Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R1005-20110309

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/2011-03-09

2008R1005 — MT — 09.03.2011 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008

tad-29 ta' Settembru 2008

li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999

▼B

(ĠU L 286, 29.10.2008, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009

  L 280

5

27.10.2009

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 86/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010

  L 26

1

30.1.2010

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011

  L 57

10

2.3.2011


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 022, 26.1.2011, p. 8  (1005/2008)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008

tad-29 ta' Settembru 2008

li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999

▼B



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

Il-Komunità hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982 (“UNCLOS”), irratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982 li jikkonċerna il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut Migratorju Ħafna ta' l-4 ta' Awwissu 1995 (Il-Ftehim tan-NU ta' l-1995 dwar Stokkijiet ta' Ħut) u aċċettat il-Ftehim li jippromwovi l-Osservanza ta' Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u ta' Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd f'Ibħra Internazzjonali ta' l-24 ta' Novembru 1993 ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (Ftehim ta' Osservanza FAO). Dawk id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu b'mod predominanti l-prinċipju li huwa d-dover ta' l-Istati kollha li jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

(2)

L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 3 ), hu li jkun żgurat sfruttament tar-riżorsi akwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(3)

Is-sajd Illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) jikkostitwixxi waħda mit-theddidiet l-aktar serji għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin u li tippreġudika s-sisien proprji tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-isforzi internazzjonali li jippromwovu governanza aħjar ta' l-oċeani. Is-Sajd IUU jirrappreżenta wkoll theddida kbira għall-bijodiversità ta' l-ibħra, li jeħtieġ li tiġi indirizzata f'konformità ma' l-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “It-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità sa l-2010 – u lil hinn”.

(4)

Fl-2001, l-FAO adottat Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali, li l-Unjoni Ewropea endorsjat, sabiex jiġi prevenut, skoraġġit u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, bl-appoġġ attiv tal-Komunità, stabbilixxew sensiela ta' miżuri li huma mfasslin sabiex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.

(5)

F'konformità ma' l-impenji internazzjonali li għandha, u meta titqies id-dimensjoni ta' l-urġenza tal-problema, il-Komunità għandha ttejjeb b'mod sostanzjali l-azzjoni tagħha kontra s-sajd IUU u tadotta miżuri regolatorji ġodda mfasslin sabiex ikopru l-aspetti kollha tal-fenomenu.

(6)

L-azzjoni mill-Komunità għandha tkun immirata primarjament lejn aġir li jaqa' taħt id-definizzjoni tas-sajd IUU u li jikkaġuna l-aktar dannu serju lill-ambjent tal-baħar, is-sostenibbiltà ta' l-istokkijiet tal-ħut u s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tas-sajjieda li jimxu mar-regoli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd.

(7)

F'konformità mad-definizzjoni tas-sajd IUU, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż għall-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu f'ibħra internazzjonali u f'ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tal-pajjiżi kostali, inklużi ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' l-Istati Membri.

(8)

Sabiex tiġi indirizzata sew id-dimensjoni interna tas-sajd IUU, huwa vitali għall-Komunità li tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tittejjeb l-osservanza tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Pendenti r-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni ( 4 ), għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet għal dan il-għan f' dan ir-Regolament.

(9)

Ir-regoli Komunitarji, u b'mod partikolari t-Titolu II tar-Regolament (KEE) 2847/93, jipprevedu sistema komprensiva mfassla sabiex tiġi monitorjata l-legalità tal-qbid tal-ħut minn bastimenti tas-sajd Komunitarji. Is-sistema attwali li tapplika għal prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti ta' pajjiżi terzi u importati fil-Komunità ma tiżgurax livell ekwivalenti ta' kontroll. Dan in-nuqqas jikkostitwixxi inċentiv importanti għall-operaturi barranin li jkunu qed iwettqu sajd IUU sabiex jinnegozjaw il-prodotti tagħhom fil-Komunità u jżidu l-profitabbiltà ta' l-attivitajiet tagħhom. Bħala l-akbar suq għal u importatur ta' prodotti tas-sajd fid-dinja, il-Komunità għandha r-responsabbiltà speċifika li taċċerta li l-prodotti tas-sajd importati fit-territorju tagħha ma jkunux joriġinaw minn sajd IUU. Għaldaqstant għandu jiddaħħal reġim ġdid sabiex ikun żgurat kontroll adatt tal-katina tal-provvista għall-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità.

(10)

Għandhom jissaħħu r-regoli Komunitarji li jirregolaw l-aċċess għall-portijiet Komunitarji ta' bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' pajjiż terz bil-ħsieb li jkun żgurat kontroll adatt fuq il-legalità tal-prodotti tas-sajd żbarkati minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' pajjiż terz. Dan għandu jimplika notevolment li l-aċċess għall-portijiet Komunitarji jkun awtorizzat biss għall-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' pajjiż terz li jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni preċiża dwar il-legalità tal-qabdiet tagħhom u jivvalidaw din l-informazzjoni mill-Istat tal-bandiera tagħhom.

