009/16/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Skop

L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tgħin biex jitnaqqas drastikament tbaħħir substandard fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, billi:

(a) tiżdied il-konformita’ mal-leġislazzjoni internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord vapuri tal-bnadar kollha;

(b) jiġu stabbiliti kriterji komuni għal kontroll ta’ vapuri mill-Istat tal-port u proċeduri ta’ armonizzazzjoni dwar spezzjoni u detenzjoni, u, bi zvilupp fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi;

(c) tiġi implimentata fil-Komunità ta’ sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta’ Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tagħhom tar-riskju, b’vapuri li jippreżentaw riskju ogħla jkunu s-soġġett ta’ spezzjoni aktar dettaljata mwettqa f’intervalli aktar frekwenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijet li ġejjin:

1. ‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjonijiet li ġejjin, bil-Protokolli u l-emendi tagħhom u kodiċijiet relatati ta’ status mandatorju, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

(a) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji ta’ Merkanzija, 1966 (LL 66);

(b) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74);

(c) il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tinġis mill-Vapuri, 1973, u l-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL 73/78);

(d) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Manutenzjoni tal-Għassa għall-Baħħara, 1978 (STCW 78/95);

(e) il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72);

(f) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Vapuri, 1969 (ITC 69);

▼M1 —————

▼B

(h) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92);

▼M1

(i) il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 (MLC 2006);

(j) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll ta’ Sistemi Antiveġetattivi Dannużi fuq il-Vapuri, 2001 (AFS 2001);

(k) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt tal-Bunker, 2001 (il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, 2001).

▼B

2) ‘Il-MOU ta’ Pariġi’ tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll tal-Istat tal-Port, iffirmat f’Pariġi fis-26 ta’ Jannar 1982, fil-verżjoni aġġornata tiegħu.

3) ‘Il-qafas u l-proċeduri tal-Iskema ta’ Verifika Volontarja tal-Istat Membru tal-IMO’ tfisser ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-IMO A.974 (24).

4) ‘Reġjun tal-MOU ta’ Pariġi’ tfisser iż-żona ġeografika li fihom il-firmatarji għall-MOU ta’ Pariġi jwettqu spezzjonijiet fil-kuntest tal-MOU ta’ Pariġi.

5) ‘Vapur’ tfisser kull bastiment li jbaħħar li għalih tapplika waħda jew iktar mill-Konvenzjonijiet, li jtajjar bandiera barra minn dik tal-Istat tal-port.

6) ‘Ir-relazzjoni vapur/port’ tfisser l-interazzjonijiet li jseħħu meta vapur ikun direttament u minnufih affettwat minn azzjonijiet li jinvolvu l-moviment ta’ persuni jew oġġetti jew id-dispożizzjoni ta’ servizzi portwali lejn jew mill-vapur.

7) ‘Vapur f’ankraġġ’ tfisser vapur f’port jew żona oħra fil-ġurisdizzjoni ta’ xi port iżda mhux irmiġġat, li jkun qed iwettaq relazzjoni vapur/port.

8) ‘Spettur’ tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu spezzjonijiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti.

9) ‘Awtorità kompetenti’ tfisser awtorità marittima responsabbli għall-kontroll tal-Istat tal-port skond din id-Direttiva.

10) ‘Bil-lejl’ tfisser kwalunkwe perijodu ta’ mhux inqas minn seba’ sigħat, kif definit mil-liġi nazzjonali, u li għandu jinkludi, fi kwalunkwe każ, il-perijodu bejn nofs il-lejl u l-ħamsa ta’ filgħodu.

11) ‘Spezzjoni inizjali’ tfisser żjara abbord vapur minn spettur, sabiex tkun ikkontrollata l-konformità mal-Konvenzjonijiet u r-regolamenti rilevanti u tinkludi tal-inqas il-kontrolli meħtieġa mill-Artikolu 13(1).

12) ‘Spezzjoni aktar dettaljata’ tfisser spezzjoni fejn il-vapur, it-tagħmir u l-ekwipaġġ tiegħu fis-sħuħija tagħhom jew, kif xieraq, partijiet minmhom ikunu soġġetti, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 13(3) għal eżami dettaljat li jkopri l-kostruzzjoni tal-vapur, tagħmir, persunal, kondizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol u l-konformità ma’ proċeduri operazzjonali ta’ abbord.

13) ‘Spezzjoni estiża’ tfisser spezzjoni li tkopri bħala minimu l-oġġetti elenkati fl-Anness VII. Spezzjoni estiża tista’ tinkludi spezzjoni aktar dettaljata fejn hemm raġunijiet ċari skond l-Artikolu 13(3).

14) ‘Ilment’ tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni b’interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f’perikli għas-sikurezza jew is-saħħa tal-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis.

15) ‘Detenzjoni’ tfisser il-projbizzjoni formali ta’ vapur milli jipproċedi lejn il-baħar minħabba nuqqasijiet stabbiliti, li, individwalment jew flimkien, jagħmlu lill-vapur mhux tajjeb għat-tbaħħir.

16) ‘Ordni ta’ rifjut għal aċċess’ tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta’ vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha.

17) ‘Twaqqif ta’ operazzjoni’ tfisser projbizzjoni formali għal vapur milli jkompli b’operazzjoni minħabba nuqqasijiet stabbiliti li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni perikoluża.

18) ‘Kumpanija’ tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer, jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f’idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ta’ Ġestjoni Internazzjonali tas-Sikurezza (ISM).

19) ‘Organizzazzjoni Rikonoxxuta’ tfisser kumpanija għall-klassifikazzjoni jew korp privat ieħor, li jwettaq kompiti statutorji f’isem amministrazzjoni ta’ Stat tal-bandiera.

20) ‘Ċertifikat statutorju’ tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f’isem Stat tal-bandiera skond Konvenzjonijiet.

21) ‘Ċertifikat ta’ klassifikazzjoni’ tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkonferma l-konformità mas-SOLAS 74, Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1.

22) ‘Ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet’ tfisser is-sistema ta’ informazzjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità u li tirrigwarda d-data relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa fil-Komunità u fir-reġjun ta’ MOU ta’ Pariġi.

▼M1

23) ‘Ċertifikat tax-xogħol marittimu’ tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fir-Regolament 5.1.3 tal-MLC 2006.

24) ‘Dikjarazzjoni ta’ konformità tax-xogħol marittimu’ tfisser id-dikjarazzjoni msemmija fir-Regolament 5.1.3 tal-MLC 2006.

▼M4

25) ‘vapur ro-ro tal-passiġġieri’ tfisser vapur bil-faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew tal-ferrovija jitilgħu u jinżlu mill-bastiment, u li jġorru iżjed minn 12-il passiġġier.

26) ‘iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri’ tfisser inġenju kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tas-SOLAS 74, u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier.

27) ‘servizz regolari’ tfisser serje ta' qsim b'vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mħaddma biex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew serje ta' vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji:

(i) skont skeda taż-żmien ippubblikata; jew

(ii) bi qsim tant regolari jew ta' spiss illi jikkostitwixxu serje sistematika li tista' tingħaraf.

▼M1

Ir-referenzi kollha f’din id-Direttiva għall-Konvenzjonijiet, kodiċijiet internazzjonali u riżoluzzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva, inklużi għal ċertifikati u dokumenti oħra, għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawk il-Konvenzjonijiet, kodiċijiet internazzjonali u riżoluzzjonijiet fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom.

▼B

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru biex jiġi impenjat f’relazzjoni vapur/port.

Franza tista’ tiddeċiedi li l-portijiet u l-ankraġġi koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet u ankraġġi li jinsabu f’dipartiment extra-Ewropew imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Jekk Stat Membru jwettaq spezzjoni ta’ vapur f’ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tiegħu, barra minn f’port, għandha tkun ikkunsidrata bħala spezzjoni għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Xejn f’dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta’ intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-konvenzjonijiet rilevanti.

L-Istati Membri li m’għandhomx portijiet marittimi u li jistgħu jivverifikaw li min-numru totali ta’ bastimenti individwali li jidħlu annwalment matul perijodu tat-tliet snin preċedenti fil-portijiet tax-xmajjar tagħhom, inqas minn 5 % ikunu vapuri koperti minn din id-Direttiva, jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri li m’għandhomx portijiet marittimi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva n-numru totali ta’ bastimenti u n-numru ta’ vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħhom waqt il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi hawn fuq u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għaċ-ċifri msemmijin hawn fuq.

▼M4

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal spezzjonijiet ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mwettqa barra mill-port jew lil hinn minn ankraġġ matul servizz regolari skont l-Artikolu 14a.

▼B

2.  Meta t-tunnellaġġ gross ta’ vapur ikun ta’ inqas minn 500, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-ħtiġiet ta’ Konvenzjoni rilevanti li huma applikabli u safejn ma tapplikax Konvenzjoni, jieħdu dawk l-azzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-vapuri konċernati mhumiex kjarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu gwidati minn Anness 1 għall-MOU ta’ Pariġi.

▼M1

3.  Meta jispezzjonaw vapur li jttajjar bandiera ta’ Stat li mhijiex parti fil-Konvenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trattament ta’ dan il-vapuk u l-ekwipaġġ tiegħu mhuwiex aktar favorevoli għal dak ta’ vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat parti f’dik il-Konvenzjoni. Tali vapur għandu jkun soġġett għal spezzjoni aktar dettaljata f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-MtQ ta’ Pariġi.

▼B

4.  Bastimenti tas-sajd, vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri b’binja primittiva użati għal skopijiet mhux kummerċjali u jottijiet tad-divertiment li mhumiex użati għan-negozju għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

▼M1

5.  Miżuri adottati biex jingħata effett lil din id-Direttiva ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni ġenerali għall-baħħara taħt il-liġi soċjali tal-Unjoni fl-oqsma fejn din id-Direttiva tapplika, meta mqabbla mas-sitwazzjoni diġà prevalenti f’kull Stat Membru. Fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri, jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port isir konxju ta’ ksur ċar tal-liġi tal-Unjoni, abbord vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, hija għandha, f’konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali, tinforma minnufih lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra sabiex tittieħed azzjoni ulterjuri kif xieraq.

▼B

Artikolu 4

Setgħat tal-ispezzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu legalment intitolati iwettqu l-ispezzjonijet imsemmija f’din id-Direttiva abbord vapuri barranin f’konformita’ mal-liġi internazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom ikollhom awtoritajiet kompetenti xierqa, li lilhom għandu jiġi assenjat in-numru meħtieġ ta’ persunal, b’mod partikolari ta’ spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri, pereżempju permezz ta’ reklutaġġ, u għandhom jieħdu dawk il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-ispetturi iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f’din id-Direttiva u b’mod partikolari li jkunu disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtiġin skond din id-Direttiva.

Artikolu 5

Sistema ta’ spezzjoni u impenn annwali ta’ spezzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skond l-iskema għas-selezzjoni deskritta fl-Artikolu 12 u d-dispożizzjonijiet fl-Anness I.

2.  Sabiex ikun konformi mal-impenn annwali ta’ spezzjoni, kull Stat Membru għandu

(a) jispezzjona l-vapuri ta’ Prijorità I, kif imsemmi fl-Artikolu 12 (a), li jidħlu fil-portijiet jew l-ankraġġi tiegħu, u

(b) iwettaq annwalment għadd totali tal-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta’ Prijorità I u ta’ ta’ Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 12(a) u (b), li jikkorrispondi tal-inqas ma’ sehmu min-numru totali ta’ spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi. Is-sehem ta’ spezzjoni ta’ kull Stat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta’ vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet ta’ kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi.

3.  Bil-ħsieb li jkun kalkulat is-sehem min-numru totali ta’ spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi msemmi fil-punt (b) ta’ paragrafu 2, il-vapuri f’ankraġġi m’għandhomx jingħaddu ħlief jekk jingħad mod ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Modalitajiet tal-konformità mal-impenn ta’ spezzjoni

Stat Membru li jonqos li jwettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 5(2)(a), jikkonforma mal-impenn tiegħu skond dik id-dispożizzjoni jekk tali spezzjonijiet li ma sarux ma jaqbżux:

(a) 5 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I bi profil ta’ riskju għoli li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu,

(b) 10 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I minn barra dawk ta’ profil ta’ riskju għoli li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

Minkejja l-persentaġġi f’(a) u (b), l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw spezzjoni ta’ vapuri, li, skond l-informazzjoni fornuta mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, iżuru l-portijiet fil-Komunità b’mod mhux frekwenti.

Minkejja l-persentaġġi f’(a) u (b), għal vapuri ta’ Prijorità I li jmorru f’ankoraġġi, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw spezzjoni ta’ vapuri bi profil ta’ riskju għoli li, skond l-informazzjoni fornuta mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, iżuru mhux sikwit il-portijiet fil-Komunità.

Artikolu 7

Modalitajiet li jippermettu ishma ta’ spezzjoni bilanċjati fil-Komunità

1.  Stat Membru li fih in-numru totali ta’ żjarat ta’ vapuri ta’ Prijorità I jisboq is-sehem ta’ spezzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma’ tali impenn, jekk numru ta’ spezzjonijiet fuq vapuri ta’ Prijorità I imwettqa mill-Istat Membru jikkorrispondi tal-inqas mas-sehem ta’ spezzjoni u jekk dak l-Istat Membru ma jħallix barra aktar minn 30 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

2.  Stat Membru, li fih in-numru totali ta’ żjarat ta’ vapuri ta’ Prijorità I u ta’ Prijorità II huwa inqas mis-sehem ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma’ tali impenn, jekk dak l-Istat Membru iwettaq l-ispezzjonijiet tal-vapuri ta’ Prijorità I meħtieġa skond l-Artikolu 5(2)(a) u spezzjonijiet tal-inqas ta’ 85 % tan-numru totali tal-vapuri ta’ Prijorità II li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandha, fir-reviżjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 35, teżamina b’mod partikolari l-impatt ta’ dan l-Artikolu fuq l-impenn ta’ spezzjoni, filwaqt li tqis l-ispeċjalizzazzjoni u l-esperjenza magħmula fil-Komunità u taħt il-MOU ta’ Pariġi. Ir-reviżjoni għandha tqis l-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi fil-Komunità. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri kumplimentari bil-ħsieb li tittejjeb l-effettività tas-sistema ta’ spezzjoni applikata fil-Komunità, u jekk meħtieġ, reviżjoni ġdida tal-impatt ta’ dan l-Artikolu fi stadju ulterjuri.

Artikolu 8

Posponiment ta’ spezzjonijiet u cirkostanzi eċċezzjonali

1.  Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorità I fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx ta’ aktar minn 15-il jum, jew

(b) jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq f’port ieħor ta’ żjara fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi fi żmien 15-il jum, previst li l-Istat li fih jinsab it-tali port ta’ żjara qabel minn qabel li jwettaq l-ispezzjoni.

