This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R1338-20210101
Regulation (EC) No 1338/2008 of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 on Community statistics on public health and health and safety at work (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02008R1338 — MT — 01.01.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1338/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354 31.12.2008, p. 70) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/1700 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Ottubru 2019 |
L 261I |
1 |
14.10.2019 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1338/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Diċembru 2008
dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. L-istatistika għandha tiġi prodotta konformement ma' standards ta' imparzjalità, affidabilità, oġġettività, kost-effettività u konfidenzjalità statistika.
2. L-istatistika għandha tinkludi, fil-forma ta’ sett ta' data armonizzat u komuni, l-informazzjoni meħtieġa għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika, għas-sostenn ta’ l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, universalment aċċessibbli u sostenibbli kif ukoll għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
3. L-istatistika għandha tipprovdi d-data għal indikaturi strutturali, indikaturi ta’ żvilupp sostenibbli u Indikaturi tas-Saħħa fil-Komunità Ewropea (ECHI), kif ukoll settijiet ta’ indikaturi oħra li jeħtieġu li jiġu żviluppati għal skopijiet ta’ azzjonijiet Komunitarji ta’ monitoraġġ fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
Artikolu 2
Ambitu
L-Istati Membri għandhom jissuplixxu statistika lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar id-dominji li ġejjin:
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“statistika Komunitarja” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
“produzzjoni ta’ statistika” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
“saħħa pubblika” għandha tfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, jiġifieri l-istatus tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li jaffettwaw dak l-istatus tas-saħħa, il-bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, l-għoti tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha kif ukoll in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-finanzjament tagħha, u l-kaġunijiet tal-mortalità;
“saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol” għandha tfisser l-elementi kollha relatati mal-prevenzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol fl-attivitajiet tagħhom fil-preżent jew fl-imgħoddi, b’mod partikolari inċidenti fuq ix-xogħol, mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatat max-xogħol.
“mikro-data” għandha tfisser rekords statistiċi individwali;
“trażmissjoni ta' data kunfidenzjali” għandha tfisser it-trażmissjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità Komunitarja ta' data kunfidenzjali li ma tħallix identifikazzjoni diretta, f'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 u mar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90.
“data personali” għandha tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, skond l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 4
Sorsi
L-Istati Membri għandhom jiġbru id-data dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol minn sorsi li, skond is-setturi u s-suġġetti u skond il-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali, għandhom jikkonsistu f'surveys fid-djar jew simili jew moduli ta' surveys, jew inkella sorsi nazzjonali amministrattivi jew ta' rappurtar.
Artikolu 5
Metodoloġija
1. Fil-metodi użati għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data għandhom jieħdu kont ta', inkluż fil-każ ta’ attivitajiet ta' tħejjija, l-esperjenza u l-ħiliet esperti nazzjonali, u l-ispeċifiċitajiet, il-kapaċitajiet u l-ġbir tad-data eżistenti nazzjonali, fil-qafas tan-netwerks kollaborattivi u strutturi oħrajn tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) ma’ l-Istati Membri stabbiliti mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-metodoloġiji għall-ġbir tad-data regolari li jirriżulta minn proġetti b’dimensjoni statistika mwettqa taħt programmi Komunitarji oħrajn bħall-programmi tas-saħħa pubblika jew ta’ riċerka għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
2. Il-metodoloġiji statistiċi u l-ġbir tad-data li għandhom jiġu żviluppati għall-ġbir ta’ l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fil-livell Komunitarju għandhom jieħdu kont tal-bżonn ta' koordinazzjoni, kull meta jkun rilevanti, ma’ l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-komparabbiltà internazzjonali ta’ l-istatistika u l-konsistenza tal-ġbir tad-data kif ukoll li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforz u tal-kunsinni tad-data mill-Istati Membri.
Artikolu 6
Studji pilota u analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża
1. Kull meta tkun meħtieġa aktar data ma' dik diġà miġbura u ma' dik li diġà jeżistu metodoloġiji għaliha, jew meta tkun identifikata insuffiċjenza fil-kwalita' tad-data fid-dominji msemmija fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha twettaq studji pilota li jitlestew mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. L-għan ta’ dawn l-istudji-pilota għandu jkun dak li jittestjaw il-kunċetti u l-metodi u jivvalutaw il-vijabbiltà tal-ġbir tad-data relatata, inklużi l-kwalità statistika, il-komparabbiltà u l-kost-effettivita', skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Prattika dwar l-Istatistika Ewropea.