(11)

It-trasbordi fuq il-baħar jiskartaw kull kontroll adatt mill-Istati tal-Bandiera jew dawk kostali u jikkostitwixxu mod normali ta' kif l-operaturi li jwettqu sajd IUU jiddissimulaw in-natura illegali tal-qabdiet tagħhom. Huwa għaldaqstant ġustifikat li l-Komunità tawtorizza operazzjonijiet ta' trażbord biss fl-eventwalità li dawn isiru fil-portijiet speċifikati ta' l-Istati Membri, fil-portijiet ta' pajjiżi terzi bejn bastimenti tas-sajd Komunitarji, jew barra mill-ilmijiet Komunitarji bejn bastimenti tas-sajd Komunitarji u bastimenti tas-sajd irreġistrati bħala bastiment tal-ġarr taħt l-awspiċi ta' l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tas-sajd reġjonali.

(12)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet, l-proċeduri u l-frekwenza li skondhom għandhom jitwettqu l-attivitajiet ta' iċċekkjar, spezzjonar u verifika mill-Istati Membri, abbażi ta' ġestjoni tar-riskju.

(13)

Il-kummerċ mal-Komunità ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandu jkun pprojbit. Sabiex din il-projbizzjoni tkun waħda effettiva u tiżgura li l-prodotti kollha nnegozzjati tas-sajd importati fi jew esportati mill-Komunità jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha tiġi stabbilita skema ta' ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-kummerċ kollu tal-prodotti tas-sajd mal-Komunità.

(14)

Il-Komunità għandha tieħu kont tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

(15)

Huwa xieraq li, skond din l-iskema, ikun meħtieġ ċertifikat bħala prerekwiżit għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun fih informazzjoni li turi l-legalità tal-prodotti kkonċernati. Dan għandu jkun ivvalidat mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun qabad il-ħut ikkonċernat, f'konformità mad-dmir tiegħu skond id-dritt internazzjonali sabiex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mar-regoli internazzjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd.

(16)

Huwa essenzjali li din l-iskema ta' ċertifikazzjoni tapplika għall-importazzjonijiet kollha ta' prodotti tas-sajd tal-baħar fil-Komunità u l-esportazzjonijiet mill-Komunità. Din l-iskema għandha tapplika wkoll għall-prodotti tas-sajd li jkunu ġew ittrasportati jew ipproċessati f'pajjiż li m'huwiex l-Istat tal-bandiera qabel ma jaslu fit-territorju tal-Komunità. Għaldaqstant għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' dawk il-prodotti, sabiex ikun iggarantit li l-prodotti li jaslu fit-territorju tal-Komunità ma jkunux differenti minn dawk li l-legalità tagħhom tkun ġiet ivvalidata mill-Istat tal-bandiera.

(17)

Huwa importanti li jiġi żgurat livell ugwali ta' kontroll għall-prodotti importati kollha tas-sajd, mingħajr preġudizzju għall-volum jew frekwenza tal-kummerċ, billi jiġu introdotti proċeduri speċifiċi għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat.

(18)

L-esportazzjoni ta' qabdiet minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat Membru għandha wkoll tkun soġġetta għall-iskema ta' ċertifikazzjoni taħt il-qafas ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(19)

L-Istati Membri li fihom il-prodotti jkunu intenzjonati li jiġu importati għandhom ikunu kapaċi jiċċekkjaw il-validità taċ-ċertifikati tal-qabda li jkunu qegħdin jakkumpanjaw il-kunsinna u jkunu intitolati li jirrifjutaw l-importazzjoni fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti f' dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċertifikat tal-qabda ma jkunux sodisfatti.

(20)

Huwa importanti li l-attivitajiet ta' iċċekkjar, spezzjonar u verifika għal prodotti tas-sajd fi transitu jew trasbord jitwettqu primarjament mill-Istati Membri tad-destinazzjoni finali sabiex titjieb l-effiċjenza tagħhom.

(21)

Sabiex ikunu assistiti l-awtoritajiet tal-kontroll fl-Istati Membri fil-kompiti tagħhom sabiex jimmonitorjaw il-legalità tal-prodotti tas-sajd innegozzjati mal-Komunità Ewropea, kif ukoll sabiex iwissu lill-operaturi Komunitarji, għandha tiġi stabbilita sistema Komunitarja ta' allarm, imfassla sabiex tiddissemina l-informazzjoni, fejn adatt, dwar dubji ben fondati rigward il-konformità minn ċerti pajjiżi terzi mar-regoli applikabbli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni.

(22)

Huwa essenzjali li l-Komunità tadotta miżuri dissważivi kontra bastimenti tas-sajd li jwettqu sajd IUU u li ma jkunux soġġetti għal azzjoni xierqa mill-Istat tal-bandiera tagħhom b'reazzjoni għal tali sajd IUU.

(23)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, Stati terzi u korpi oħrajn, għandha tidentifika bastimenti tas-sajd issuspettati li jkunu qegħdin iwettqu sajd IUU, abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, u l-Kummissjoni għandha titlob l-informazzjoni mill-Istat tal-bandiera kompetenti rigward l-eżattezza tas-sejbiet.

(24)

Sabiex jiġi iffaċilitat l-istħarriġ li jkun jikkonċerna bastimenti tas-sajd preżunti li jkunu wettqu sajd IUU u sabiex tiġi prevenuta l-kontinwazzjoni tal-ksur allegat, dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta' kontroll u spezzjonar mill-Istati Membri.