Jekk spezzjoni tkun posposta skond il-punti (a) jew (b) u rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, spezzjoni maqbuża m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża kontra l-Istati Membri li pposponew l-ispezzjoni.

Madankollu, fejn ma titwettaqx spezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorità I, il-vapur relevanti m’għandux ikun eżentat milli jkun spezzjonat fil-port ta’ żjara li jmiss fil-Komunità skont din id-Direttiva.l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

2.  Fejn spezzjoni ma tiġix imwettqa fuq vapuri ta’ Prijorità I għal raġunijiet operattivi, din m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża, u dan sakemm r-raġuni għaliex intilfet l-ispezzjoni hija reġistrata fil-l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietĠabra ta’ data għall-ispezzjonijietu jekk iseħħu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a) fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar, jew

(b) iż-żjara tal-vapur issir biss waqt il-lejl. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vapuri li jżuru regolarment waqt il-lejl jiġu spezzjonati kif adatt.

3.  Jekk ma titwettaqx spezzjoni fuq vapur f’ankraġġ, hija m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża jekk:

(a) il-vapur ikun spezzjonat f’port jew ankraġġ ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi skond l-Anness I fi żmien 15-il jum, jew

(b) iż-żjara tal-vapur issir biss matul il-lejl jew id-durazzjoni tagħha hija qasira wisq biex l-ispezzjoni ssir b’mod sodisfaċenti, u r-raġuni għat-telfa tal-ispezzjoni tiġi rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, jew

(c) fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar, u r-raġuni għat-telfa tal-ispezzjoni tiġi rreġistrata fill-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 9

Notifika ta’ wasla ta’ vapuri

1.  L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta’ vapur, li skond l-Artikolu 14 ikun eliġibbli għal spezzjoni estiża u li jkun sejjer f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

2.  Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ( 1 ), l-awtorità tal-port jew il-korp jew l-awtorità maħturin għal dik il-fini għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti.

3.  Fejn huwa possibbli għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għal-kwalunkwe komunikazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

4.  Il-proċeduri u l-formoli żviluppati minnStati Membri għall-finijiet tal-Anness III ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2002/59/KE rigward in-notifiki tal-vapuri.

Artikolu 10

Profil ta’ riskju tal-vapuri

1.  Fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, il-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta’ Stat Membru għandhom jingħataw profil ta’ riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-ambitu tal-ispezzjonijiet.l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

2.  Il-profil tar-riskju ta’ vapur għandu jiġi determinat b’kombinazzjoni ta’ parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:

(a) Parametri ġeneriċi

Il-parametri ġeneriċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazjonijiet rikonoxxuti involuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija skond l-Anness I, parti I.1 u l-Anness II.

(b) Parametri storiċi

Il-parametri storiċi għandhom ikunu bbażati fuq numru ta’ nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skond l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II.

▼M1

3.  Għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni biex timplimenta metodoloġija għall-konsiderazzjoni ta’ parametri ta’ riskju ġeneriċi relatati b’mod partikolari mal-kriterji tal-Istat tal-bandiera u mal-kriterji ta’ prestazzjoni ta’ kumpannija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

▼B

Artikolu 11

Frekwenza ta’ spezzjonijiet

Il-vapuri li jżuru portijiet jew ankraġġi fil-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:

(a) Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi f’intervalli predeterminati skond il-profil tar-riskju tagħhom skond l-Anness I, parti I. L- intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi għandu jiżdied jekk jonqos ir-riskju. Għal vapuri b’riskju għoli, dan l-intervall m’għandux jisboq is-sitt xhur.

(b) Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet addizzjonali irrispettivament mill-perijodu meta kellhom l-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom kif ġej:

 l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi prominenti elenkati fl-Anness I, parti II 2A, għandhom ikunu spezzjonati.

 Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin elenkati fl-Anness I, parti II 2B, jistgħu jiġu spezzjonati. Id-deċiżjoni biex issir tali spezzjoni addizzjonali titħalla għall-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 12

Għażla ta’ vapuri għal spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri jkunu magħżulin għal spezzjoni abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom kif deskritt fl-Anness I, parti I, u fejn ifiġġu fatturi prominenti jew mhux mistennijin skond l-Anness I, parti II 2A u 2B.

Bil-ħsieb tal-ispezzjoni ta’ vapuri, l-awtorità kompetenti:

(a) għandha tagħżel vapuri li waslu għal spezzjoni mandatorja, imsemmijin bħala vapuri ta’ “Prijorità I”, skond l-iskema ta’ għażla deskritta fl-Anness I, parti II 3A.

(b) tista’ tagħżel liema vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni, imsemmijin bħala vapuri ta’ “Prijorità II”, skond l-Anness I, parti II 3B.

Artikolu 13

Spezzjonijiet inizjali u aktar dettaljati

▼M4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vapuri magħżulin għal spezzjoni f'konformità mal-Artikolu 12 jew l-Artikolu 14a huma soġġetti għal spezzjoni inizjali jew spezzjoni aktar dettaljata kif ġej:

▼B

1. ma’ kull spezzjoni inizjali ta’ vapur, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispettur, bħala minimu:

(a) jikkontrolla ċ-ċertifikati u d-dokumenti elenkati fl-Anness IVmeħtieġa li jinżammu abbord skond il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-Konvenzjonijiet marbutin mas-saħħa u s-sigurtà;

(b) jivverifika, fejn ikun xieraq, jekk nuqqasijiet prominenti misjuba waqt l-ispezzjoni preċedenti mwettqa minn Stat Membru ieħor jew minn Stat li jkun parti fil-MOU ta’ Pariġi ġewx rettifikati;

(c) ikun sodisfatt bil-kondizzjoni in ġenerali tal-vapur, inkluża l-iġjene tal-vapur, inkluża l-kamra tal-magna u l-akkomodazzjoni.

2. Meta, wara spezzjoni msemmija fil-punt 1, in-nuqqasijiet li jridu jiġu rettifikati fl-ewwel port li jidħol fih kienu reġistrati fidl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ dan l-ewwel port li jidħol fih tista’ tiddeċiedi li ma twettaqx il-verifiki msemmijin fil-punt 1(a) u (c).

3. Għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata, inkluż aktar kontroll ta’ konformità mal- ħtiġiet operattivi ta’ abbord, kull meta hemm raġunijiet biex taħseb, wara l-ispezzjoni riferuta fil-punt 1, li l-kondizzjoni tal-vapur jew ta’ tagħmir tiegħu jew ekwipaġġ ma jissodisfax sostanzjalment il-ħtiġiet rilevanti ta’ Konvenzjoni.

“Raġunijiet ċari” għandhom jeżistu meta l-ispettur isib evidenza li fil-ġudizzju professjonali tiegħu teħtieġ spezzjoni aktar dettaljata tal-vapur, it-tagħmir jew l-ekwipaġġ tiegħu.

Eżempji ta’ “raġunijiet ċari” huma stabbiliti fl-AnnessV.

Artikolu 14

Spezzjonijiet estiżi

1.  Il-kategoriji li ġejjin ta’ vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni estiża skond l-Anness I, parti II 3A u 3B:

 Vapuri bi profil għoli ta’ riskju,

 Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew kimiċi jew trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena,

 Vapuri bi profil ta’ riskju għoli jew vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew tal-kimiki jew trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena, f’każijiet ta’ fatturi spikkanti jew mhux mistennijin,

 Vapuri soġġetti għal rispezzjoni wara ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess maħruġa skond l-Artikolu 16.

2.  L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda tal-operat biex l-ispezzjoni estiża tkun tista’ titwettaq.

Bla ħsara għall-miżuri ta’ kontroll meħtieġa għal finijiet ta’ sigurtà, il-vapur għandu jibqa’ fil-port sakemm titlesta l-ispezzjoni.

3.  Meta tirċievi prenotifika fornuta minn vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perjodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkun se titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.

▼M1

4.  Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta’ riskju li għandhom jiġu koperti, huwa stabbilit fl-Anness VII. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri dettaljati biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Anness VII. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

▼M4

Artikolu 14a

Spezzjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari

1.  Vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li joperaw f'servizz regolari huma eliġibbli għal spezzjonijiet f'konformità mal-perijodu ta' żmien u rekwiżiti oħra stabbiliti fl-Anness XVII.

2.  L-Istati Membri għandhom, meta jippjanaw spezzjonijiet ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, iqisu kif xieraq l-iskeda operazzjonali u tal-manutenzjoni tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew tal-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri.

3.  Meta vapur ro-ro tal-passiġġieri jew iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu soġġetti għal spezzjoni f'konformità mal-Anness XVII, tali spezzjoni għandha tkun rekordjata fil-bażi ta' data għall-ispezzjonijiet, u għandha titqies għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru. L-ispezzjoni għandha tiġi inkluża fl-għadd totali ta' spezzjonijiet annwali għal kull Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 5.

4.  L-Artikolu 9(1), l-Artikolu 11(a) u l-Artikolu 14 m' għandhomx japplikaw għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari spezzjonati skont dan l-Artikolu.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u l-iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li huma soġġetti għal spezzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 11(b) jintgħażlu għal spezzjoni skont l-Anness I, Parti II 3 A(c) u 3B(c). L-ispezzjonijiet imwettqa skont dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-intervall ta' spezzjoni previsti fil-paragrafu 2 tal-Anness XVII.

6.  L-ispettur tal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jista' jaqbel li jkun akkumpanjat, matul spezzjoni ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, minn spettur tal-Istat tal-port ta' Stat Membru ieħor li jaġixxi bħala osservatur. Meta l-bandiera tal-bastiment tkun dik ta' Stat Membru, l-Istat tal-port għandu, fuq talba, jistieden rappreżentant tal-Istat tal-bandiera biex jakkumpanja l-ispezzjoni bħala osservatur.

▼B

Artikolu 15

Linji gwida u proċeduri għas-sikurezza u s-sigurtà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom isegwu l-proċeduri u l-linji gwida speċifikati fl-Anness VI.

2.  Rigward il-kontrolli tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri rilevanti stabbiliti fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva għall-vapuri kollha msemmijin fl-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tagħhom, ħlief jekk dawn itajru l-bandiera tal-Istat tal-port tal-ispezzjoni.

▼M4 —————

▼M1

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri dettaljati biex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1 u tal-verifiki ta’ sigurtà msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

▼B

Artikolu 16

Miżuri ta’ ċaħda ta’ aċċess għal ċerti vapuri

▼M4

1.  Stat Membru għandu jirrifjuta l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi tiegħu lil kwalunkwe vapur li:

 itajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata ta' detenzjoni tiegħu taqa' fil-lista s-sewda, adottata skont il-MtQ ta' Pariġi fuq il-bażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul is-36 xahar preċedenti f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MtQ ta' Pariġi, jew

 itajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata ta' detenzjoni tiegħu taqa' fil-lista l-griża, adottata skont il-MtQ ta' Pariġi fuq il-bażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul l-24 xahar preċedenti f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MtQ ta' Pariġi.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għas-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 21(6).

Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha tkun applikabbli malli l-vapur iħalli l-port jew l-ankraġġ fejn ikun ġie soġġett għat-tielet detenzjoni u fejn tkun inħarġet ordni ta' ċaħda ta' aċċess.

▼B

2.  Iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess għandha titneħħa biss wara li jkun għadda perijodu ta’ tliet xhur mid-data tal-ħruġ u meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 tal-Anness VIII ikunu ntlaħqu.

Jekk il-vapur huwa soġġett għat-tieni ċaħda ta’ aċċess, il-perijodu għandu jkun ta’ tnax-il xahar.

3.  Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità għandha tirriżulta f’li l-vapur jinċaħadlu indefinittivament aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità. Din it-tielet ċaħda ta’ aċċess tista’ titneħħa wara jkun għadda perijodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni u biss jekk:

 il-vapur itajjar il-bandiera tal-Istat li r-rata tad-detenzjoni tiegħu ma taqax la fil-lista s-sewda u lanqas fil-lista l-griża msemmijin fil-paragrafu 1,

 iċ-ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni tal-vapur huma maħruġa minn organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet magħrufa taħt ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri ( 3 ) (tfassil mill-ġdid),

 il-vapur huwa ġestit minn kumpanija bi prestazzjoni għolja skond l-Anness I, parti I.1, u

 jintlaħqu l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 tal-Anness VIII.

Kull vapur li ma jilħaqx il-kriterji speċifikati f’dan il-paragrafu, wara li jkunu għadda l-perijodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni, għandu jiġi miċħud permanentement l-aċċess għal kull port u ankraġġ fil-Komunità.

4.  Kull detenzjoni sussegwenti f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità wara t-tielet ċaħda ta’ aċċess għandha twassal għal ċaħda permanenti tal-aċċess għal portijiet u l-ankraġġi fil-Komunità.

5.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Ir-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan

Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skond l-Anness IX. Il-Kaptan tal-vapur għandu jingħata kopja tar-rapport tal-ispezzjoni.

▼M1

Meta, b’segwitu għal spezzjoni aktar dettaljata, jinstab li l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fuq il-vapur ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-MLC 2006, l-ispettur għandu minnufih jiġbed l-attenzjoni tal-kaptan tal-vapur dwar dawn in-nuqqasijiet, flimkien ma’ skadenzi meħtieġa għar-rettifika tagħhom.

Fil-każ li l-ispettur jikkunsidra tali nuqqasijiet bħala sinifikanti jew jekk dawn ikunu marbutin ma’ xi lment possibbli taħt il-punt 19 tal-Parti A tal-Anness V, l-ispettur għandu wkoll jiġbed l-attenzjoni tal-organizzazzjonijiet rilevanti ta’ baħħara u ta’ sidien ta’ vapuri fl-Istat Membru li fih tkun saret l-ispezzjoni dwar dawn in-nuqqasijiet, u jista:

(a) jinnotifika lil rappreżentant tal-Istat tal-bandiera;

(b) jgħaddi l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-port ta’ żjara li jmiss.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-MLC 2006, l-Istat Membru li fih tkun saret l-ispezzjoni għandu jkollu d-dritt jgħaddi kopja tar-rapport tal-ispettur, flimkien ma’ kwalunkwe tweġiba li tkun waslet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera qabel it-tmiem tal-iskadenza preskritta, lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol bil-għan li tittieħed l-azzjoni li tkun meqjusa xierqa u espedjenti sabiex jiġi żgurat li jinżamm rekord ta’ tali informazzjoni u li l-partijiet li jistgħu jkunu interessati jibbenefikaw minn proċeduri ta’ rikors rilevanti tinġibdilhom l-attenzjoni dwarha.