2. Kull meta tkun prevista l-preparazzjoni ta' miżura implimentattiva skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2), għandha titwettaq analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża, li tieħu kont tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data mqabbla ma' l-ispiża tal-ġbir tad-data u l-piż fuq l-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapport li jevalwa s-sejbiet ta' l-istudji pilota u/jew l-analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża, inkluż l-effetti u l-implikazzjonijiet ta' l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, fil-qafas tan-netwerks kollaborattivi u strutturi oħrajn ta' l-SSE.
Artikolu 7
Trażmissjoni, trattament u disseminazzjoni tad-data
1. Meta dan ikun meħtieġ għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodata kunfidenzjali jew, skond is-settur jew is-suġġett konċernat, id-data kumulattiva, skond id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmissjoni tad-data soġġetta għal kunfidenzjalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għat-trattament tad-data mill-Kummissjoni (Eurostat), safejn id-data tkun kunsidrata kunfidenzjali fis-sens ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 322/97. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data trażmessa ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta ta' l-unitajiet statistiċi (l-individwi) u li d-data personali tkun protetta f'konformità mal-prinċipji stabbiliti bid-Direttiva 95/46/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa skond dan ir-Regolament f’forma elettronika skond standard ta’ skambju maqbul bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri. Id-data għandha tiġi provduta konformement mal-limiti ta’ żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti, u b'rispett tal-perijodi ta’ referenza indikati, fl-Annessi jew fil-miżuri implimentattivi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 10(2).
3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex ittejjeb id-disseminazzjoni, l-aċċessibbiltà u d-dokumentazzjoni ta’ l-informazzjoni statistika, konformement mal-prinċipji ta' komparabbiltà, affidabbiltà u kunfidenzjalità statistika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 8
Evalwazzjoni ta’ kwalità
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità għandhom japplikaw għall-istatistika li għandha tiġi trażmessa:
“ir-rilevanza” għandha tirreferi għall-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-bżonnijiet kurrenti u potenzjali ta’ l-utenti;
“il-preċizjoni” għandha tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa;
“il-wasla fil-ħin” għandha tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-disponibilità ta' l-informazzjoni u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi;
“il-puntwalità” għandha tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-data ta’ rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;
“l-aċċessibbiltà” u “ċ-ċarezza” għandha jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;
“il-kumparabilità” għandha tirreferi għall-kejl ta' l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;
“il-koerenza” għandha tirreferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju.
2. Kull ħames snin kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità ta' data trażmessa u tippubblika rapporti.
Artikolu 9
Miżuri implimentattivi
1. Il-miżuri implimentattivi għandhom ikopru:
il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas- suġġetti koperti fl-Annessi I sa V;
is-suddiviżjoni tal-karatteristiċi;
il-perijodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għal-forniment tad-data;
il-forniment ta' metadata.
Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll tad-disponibbiltà, kemm huma adatti, u l-kuntest legali tas-sorsi tad-data Komunitarji eżistenti wara eżami tas-sorsi kollha relatati mad-dominji u s-suġġetti rispettivi.
Dawn il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
2. Jekk ikunu meħtieġa, derogi u perijodi ta’ transizzjoni għal xi Stati Membri, ibbażati fuq raġunijiet oġġettivi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(3).
Artikolu 10
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Dominju: Status tas-saħħa u l-fatturi determinanti tas-saħħa
Għanijiet
L-għan ta’ dan is-settur huwa l-forniment ta’ statistika dwar l-istatus u d-determinanti tas-saħħa.
Ambitu
Dan id-dominju jkopri l-istatistika dwar l-istatus tas-saħħa u l-fatturi determinanti tas-saħħa li huma bbażati fuq l-awtovalutazzjoni u miġbura minn surveys tal-popolazzjoni għajr dawk miġbura minn ġabriet ta’ data fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u individwi msemmija fir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), kif ukoll statistika oħra miġbura minn sorsi amministrattivi bħal dik dwar il-morbożità jew inċidenti u korrimenti. Persuni li jgħixu f’istituzzjonijiet kif ukoll it-tfal sal-età ta’ 14-il sena għandhom jiġu inklużi, fejn adatt u f’intervalli ad hoc rilevanti, suġġett għal studji pilota preċedenti li jkunu rnexxew.