(25)

Meta, fuq bażi ta' l-informazzjoni miksuba, ikun hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex jitqies li xi bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz kienu involuti f'sajd IUU u li l-Istati tal-bandiera kompetenti ma ħadux azzjoni effettiva b'reazzjoni għal tali sajd IUU, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lil dawk il-bastimenti fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità.

(26)

Meta, fuq bażi ta' l-informazzjoni miksuba, ikun hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex jitqies li xi bastimenti Komunitarji tas-sajd kienu involuti f'sajd IUU u li l-Istati Membri tal-bandiera kompetenti ma ħadux azzjoni effettiva skond dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 b'reazzjoni għal tali sajd IUU, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lil dawk il-bastimenti fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità.

(27)

Bil-ħsieb li tiġi rrimedjata l-assenza ta' azzjoni effettiva mill-Istati tal-bandiera kontra bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li tqiegħdu fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, u li tiġi ristretta tl-kontinwazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd minn dawk il-bastimenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri xierqa kontra dawk il-bastimenti.

(28)

Sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-bastimenti tas-sajd li tqiegħdu fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u ta' l-Istati tal-bandiera tagħhom, il-proċedura għall-elenkar għandha tagħti lill-Istat tal-bandiera l-opportunità li jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda u, fejn ikun possibbli, tagħti lis-sid jew operaturi kkonċernati l-possibbiltà li jinstemgħu f'kull wieħed mill-istadji tal-proċedura u tippermetti t-tneħħija tal-bastiment tas-sajd mil-lista fejn il-kriterji għall-elenkar tiegħu ma jibqgħux ikunu sodisfatti.

(29)

Sabiex jiġi pprovdut qafas wieħed fil-Komunità u sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' listi li jkunu jikkonċernaw bastimenti tas-sajd involuti f'sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom jiġu inklużi awtomatikament fil-lista korrispondenti stabbilita mill-Kummissjoni.

(30)

In-nuqqas ta' xi Stati milli jaqdu dak li hu d-dmir tagħhom skond id-dritt internazzjonali bħala Stati tal-Bandiera, tal-Port, kostali jew tas-suq, milli jieħdu miżuri xierqa sabiex tiġi żgurata l-osservanza mill-bastimenti tas-sajd jew iċ-ċittadini tagħhom tar-regoli dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd huwa wieħed mill-motivi ewlenin tas-sajd IUU u għandu jiġi indirizzat mill-Komunità.

(31)

Għal dan il-għan, barra mill-azzjoni tagħha fil-livelli internazzjonali u reġjonali, il-Komunità għandha tkun intitolata li tidentifika dawk l-Istati li ma jikkooperawx, fuq bażi ta' kriterji trasparenti, ċari u oġġettivi msejsa fuq standards internazzjonali, u, wara li tagħtihom ħin adegwat u sabiex iwieġbu għal notifika minn qabel, tadotta miżuri mhux diskriminatorji, leġittimi u proporzjonati fir-rigward ta' dawk l-Istati, inklużi miżuri kummerċjali.

(32)

Huwa kompitu tal-Kunsill li jadotta miżuri kummerċjali fir-rigward ta' Stati oħrajn. Peress l-istabbiliment ta' lista ta' Stati li ma jikkooperawx għandha tinkludi kontro-miżuri kummerċjali fir-rigward ta' l-Istati kkonċernati, huwa xieraq li l-Kunsill jirriżerva għalih id-dritt li jeżerċita setgħat implimentattivi direttament f'dan il-każ speċifiku.

(33)

Huwa essenzjali li ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri jkunu skoraġġuti b'mod effettiv milli jwettqu jew jappoġġaw sajd IUU minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi u li jkunu attivi barra mill-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-preminenza tar-responsabbiltà ta' l-Istat tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa u jikkooperaw bejniethom u mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu identifikati ċ-ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin iwettqu sajd IUU, jaċċertaw li jkunu ssanzjonati adegwatament u jivverifikaw l-attivitajiet taċ-ċittadini tagħhom li jkunu involuti ma' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi, barra mill-Komunità.

(34)

Il-persistenza ta' ħafna ksur serju kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd f'ilmijiet Komunitarji jew minn operaturi Komunitarji tidher ħafna fil-livell ta' sanzjonijiet mhux deterrenti stabbiliti fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' ksur serju ta' dawk ir-regoli. Dan in-nuqqas huwa magħmul mill-varjetà wiesgħa ta' livelli ta' sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha, li jinkoraġġixxu lill-operaturi illegali sabiex joperaw f'ilmijiet marittimi jew fit-territorju ta' l-Istati Membri fejn dawn huma fil-livell l-aktar baxx. Sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, abbażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2371/2002 u (KEE) Nru 2847/93 f'dan il-qasam, huwa xieraq li jiġu approssimati l-livelli massimi ta' sanzjonijiet amministrattivi fi ħdan il-Komunità previsti fir-rigward ta' ksur serju kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'kont meħud tal-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba permezz tal-ksur serju, ir-repetizzjoni tagħhom u l-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernati, kif ukoll sabiex tipprevedi miżuri immedjati ta' infurzar u miżuri komplementari.