▼B

Artikolu 18

Ilmenti

L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni inizjali ta’ malajr mill-awtorità kompetenti. Din l-evalwazzjoni tippermetti li jkun iddeterminat jekk ilment huwiex iġġustifikat.

Jekk dak ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa dwar l-ilment, b’mod partikulari, billi tiżgura li kwalunkwe persuna kkonċernata minn dak l-ilment ikollha il-possibilità li tressaq l-fehmiet tagħha.

Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-ilment huwa manifestament bla bażi, hija għandha tinforma lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għaliha.

▼M1

L-identità tal-persuna li tilmenta ma għandhiex tkun mikxufa lill-kaptan jew lil sid il-vapur tal-vapur ikkonċernat. L-ispettur għandu jieħu l-passi meħtieġa għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-ilmenti mressqa mill-baħħara, inkluż billi jiżgura l-kunfidenzjalità waqt kwalunkwe intervista magħmula lill-baħħara.

▼B

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera b’kopja lill-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol (ILO) jekk adatt, ta’ ilmenti mhux manifestament bla bażi u b’azzjonijiet ta’ segwitu meħudin.

▼M1

Artikolu 18a

Proċeduri tal-MLC 2006 għall-ġestjoni ta’ ilmenti fuq l-art

1.  Ilment minn baħħar li jallega li sar ksur tar-rekwiżiti tal-MLC 2006, (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) jista’ jiġi rapportat lil spettur fil-port fejn ikun daħal il-vapur tal-baħħar. F’dawk il-każijiet, l-ispettur għandu jwettaq investigazzjoni inizjali.

2.  Fejn adatt, minħabba n-natura tal-ilment, l-investigazzjoni inizjali għandha tinkludi konsiderazzjoni ta’ jekk ikunux ġew segwiti l-proċeduri għal ilment abbord previsti taħt ir-Regolament 5.1.5 tal-MLC 2006. L-ispettur jista’ wkoll iwettaq spezzjoni aktar dettaljata f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.

3.  L-ispettur għandu, fejn ikun opportun, ifittex li jippromwovi riżoluzzjoni tal-ilment abbord il-vapur.

4.  Fil-każ li l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni tikxef nuqqas ta’ konformità li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19, għandu japplika dak l-Artikolu.

5.  Fejn il-paragrafu 4 ma japplikax u meta lment minn baħħar b’rabta ma’ kwistjonijiet koperti mill-MLC 2006 ma jkunx ġie solvut abbord il-vapur, l-ispettur għandu jinnotifika minnufih lill-Istat tal-bandiera filwaqt li, fi żmien stipulat, ifittex parir u pjan ta’ azzjoni korrettiv li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istat tal-bandiera. Rapport ta’ kwalunkwe spezzjoni li ssir għandu jintbagħat b’mezz elettroniku lill-bażi tad-data ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 24.

6.  Meta l-ilment ma jkunx ġie solvut wara l-azzjoni meħuda skont il-paragrafu 5, l-Istat tal-port għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispettur lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, flimkien ma’ kwalunkwe tweġiba li tasal qabel it-tmiem tal-iskadenza preskritta mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet ikkonċernati tal-baħħara u tas-sidien tal-vapuri fl-Istat tal-port għandhom jiġu informati bl-istess mod. Barra minn hekk, l-istatistika u l-informazzjoni dwar ilmenti li ġew solvuti għandhom jintbagħtu regolarment mill-Istat tal-port lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol.

Dawn is-sottomissjonijiet jingħataw sabiex, fuq il-bażi ta’ dik l-azzjoni li tista’ titqies xierqa u espedjenti, jinżamm reġistru ta’ dik l-informazzjoni li jinġieb għall-attenzjoni tal-partijiet, inkluż organizzazzjonijiet tal-baħħara u tas-sidien tal-vapuri, li jista’ jkollhom interess jiddisponu minn proċeduri ta’ rikors rilevanti.

7.  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbilment ta’ format u proċedura elettroniċi armonizzati għar-rapportar tal-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

8.  Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 18. Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 18 għandu japplika għal ilmenti relatati ma’ kwistjonijiet koperti mill-MLC 2006.

▼B

Artikolu 19

Rettifikazzjoni u detenzjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull nuqqas ikkonfermat jew mikxuf mill-ispezzjoni msemmija, ġie jew sa jiġi, rretifikat skond il-Konvenzjonijiet.

2.  F’każ ta’ nuqqasijiet illi diġà huma perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port fejn qiegħed jiġi spezzjonat il-vapur għandha tiżgura li l-vapur miżmum jew li l-operazzjoni li matulha ġew irrappurtati n-nuqqasijiet twaqqfet. L-ordni ta’ detenzjoni jew twaqqif ta’ operazzjoni ma tiqafx sakemm jitneħħa l-perikolu jew sakemm din l-awtorità tista’ tistabbilixxi illi l-vapur jista’ jkun soġġett għal kondizzjonijiet meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil vapuri oħra, jew mingħajr ma hemm theddida mhux raġjonevoli lill-ambjent tal-baħar.

▼M1

2a.  F’każ ta’ kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord li huma ċarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew is-sigurtà tal-baħħara jew nuqqasijiet li jikkostitwixxu ksur serju jew ripetut tar-rekwiżiti tal-MLC 2006 (inkluż id-drittijiet tal-baħħara), l-awtorità kompetenti ta’ Stat tal-port fejn qed jiġi spezzjonat il-vapur għandha tiżgura li l-vapur jinżamm jew li l-operazzjoni li matulha jinkixfu n-nuqqasijiet titwaqqaf.

L-ordni taż-żamma jew tat-twaqqif ta’ operazzjoni m’għandhiex titneħħa sakemm dawk in-nuqqasijiet jiġu ratifikati jew jekk l-awtorità kompetenti tkun aċċettat pjan ta’ azzjoni li jirrettifika dawk in-nuqqasijiet u tkun sodisfatta li l-pjan ser jiġi implimentat bla dewmien. Qabel ma jaċċetta pjan ta’ azzjoni, l-ispettur jista’ jikkonsulta l-Istat tal-bandiera.

▼B

3.  Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness X.

4.  Jekk l-ispezzjoni turi li l-vapur mhuwiex mgħammar b’reġistratur, tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li jkun jiffunzjona meta l-użu ta’ tali reġistratur huwa obbligatorju skond id-Direttiva 2002/59/KE, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapur jinżamm.

Jekk tali nuqqas ma jkunx jista’ jiġi rettifikat malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ jew tippermetti li l-vapur jipproċedi għall- baċir adatt għat-tiswija li jkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn dan jista’ jiġi rettifikat mill-aktar fis jew tesiġi li n-nuqqas jiġi rettifikat matul perijodu massimu ta’ 30 jum, kif previst fil-linji gwida żviluppati fil-MOU ta’ Pariġi. Għal dawn il-finijiet għandhom jgħoddu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.  F’ċirkostanżi eċċezzjonali, fejn il-kondizzjoni tal-vapur inġenerali hija ovvjament sottostandard, l-awtorità kompetenti tista’ tissospendi l-ispezzjoni ta’ dak il-vapur sakemm il-partijiet responsabbli jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li tkun konformi ma’ rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjonijiet.

▼M1

6.  Fil-każ ta’ detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport tal-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jew, meta dan ma jkunx possibbli, lill-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, lill-eqreb rappreżentant diplomatiku ta’ dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li fihom l-intervent kien meqjus meħtieġ. Barra minn hekk, spetturi maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassifikazzjoni jew ċertifikati statutorji f’konformità mal-Konvenzjonijiet għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dan huwa rilevanti. Barra minn hekk, jekk vapur ma jitħalliex ibaħħar minħabba ksur serju jew repetut tar-rekwiżiti tal-MLC 2006 (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) jew minħabba kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord li huma ċarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew is-sigurtà tal-baħħar, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tinnotifika lill-Istat tal-bandiera dwar dan u tistieden rappreżentant tal-Istat tal-bandiera jkun preżenti, jekk possibbli, waqt li l-Istat tal-bandiera jintalab iwieġeb fi żmien stipulat. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tinforma minnufih lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati tal-baħħara u tas-sidien tal-vapuri fl-Istat tal-port fejn twettqet l-ispezzjoni.

▼B

7.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Konvenzjonijiet li jikkonċernaw proċeduri ta’ notifikazzjoni u rappurtaġġ dwar kontroll tal-Istat tal-port.

8.  Meta l-kontroll tal-Istat tal-port jkun qed jiġi eżerċitat taħt din id-Diretttiva, għandhom isiru l-isforzi kollha possibbli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem ta’ xejn. Jekk vapur jinżamm jew jiddewwem ta’ xejn, is-sid jew l-operatur ikun intitolat għal kumpens għal kull ħsara jew telf li jiġġarrab. F’xi każ ta’ allegazzjoni ta’ detenzjoni mhux meħtieġa jew dewmien, l-oneru tal-prova jkun tas-sid jew operatur tal-vapur.

9.  Sabiex titħaffef il-konġestjoni f’port, awtorità kompetenti tista’ tippermetti li vapur miżmum jiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk dan huwa sigur. Madankollu, ir-riskju ta’ konġestjoni f’port m’għandhiex tkun kunsiderazzjoni meta ssir deċiżjoni dwar detenzjoni jew rilaxx minn detenzjoni.

L-awtoritajiet jew korpi tal-port għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta’ vapuri miżmumin.

10.  Meta jinħareġ ordni ta’ detenzjoni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port għandhom jiġu infurmati mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 20

Dritt ta’ appell

1.  Is-sid jew l-operatur ta’ vapur jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni jew ċaħda ta’ aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m’għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda tal-aċċess.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatta għal dan l-iskop skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tinforma b’mod xieraq lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 dwar id-dritt ta’ appell u l-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu.

4.  Meta, bħala riżultat ta’ appell jew ta’ talba magħmula mis-sid jew mill-operatur ta’ vapur jew mir-rappreżentant tiegħu, detenzjoni jew ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess huma revokati jew emendati:

(a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet hija emendata għaldaqstant mingħajr dewmien,

(b) l-Istat Membru fejn id-detenzjoni jew iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess inħarġu għandu, fi żmien 24 siegħa minn tali deċiżjoni, jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 26 hija rettifikata.

Artikolu 21

Segwitu ta’ spezzjonijiet u detenzjonijiet

1.  Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port tal-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tista’ tħalli l-vapur konċernat biex jipproċedi mingħajr dewmien mhux dovut lejn il-baċir tat-tiswija il-port tad-detenzjoni fejn tista’ tittieħed azzjoni ta’ segwitu, kemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista’ jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta’ ħsara għall-ambjent tal-baħar.

2.  Fejn id-deċiżjoni li vapur jintbagħat f’baċir għat-tiswija hija dovuta għal nuqqas ta’ konformità mar-Riżoluzzjoni IMO A.744(18), jew minħabba d-dokumentazzjoni tal-vapur jew minħabba diffetti u nuqqasijiet strutturali tal-vapur, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-kejl tal-ħxuna meħtieġ jitwettaq fil-port tad-detenzjoni qabel ma l-vapur jitħalla jsalpa.

3.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta’ spezzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn tkun qiegħda t-tarzna, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 19(6) u kull awtorità oħra kif xieraq tal-kondizzjonijiet kollha għall-vjaġġ.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi din in-notifika għandha tinforma lill-awtorità li nnotifikata bl-azzjoni li ttieħdet.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jiċċaħħad l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità huwa miċħud lill-vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

(a) mingħajr ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta’ spezzjoni; jew

(b) li jirrifjutaw li josservaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fit-tarzna indikata.

Tali ċaħda għandha tinżamm sakemm is-sid jew l-operatur jipproduċu evidenza għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn instab li l-vapur kien difettuż, li turi li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

5.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4 (a), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn instab difettuż il-vapur għandha tinfurma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4 (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab it-tarzna immedjatament għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Qabel ma jkun rifjutat id-dħul, l-Istat Membru jista’ jitlob konsultazzjonijiet mal-amministrazzjoni tal-bandiera tal-vapur konċernat.

6.  B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, jista’ jiġi permess aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku mill-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat tal-port fil-każ ta’ forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta’ sikurezza aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jkunu ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex jiġi assigurat dħul sigur.

Article 22

Profil professjonali tal-ispetturi

1.  L-ispezzjonijiet għandhom isiru biss mill-ispetturi li jaderixxu għall-kriterji ta’ kwalifikazzjoni speċifikati fl-Anness XI u li huma awtorizzati biex iwettqu kontroll tal-Istat tal-port mill-awtorità kompetenti.

2.  Meta l-ħila professjonali meħtieġa ma tistax tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port, l-ispettur ta’ dik l-awtorità kompetenti jista’ jkun assistit minn kull persuna bil-ħila rikjesta.

3.  L-awtorità kompetenti, l-ispetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat tal-port u l-persuni li jassistuhom m’għandu jkollhom l-ebda interess kummerċjali jew fil-port ta’ spezzjoni jew fil-vapuri spezzjonati, u lanqas l-ispetturi ma jitqabbdu minn,jew jagħmlu xogħol f’isem, organizzazzjonijiet mhux governattivi li joħorġu ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni jew li jagħmlu spezzjonijiet meħtieġa għal ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati għall-vapuri.

4.  Kull spettur għandu jġorr dokument personali fil-forma ta’ karta tal-identità maħruġ mill-awtorità kompetenti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li tistabbilixxi mudell komuni għal karta tal-identità għal spetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat fil-portijiet ( 4 ).

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza tal-ispetturi u l-konformità tagħhom mal-kriterji minimi imsemmija fl-Anness XI huma verifikati qabel ma jawtorizzawhom biex iwettqu spezzjonijiet u perijodikament wara dan fid-dawl tal-iskema għat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 7.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f’rabta ma’ bidliet fir-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port sistema applikata fil-Komunità kif stabbilit f’din id-Direttiva u f’emendi għall-Konvenzjonijiet.

7.  F’kooperazzjoni ma’ Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni ta’ kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port minnStati Membri.

Article 23

Rapporti minn piloti u awtoritajiet tal-port

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-piloti tagħhom imqabbdin biex jankraw jew iħollu vapuri jew imqabbdin biex jaħdmu fuq vapuri li sejrin lejn port jew fi transitu fi Stat Membru immedjatament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jew Stat kostali, kif adatt, meta jsiru jafu li waqt il-qadi normali ta’ dmirijiethom hemm anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tal-vapur, jew li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ambjent tal-baħar.

2.  Jekk awtoritajiet jew korpi tal-port, waqt il-qadi tad-dmirijiet normali tagħhom, isiru jafu li vapur fil-port tagħhom għandu anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vapur jew huma ta’ theddida irraġonevoli ta’ ħsara għall-ambjent tal-baħar, tali awtorità jew korp għandhom jinformaw immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port konċernat.

