EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009L0005-20090220

Consolidated text: Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat- 30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/5/2009-02-20

2009L0005 — MT — 20.02.2009 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/5/KE

tat-30 ta’ Jannar 2009

li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 029, 31.1.2009, p.45)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38  (09/5)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/5/KE

tat-30 ta’ Jannar 2009

li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludi lista inizjali ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ( 2 ) kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ( 3 ).

(2)

L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2006/22/KE jipprovdi għall-possibbiltà li dak l-Anness jiġi addattat bil-ħsieb li jiġu stabbiliti linji ta' gwida dwar firxa komuni ta’ ksur tar-regolamenti, maqsuma f'kategoriji. L-aktar każijiet serji ta’ ksur għandhom jinkludu dawk li joħolqu riskju serju ta’ mewt jew ta’ feriment personali serju.

(3)

Il-provvediment ta’ aktar linji ta’ gwida għall-kategorizzazzjoni tal-ksur huwa pass importanti sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali għall-impriżi u l-kompetizzjoni aktar ġusta bejn l-impriżi.

(4)

Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur hija mixtieqa wkoll sabiex tipprovdi bażi komuni għas-sistemi li jikklassifikaw ir-riskju li l-Istati Membri għandhom jintroduċu skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE. Abbażi ta’ dawn il-kategoriji armonizzati, l-inklużjoni ta’ ksur li jitwettaq minn sewwieq jew impriża fi Stati Membri differenti mill-Istat Membru ta’ stabbiliment se tiġi ffaċilitata.

(5)

Bħala regola ġenerali, il-kategorizzazzjoni tal-ksur għandha tiddependi mill-gravità tagħhom u mill-konsegwenzi possibbli għas-sikurezza tat-toroq, kif ukoll mill-kapaċità għall-kontroll tal-konformità tas-sewwieq u tal-impriża mal-leġiżlazzjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KEE huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS




“ANNESS III

Ksur

B’konformità mal-Artikolu 9(3), it-tabella ta’ hawn taħt tinkludi linji ta’ gwida dwar firxa komuni ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, maqsuma f'kategoriji skont il-gravità tagħhom.



1.  Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006

Nru

Bażi ġuridika

Tipi ta’ ksur

Livell ta’ serjetà (1)

VSI

SI

MI

A

Ekwipaġġ

 
 
 

A1

Art. 5.1

►C1  Nuqqas ta' rispett tal-etajiet minimi tal-kundutturi ◄

 

X

 

B

Perjodi ta’ sewqan

 
 
 

B1

Art. 6.1.

Aktar minn 9 sigħat sewqan meta mhux permessa estensjoni għal limitu ta’ 10 sigħat

9 h<…<10 h

 
 

X

B2

10 h<…<11 h

 

X

 

B3

11 h<…

X

 
 

B4

Aktar mil-limitu estiż ta’ 10 sigħat sewqan meta l-estensjoni hija permessa

10 h<…<11 h

 
 

X

B5

11 h<…<12 h

 

X

 

B6

12 h<…

X

 
 

B7

Art. 6.2

Aktar sewqan mil-limitu permess għal ġimgħa

56 h<…<60 h

 
 

X

B8

60 h<…<70 h

 

X

 

B9

70 h<…

X

 
 

B10

Art. 6.3

Ħin totali ta’ sewqan f’2 ġimgħat konsekuttivi ogħla mil-limitu

90 h<…<100 h

 
 

X

B11

100 h<…<112 h 30

 

X

 

B12

112 h 30<…

X

 
 

C

Waqfien għall-mistrieħ

 
 
 

C1

Art. 7

Aktar sewqan mil-limitu permess għal sewqan bla waqfien

4 h 30<…<5 h

 
 

X

C2

5 h<…<6 h

 

X

 

C3

6 h<…

X

 
 

D

Perjodi ta' Serħan

 
 
 

D1

Art. 8.2.