(35)

Minbarra l-aġir li jikkostitwixxi ksur serju tar-regoli dwar l-attivitajiet tas-sajd, it-twettiq ta' negozju konness direttament ma' sajd IUU, inkluż il-kummerċ fi jew l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU, jew l-iffalsifikar ta' dokumenti, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala ksur serju li jkun jeħtieġ l-adozzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi ta' l-għola livelli armonizzati mill-Istati Membri.

(36)

Is-sanzjonijiet għall-ksur serju ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal persuni ġuridiċi għaliex dak il-ksur twettaq, fil-biċċa l-kbira, fl-interess tal-persuni ġuridiċi jew għall-benefiċċju tagħhom.

(37)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-lemħ ta' bastimenti tas-sajd fil-baħar adottati fi ħdan ċerti organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom jiġu implimentati b'mod armonizzat fil-Komunità.

(38)

Il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma' pajjiżi terzi hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u sanzjonat u li l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament jkunu jistgħu jiġu applikati. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka sabiex tittejjeb din il-koperazzjoni.

(39)

Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex jinkiseb l-għan bażiku li jiġi eliminat is-sajd IUU li jiġu stabbiliti regoli dwar il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet segwiti, skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(40)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni ( 5 ).

(41)

Dan ir-Regolament jidentifika s-sajd IUU bħala ksur tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, peress illi jimminaw b'mod serju l-kisba ta' l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'perikolu s-sostenibbiltà ta' l-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies il-kamp ta' applikazzjoni ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tibni fuq, u tikkumplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-qasam ta' l-ispezzjonar fil-portijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi, illum mħassra u sostitwiti bl-iskema ta' l-ispezzjonar fil-port stabbilita fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi reġim ta' sanzjonijiet fil-Kapitolu IX li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet jibqgħu għalhekk applikabbli għall-ksur tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.

(42)

Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data ( 6 ), li huwa applikabbli fl-intier tiegħu għall-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta' dawk suġġetti għad-data għall-aċċess, ir-rettifikazzjoni, l-imblukkar u t-tħassir ta' data u notifika lil partijiet terzi, li bħala konsegwenza ma ġewx speċifikati aktar f'dan ir-Regolament.

(43)

Id-dħul fis-seħħ ta' dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar kwistjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1093/94 ( 7 ), (KE) Nru 1447/1999 ( 8 ), (KE) Nru 1936/2001 ( 9 ) u (KE) Nru 601/2004 ( 10 ) għandu jwassal għat-tħassir ta' partijiet minn dawk ir-Regolamenti jew ta' l-intier tagħhom.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU).

2.  Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu l-miżuri adatti, skond il-liġi Komunitarja, sabiex tkun żgurata l-effikaċja ta' dik is-sistema. Dan għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu l-mezzi suffiċjenti sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

3.  Is-sistema stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika għas-sajd IUU kollu u għall-attivitajiet assoċjati li jiġu mwettqa fit-territorju ta' Stati Membri li japplika għalihom it-Trattat, fl-ilmijiet Komunitarji, fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra internazzjonali. Is-sajd IUU fl-ilmijiet marittimi tat-territorji u l-pajjiżi barranin imsemmijin fl-Anness II tat-Trattat għandu jiġu meqjus li qed iseħħ fl-ilmijiet marittimi ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(1) “sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat” jew “sajd IUU” tfisser attivitajiet ta' sajd li huma illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati:

(2) “sajd illegali” tfisser attivitajiet ta' sajd:

(a) imwettqa minn bastimenti tas-sajd nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(b) imwettqa minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stati li huma partijiet kontraenti għal organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd, imma li joperaw bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom dawk l-Istati huma marbutin, jew tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali applikabbli; jew

(ċ) imwettqa minn bastimenti tas-sajd bi ksur tal-liġijiet nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati li jikkooperaw ma' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.

(3) “sajd mhux irrapportat” tfisser attivitajiet ta' sajd:

(a) li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jew

(b) li jkunu ġew imwettqa fiż-żona ta' kompetenza ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd u li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, bi ksur tal-proċeduri ta' rapportar ta' dik l-organizzazzjoni;

(4) “sajd mhux irregolat” tfisser attivitajiet ta' sajd:

(a) mwettqa fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd minn bastimenti tas-sajd mingħajr nazzjonalità, minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat mhux parti ta' dik l-organizzazzjoni, jew minn kwalunkwe entità tas-sajd oħra, b'mod inkonsistenti jew li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni; jew

(b) mwettqa f'żoni jew għal stokkijiet ta' ħut li fir-rigward tagħhom ma hemm ebda miżura applikabbli għall-konservazzjoni jew il-ġestjoni minn bastimenti tas-sajd b'mod mhux konsistenti mar-responsabbiltajiet ta' l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar skond id-dritt internazzjonali.