3.  L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port li jirrappurtaw tal-inqas l-informazzjoni li ġejja, f’format elettroniku kull fejn huwa possibbli:

 informazzjoni dwar il-vapur (isem, numru IMO, Sinjal ta’ Sejħa u bandiera),

 informazzjoni dwar tbaħħir (l-aħħar port li saritlu żjara, port ta’ destinazzjoni),

 deskrizzjoni ta’ anomaliji apparenti misjubin abbord.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta dwar anomaliji apparenti notifikati minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u għandhom jirreġsitraw id-dettalji tal-azzjoni meħuda.

▼M1

5.  Għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi proċeduri armonizzati għar-rapportar ta’ anomaliji apparenti minn bdoti u awtoritajiet jew korpi tal-port u tal-azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

▼B

Artikolu 24

Ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, b’bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-ispezzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva u għandha tinkludi l-funzjonalitajiet imniżżlin fl-Anness XII.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin reali tal-wasla u l-ħin reali tat-tluq ta’ kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet tiġi ttrasferita għal fuq il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni marittima tal-Komunità “SafeSeaNet” imsemmija fl-Artikolu 3(s) tad-Direttiva 2002/59/KE. Ladarba jkunu ttrasferew tali informazzjoni għal fuq il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet permezz ta’ SafeSeaNet, l-Istati Membri jkunu eżentati mill-provvediment ta’ data bi qbil mal- paragrafi 1.2 u 2(a) u (b) tal-Anness XIV ta’ din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta mal-ispezzjonijiet imwettqin skond din id-Direttiva hija trasferita lil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet ladarba r-rapport tal-ispezzjoni tlesta jew id-detenzjoni irtirata.

Fi żmien 72 siegħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita lil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet hija validata għal finijiet ta’ pubblikazzjoni.

4.  Abbażi tad-data tal-ispezzjoni fornuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tiġbor mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet kwalunkwe data rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment dwar il-profil tar-riskju tal-vapur, dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet, dwar data dwar il-moviment ta’ vapuri u dwar l-impenji għall-ispezzjonijiet ta’ kull Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha reġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet li hija rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri u l-firmatarji terzi għall-MOU ta’ Pariġi għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe data li huma rreġistraw fid-data base għall-ispezzjonijiet u għal data dwar vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom.

Artikolu 25

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port tiegħu u l-awtoritajiet jew korpi rilevanti oħrajn jfornu lill-awtorità tal-kontroll tal-Istat tal-port bit-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin li huma fil-pussess tagħhom:

 informazzjoni notifikata skond l-Artikolu 9 u l-Anness III;

 informazzjoni dwar vapuri li naqsu milli jinnotifikaw kwalunkwe informazzjoni skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u tad-Direttiva2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-vapuri u għall-fdalijiet mill-merkanzija ( 5 ) u Direttiva 2002/59/KE, kif ukoll, jekk adatt, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

 informazzjoni dwar vapuri li pproċedew għall-baħar mingħajr ma kkonformaw mal-Artikoli 7 jew 10 tad-Direttiva 2000/59/KE;

 informazzjoni dwar vapuri li nċaħadilhom dħul jew tkeċċew minn port minħabba raġunijiet ta’ sigurtà;

 informazzjoni dwar anomaliji apparenti skond l-Artikolu 23.

Artikolu 26

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli u żżomm fuq websajt pubblika l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet, id-detenzjonijiet u ċ-ċaħdiet ta’ aċċess skond l-Anness XIII, b’bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi.

Artikolu 27

Pubblikazzjoni talista ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jkun iddeterminat il-profil tar-riskju ta’ vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta’ tliet xhur jew iktar.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-kriterji għall-aggregazzjoni tad-data rilevanti u l-frekwenza tal-aġġornamenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(3).

▼B

Article 28

Rimbors ta’ spejjeż

1.  Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 jikkonfermaw jew jikxfu nuqqasijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni li tesiġi d-detenzjoni ta’ vapur, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet f’perijodu normali ta’ tagħrif normali tkun koperti mis-sid tal-vapur jew l-operatur jew mir-rappreżentant tiegħu fil-port ta’ Stat tiegħu.

2.  L-ispejjeż kollha dwar l-ispezzjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 21(4) jkunu fuq is-sid jew operatur tal-vapur.

3.  Fil-każ tad-detenzjoni ta’ vapur, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-vapur.

4.  Id-detenzjoni ma titneħħiex sakemm isir il-ħlas totali jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimborż tal-ispejjeż.

Article 29

Id-data għal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness XIV fl-intervalli kif hemm imsemmi f’dak l-Anness.

Artikolu 30

Monitoraġġ ta’ konformità u prestazzjoni tal-Istati Membri

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva u biex ikun sorveljat il-funzjonament ġenerali tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 2(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u twettaq żjarat fl-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 30a

Atti ddelegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b, rigward l-emendi għall-Anness VI, sabiex mal-lista stabbilita f’dak l-Anness tkun tista’ żżid aktar struzzjonijiet relatati mal-kontroll mill-Istat tal-port adottati mill-Organizzazzjoni tal-MtQ ta’ Pariġi.

Artikolu 30b

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotatta atti ddelegati kif imsemmi fl-Artikolu 30a għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Awwissu 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodu ta’ żmien identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 30a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 30a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M1

Artikolu 31

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri (COSS – “Committee on Safe Seas and the Prevention of Pollution from Ships”) stabbilit mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni dwar abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikoli 10(3), 23(5) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 27 rispettivament, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 33

Regoli ta’ implimentazzjoni

Meta tistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 10(3), 14(4), 15(4), 18a(7), 23(5) u 27 skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 31(3), il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb speċifikament li dawk ir-regoli jqisu l-għarfien espert u l-esperjenza miksuba bis-sistema tal-ispezzjonijiet fl-Unjoni u fuq il-bażi tal-għarfien espert tal-MtQ ta’ Pariġi.

▼B

Artikolu 34

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il- pieni hekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 35

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.. Ir-reviżjoni ser teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq tal-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 5, in-numru tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port f’kull Stat Membru, in-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità mal-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6, 7 u 8.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina abbażi tar-reviżjoni jekk huwiex meħtieġ li tkun proposta Direttiva emendattiva jew aktar leġislazzjoni f’dan il-qasam.

Artikolu 36

Implimentazzjoni u notifikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir u kif id-dikjarazzjoni għandha tkun ifformulata.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin taliġi nazzjonali adottati fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

4.  B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri b’mod partikolari bil-għan li jkun hemm applikazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni fil-Komunità.

Artikolu 37

Tħassir

Id-Direttiva 95/21/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness XV, Parti A, għandha titħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jaqraw skond il-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XVI ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 39

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

ELEMENTI TAS-SISTEMA TAL-ISPEZZJONI KOMUNITARJA GĦALL-ISTAT TAL-PORT

(imsemmija fl-Artikolu 5)

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fis-Sistema tal-Ispezzjoni Komunitarja għall-Istat tal-Port:

I.   Profil ta’ riskju ta’ vapur

Il-profil ta’ riskju ta’ vapur għandu jiġi determinat permezz ta’ kombinazzjoni tal-parametri ġeneriċi u storiċi l li ġejjin:

1.   Parametri ġeneriċi

(a) Tip ta’ vapur

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u tal-kimiki, trasportaturi tal-gass u trasportaturi tal-merkanzija mhux imballata għandhom jiġu kunsidrati li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(b) Età ta’ vapur

Vapuri li għandhom aktar minn 12-il sena huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju għoli.

(c) Prestazzjoni ta’ Stat tal-bandiera

(i) Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata għolja ta’ detenzjoni fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(ii) Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata ta’ detenzjoni baxxa fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju baxx.

(iii) Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li għalih kienet tkompliet verifika u, fejn rilevanti, kien ippreżentat pjan ta’ azzjoni korrettiv, kemm skond il-Qafas u l-proċeduri għall-Iskema ta’ Awditjar ta’ Stat Membru Volontarju tal-IMO għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju baxx. Appena l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 9(3) jiġu adottati, l-Istat tal-bandiera ta’ tali vapur għandu juri konformità mal-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta’ strumenti mandatorji tal-IMO.

(d) Organizzazzjonijiet rikonoxxuti

(i) Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni baxx jew baxx ħafna f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii) Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni għoli f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii) Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(e) Prestazzjoni ta’ kumpanija

(i) Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna kif determinat mir-rati ta’ nuqqasijiet u ta’ detenzjoni tal-vapuri tagħha fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii) Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni għolja kif determinat mir-rati ta’ defiċjenza u ta’ nuqqasijiet tal-vapuri tagħha fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

2.   Parametri storiċi

(i) Vapuri li nżammu għal aktar minn darba, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii) Vapuri li, waqt waqt spezzjoni(ijiet) imwettqin fil-perijodu msemmi fl-Anness II, kellhom inqas min-numru ta’ nuqqasijiet msemmijin fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii) vapuri li ma nżammux waqt il-perijodu msemmi fl-Anness II għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

Il-parametri tar-riskju msemmijin fit-Taqsima 1 għandhom ikunu kkombinati bl-użu ta’ koeffiċjent korrettorju li jirrifletti l-influwenza relattiva ta’ kull parametru fuq ir-riskju ġenerali tal-vapur sabiex ikunu determinati l-profili tar-riskju ta’ vapur li ġejjin:

 riskju għoli,

 riskju standard,

 riskju baxx.

Meta jkunu determinati dawn il-profili tar-riskju għandha tingħata enfasi akbar lill-parametri tat-tip ta’ vapur, il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija.

II.   Spezzjoni ta’ vapuri

1.   Spezzjonijiet perijodiċi

L-ispezzjonijiet perijodiċi għandhom jitwettqu f’intervalli predeterminati. Il-frekwenza tagħhom għandha tkun determinata mill-profil tar-riskju tal-vapur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi ta’ vapuri ta’ riskju għoli m’għandux jisboq is-sitt xhur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi tal-vapuri għandu jiżdied kif ir-riskju tagħhom jonqos.

L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni perijodika lil:

 Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità’ jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar sitt xhur. Il-vapuri ta’ rsikju għoli isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-ħames xahar.

 Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju standard li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità jew tar-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar 12-il xahar. Il-vapuri ta’ riskju standard isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-għaxar xahar.

 Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju baxx li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ tal-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar 36 xahar. Il-vapuri b’riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar.

2.   Spezzjonijiet addizzjonali

Il-vapuri li għalihom il-fatturi spikkanti jew mhux mistennijin li ġejjin huma soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Madankollu, il-ħtieġa li titwettaq spezzjoni addizzjonali abbażi ta’ fatturi mhux mistennijin titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tal-ispettur.

2A.   Fatturi Dominanti

Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi spikkanti li ġejjin għandhom ikunu spezzjonati irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom.

 Vapuri li kienu sospiżi jew imneħħijin mill-klassi tagħhom għal raġunijiet ta’ sikurezza sa mill-aħħar spezzjoni fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.

 Vapuri li kienu s-suġġett ta’ rapport jew notifika minn Stat Membru ieħor.

 Vapuri li ma jistgħux ikunu identifikati fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

 Vapuri li:

 

 kienu involuti f’ħabta, ħbit mal-qiegħ jew inkaljar fi triqthom lejn il-port;

 kienu akkużati bi vjolazzjoni allegata tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi ta’ sostanzi jew nixxigħat li jagħmlu l-ħsara, jew

 kienu mmanuvrati f’manjiera erratika jew ta’ periklu li bihom il-miżuri dwar ir-rotot, adottati mill-IMO, jew prattiki ta’ navigazzjoni u proċeduri siguri ma kinux ġew segwiti.

2B.   Fatturi mhux mistennijin

Vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Id-deċiżjoni li titwettaq tali spezzjoni addizzjonali titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

 Vapuri li ma kkonformawx mal-verżjoni applikabbli tar-Rakkomandazzjoni tal-IMO dwar in-navigazzjoni fid-daħliet għall-Baħar Baltiku.

 Vapuri li jġorru ċertifikati maħruġin minn organizzazzjoni li qabel kienet rikonoxxuta li r-rikonoxximent tagħha kien irtirat mill-aħħar spezzjoni fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.

 Vapuri li kienu rrapportati minn piloti jew awtoritajiet jew korpi tal-port bħala li għandhom anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew ikunu ta’ theddida ta’ ħsara lill-ambjent skond l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva.

 Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2002/59/KE u jekk adatt ir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

▼M1

 Vapuri li kienu s-suġġett ta’ rapport jew ta’ lment, inkluż ilment fuq l-art, mill-kaptan, membru tal-ekwipaġġ, jew xi persuna jew organizzazzjoni b’interess leġittimu fl-operat b’sikurezza tal-vapur, kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord jew il-prevenzjoni tat-tinġis, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rapport jew l-ilment ikun manifestament mingħajr bażi.

▼B

 Vapuri li nżammu preċedentement aktar minn tliet xhur ilu.

 Vapuri li kienu rrappurtati b’ nuqqasijiet li jispikkaw, ħlief dawk li n- nuqqasijiet tagħhom kienu rettifikati fi żmien 14-il jum wara tluq, u għal nuqqasijiet li kellhom jiġu rettifikati qabel it-tluq.

 Vapuri li kienu rrappurtati bi problemi rigward il-merkanzija tagħhom, partikolarment merkanziji noċivi u perikolużi.

 Vapuri li kienu operati b’manjiera li jkunu ta’ periklu lil persuni, proprjetà jew ambjent.

 Vapuri fejn informazzjoni minn sors li tista’ toqgħod fuqu saret magħrufa, li l-parametri tar-riskji tagħhom ivarjaw minn dawk irreġistrati u l-livell tar-riskju huwa għalhekk miżjud.

▼M1

 Vapuri li għalihom sar qbil dwar pjan ta’ azzjoni li jirrettifika nuqqasijiet kif imsemmi fl-Artikolu 19(2a) iżda li fir-rigward tagħhom l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ma ġietx ivverifikata minn spettur.

▼B

3.   Skema ta’ selezzjoni

3A.   Vapuri ta’ Prijorità I għandhom ikunu spezzjonati kif ġej:

(a) Spezzjoni estiża għandha titwettaq lil:

 Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar sitt xhur,

 kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

(b) Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

 Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur.

(ċ) Fil-każ ta’ fattur spikkanti:

 Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skond il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq lil kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

 Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

3B.   Fejn l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tispezzjona vapur ta’ Prijorità II, għandu japplika dan li ġej:

(a) Spezzjoni estiża għandha titwettaq fuq:

 Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar ħames xhur,

 Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

 kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(b) Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

 Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

 Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(ċ) Fil-każ ta’ fattur mhux mistenni:

 Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

 Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.