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data
Il-miżuri relatati mal-ewwel sena ta’ referenza, l-intervall u l-limitu ta’ żmien għall-forniment tad-data għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Suġġetti koperti
Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
L-implimentazzjoni tas-Surveys tal-Eżami tas-Saħħa għandha tkun fakultattiva fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Il-ħin medju tal-intervista għal kull dar ma għandux ikun aktar minn 20 minuta għall-moduli tas-survey.
Metadata
Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar karatteristiċi ta' stħarriġ u sorsi oħrajn użati, il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
ANNESS II
Dominju: Kura tas-saħħa
Għanijiet
L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ statistika dwar il-kura tas-saħħa.
Ambitu
Dan id-dominju ikopri l-attivitajiet mwettqa minn istituzzjonijiet jew minn individwi li jkunu qed jaħdmu sabiex, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-għarfien u t-teknoloġija mediċi, paramediċi u ta’ l-infermiera, jilħqu l-mira tas-saħħa, inkluż il-kura għal żmien twil, kif ukoll l-attivitajiet amministrattivi u maniġerjali relatati.
Id-data għandha tiġi miġbura prinċipalment minn sorsi amministrattivi.
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data
L-istatistika għandha tiġi pprovduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-forniment tad-data għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Suġġetti koperti
Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Is-sett ta' data għandu jiġi stabbilit wara l-klassifikazzjonijiet internazzjonali rilevanti u wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri.
Il-mobbiltà tal-pazjenti, jiġifieri l-użu minnhom ta' faċilitajiet għall-kura tas-saħħa f'pajjiż li mhux dak tar-residenza tagħhom, u tal-professjonisti tas-saħħa, bħal dawk li jipprattikaw il-professjoni tagħhom barra mill-pajjiż fejn kisbu l-ewwel liċenzja tagħhom, għandha titqies fil-ġbir tad-data. Fil-ġbir tad-data għandha titqies ukoll il-kwalità tal-kura tas-saħħa.
Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u s-suddiviżjoni tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Metadata
Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar karatteristiċi tas-sorsi u l-ġabriet użati, il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
ANNESS III
Dominju: Kaġunijiet tal-mewt
Għanijiet
L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ statistika dwar il-kaġunijiet tal-mewt.
Ambitu
Dan id-dominju jkopri l-istatistika tal-kaġunijiet tal-mewt kif derivati miċ-ċertifikati mediċi tal-mewt b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. L-istatistika li għandha tiġi miġbura tirreferi għall-kaġun prinċipali li huwa definit mid-WHO bħala “l-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta’ okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi ta’ l-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali”. L-istatistika għandha tinġabar għall-imwiet kollha u għat-trabi kollha li jitwieldu mejta f'kull Stat Membru, b'distinzjoni bejn residenti u non-residenti. Kull meta jkun possibbli, id-data dwar il-kaġun tal-mewt għar-residenti li jmutu barra minn pajjiżhom għandha tkun inkluża fl-istatistika tal-pajjiż tar-residenza tagħhom.
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data
L-istatistika għandha tiġi provduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Id-data għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn 24-il xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza. Data provviżorja jew li tkun ġiet kalkulata tista’ tiġi provduta qabel. Fil-każ ta’ inċidenti tas-saħħa pubblika, jista’ jiġi stabbilit ġbir ta' data speċjali addizzjonali, dwar l-imwiet kollha jew dwar kaġunijiet speċifiċi ta’ mewt.
Suġġetti koperti
Is-sett ta' data armonizzat u komuni li għandu jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Id-data dwar il-kaġunijiet tal-mewt għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard tal-WHO u għandha ssegwi r-regoli ta’ l-Eurostat u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU u l-WHO għall-istatistika tal-popolazzjoni. Il-forniment ta' data dwar il-karatteristiċi ta' trabi ta' jitwieldu mejta għandu jkun fuq bażi volontarja. Il-forniment ta' data dwar imwiet ta' trabi tat-twelid (imwiet sa età ta' 28 jum) għandu jirrikonoxxi d-differenzi nazzjonali fil-prattika tar-reġistrazzjoni ta' kaġunijiet multipli tal-mewt.
Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Metadata
Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
ANNESS IV
Dominju: Inċidenti fuq ix-xogħol
Għanijiet
L-għan ta’ dan is-settur huwa l-forniment ta’ statistika dwar inċidenti fuq ix-xogħol.
Ambitu
Inċident fuq il-post tax-xogħol huwa definit bħala “okkorrenza diskreta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali”. Id-data għandha tinġabar, għall-forza tax-xogħol kollha, għal inċidenti fatali fuq ix-xogħol u inċidenti fuq ix-xogħol li jirriżultaw f’aktar minn tlett ijiem ta’ assenza minn fuq ix-xogħol, bl-użu ta’ sorsi amministrattivi komplementati b’sorsi addizzjonali rilevanti kull meta jkun meħtieġ u fattibbli għal gruppi speċifiċi ta' ħaddiema jew sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Subsett limitat tad-data bażika dwar l-inċidenti li jirriżultaw f’inqas minn erbat ijiem ta’ assenza minn fuq ix-xogħol tista’ tinġabar, meta tkun disponibbli u fuq bażi fakultattiva, fil-qafas tal-kollaborazzjoni ma’ l-ILO.
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data
L-istatistika għandha tiġi provduta darba fis-sena. Il-miżuri li jirrigwardaw l-ewwel sena ta' referenza għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Id-data għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn 18-il xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza.
Suġġetti koperti
Is-sett ta' mikrodata armonizzat u komuni li jingħata għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Is-sett tad-data dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għandu jiġi stabbilit fil-qafas ta' l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-metodoloġija ta' l-Istatistika Ewropea dwar l-Inċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW), b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri.
Il-forniment ta' data dwar in-nazzjonalità tal-persuna korruta, id-daqs ta' l-intrapriża u l-ħin ta' l-inċident għandhom ikunu fuq bażi volontarja. Dwar is-suġġetti tal-Fażi III tal-metodoloġija ta' l-ESAW, jiġifieri l-post tax-xogħol u s-sekwenza ta' okkorrenzi li kkaratterizzaw il-kawżi u ċ-ċirkostanzi ta' l-inċident, għandhom jiġu provduti ta' l-inqas tliet varjabbli. L-Istati Membri għandhom fuq bażi volontarja jipprovdu wkoll aktar data li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-Fażi III ta' l-ESAW.
Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Metadata
Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta, ir-rati ta' dikjarazzjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol u, meta jkun rilevanti, il-karatteristiċi tat-teħid tal-kampjuni, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
ANNESS V
Dominju: Mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol
Għanijiet
L-għan ta’ dan id-dominju huwa l-forniment ta’ l-istatistika dwar każijiet rikonoxxuti ta’ mard relatat max-xogħol u problemi ta’ saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol.
Ambitu
Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data
Għall-mard relatat max-xogħol, l-istatistika għandha tiġi provduta kull sena u tiġi preżentata mhux aktar tard minn 15-il xahar wara tmiem is-sena ta' referenza. Il-miżuri li jirrigwardaw il-perijodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-forniment ta' ġabriet ta' data oħrajn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Suġġetti koperti
Is-sett ta' data armonizzat u komuni li jiġi provdut għall-mard relatat max-xogħol għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Is-sett tad-data dwar il-mard relatat max-xogħol għandu jiġi stabbilit fil-qafas ta' l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-metodoloġija ta' l-Istatistika Ewropea dwar il-Mard Relatat max-Xogħol (ESAW), b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-prattiki fl-Istati Membri.
Is-sett ta' data armonizzat u komuni li jiġi provdut għall-problemi tas-saħħa relatati max-xogħol għandu jkopri l-lista ta’ suġġetti li ġejja:
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data.
Il-miżuri rigward il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, u d-dettalji tal-karatteristiċi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Metadata
Il-miżuri dwar forniment ta' metadata, inkluż metadata dwar il-popolazzjoni koperta u l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-ġbir ta' statistika u indikaturi komparabbli, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
( 1 ) Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019).