(5) “bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għall-użu għall-finijiet ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti ta' ġarr mgħammrin għat-trasportazzjoni ta' prodotti tas-sajd, ħlief għal bastimenti tal-kontejners;

(6) “bastiment tas-sajd Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fil-Komunità;

(7) “awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser dritt għat-twettiq ta' attivitajiet ta' sajd matul perijodu speċifiku, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari;

(8) “prodotti tas-sajd” tfisser kull prodott li jaqa' taħt il-Kapitolu 3 u l-Intestaturi tat-tariffi 1604 u 1605 tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 11 ), bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(9) “miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni” tfisser miżuri għall-konservazzjoni u ġestjoni ta' speċi waħda jew aktar ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u li jkunu adottati u fis-seħħ skond ir-regoli rilevanti tal-liġi internazzjonali u/jew Komunitarja;

(10) “trasbord” tfisser il-ħatt tal-ħut kollu jew kwalunkwe prodott tas-sajd abbord bastiment tas-sajd għal bastiment tas-sajd ieħor;

(11) “importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni ta' prodotti tas-sajd fit-territorju tal-Komunità Ewropea, inkluż għal finijiet ta' trasbord f'portijiet fit-territorju tagħha;

(12) “importazzjoni indiretta” tfisser l-importazzjoni mit-territorju ta' pajjiż terz li m'huwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd responsabbli mill-qabda;

(13) “esportazzjoni” tfisser kull moviment lejn pajjiż terz ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru, sew jekk mit-territorju tal-Komunità, u sew jekk minn pajjiżi terzi jew minn żoni tas-sajd;

(14) “riesportazzjoni” tfisser kull moviment mit-territorju tal-Komunità, ta' prodotti tas-sajd li qabel kienu ġew importati fit-territorju tal-Komunità;

(15) “organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni sub-reġjonali, reġjonali jew organizzazzjoni simili b'kompetenza, kif rikonoxxut mid-dritt internazzjonali, sabiex tistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni għal riżorsi ħajjin tal-baħar li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim bis-saħħa ta' liema tkun ġiet ikkostitwita;

(16) “parti kontraenti” tfisser parti kontraenti tal-konvenzjoni jew ftehim internazzjonali li jistabbilixxi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-swajd, kif ukoll Stati, entitajiet tas-sajd jew entitajiet oħra li jikkooperaw ma' tali organizzazzjoni u li ngħataw status ta' parti mhux kontraenti f'koperazzjoni fir-rigward ta' tali organizzazzjoni;

(17) “lemħ” tfisser kull osservazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru responsabbli mill-ispezzjonar ta' fuq il-baħar, jew mill-kaptan ta' bastiment tas-sajd Komunitarju jew ta' pajjiż terz ta' bastiment tas-sajd li tista' taqa' taħt wieħed jew diversi mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1);

(18) “operazzjoni konġunta tas-sajd” tfisser kull operazzjoni bejn żewġ bastimenti tas-sajd jew aktar fejn il-qabda tiġi ttrasferita mit-tagħmir tas-sajd ta' bastiment tas-sajd minnhom għal ieħor jew fejn it-teknika użata minn dawk il-bastimenti tas-sajd teħtieġ tagħmir tas-sajd komuni wieħed;

(19) “persuna ġuridika” tfisser kull entità legali li jkollha dan l-istatus skond il-liġi nazzjonali applikabbli, bl-eċċezzjoni ta' stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju ta' awtorità statali u organizzazzjonijiet pubbliċi;

(20) “riskju” tfisser il-probabbiltà ta' avveniment li jista' jseħħ, fir-rigward ta' prodotti tas-sajd importati fi jew esprotati mit-territorju tal-Komunità, li tipprevjeni l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament jew tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni;

(21) “ġestjoni tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskju u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa sabiex titnaqqas l-espożizzjoni għar-riskju. Din tinkludi attivitajiet bħall-ġbir ta' data u ta' informazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta' azzjoni, u l-monitoraġġ u r-reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu, abbażi ta' sorsi u strateġiji internazzjonali, Komunitarji jew nazzjonali;

(22) “ibħra internazzjonali” tfisser il-parti kollha tal-baħar kif definita fl-Artikolu 86 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”);

(23) “kunsinna” tfisser prodotti li jintbagħtu simultanjament minn esportatur wieħed għal destinatarju wieħed jew li huma koperti minn dokument tat-trasport uniku li jkun ikopri l-vjaġġ tagħhom mill-esportatur għad-destinatarju.

Artikolu 3

Bastimenti tas-sajd involuti f'sajd IUU

1.  Bastiment tas-sajd għandu jiġi preżunt li hu involut f'sajd IUU jekk jintwera li, kuntrarju għall-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli fiż-żona kkonċernata, ikun:

(a) stad mingħajr liċenzja, awtorizzazzjoni jew permess validi maħruġin mill-istat tal-bandiera jew l-istat kostali rilevanti, jew

(b) ma ssodisfax l-obbligi tiegħu li jirrekordja u jirrapporta data dwar il-qabda jew relatata mal-qabda, inkluża data li trid tiġi trażmessa permezz tas-sistema ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita, jew notifiki minn qabel skond l-Artikolu 6, jew

(ċ) stad f'żona magħluqa, matul staġun magħluq, mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota, jew lil hinn minn fond magħluq, jew