ANNESS II



DISINN TA’ PROFIL TA’ RISKJU TA’ VAPUR

(imsemmija fl-Artikolu 10(2))

 

Profil

Vapuri b’livell ta’ riskju għoli (HRS)

Vapuri b’livell ta’ riskju normali (SRS)

Vapuri b’livell ta’ riskju baxx (LRS)

Parametri ġenerali

Kriterji

Importanza (f’punti)

Kriterji

Kriterji

1

Tip ta’ vapur

Vapuri għal-sustanzi kimiċi

Gass

Żejt

Merkanzija mhux ippakkjata

Passiġġieri

2

La vapur b’riskju għoli u lanqas vapur b’riskju baxx

It-tipi kollha

2

Kemma għandu żmien il-vapur

It-tipi kollha > 12-il sena

1

Ta’ kull żmien

3a

Bandiera

Listi suwed, griżi u bojod

Sewda - Riskju għoli ħafna Riskju għoli, Riskju medju għal għoli

2

Bajda

Sewda - Riskju medju

1

3b

Verifika - IMO

Iva

4a

Entitajiet rikonoxxuti

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

1

Baxxi ħafna-{}-

Baxxi ħafna

4b

Rikonoxxuti mill-UE

Iva

5

Kumpanija

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

2

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

Parametri storiċi

 

 

6

Numru ta’ anomaliji reġistrati waqt kull spezzjoni waqt l-aħħar 36 xahar

Nuqqasijiet

Mhux eliġibbli

≤ 5 (u mill-inqas ispezzjoni mwettqa waqt l-aħħar 36 xahar)

7

Numru ta’ detenzjonijiet waqt l-aħħar 36 xahar

Detenzjonijiet

≥ 2 detenzjonijiet

1

L-ebda detenzjoni

L-HRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji b’importanza totali ta’ 5 punti jew aktar.

Il-LRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji kollha fil-kuntest tal-parametri applikabbli għar-riskju baxx.

L-SRS huma l-vapuri li la huma HRS u lanqas LRS.




ANNESS III

NOTIFIKA

(imsemmija fl-Artikolu 9(1))

Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skond l-Artikolu 9(1):

L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini tal-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew ankraġġ jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:

(a) identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta’ identifikazzjoni IMO jew numru MSI);

(b) durazzjoni ppjanata taż-żjara;

(ċ) għal tankers:

(i) konfigurazzjoni: buq singolu, buq singolu b’SBT, buq doppju;

(ii) kondizzjoni tal-merkanzija u tankijiet tas-saborra: mimlijin, vojti, inerti;

(iii) volum u natura tal-merkanija;

(d) operazzjonijiet ippjanati fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni (merkanzija, ħatt, oħrajn);

(e) spezzjonijiet ta’ stħarriġ statutorju ppjanati u ħidma ta’ detenzjoni fl-ordni u ta’ tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port tad-destinazzjoni;

(f) data tal-aħħar spezzjoni estiża fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.




ANNESS IV

LISTA TA’ ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 13(1))

1. Ċertifikat ta’ Tunnellaġġ Internazzjonali (1969),

2.

 

 Ċertifikat ta’ Sikurezza ta’ Vapur tal-Passiġġieri;

 Ċertifikat ta’ Sikurezza tal-Bini ta’ Vapur tal-Merkanzija;

 Ċertifikat ta’ Sikurezza ta’ Tagħmir ta’ Vapur tal-Merkanzija;

 Ċertifikat ta’ Sikurezza tar-Radju ta’ Vapur tal-Merkanzija;

 Ċertifikat ta’ Eżenzjoni li jinkludi, fejn xieraq, il-lista tal-merkanzija;

 Ċertifikat ta’ Sikurezza għal Vapur ta’ Merkanzija.

3. Ċertifikat Internazzjonali ta’ Sigurta’ ta’ Vapur (ISSC).

4. Reġistrazzjoni Sinottika Kontinwa.

5. Ċertifikat Internazzjonali ta’ Adozzjoni għal Merkanzija ta’ Gassijiet Likwidi fil-Massa;

 Ċertifikat ta’ Idonjetà għat-merkanzija ta’ Gassijiet Likwefatti fil-massa.

6. Ċertifikat Internazzjonali ta’ Idonjetà għat-Merkanzija ta’ Kimiċi Perikolużi fil-Massa;

 Ċertifikat ta’ Idonjetà għat-merkanzija ta’ Kimiċi Perikolużi fil-Massa.

7. Ċertifikat Internazzjonali ta’ Prevenzjoni mill-Tinġis ta’ Żejt.

8. Ċertifikat Internazzjonali ta’ Prevenzjoni ta’ Tinġis għat-Merkanzija ta’ Sustanzi LikwidiPerikolużi fil-Massa.

9. Ċertifikat Internazzjonali Load Line (1966);

 Ċertifikat Internazzjonali ta’ eżenzjoni Load Line.

10. Ktieb ta’ reġistrazzjoni taż-Żejt, partijiet I u II.

11. Ktieb ta’ Reġistrazzjoni ta’ Merkanzija.

12. Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru.

13. Iċ-ċertifikati jew kwalunkwe dokumenti oħrajn maħruġin skond id-dispożizzjonijiet tal-STCW 78/95.

▼M1

14. Ċertifikati mediċi (ara l-MLC 2006).

15. Skema ta’ arranġamenti ta’ ħidma abbord il-vapur (ara MLC 2006 u l-STCW 78/95).

16. Reġistrazzjonijiet ta’ sigħat ta’ ħidma u mistrieħ tal-baħħara (ara l-MLC 2006).

▼B

17. Informazzjoni ta’ stabbilità.

18. Kopja tad-Dokument ta’ Konformità u ċ-Ċertifikat ta’ Amministrazzjoni ta’ Sikurezza maħruġ, bi qbil mal-Kodiċi ta’ Amministrazzjoni Internazzjonali għal Ħidma b’Sikurezza ta’ Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tinġis (SOLAS 74, il-Kapitolu IX).

19. Ċertifikati dwar il-qawwa tal-buq tal-vapur u installazzjonijiet makkinarji maħruġa minn organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata (meħtieġa biss jekk il-vapur iżomm il-klassi tiegħu ma’ organizzazzjoni rikonoxxuta).

20. Dokument ta’ konformità mal-ħtiġiet speċjali għal vapuri li jġorru oġġetti perikolużi.

21. Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ bastiment ta’ veloċità qawwija u permess biex ikun operat bastiment ta’ veloċità qawwija.

22. Lista jew manifest speċjali ta’ oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat tal-istivi.

23. Ir-reġistru tal-vapur (log book) f’dak li jirrigwarda r-reġistrar ta’ testijiet u eżerċizzji, inklużi ta’ eżerċizzji ta’ sigurtà u r-reġistru għar-reġistrar ta’ spezzjoni u l-manteniment tal-apparat u l-arranġamenti għall-ħarsien tal-ħajja u l-apparat u l-arranġamenti għall-ġlieda kontra n-nar.

24. Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ vapur għal-skopijiet speċjali.

25. Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ dettall mobbli għal tħaffir ‘il barra mill-kosta.

26. Għal tankers taż-żejt, ir-reġistru ta’ monitoraġġ u s-sistema ta’ kontroll ta’ rimi ta’ żejt għall-aħħar saborra tal-vjaġġ.

27. Il-lista tal-miġemgħa, impjant għall-kontroll tan-nar, u għal vapuri tal-passiġġieri, pjan ta’ kontroll ta’ ħsara.

28. Pjan abbord ta’ emerġenza ta’ tinġis miż-żjut.

29. Fajls ta’ rapporti dwar stħarriġ (fil-każ ta’ bastimenti li jġorru fil-massa u tankers taż-żejt).

30. Rapporti ta’ spezzjonijiet preċedenti ta’ kontroll tal-Istat tal-port.

31. Għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri, informazzjoni dwar il-relatività massima A/A.

32. Dokument ta’ awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ qmuħ.

33. Manwal dwar is-sigurtà tat-merkanzija.

34. Pjan ta’ amministrazzjoni tal-iskart u ktieb ta’ reġistru tal-iskart.

35. Sistema ta’ appoġġ ta’ deċiżjonijiet għall-kaptani tal-vapuri tal-passiġġieri.

36. Pjan ta’ kooperazzjoni SAR għal vapuri tal-passiġġiera fuq rotot fissi.

37. Lista talimitazzjonijiet ta’ operazzjoni għal vapuri tal-passiġġieri.

38. Fuljett ta’ bulk carrier.

39. Pjan ta’ merkanzija u ta’ ħatt għal trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata.

40. Iċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tinġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992).

41. Ċertifikati maħruġin skond id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni ta’ sidien ta’ bastimenti għal pretensjonijiet marittimi ( 7 ).

42. Ċertifikat meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar u b’passaġġi tal-ilma interni fil-każ ta’ aċċidenti ( 8 ).

43. Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja.

44. Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Ilmijiet Residwali.

▼M1

45. Ċertifikat tax-xogħol marittimu.

46. Dikjarazzjoni ta’ konformità tax-xogħol marittimu, partijiet I u II.

47. Ċertifikat tas-Sistema Internazzjonali dwar l-Anti-Fouling.

48. Ċertifikat tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tinġis taż-żejt tal-bunker.

▼M2

49. Ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi jew dikjarazzjoni ta’ konformità kif applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 9 )

▼M3

50. Dokument ta' Konformità maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( 10 ).

▼B




ANNESS V

EŻEMPJI TA’ “BAŻIJIET ĊARI”

(imsemmija fl-Artikolu 13(3))

A.   Eżempji ta’ bażijiet ċari għal spezzjoni aktar dettaljata

1. Vapuri identifikati fl-Anness I, parti II 2A u 2B.

2. Il-ktieb tar-reġistrazzjoni taż-żejt ma jkunx inżamm sewwa.

3. Matul l-eżami taċ-ċertifikati u ta’ dokumenti, oħrajn ikunu żvelati nuqqasijiet.

4. Indikazzjonijiet li l-membri tal-ekwipaġġ ma jistgħux jikkonformaw mal-ħtiġiet marbutin mal-komunikazzjoni abbord imniżżlin fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara ( 11 ).

5. Ċertifikat inkiseb bi frodi jew id-detentur ta’ ċertifikat mhuwiex il-persuna li għaliha kien maħruġ oriġinarjament iċ-ċertifikat.

6. Il-vapur għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li għandu ċertifikat maħruġ minn pajjiż li ma rratifikax l-STCW 78/95.

7. Xhieda ta’ merkanzija u operazzjonijiet oħrajn li ma twettqux b’mod sigur, jew bi qbil mal-linji ta’ gwida tal-IMO, eż. il-kontenut ta’ ossiġnu fil-forniment ewlieni ta’ gass inert lejn it-tankijiet tat-merkanzija ikun aktar għoli mil-livell massimu preskritt.

8. Defiċjenza tal-kaptan fuq tanker taż-żejt biex jipproduċi r-reġistru ta’ monitoraġġ u s-sistema ta’ kontroll dwar ħruġ ta’ żejt għall-aħħar vjaġġ b’saborra.

9. Defiċjenza ta’ lista aġġornata tal-miġemgħa, jew membri tal-ekwipaġġ li ma jafux id-dmirijiet tagħhom fil-każ ta’ nar jew ordni biex jabbandunaw il-vapur.

10. L-emissjoni ta’ allarmi foloz dwar periklu li ma jkunux segwiti minn proċeduri adatta ta’ kanċellazzjoni.

11. Id-defiċjenza ta’ tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-Konvenzjonijiet.

12. Kondizzjonijiet mhux sanitarji b’mod eċċessiv abbord il-vapur.

13. Xhieda mill-impressjoni ġenerali tal-ispettur u osservazzjonijiet li jeżistu deterjorazzjoni tal-buq jew strutturali serja jew nuqqasijiet li jistgħu joħolqu riskju għall-integrità strutturali, l-integrità tat-tqalfit jew l-integrità tar-reżistenza għall-maltemp tal-vapur.

14. Informazzjoni jew xhieda li l-kaptan jew l-ekwipaġġ ma jkunux familjari mal-operazzjonijiet essenzjali abbord li huma relatati mas-sikurezza tal-vapuri jew dwar il-prevenzjoni tat-tinġis, jew li l-operazzjonijiet bħal dawn ma jkunux saru.

15. L-assenza ta’ skeda ta’ arranġamenti ta’ ħidma abbord vapur jew tar-reġistrazzjonijiet ta’ sigħat ta’ xogħol jew ta’ mistrieħ tal-ekwipaġġ.

▼M1

16. Id-dokumenti meħtieġa taħt l-MLC 2006 mhumiex ippreżentati jew miżmuma jew inkella jinżammu b’mod falz jew id-dokumenti ppreżentati ma fihomx l-informazzjoni meħtieġa mill-MLC 2006 jew inkella mhumiex validi b’xi mod ieħor.

17. Il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fuq il-vapur ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-MLC 2006.

18. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li l-vapur bidel il-bandiera għall-fini li jevita l-konformità mal-MLC 2006.

19. Hemm ilment li jallega li l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-għajxien u tax-xogħol fuq il-vapur ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-MLC 2006.

▼B

B.   Eżempji ta’ raġunijiet ċari għall-kontroll ta’ vapuri dwar aspetti ta’ sigurtà

1. L-ispettur jista’ jistabbilixxi raġunijiet ċari għal aktar miżuri ta’ kontroll dwar is-sigurtà waqt l-ispezzjoni PSC inizjali kif ġej:

1.1 L-ISSC mhuwiex validu jew skada.

1.2 Il-vapur huwa f’livell ta’ sigurtà aktar baxx mill-port.

1.3 Ma twettqux stħarriġiet marbutin mas-sigurtà tal-vapur.

1.4 Reġistrazzjonijiet għall-aħħar 10 relazzjonijiet vapur/port jew vapur/vapur ma jkunux kompluti.

1.5 Evidenza jew osservazzjoni li membri ewlenin tal-persunal tal-vapur ma jistgħux jikkomunikaw ma’ xulxin.

1.6 Evidenza minn osservazzjonijiet li jeżistu nuqqasijiet serji fl-arranġamenti tas-sigurtà.

1.7 Informazzjoni minn terzi partijiet bħal rapport jew ilment dwar informazzjoni relatata mas-sigurtà.

1.8 Il-vapur għandu Ċertifikat Internazzjonali Interim ta’ Sigurta’ ta’ Vapur (ISSC) sussegwenti, maħruġ konsekuttivament u fil-ġudizzju professjonali tal-ispettur waħda mill-finijiet tal-vapur jew tal-kumpanija għat-talba ta’ tali ċertifikat hija li tkun evitata konformità sħiħa mas-SOLAS 74 Kapitolu XI-2 u l-parti A tal-Kodiċi ISPS, lil hinn mill-perijodu taċ-Ċertifikat Interim inizjali. Il-Kodiċi ISPS Parti A jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta ċ-Ċertifikat Interim jista’ jinħareġ.