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan ta’ inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ serħan ta’ kuljum

10 h<…<11 h

 
 

X

D2

8 h 30<…<10 h

 

X

 

D3

…<8 h 30

X

 
 

D4

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum inqas minn 9 sigħat meta permess tnaqqis

8 h<…<9 h

 
 

X

D5

7 h<…<8 h

 

X

 

D6

…<7 h

X

 
 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum ta’ inqas minn 3h+9h

3h+[8h<…<9h]

 
 

X

D8

3h+[7h<…<8h]

 

X

 

D9

3h+[…<7h]

X

 
 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan ta’ kuljum ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed

8 h<…<9 h

 
 

X

D11

7 h<…<8 h

 

X

 

D12

…<7 h

X

 
 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ serħan fil-ġimgħa inqas minn 24 siegħa

22 h<…<24 h

 
 

X

D14

20 h<…<22 h

 

X

 

D15

…<20 h

X

 
 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta’ serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ serħan fil-ġimgħa

42 h<…<45 h

 
 

X

D17

36 h<…<42 h

 

X

 

D18

…<36 h

X

 
 

E

Tipi ta’ ħlas

 
 
 

E1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta’ oġġetti trasportati

X

 
 

(1)   VSI = Ksur serju ħafna/SI = Ksur serju/MI = Ksur inqas serju



2.  Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85

Nru

Bażi ġuridika

Tipi ta’ ksur

Livell ta’ serjetà (1)

VSI

SI

MI

F

Installazzjoni ta’ tagħmir tar-reġistrazzjoni

 
 
 

F1

Art. 3.1

Ebda tagħmir tar-reġistrazzjoni approvat mhu installat jew użat

X

 
 

G

Użu ta’ tagħmir tar-reġistrazzjoni, karta tas-sewwieq jew folja ta’ reġistrazzjoni

 
 
 

G1

Art. 13

Tagħmir tar-reġistrazzjoni ma jaħdimx sew (pereżempju: tagħmir tar-reġistrazzjoni li mhux spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat kif xieraq).

X

 
 

G2

Tagħmir tar-reġistrazzjoni użat ħażin (mingħajr l-użu ta’ karta tas-sewwieq valida, abbuż volontarju, …)

X

 
 

G3

Art. 14.1

Għadd insuffiċjenti ta’ folji ta’ reġistrazzjoni fil-vettura

 

X

 

G4

Mudell mhux approvat tal-folja ta’ reġistrazzjoni

 

X

 

G5

Għadd insuffiċjenti ta’ karti għal karti stampati (printouts) fil-vettura

 
 

X

G6

Art. 14.2

L-impriża ma żżommx folji ta' reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

X

 
 

G7

Art. 14.4

Is-sewwieq għandu aktar minn karta tas-sewwieq waħda li huma validi

X

 
 

G8

Art. 14.4

Tintuża karta tas-sewwieq li mhix il-karta valida tal-istess sewwieq

X

 
 

G9

Art. 14.4

Tintuża karta tas-sewwieq difettuża jew skaduta

X

 
 

G10

Art. 14.5

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas 365 ġurnata

X

 
 

G11

Art. 15.1

Jintużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieq maħmuġin jew imħassrin u dejta leġibbli

 
 

X

G12

Jintużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieq maħmuġin jew mħassrin u dejta mhux leġibbli

X

 
 

G13

Ma tintalabx sostituzzjoni tal-karta tas-sewwieq fi żmien 7 ijiem kalendarji minn meta jiġrilha ħsara, tiffunzjona ħażin, tintilef jew tinsteraq

 

X

 

G14

Art. 15.2

Il-folji ta’ reġistrazzjoni/il-karti tas-sewwieqa jintużaw ħażin

X

 
 

G15

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

X

 
 

G16

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew karta tas-sewwieq li ma jħallix impatt fuq id-dejta rreġistrata

 
 

X

G17

Tintuża folja ta’ reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat, iżda ma tintilef ebda dejta