(d) kien involut f'sajd imrieġi għal stokk li jkun soġġett għal moratorju jew li s-sajd tiegħu jkun ipprojbit, jew;

(e) uża tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi, jew

(f) iffalsifika jew ħeba l-marki, l-identità jew ir-reġistrazzjoni tiegħu, jew

(g) ħeba, bagħbas jew elimina prova relatata ma' xi investigazzjoni, jew

(h) ostakola l-ħidma ta' l-uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiethom waqt spezzjonar għall-osservanza tal-miżuri applikabbli ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, jew il-ħidma ta' l-osservaturi fil-qadi ta' dmirijiethom li josservaw il-konformità mar-regoli Komunitarji applikabbli, jew

(i) għabba abbord, ittrasborda jew żbarka ħut taħt id-daqs bi ksur tal-leġislazzjoni fis-seħħ, jew

(j) ittrasborda jew ipparteċipa f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd oħra, appoġġahom jew irrifornihom, li jkunu ġew identifikati li kienu involuti f'sajd IUU taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità jew fil-lista ta' bastimenti IUU ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd; jew

(k) wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd b'mod inkonsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni jew bi ksur tagħhom u jkun ta' bandiera ta' Stat mhux parti għal dik l-organizzazzjoni, jew li ma jikkooperax ma' dik l-organizzazzjoni kif stabbilit minn dik l-organizzazzjoni, jew

(l) ta' ebda nazzjonalità u għaldaqstant ikun bastiment mingħajr nazzjonalità, skond id-dritt internazzjonali.

2.  L-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkunsidrati bħala ksur serju skond l-Artikolu 42 skond il-gravità tal-ksur in kwestjoni li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, b'kont meħud tal-kriterji bħad-dannu magħmul, il-valur tiegħu, il-gravità tal-ksur jew ir-repetizzjoni tiegħu.



KAPITOLU II

SPEZZJONIJIET TA' BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻI TERZI FIL-PORTIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI



TAQSIMA I

il-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għal port minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi

Artikolu 4

Skemi ta' spezzjoni fil-port

1.  Bil-ħsieb li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina is-sajd IUU għandha tinżamm skema effettiva ta' spezzjonijiet fil-port għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jidħlu fil-portijiet ta' l-Istati Membri.

2.  L-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, il-provvediment ta' servizzi tal-port, u t-tmexxija ta' l-iżbark jew trasbord f'tali portijiet għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi sakemm ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, ħlief f'każi ta' forza maġġuri jew diffikultà skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 ta' l-UNCLOS (“forza maġġuri jew diffikultà”) għal servizzi strettament neċessarji sabiex jiġu rimedjati dawk is-sitwazzjonijiet.

3.  Trasbordi bejn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom isiru biss fil-port, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

4.  Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx ikunu awtorizzati li jittrasbordaw fuq il-baħar qabdiet minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi barra mill-ilmijiet Komunitarji sakemm il-bastimenti tas-sajd m'humiex reġistrati bħala bastimenti ta' ġarr taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

Artikolu 5

Portijiet speċifikati

1.  L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw portijiet jew postijiet viċin ix-xatt fejn ikunu permessi l-iżbarki jew l-operazzjonijiet ta' trasbord ta' prodotti tas-sajd u s-servizzi tal-port imsemmija fl-Artikolu 4(2)

2.  L-aċċess għas-servizzi tal-port u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' żbark jew trasbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu awtorizzati biss f'portijiet speċifikati.

3.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar ta' kull sena lista tal-portijiet speċifikati. Kull bdil sussegwenti f'din il-lista għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill-anqas 15-il jum qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika, mingħajr dewmien, il-lista ta' portijiet speċifikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-sit web tagħha.

Artikolu 6

Notifika minn qabel

1.  Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbark speċifikati li jkunu jridu jużaw mill-anqas 3 ijiem ta' xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b) l-isem tal-port speċifikat tad-destinazzjoni u l-finijiet tad-dħul, żbark, trasbord jew aċċess għal servizzi;

(ċ) awtorizzazzjoni għas-sajd jew, fejn meħtieġ, awtorizzazzjoni għall-appoġġ ta' operazzjonijiet tas-sajd jew għat-trasbord ta' prodotti tas-sajd;

(d) dati tal-vjaġġ tas-sajd;

(e) id-data u l-ħin mistennijin tal-wasla fil-port;

(f) il-kwantitajiet ta' kull speċi miżmumin abbord jew, fejn meħtieġ, rapport negattiv;

(g) iż-żona jew iż-żoni fejn tkun saret il-qabda jew fejn seħħ it-trasbord kemm jekk f'ilmijiet Komunitarji, f'żoni taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' pajjiż terz jew f'ibħra internazzjonali;

(h) il-kwantitajiet għal kull speċi għall-iżbark jew it-trasbord.

Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu eżentati milli jinnotifikaw informazzjoni li hemm fil-punti (a), (c), (d), (g) u (h), meta ċertifikat tal-qabda jkun ġie ikkonvalidat skond il-Kapitolu III għall-qabda kollha għall-iżbark jew it-trasbord fit-territorju tal-Komunità.