2. Jekk raġunijiet ċari kif deskritti hawn fuq huma stabbiliti, l-ispettur għandu immedjatament jinforma lill-awtorità għas-sigurtà kompetenti (ħlief jekk l-ispettur huwa wkoll Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà). L-awtorità għas-sigurtà kompetenti għandha mbagħad tiddeċiedi dwar liema miżuri tal-kontroll ulterjuri huma meħtiġin b’kont meħud tal-livell tas-sigurtà skond ir-Regolament 9 tas-SOLAS Kapitolu XI.

3. Raġunijiet ċari barra minn dawk ta’ hawn fuq huma materja għall-Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà.




ANNESS VI

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 15(1))

L-Anness 1, “Proċeduri ta’ Kontroll tal-Istat tal-port” (PSCO) għall-MOU ta’ Pariġi u l-istruzzjonijiet li ġejjin mill-MOU ta’ Pariġi, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

 Instruction 33/2000/02: Operational Control on Ferries and Passenger Ships (Struzzjoni 33/2000/02: Kontroll Operattiv talaneċ u ta’ Vapuri tal-Passiġġieri),

 Instruction 35/2002/02: Guidelines for PSCOs on Electronic Charts (Struzzjoni 35/2002/02 Linji gwida għall-PSCO rigward Mapep Elettroniċi),

 Instruction 36/2003/08: Guidance for Inspection on Working and Living Conditions (Struzzjoni 36/2003/08 Gwida għall-ispezzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ Xogħol u ta’ Għajxien),

 Instruction 37/2004/02: Guidelines in Compliance with STCW 78/95 Convention as Amended (Struzzjoni 37/2004/02 Linji gwida għall-PSCO dwar STCW 78/95 kif emendata),

 Instruction 37/2004/05: Guidelines on the Inspection of Hours of Work/Rest (Struzzjoni 37/2004/05 Linji gwida għall-ispezzjoni rigward is-sigħat ta’ xogħol/serħan),

 Instruction 37/2004/10: Guidelines for Port State Control Officers on Security Aspects (Struzzjoni 37/2004/10 Linji gwida għall-Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port rigward Aspetti ta’ Sigurta’),

 Instruction 38/2005/02: Guidelines for PSCOs Checking a Voyage Data Recorder (VDR) (Struzzjoni 38/2005/02 Linji gwida għalll-kontroll mill-PSCO tar-reġistratur tad-Data tal-Vjaġġ (VDR)),

 Instruction 38/2005/05: Guidelines on MARPOL 73/78 Annex I (Struzzjoni 38/2005/05 Linji gwida dwar il-MARPOL Anness I),

 Instruction 38/2005/07: Guidelines on Control of the Condition Assessment Scheme (CAS) of Single Hull Oil Tankers (Struzzjoni 38/2005/07 Linji gwida dwar il-kontroll tal-iskema ta’ valutazzjoni tal-Kondizzjoni tat-tankers taż-żejt b’buq wieħed),

 Instruction 39/2006/01: Guidelines for the Port State Control Officer on the ISM-Code Struzzjoni 39/2006/01 Linji gwida għal Uffiċjali tal-kontroll tal-Istat tal-Port dwar il-Kodiċi ISM,

 Instruction 39/2006/02: Guidelines for Port State Control Officers on Control of GMDSS (Struzzjoni 39/2006/02 Linji gwida għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port dwar kontroll ta’ GMDSS),

 Instruction 39/2006/03: Optimisation of Banning and Notification Checklist (Struzzjoni 39/2006/03 Ottimizzazzjoni tal-lista tal-kontroll għall-Projbizzjoni u n-Notifikazzjoni),

 Instruction 39/2006/10: Guidelines for PSCOs for the Examination of Ballast Tanks and Main Power Failure Simulation (black-out test) (Struzzjoni 39/2006/10 Gwida għall-PSCOs għall-eżami ta’ tankijiet tas-saborra u simulazzjoni ta’ ħsara fil-ġenerazzjoni ewlenija tal-qawwa (test ta’ ħsara ġenerali fl-elettriċità)),

 Instruction 39/2006/11: Guidance for Checking the Structure of Bulk Carriers (Struzzjoni 39/2006/11 Gwida għall-kontroll tal-istruttura ta’ Trasportaturi ta’ Merkanzija mhux Imballata),

 Instruction 39/2006/12: Code of Good Practice for Port State Control Officers (Struzzjoni 39/2006/12 Kodiċi ta’ Prattika Korretta għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port),

 Instruction 40/2007/04: Criteria for Responsibility Assessment of Recognised Organisations (R/O) (Struzzjoni 40/2007/04: Kriterji għall-Valutazzjoni ta’ Responsabbiltà ta’ Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (R/O)),

 Instruction 40/2007/09: Guidelines for Port State Control Inspections for Compliance with Annex VI of MARPOL 73/78 (Struzzjoni 40/2007/09: Linji Gwida għall-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port għall-Konformità mal-Anness VI tal-MARPOL 73/78).




ANNESS VII

SPEZZJONI ESTIŻA TA’ VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Spezzjoni estiża tirrigwarda partikolarment il-kondizzjoni ġenerali tal-oqsma tar-riskju li ġejjin:

 Dokumentazzjoni.

 Kondizzjoni strutturali.

 Kondizzjoni rigward reżistenza għat-temp.

 Sistemi ta’ emerġenza.

 Komunikazzjoni bir-radju.

 Operati tal-merkanzija.

 Sikurezza kontra n-nar.

 Allarmi.

 Kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien.

 Tagħmir għan-navigazzjoni.

 Apparat għas-salvazzjoni tal-ħajja.

 Merkanzija perikoluża.

 Makkinarju ta’ propulsjoni u awżiljarju.

 Prevenzjoni tat-tniġġis.

Barra minn hekk, soġġett għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-persuni, tal-vapur jew tal-port, spezzjoni estiża għandha tinkludi l-verifika ta’ oġġetti speċifiċi ta’ oqsma ta’ riskju li jiddependu fuq it-tip ta’ biċċa tal-baħar spezzjonata, kif stabbilit skond l-Artikolu 14(3).




ANNESS VIII

PROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA’ AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ

(imsemmija fl-Artikolu 16)

1. Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 16(1)jintlaħqu, l-awtorità kompetenti tal-port fejn il-vapur inżamm għat- tielet darba,, għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur bil-miktub li ser tinħareġ ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess li ser issir applikabbli immedjatament wara li l-vapur iħalli l-port. Iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess għandha ssir applikabbli minnufih wara li l-vapur ħalla l-port wara li d-defiċjenzi li wasslu għad-detenzjoni kienu rimedjati.

2. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tal-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, u lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet b’informazzjoni dwar iċ-ċaħda ta’ aċċess mingħajr dewmien.

3. Sabiex titneħħa ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess, is-sid jew l-operatur għandhom jindirizzaw talba formali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dokument mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn servejer debitament awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li juri li l-vapur jikkonforma għal kollox mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kkonvenzjonijiet. L-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

4. It-talba għat-tneħħija ta’ ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess għandha wkoll tkun akkumpanjata, fejn adatt, minn dokument mis-soċjetà għal klassifikazzjoni li għandha l-vapur fi klassi wara żjara abbord minn servejer mis-soċjetà għal klassifikazzjoni, li juri li l-vapur jikkonforma mal-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

5. L-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess tista’ titneħħa biss, wara l-perijodu msemmi fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva jkun skada u wara reispezzjoni tal-vapur f’port maqbul.

Jekk il-port maqbul jinsab fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti dak l- tista’, wara talba tal-awtorità kompetenti li ħarġet ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess, tawtorizza li l-vapur jidħol fil-port maqbul sabiex issir ir-reispezzjoni.. F’dawn il-każijiet, m’għandhom isiru l-ebda operazzjonijiet ta’ merkanzija fil-port sakemm titneħħa l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess.

6. Jekk id-detenzjoni li wasslet għall-ħruġ ta’ ordni dwar ċaħda ta’ aċċess kienet tinkludi nuqqasijiet fl-istruttura tal-vapur, l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess tista’ titlob li ċerti spazji, inklużi spazji għall-merkanzija u t-tankijiet, jintagħmlu disponibbli għal eżami waqt ir-reispezzjoni.

7. Ir-reispezzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni dwar ċaħda ta’ aċċess jew mill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni bil-qbil mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess. L-awtorità kompetenti tista’ titlob sa 14-il jum avviż għar-reispezzjoni. Għandha tkun fornuta evidenza għas-sodisfazzjon ta’ dan l-Istat Membru li l-vapur jikkonforma għal kollox mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

8. Ir-reispezzjoni għandha tikkonsisti minn spezzjoni estiża li għandha tkopri tal-inqas il-partiti rilevanti tal-Anness VII.

9. L-ispejjeż kollha ta’ din l-ispezzjoni estiża għandhom jidħlu għalihom is-sid jew l-operatur.

10. Jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni estiża jissodisfaw lill-Istat Membru skond l-Anness VII, l-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess għandha titneħħa u l-kumpanija tal-vapur tkun infurmata b’dan bil-miktub.

11. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà għal klassifikazzjoni kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet bl-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-aċċess mingħajr dewmien.

12. L-informazzjoni marbuta mal-vapuri li kienu miċħudin aċċess għal portijiet fil-Komunità għandha ssir disponibbli fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet u ppubblikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 u tal-Anness XIII.




ANNESS IX

RAPPORT TA’ SPEZZJONI

(imsemmi fl-Artikolu 17)

Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jinkludi tal-inqas il-partiti li ġejjin.

I.   Ġenerali

1. Awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport

2. Data u post tal-ispezzjoni

3. Isem il-vapur spezzjonat

4. Bandiera

5. Tip ta’ vapur (kif indikat fiċ-Ċertifikat ta’ Amministrazzjoni tas-Sikurezza)

6. Numru IMO

7. Sinjal tas-sejħa

8. Tunnellaġġ (gt)

9. Tunnellaġġ deadweight (fejn rilevanti)

10. Sena tal-kostruzzjoni kif determinata abbażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta’ sikurezza tal-vapur

11. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni jew soċjetajiet għal klassifikazzjoni kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni oħra is-, fejn rilevanti, li ħarġet/ħarġu ċertifikati ta’ klassifikazzjoni lil dan il-vapur, jekk hemm

12. L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti u/jew kwalunkwe parti oħra li ħarġet/ħarġu ċertifikati lil dan il-vapur skond il-Konvenzjonijiet applikabbli f’isem l-Istat tal-bandiera

13. Isem u indirizz tal- kumpanija jew l-operatur tal-vapur

14. Isem u indirizz taċ-charterer responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip ta’ charter fil-każ ta’ vapuri li qed iġorru merkanzija mhux imballata likwida jew solida

15. Data finali tal-kitba tar-rapport ta’ spezzjoni

16. Indikazzjoni li l-informazzjoni dettaljata dwar spezzjoni jew id-detenzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni.

II.   Informazzjoni rigward spezzjoni

1. Ċertifikati maħruġin b’applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet, awtorità jew organizzazzjoni rilevanti li ħarġet iċ-ċertifikat(i) in kwistjoni, inkluża d-data ta’ ħruġ u ta’ skadenza

2. Partijiet jew elementi tal-vapur li kienu spezzjonati (fil-każ ta’ spezzjoni aktar dettaljata jew estiża)

3. Port u data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali jew imġedded u l-isem tal-organizzazzjoni li wettqet l-istħarriġ

4. Tip ta’ spezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni estiża)

5. Natura tan- nuqqasijiet

6. Miżuri meħudin.

III.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ detenzjoni

1. Data tal-ordni tad-detenzjoni

2. Data tat-tneħħija tal-ordni tad-detenzjoni

3. Natura tan- nuqqasijiet li jiġġustifikaw ordni ta’ detenzjoni (referenzi tal-Konvenzjonijiet, jekk rilevanti)

4. Indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta jew kwalunkwe korp privat li wettaq l-istħarriġ għandux ir-responsabbiltà f’rabta man-nuqqasijiet li, weħidhom jew meta kombinati, wasslu għad-detenzjoni

5. Miżuri meħudin.




ANNESS X

KRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA’ VAPUR

(imsemmija fl-Artikolu 19(3))

INTRODUZZJONI

Qabel tistabbilixxi jekk xi nuqqasijiet misjuba waqt spezzjoni jeżiġux detenzjoni tal-vapur involut, l-ispettur irid japplika l-kriterji msemmija aktar ‘l isfel fil-punti1 u 2.

▼C1

Il-punt 3 jinkludi eżempji ta’ nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(3)).

▼B

Fejn il-bazi għal detenzjoni hija r-riżultat ta’ ħsara aċċidentali soffruta waqt il-vjaġġ tal-vapur lejn il-port, l-ebda ordni ta’ detenzjoni m’għandha tkun maħruġa, basta li:

(a) akkont xieraq ingħata lill-bżonnijiet kontenuti fir-Regolament I/11(c) tas-SOLAS 74 rigward notifika għal amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-surveyor innominat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat rilevanti;

(b) qabel ma jidħol f’port, il-kaptan jew il-propjetarju tal-vapur ikun ippreżenta lill-awtorità ta’ kontroll tal-Istat tal-port dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident u l-ħsara soffruta u informazzjoni rigward in-notifika meħtieġa dwar l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

(c) Azzjoni remedjali adatta, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità, tkun qiegħda tittieħed mill-vapur; u

(d) L-awtorità tkun assigurat, u ġiet innotifikata bit-twettiq tal-azzjoni remedjali, li n- nuqqasijiet li kienu biċ-ċar ta’ periklu għas-sikurezza, għas-saħħa jew għall-ambjent kienu ġew irrettifikati.

1.    KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jeżerċita ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur irid japplika dawn il-kriterji:

Ħin:

Vapuri li mhumiex siguri biex ibaħħru jridu jinżammu wara l-ewwel spezzjoni irrispettivament miż-żmien li l-vapur ikus se jdum fil-port.

Kriterju:

Il-vapur jinżamm jekk in-nuqqasijiet tiegħu ikunu daqshekk serji li jimmeritaw ritorn ta’ spettur biex ikun ċert li dawn ġew ikkorreġuti qabel ma l-vapur isalpa.

Il-ħtieġa li l-ispettur jerġa lura fuq il-vapur hija kejl tal-gravità tan-nuqqasijiet. Madankollu, ma timponix tali obbligu għal kull każ. Timplika li l-awtorità trid tivverifika mod jew ieħor, preferibbilment bi żjara oħra, li n-nuqqasijiet ġew ikkoreġuti qabel it-tluq.