 
 

X

G18

Tintuża folja ta’ reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

X

 
 

G19

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

X

 
 

G20

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

X

 
 

G21

Art. 15.3

Il-ħin irreġistrat fuq il-folja ma jaqbilx mal-ħin uffiċjali tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

 

X

 

G22

Il-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni jintuża ħażin

X

 
 

H

L-informazzjoni li tingħata

 
 
 

H1

Art. 15.5

Il-kunjom ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

X

 
 

H2

L-isem ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

X

 
 

H3

Id-data tal-bidu jew tmiem għall-użu tal-folja ma jidherx

 

X

 

H4

Il-post tal-bidu jew tmiem għall-użu tal-folja ma jidherx

 
 

X

H5

In-numru ta’ reġistrazzjoni ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 
 

X

H6

Il-qari tal-kilometraġġ (tal-bidu) ta’ fuq l-arloġġ (odometru) ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 

X

 

H7

Il-qari tal-kilometraġġ (tat-tmiem) ta’ fuq l-odometru ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 
 

X

H8

Il-ħin tal-bdil tal-vettura ma jidherx fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni

 
 

X

H9

Art. 15.5 a

Is-simbolu tal-pajjiż ma jidherx fuq it-tagħmir tar-reġistrazzjoni

 
 

X

I

Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni

 
 
 

I1

Art. 15.7

Rifjut li ssir verifika

X

 
 

I2

Art. 15.7

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet ta’ dakinhar

X

 
 

I3

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet tal-aħħar 28 jum

X

 
 

I4

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta x-xufier ikollu waħda

X

 
 

I5

►C1  Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet manwali u l-karti stampati matul il-ġurnata kurrenti u t-28 ġurnata preċedenti ◄

X

 
 

I6

Mhux possibbli li tiġi ppreżentata l-karta tas-sewwieq

X

 
 

I7

►C1  Mhux possibbli li jiġu ppreżentati l-karti stampati matul il-ġurnata kurrenti u t-28 ġurnata preċedenti ◄

X

 
 

J

Frodi

 
 
 

J1

Art. 15.8

Falsifikazzjoni, ħabi jew qerda ta’ dejta rreġistrata fuq folji ta’ reġistrazzjoni, maħżuna f’tagħmir tar-reġistrazzjoni jew fuq il-karta tas-sewwieq jew il-karti stampati mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni.

X

 
 

J2

Manipulazzjoni tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni, l-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-karta tas-sewwieq li tista’ twassal biex id-dejta u/jew l-informazzjoni ta’ fuq il-karti stampati jiġu ffalsifikati

X

 
 

J3

Fil-vettura jkun hemm apparat li jista’ jintuża għall-falsifikazzjoni tad-dejta u/jew tal-informazzjoni ta’ fuq il-karti stampati (swiċċ/wajer …)

X

 
 

K

Ħsara

 
 
 

K1

Art. 16.1

Mhux imsewwija minn persuna tas-sengħa jew minn ġaraxx tat-tiswija approvati

X

 
 

K2

Mhux imsewwija waqt il-vjaġġ

 

X

 

L

Input manwali fuq il-karti stampati

 
 
 

L1

Art. 16.2

Is-sewwieq ma jagħtix l-informazzjoni kollha għal dawk il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma jsirux reġistrazzjonijiet waqt li t-tagħmir tar-reġistrazzjoni ma jkunx jista’ jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

X

 
 

L2

In-numru tal-karta tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan ma jidhrux fuq il-folja proviżorja

X

 
 

L3

Il-folja proviżorja mhix iffirmata

 

X

 

L4

Art. 16.3

It-telf jew is-serq tal-karta tas-sewwieq ma jiġix iddikkjarat b’mod formali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn dan iseħħ

X

 
 

(1)   VSI = Ksur serju ħafna/SI = Ksur serju/MI = Ksur inqas serju”



( 1 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

( 2 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

( 3 ) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

Top