2.  In-notifika stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minnċertifikat tal-qabda ivvalidat skond il-Kapitolu III jekk il-bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz ikun qiegħed iġorr abbord prodotti tas-sajd. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl- ►C1  Artikolu 13 ◄ dwar ir-rikonoxximent tad-dokumenti tal-qabda jew formoli tal-kontroll mill-Istat tal-port li jkunu parti mid-dokumentazzjoni tal-qabda jew minn skemi ta' kontroll tal-portijiet adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.  Il-Kummissjoni, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2), tista' teżenta ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perijodu limitat u li jiġġedded, jew tipprevedi perijodu ta' notifika ieħor li jieħu kont, inter alia, it-tip ta' prodott tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta' l-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti in kwistjoni huma rreġistrati jew elenkati.

4.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali li jidhru f'xi ftehim dwar is-sajd konkluż bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-punt 5 ta' l-Artikolu 37, bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz għandu jingħata l-awtorizzazzjoni sabiex jidħol fil-port biss jekk l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) tkun kompleta u jekk il-bastiment tal-pajjiż terz ikun qiegħed iġorr abbord prodotti tas-sajd, tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat tal-qabda msemmi fl-Artikolu 6(2).

2.  L-awtorizzazzjoni sabiex jinbdew operazzjonijiet ta' żbark jew trasbord fil-port għandha tkun soġġetta għall-kontroll sabiex tiġi determinata l-kompletezza ta' l-informazzjoni ppreżentata kif previst fil-paragrafu 1 u, fejn xieraq, għall-ispezzjoni magħmula skond it-Taqsima 2.

3.  B' deroga għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każijiet fejn l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) ma tkunx kompluta jew il-kontroll jew verifikazzjoni tagħha tkun pendenti, iżda fit-tali każijiet għandu jżomm il-prodotti tas-sajd ikkonċernati maħżunin taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. Il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu rrilaxxati biss sabiex jinbiegħu, jiġu kkonfiskati jew ittrasportati meta l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) tkun ġiet riċevuta jew il-proċess ta' verifikazzjoni jew iċċekkjar ikun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-prodotti tas-sajd u jiddisponi minnhom skond ir-regoli nazzjonali. L-ispejjeż għall-ħażna għandhom jitħallsu mill-operatur.

Artikolu 8

Irrekordjar ta' operazzjonijiet ta' żbark jew trasbord

1.  Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu jużaw il-portijiet ta' żbark jew il-faċilitajiet ta' trasbord speċifikati, jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi qabel l-iżbark, jew operazzjonijiet ta' trasbord, dikjarazzjoni li tindika l-kwantità ta' prodotti tas-sajd skond l-ispeċi li għandhom jiġu żbarkati jew trasbordati, u d-data u l-post ta' kull qabda. Il-kaptani u r-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu responsabbli mill-eżattezza ta' tali dikjarazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-oriġinali tad-dikjarazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jew kopja tal-karti meta trażmessi elettronikament, għal perijodu ta' tliet snin jew aktar skond ir-regoli nazzjonali.

3.  Il-proċeduri u l-formoli ta' dikjarazzjoni dwar l-iżbark u t-trasbord għandhom jiġu determinati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 52.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta' trażmissjoni bil-kompjuter qabel tmiem l-ewwel xahar ta' kull tliet xhur kalendarji bil-kwantitajiet żbarkati u/jew trasbordati fil-portijiet tagħhom minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi matul it-tliet xhur preċedenti.



TAQSIMA 2

Spezzjonijiet fil-port

Artikolu 9

Prinċipji ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet speċifikati tagħhom ta' minn ta' l-inqas 5 % ta' l-operazzjonijiet ta' żbark u trasbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi kull sena, skond il-punti ta' referenza determinati mill-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2) abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, mingħajr preġudizzju għal-limiti aktar għoljin adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-'estjoni tas-sajd.

2.  Il-bastimenti tas-sajd li ġejjin għandhom jiġu spezzjonati f'kull każ:

(a) il-bastimenti tas-sajd li jintlemħu skond l-Artikolu 48;

(b) il-bastimenti tas-sajd irrapportati fil-qafas tan-notifika magħmula taħt is-Sistema Komunitarja ta' Allert skond il-Kapitolu IV;

(ċ) il-bastimenti tas-sajd identifikati mill-Kummissjoni bħala preżunti li kienu involuti f'sajd IUU skond l-Artikolu 25;

(d) il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru f'lista ta' bastimenti IUU adottata minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u nnotifikata lill-Istati Membri skond l-Artikolu 30.

Artikolu 10

Proċedura ta' spezzjoni

1.  Uffiċjali inkarigati mill-ispezzjonijiet (“uffiċjali”) għandhom jkunu kapaċi jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-gabini rilevanti kollha tal-bastiment tas-sajd, il-qabdiet kemm jekk proċessati u kemm jekk le), ix-xbieki jew tagħmir ieħor, apparat u kwalunkwe dokumenti rilevanti li l-uffiċjali jqisu neċessarji sabiex jivverifikaw il-konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali applikabbli. L-uffiċjali jistgħu wkoll jinterrogaw lil persuni meqjusin li għandhom informazzjoni dwar is-suġġett ta' l-ispezzjoni.