2.    APPLIKAZZJONI TAL-KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jiddeċiedi jekk in- nuqqasijiet misjuba fil-vapur humiex daqshekk serji li jeħtieġu detenzjoni l-ispettur irid jiċċertifika jekk:

1. il-vapur għandux dokumentazzjoni rilevanti u valida;

2. il-vapur għandux l-ekwipaġġ meħtieġ fid-Dokument dwar ekwipaġġ minimu ta’ sikurezza.

Waqt l-ispezzjoni l-ispettur irid jara jekk il-vapur u/jew l-ekwipaġġ hux kapaċi:

3. ibaħħar b’mod sigur fil-vjaġġ li ġej;

4. jimmaniġġa b’mod sigur, iwassal u jiċċekkja l-kondizzjoni tat-merkanzija waqt il-vjaġġ li ġej;

5. iħaddem il-kamra tal-magni b’mod sigur waqt il-vjaġġ li jmiss;

6. iżomm propulsjoni tajba u steering waqt il-vjaġġ li jmiss;

7. jiġġieled nirien b’mod effettiv f’kull parti tal-vapur jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

8. jabbandunaw il-vapur malajr u b’sikurezza u jagħmlu salvataġġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

9. jipprevienu tinġis tal-ambjent waqt il-vjaġġ li jmiss;

10. iżommu stabbilità adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

11. iżommu integrità watertight adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

12. jikkomunikaw f’sitwazzjoni ta’ inkwiet jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

13. jipprovdu kondizzjonijiet siguri u sani abbord waqt il-vjaġġ li jmiss;

14. jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta’ aċċident.

Jekk ir-risposta għal xi waħda minn dawn il-valutazzjonijiet hija negattiva, wara li jkunu kkunsidrati n- nuqqasijiet kollha misjuba, il-vapur għandu jiġi kkunsidrat b’mod qawwi għad-detenzjoni. Kombinazzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ natura inqas serja tista’ wkoll tesiġi d-detenzjoni tal-vapur.

3.

Biex tassisti l-ispettur fl-użu ta’ dawn il-gwidi, hemm lista ta’ nuqqasijiet, raggruppati flimkien taħt Konvenzjonijiet rilevanti u/jew kodiċi, li huma kkunsidrati ta’ natura hekk serja li jistgħu jesiġu d-detenzjoni tal-vapur involut. Din il-lista mhix maħsuba biex tkun esklussiva.

3.1.    Ġenerali

In-nuqqas ta’ ċertifikati u dokumenti validi kif meħtieġa mill-instrumenti rilevanti. Madankollu, vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stati li ma jaderixxux mal-konvenzjoni rilevanti () jew li ma implimentawx dokument ieħor rilevanti, mhumiex intitolati għal ċertifikati previsti mill-Konvenzjoni jew strument ieħor rilevanti. Għalhekk, assenza ta’ ċertifikati meħtieġa m’għandhiex minnha nnifisha tikkonstitwixxi raġuni biex iżżomm dawn il-vapuri; iżda, meta tapplika l-klawżola ta’ “mhemmx iktar trattament favorevoli”, konformità sostanzjali mad-dispożizzjonijiet hija meħtieġa qabel isalpa l-vapur.

3.2.    Żoni taħt il-Konvenzjoni SOLAS 74

1. Nuqqas tal-operazzjoni serja ta’ propulsjoni u makkinarju essenzjali ieħor, kif ukoll installazzjonijiet elettriċi.

2. Nuqqas ta’ ndafa fil-kamra tal-magni, ammont eċċessiv ta’ taħlit ta’ ilma biż-żejt fil-qiegħ tal-bastiment, insulazzjoni tal-katusi fil-kamra tal-magni kontaminatibiż-żejt, operazzjoni ħażina ta’ arranġamenti ta’ ppumpjar mill-qiegħ tal-bastiment.

3. Nuqqas ta’ tħaddim tajjeb tal-ġeneratur tal-emerġenza, dwal, batteriji u swiċis.

4. Nuqqas ta’ tħaddim tajjeb tal-isteering gear prinċipali u awżiljarju.

5. Assenza, kapaċità insuffiċjenti jew deterjorazzjoni serja ta’ tagħmir ta’ salvataġġ, biċċiet tal-baħar għas-sopravivenza u dispożittivi għat-tpoġġija fl-ilma.

6. Assenza, nuqqas ta’ osservanza jew deterjorazzjoni sostanzjali ta’ sistemi ta’ kxif tan-nar, fire-alarms, tagħmir ta’ kontra t-tifi tan-nar, installazzjoni mwaħħla ta’ kontra tifi tan-nar, valvoli tal-ventilazzjoni, fire dampers, tagħmir li jingħalaq malajr sal-limitu li ma jistgħux iħarsu l-użu maħsub tagħhom.

7. Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew nuqqas ta’ operazzjoni tajba taż-żoni fejn hemm it-merkanzija mill-protezzjoni tan-nar fuq tankers.

8. Assenza, non-konformità jew deterjorazzjoni serja ta’ dwal, forom jew sinjali tal-ħoss.

9. Assenza jew nuqqas ta’ tħaddim kif jixraq tat-tagħmir tar-radju għal komunikazzjonijiet għall-ajjut u ta’ sikurezza.

10. Assenza jew nuqqas tal-operazzjoni serja ta’ tagħmir ta’ navigazzjoni, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ SOLAS 74, Regolament V/16.2.

11. Assenza ta’ mapep ta’ navigazzjoni kkorreġuti, u/jew pubblikazzjonijiet nawtiċi oħra rilevanti meħtieġa għal vjaġġ maħsub, b’kont meħud li sistema ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep elettroniċi u ta’ informazzjoni (ECDIS) bħala sostitut għaċ-charts.

12. Assenza ta’ ventilazzjoni ta’ exhaust non-sparking għal kmamar tal-pompi ta’ merkanzija.

13. Nuqqasijiet serji fil-ħtiġiet operazzjonali, kif deskritti fis-Sezzjoni 5.5 tal-Anness 1 għal MOU ta’ Pariġi.

14. Numru, kompożizzjoni jew ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ li ma jikkorrispondix mad-dokument dwar ekwipaġġ minimu ta’ sikurezza.

15. In-nuqqas ta’ twettiq tal-programm imtejjeb ta’ stħarriġ skond is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2.

3.3.    Żoni taħt il-kodiċi IBC

1. Trasport ta’ sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2. Tagħmir ta’ sikurezza ta’ pressa għolja nieqes jew bil-ħsara.

3. Installazzjonijiet elettriċi li mhumiex intrinsikament siguri jew li ma jikkorisponduxgħar-rekwiżiti tal-kodiċi.

4. Sorsi ta’ taqbid f’postijiet perikolużi.

5. Kontravenzjonijiet ta’ rekwiżiti speċjali.

6. Qbiż ta’ ta’ kwantità ta’ merkanzija massima permessa kull tank.

7. Protezzjoni insuffiċjenti mis-sħana għal prodotti sensittivi.

3.4.    Żoni taħt il-kodiċi IGC

1. Trasport ta’ sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2. Apparati ta’ għeluq għal akkomodazzjoni jew spazji ta’ servizz nieqsa.

3.  Bulkhead mhux gastight.

4.  Air locks difettużi.

5. Valvoli li jingħalqu malajr mitlufin jew difettużi.

6. Valvoli tas-sikurezza nieqsa jew difettużi.

7. Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux mar-rekwiżiti tal-kodiċi.

8. Ventilaturi fiż-żona ta’ merkanzija ma jaħdmux.

9.  Pressure alarms għal tankijiet ta’ merkanzija ma jitħadmux.

10. Impjant ta’ sejba tal-gass u/jew impjant ta’ sejba ta’ gass tossiku difettużi.

11. Trasport ta’ sustanzi inibituri, mingħajr ċertiifkat validu.

3.5.    Żoni taħt LL 66

1. Żoni sinifikanti ta’ ħsara jew tmermir, jew pitting tal-plating u ebusija assoċjata fil-gverti u qafas li jaffettwaw in-navigabbiltà jew saħħa biex tieħu merkanzija lokali, sakemm ma sarux tiswijiet temporanji proprji għal vjaġġ ġewwa port għal tiswijiet permanenti.

2. Każ rikonoxxut ta’ stabbilità insuffiċjenti.

3. L-assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti u affidabbli, f’forma approvata, li b’mezzi rapidi u sempliċi, tippermetti lill-kaptan jirranġa għat-tgħabija u s-saborra tal-vapur tiegħu b’tali manjiera li jinżamm marġini sigur ta’ stabbilità fl-istadji kollha u fil-kondizzjonijiet varji tal-vjaġġ, u li jiġi evitat il-ħolqien ta’ kwalunkwe stress mhux aċċettabbli fl-istruttura tal-vapur.

4. Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew mekkaniżmi għall-għeluq difettużi, hatch closing arrangements u bibien watertight.

5. Merkanzija żejda.

6. Assenza ta’ draft mark jew draft mark li impossibbli biex taqraha.

3.6.    Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness I

1. Assenza, deterjorazzjoni serja jew nuqqas ta’ operazzjoni proprja ta’ oily-water filtering equipment, il-monitoring tat-tnixxija taż-żejt u sistema ta’ kontroll jew l-arranġamenti tal-alarm 15 ppm.

2. Kapaċità li fadal ta’ slop u/jew sludge tank insuffiċjenti għall-vjaġġ maħsub.

3. Ktieb tar-Rekords taż-Żejt mhux disponibbli (20 (5)).

4. Twaħħil illeċitu ta’ divjet ta’ ħatt mhux awtorizzat.

5. Il-fajl tar-rapport tal-istħarriġ ikun nieqes jew ma’ jkunx konformi mar-Regolament13G(3)(b) tal-MARPOL 73/78.

3.7.    Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness II

1. Assenza tal-manwali P & A.

2. Merkanzija mhux kategorizzata.

3. M’hemm ebda ktieb dwar merkanzija disponibbli.

4. Trasport ta’ sostanzi li qishom żejt mingħajr ma tissodisfa r-rekwiżiti jew mingħajrċertifikat adegwatament emendat.

5. Twaħħil illeċitu ta’ divjet ta’ ħatt mhux awtorizzat.

3.8    Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness V

1. Assenza tal-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart.

2. L-ebda ktieb tar-reġistrazzjoni tal-iskart mhuwa disponibbli.

3. Il-persunal tal-vapur mhuwiex familjari mal-ħtiġiet ta’ rimi/twarrib fil-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart.

3.9    Żoni taħt STCW 78/95 u d-Direttiva 2008/106/KE.

1. Defiċjenza tal-baħrin li jkollhom ċertifikat, li jakkwistaw ċertifikat xieraq, li jkollhom dispensa valida jew biex jipprovdu prova dokumentata li applikazzjoni għal konferma kienet ġiet ippreżentata lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

2. Evidenza li ċertifikat ġie akkwistat bi frodi jew li d-detentur ta’ ċertifikat mhuwiex il-persuna li lilha kien oriġinarjament inħareġ iċ-ċertifikat.

3. Nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet applikabbli ta’ ekwipaġġ ta’ sikurezza tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

4. Defiċjenza ta’ arranġamenti tas-sahra tan-navigazzjoni jew tal-inġinerija biex ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

5. Assenza fis-sahra ta’ persuna kkwalifikata biex topera apparat essenzjali għal navigazzjoni b’sikurezza, kommunikazzjoni bir-radju ta’ sikurezza jew il-prevenzjoni ta’ tinġis marittimu.

6 Defiċjenza li jforni prova ta’ profiċjenza prefessjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tinġis.

7. Inabilità li jipprovdu għall-ewwel sahra fil-bidu tal-vjaġġ u għal sahrat ta’ serħan sussegwenti persuni li jkunu straħu biżżejjed u li b’xi mod ieħor huma tajbin għal ħidma.

3.10.    ►M1  Żoni taħt l-MLC 2006 ◄

1. Ikel mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

2. Ilma mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

3. Kondizzjonijiet eċċessivament mhux sanitarji abbord.

4. Ma jkunx hemm tisħin fl-akkomodazzjoni ta’ vapur li jopera f’żoni fejn it-temperaturi jistgħu jkunu baxxi b’mod eċċessiv.

5. Ventilazzjoni mhux biżżejjed fl-akkomodazzjoni tal-vapur.

6. Skart eċċessiv, sadd mit-tagħmir jew merkanzija jew altrimenti kondizzjonijiet perikolużi fil-passaġġi/akkomodazzjonijiet.

7. Evidenza ċara li l-persunal għall-ewwel gwardja u l-gwardji suċċessivi, il-persunal fuq gwardja jew persunal ieħor tas-servizz mhuwiex f’pożizzjoni li jaqdi dmiru minħabba l-għeja.

▼M1

8. Il-kondizzjonijiet abbord huma ta’ perikolu b’mod ċar għas-sikurezza, is-saħħa jew is-sigurtà tal-baħħara.

9. In-nuqqas ta’ konformità tikkostitwixxi ksur serju jew ripetut tar-rekwiżiti tal-MLC 2006 (inklużi d-drittijiet tal-baħħara) li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-baħħara fuq il-vapur, kif stipulat fiċ-ċertifikat tax-xogħol marittimu tal-vapur u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tax-xogħol marittimu.

▼B

3.11.    Żoni li ma jirrikjedux detenzjoni, iżda fejn eż. operazzjonijiet ta’ merkanzija jridu jiġu sospiżi.

Nuqqas ta’ tħaddim serju (jew manutenzjoni) tas-sistema ta’ gass ta’ ġewwa, tagħmir relatat mal-merkanzija jew makkinarju huma kunsidrati raġuni suffiċjenti biex twaqqaf operazzjoni ta’ merkanzija.




ANNESS XI

KRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI

(imsemmija fl-Artikoli 22(1) u (5)

1. L-ispetturi għandu jkollhom it-tagħrif teoriku u l-esperjenza prattika meħtiġin ta’ vapuri u l-operat tagħhom. Huma għandhom ikunu kompetenti fl-infurzar tal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet u tal-proċeduri rilevanti ta’ kontroll tal-Istat tal-port. Dawn it-tagħrif u l-kompetenza fl-infurzar tal-ħtiġiet internazzjonali u Komunitarji għandhom jinkisbu permezz ta’ programmi ta’ taħriġ dokumentati.

2. L-ispetturi għandhom, bħala minimu, ikollhom jew:

(a) kwalifiki adatti minn istituzzjoni tal-baħar jew nawtika u esperjenza rilevanti ta’ tbaħħir bħala uffiċjal ċertifikat għal fuq vapur li għandu jew kellu ċertifikat ta’ kompetenza validu STWC 78 II/2 jew III/2 mhux limitat rigward iż-żona operattiva jew il-qawwa ta’ propulsjoni jew it-tunnellaġġ; jew

(b) ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut mill-Awtorità kompetenti bħala perit nawtiku, inġinier mekkaniku jew inġinier b’rabta ma’ oqsma marittimi u ħadmu f’dik il-kapaċità tal-inqas għal ħames snin; jew

(c) ikollhom grad universitarju rilevanti jew ekwivalenti u jkunu tħarrġu u kkwalifikaw kif adatt bħala spetturi ta’ sikurezza għall-vapuri.

3. L-ispettur għandu jkun:

 kompla tal-inqas sena ta’ servizz bħala spettur ta’ Stat tal-bandiera jew relatati ma’ stħarriġ u ċertifikazzjoni skond il-Konvenzjonijiet jew involut fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għalihom kienu delegati kompiti statutorji, jew

 kiseb livell ekwivalenti ta’ kompetenza billi jsegwi minimu ta’ sena taħriġ fuq il-post fi spezzjonijiet ta’ Kontroll tal-Istat tal-Port skond il-gwida ta’ Uffiċjali ta’ Kontroll tal-Istat tal-Port bl-esperjenza.

4. L-ispetturi msemmijin taħt 2(a) għandhom ikunu akkwistaw esperjenza marittima almenu ta’ 5 snin inklużi perijodi moqdijin fuq il-baħar bħala uffiċjali fid-dipartiment ta’ abbord jew tal-magni rispettivament, jew bħala spettur ta’ Stat tal-bandiera jew bħala assistent spettur tal-kontrol tal-Istat tal-port.

5. L-ispetturi għandu jkollhom l-abbiltà li jikkomunikaw oralment u bil-miktub mal-baħħara bil-lingwa l-aktar mitkellma fuq il-baħar.

6. L-ispetturi li ma josservawx il-kriterji fuq imsemmija jiġu aċċettati wkoll jekk imqabbda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għal kontroll tal-Istat tal-port fid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

7. Fejn fi Stat Membru l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1) u (2) jitwettqu minn spetturi ta’ kontroll tal-Istat tal-port; dawk l-ispetturi għandu jkollhom kwalifiki adatti, li għandhom jinkludu esperjenza teorika u prattika suffiċjenti fis-sigurtà marittima. Dan normalment għandu jinkludi:

(a) fehim tajjeb tas-sigurtà marittima u kif din hija applikata fl-operazjonijiet li qed jiġu eżaminati;

(b) tagħrif prattiku tajjeb ta’ teknoloġiji u tekniki tas-sigurtà;

(c) tagħrif ta’ prinċipji, proċeduri u tekniki tal-ispezzjonijiet;

(d) tagħrif prattiku tal-operazzjonijiet li qed jiġu eżaminati.




ANNESS XII

FUNZJONALITAJIET TAL-ĠABRA TA’ DATA GĦALL-ISPEZZJONIJIET

(imsemmija fl-Artikolu 24(1))

1. Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi tal-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:

 Tinkorpora data għall-ispezzjonijiet tal-Istati Membri u l-firmatarji kollha għall-MOU ta’ Pariġi;

 Tipprovdi data dwar il-profil tar-riskju ta’ vapur u dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet;

 Tikkalkula r-responsabbiltajiet ta’ spezzjoni għal kull Stat Membru;

 Tipproduċi l-lista l-bajda kif ukoll dik griża u sewda tal-Istati tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 16(1);

 Tipproduċi data dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji;

 Tidentifika l-partiti b’żoni ta’ riskju li għandhom jiġu kkontrollati f’kull spezzjoni.

2. Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandu jkollha l-kapaċità li tadatta għal żviluppi futuri u li tinteraġixxi ma’ databases għas-sikurezza marittima Komunitarji oħrajn, inkluża s-SafeSeaNet, li għandhom ifornu data dwar iż-żjarat li l-vapuri tabilħaqq jagħmlu f’portijiet tal-Istati Membri u, fejn xieraq, għal sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali rilevanti.

3. Għandha tkun fornuta deep hyperlink għal-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għas-sistema ta’ informazzjoni Equasis. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li d-databases pubbliċi u privati relatati ma’ spezzjoni ta’ vapuri aċċessibbli permezz tal-Equasis ikunu kkonsultati mill-ispetturi.




ANNESS XIII

PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI RELATATA MA’ SPEZZJONIJET, MA’ DETENZJONIJIET U ĊAĦDIET TA’ AĊĊESS FIL-PORTIJIET U L-ANKRAĠĠI TAL-ISTATI MEMBRI

(imsemmija fl-Artikolu 26)

1. L-informazzjonippubblikata skond l-Artikolu 26 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) l-isem tal-vapur;

(b) in-numru tal-IMO;

(c) it-tip tal-vapur;

(d) it-tunellaġġ (gt);

(e) is-sena tal-kostruzzjoni kif stabbilita abbażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sikurezza tal-vapur;

(f) l-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-vapur;

(g) fil-każ ta’ vapuri li jġorri l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip tal-kirja;

(h) l-istat tal-bandiera;

(i) ċertifikati ta’ klassifikazzjoni u statutorji maħruġin skond il-Konvenzjonijiet rilevanti, u l-awtorità jew organizzazzjoni li ħarġet kull wieħed miċ-ċertifikati in kwistjoni, inkluża d-data tal-ħruġ u tal-iskadenza;

(j) il-port u d-data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali għaċ-ċertifikati fil-punt (i) fuq u l-isem ta’l-awtorità jew l-organizzazzjoni li tkun wettqet l-istħarriġ;

(k) data, port tal-pajjiż tad-detenzjoni.

2. Għal vapuri li kienu detenuti, informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 26 għandha tinkludi wkoll:

(a) l-għadd ta’ detenzjonijiet matul is-36 xahar preċedenti;

(b) id-data meta d-detenzjoni kienet tneħħiet;

(c) id-durazzjoni tad-detenzjoni, fi ġranet;

(d) ir-raġunijiet għad-detenzjoni, f’termini ċari u espliċiti;

(e) l-indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun għamlet l-istħarriġ ikollhiex ir-responsabbiltà rigward id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni;

(f) id-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu ttieħdu fil-każ ta’ vapur li kien tħalla jmur lejn l-eqreb baċir għat-tiswija adattata;

(g) jekk il-vapur inċaħadlu aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità, ir-raġunijiet għall-miżura f’termini ċari u espliċiti.




ANNESS XIV

DATA FORNUTA FIL-KUNTEST TA’ MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI

(kif imsemmija fl-Artikolu 29)

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja dwar is-sena ta’ qabel mhux aktar tard mill-1 ta’ April.

1.1.   L-għadd ta’ spetturi li jaġixxu għan-nom tagħhom fil-qafas tal-kontroll tal-Istat tal-port.

Dan it-tagħrif għandu jingħata lill-Kummissjoni waqt li tintuża l-iskeda mudell li ġejja ( 12 ) ( 13 ).



Port/żona

Numru ta’ spetturi impjegati full-time

(A)

Numru ta’ spetturi part-time

(B)

Konverżjoni minn (B) għal full-time

(C)

Total

(A+C)

Port X /jew Żona X….

 

 

 

 

Port Y /jew Żona Y….

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

1.2.   L-għadd totali tal-vapuri individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f’livell nazzjonali. Iċ-ċifra għandha tkun in-numru ta’ vapuri koperti minn din id-Direttiva li daħlu fil-portijiet f’livell nazzjonali magħdudin biss darba.

(2)   L-Istati Membri għandhom

(a) ifornu lill-Kummissjoni kull sitt xhur lista żjarat f’port tal-vapuri individwali, minbarra s-servizzi regolari talaneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li daħlu fil-portijiet tagħhom jew li kienu nnotifikaw lil awtorità jew korp tal-port wasliethom f’ankoraġġ, li tinkludi għal kull moviment tal-vapur n-numru ta’ IMO tiegħu, id-data tal-wasla tiegħu; l-port. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta’ programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar awtomatiku tal-informazzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista għandha tkun fornuta fi żmien 4 xhur mit-tmiem tal-perijodu li għalih tappartjeni d-data.

u

(b) ifornu lill-Kummissjoni b’listi separati ta’ servizzi regolari ta’ laneċ tal-passiġġieri u servizzi regolari talaneċ tal-merkanzija msemmijin fil-punti(a), sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u wara dan kull darba li jsiru bidliet f’tali servizzi. Il-lista għandha tinkludi għal kull vapur in-numru IMO tiegħu, ismu u r-rotta koperta mill-vapur. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta’ programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar tal-informazzjoni msemmija hawn fuq.




ANNESS XV

PARTI A



DIRETTIVA MĦASSRA B’ELEMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill

(GU L 157, 7.7.1995, p. 1)

 

Direttiva 98/25/KE tal-Kunsill

(ĠU L 133, 7.5.1998, p. 19)

 

Direttiva 98/42/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 184, 27.6.1998, p. 40)

 

Direttiva 1999/97/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 331, 23.12.1999, p. 67)

 

Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17)

 

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropea u l-Artikolu 4 biss tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

 

PARTI B



LISTA TA’ SKADENZI ĠĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Direttiva 95/21/KE

30 ta’ Ġunju 1996

Direttiva 98/25/KE

30 ta’ Ġunju 1998

Direttiva 98/42/KE

30 ta’ Settembru 1998

Direttiva 1999/97/KE

13 ta’ Diċembru 2000

Direttiva 2001/106/KE

22 ta’ Lulju 2003

Direttiva 2002/84/KE

23 ta’ Novembru 2003




ANNESS XVI



Skeda ta’ Korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(a)

Artikolu 1, it-tieni inċiż

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(c)

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1), il-ħames inċiż

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1), is-sitt inċiż

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1), is-seba’ inċiż

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1), it-tmien inċiż

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(14)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(15)

Artikolu 2(16)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(18)

Artikolu 2(19)

Artikolu 2(20)

Artikolu 2(21)

Artikolu 2(22)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu,

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu

Artikolu 3(2) to (4)

Artikolu 3(2) to (4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 6(1) kliem introduttorju

Artikolu 13(1) kliem introduttorju

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 13(1)(a)

Artikolu 13(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 6(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 7a

Artikolu 7b

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 19(1) u (2)

Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 19(3)

Artikolu 9(3), sentenzi 2 sa 4

Artikolu 19(4)

Artikolu 9(4) sa (7)

Artikolu 19(5) sa (8)

Artikolu 19(9) u (10)

Artikolu 9a

Artikolu 10(1) sa (3)

Artikolu 20(1) sa (3)

Artikolu 20(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4) sa (6)

Artikolu 21(4) sa (6)

Artikolu 12 (1) sa (3)

Artikolu 22(1) sa (3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(5) sa (7)

Artikolu 13(1) sa (2)

Artikolu 23(1) u (2)

Artikolu 23(3) sa (5)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 16(2a)

Artikolu 28(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 17

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 18

Artikolu 31

Artikolu 19

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 19a

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 20

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 21

Artikolu 38

Artikolu 22

Artikolu 39

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VI

Anness X

Anness VII

Anness XI

Anness XII

Anness VIII

Anness XIII

Anness IX

Anness IX

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness VIII

Anness XII

Anness XV

Anness XVI

▼M4




ANNESS XVII

Spezzjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari

1.1. Qabel vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jibda jopera f'servizz regolari kopert minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 ( 14 ), biex jiżguraw li dawk il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni sikura ta' servizz regolari.

1.2. Meta vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu ser jiġu ingaġġati f'servizz regolari ieħor, l-Istat Membru kkonċernat jista' jqis l-ispezzjonijiet imwettqa minn Stat Membru ieħor matul it-tmien xhur preċedenti fir-rigward ta' dak il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew dak l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għal operazzjonijiet f'servizz regolari ieħor kopert minn din id-Direttiva, dment li l-Istat Membru jkun sodisfatt f'kull każ li dawk l-ispezzjonijiet preċedenti jkunu rilevanti għall-kondizzjonijiet il-ġodda ta' operazzjoni u li matul dawk l-ispezzjonijiet kienu sodisfatti l-ħtiġijiet neċessarji għall-operazzjoni bla periklu ta' servizz regolari. L-ispezzjonijiet previsti fil-punt 1.1 ma għandhomx għalfejn jiġu applikati qabel ma l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jibda jopera fis-servizz regolari l-ġdid.

1.3. Fejn, minħabba ċirkostanzi mhux previsti jkun hemm ħtieġa urġenti tal-introduzzjoni rapida ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ta' sostituzzjoni biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, u l-punt 1.2 ma jkunx applikabbli, l-Istat Membru jista' jippermetti li l-vapur tal-passiġġieri jew l-inġenju għall-passiġġieri jibdew joperaw sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) spezzjoni viżwali u kontroll tad-dokumenti ma jqajmu ebda tħassib li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni bla periklu;

(b) l-Istat Membru jwettaq l-ispezzjoni prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 fi żmien xahar.

2. L-Istati Membri għandhom, darba fis-sena, iżda mhux qabel erba' xhur u mhux iktar tard minn tmien xhur wara l-ispezzjoni preċedenti, iwettqu:

(a) spezzjoni, inkluż ir-rekwiżiti tal-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/2110 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 ( 15 ) kif applikabbli; u

(b) spezzjoni matul servizz regolari. Din l-ispezzjoni għandha tkopri l-punti elenkati fl-Anness III għad-Direttiva (UE) 2017/2110 u dak li, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, jikkostitwixxi għadd suffiċjenti tal-punti elenkati fl-Annessi I u II għad-Direttiva (UE) 2017/2110, biex ikun żgurat li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew il-iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha għall-operazzjoni bla periklu.

3. Fejn vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jkunux ġew spezzjonati f'konformità mal-punt 2, il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew il-l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għandhom jitqiesu bħala Prijorità I.

4. Spezzjoni f'konformità mal-punt 1.1. għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet tal-punt 2(a) ta' dan l-Anness.



( 1 ) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

( 2 ) ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

( 3 ) Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 4 ) ĠU L 196, 7.8.1996, p. 8.

( 5 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.

( 6 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

( 7 ) Ara paġna 128 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 8 ) Ara paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 9 ) Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r- Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).

( 10 ) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.

( 11 ) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

( 12 ) Fejn l-ispezzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta’ kontroll tal-Istat tal-port jirrappreżentaw biss parti mill-ħidma tal-ispetturi, in-numru totali ta’ spetturi għandu jkun konvertit għal numru ekwivalenti ta’ spetturi full-time. Fejn l-istess spettur jaħdem f’aktar minn port wieħed jew żona ġeografika waħda l-ekwivalenti part-time applikabbli għandu jingħadd f’kull port.

( 13 ) Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’livell nazzjonali u għal kull port tal-Istat Membru li jkun. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew grupp ta’ spetturi, li tkun tikkonsisti f’bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ.

( 14 ) Direttiva (UE) 2017/2110 tal-15 ta' Novembru 2017 dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61).

( 15 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta' Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 2).

Top