2.  L-ispezzjonijiet għandhom jinvolvu l-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet kollha ta' żbark u trasbord u jinkludu kontro-iċċekkjar bejn il-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fin-notifika minn qabel ta' l-iżbark u l-kwantitajiet ta' l-ispeċi żbarkati jew trasbordati.

3.  L-uffiċjali għandhom jiffirmaw ir-rapport ta' l-ispezzjoni tagħhom fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd, li għandu jkollu d-dritt li jżid jew iġiegħel li tiżdied kull informazzjoni li jikkunsidra bħala rilevanti. L-uffiċjali għandhom jindikaw fil-logbook li tkun saret spezzjoni.

4.  Kopja tar-rapport ta' spezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun jista' jgħaddi lis-sid tal-bastiment.

5.  Il-kaptan għandu jikkoopera ma' u jassisti fl-ispezzjonijiet tal-bastiment tas-sajd u m'għandux jostakola, jintimida jew jinterferixxi lill-uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 11

Proċedura fl-eventwalità ta' ksur

1.  Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tipprovdi evidenza li ġġiegħellill-uffiċjal jemmen li bastiment tas-sajd kien involut f'sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, l-uffiċjal għandu:

(a) jirreġistra l-ksur suspettat fir-rapport ta' l-ispezzjoni;

(b) jieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex jiżgura t-tutela tal-prova li tikkonċerna dan il-ksur suspettat;

(ċ) jibgħat immedjatament ir-rapport ta' l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti.

2.  Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjoni jipprovdu evidenza li bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz involva ruħu f'attività IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-port m'għandhiex tawtorizza lil dawn il-bastimenti li jiżbarkaw jew jittrasbordaw il-qabda tagħhom.

3.  L-Istat Membru li jkun qiegħed jispezzjona għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu immedjatament li ma jkunx qiegħed jawtorizza operazzjonijiet ta' żbark jew ta' trasbord meħudin skond il-paragrafu 2, akkumpanjata minn kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni, lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, li għandu jittrażmettih immedjatament lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat b'kopja lill-Istat jew Stati tal-bandiera tal-bastimenti donaturi fejn il-bastiment spezzjonat kien involut f'operazzjonijiet ta' trasbord. Fejn xieraq, kopja tan-notifika għandha tiġinnotifikata wkoll lis-Segretarju Eżekuttiv ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd taż-żona ta' kompetenza fejn tkun saret il-qabda.

4.  Meta l-ksur suspettat ikun seħħ f'ibħra internazzjonali, l-Istat Membru tal-port għandu jikkoopera ma' l-Istat tal-bandiera fl-investigazzjoni li tkun qiegħda ssir u, fejn ikun xieraq, għandu japplika s-sanzjonijiet previsti mil-liġi ta' dak l-Istat Membru tal-port, bil-kondizzjoni li, skond id-dritt internazzjonali, l-Istat tal-bandiera jkun qabel b'mod espress li jittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu. Barra minn hekk, fejn l-abbuż issuspettat ikun sar fl-ilmijiet marittimi ta' pajjiż terz, l-Istat Membru tal-port għandu jikkoopera wkoll ma' l-Istat kostali fit-twettiq ta' l-investigazzjoni u, fejn xieraq, għandu japplika s-sanzjonijiet previsti mill-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru tal-port bil-kondizzjoni li, skond id-dritt internazzjonali, dak l-Istat kostali jkun qabel espressament li jittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu.



KAPITOLU III

SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDA GĦALL-IMPORTAZZJONI U L-ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD

Artikolu 12

Ċertifikati tal-qabda

1.  L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd miksuba minnsajd IUU għandha tkun ipprojbita.

2.  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu importati biss fil-Komunità meta jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tal-qabda f'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.  Iċ-ċertifikat tal-qabda msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ivvalidat mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd jew bastimenti tas-sajd li jkunu qabdu l-ħut li minnu jkunu nkisbu l-prodotti tas-sajd. Dan għandu jintuża sabiex jiċċertifika li dawn il-qabdiet saru skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli.

4.  Iċ-ċertifikat tal-qabda għandu jkun fih l-informazzjoni kollha speċifikata fil-kampjun li jidher fl-Anness II u għandu jiġi ivvalidat minn awtorità pubblika ta' l-Istat tal-bandiera bis-setgħat meħtieġa sabiex tafferma l-eżattezza ta' l-informazzjoni. Bi qbil ma' l- Istati tal-bandiera, fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4), iċ-ċertifikat tal-qabda jista' jiġi stabbilit, ivvalidat jew ippreżentat permezz ta' mezzi elettroniċi jew jiġi sostitwit b'sistemi ta' traċċabbiltà elettronika li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtoritajiet.

5.  Il-lista fl-Anness I tal-prodotti esklużi mill-ambitu ta' l-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda tista' tiġi riveduta kull sena abbażi tar-riżultati ta' l-informazzjoni miġbura taħt il-Kapitoli II, III, IV, V, VIII, X u XII, u emendata skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2).

Artikolu 13

Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda maqbula u fis-seħħ fil-qafas ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

1.  Dokumenti tal-qabda, u kull dokument relatat, ivvalidat b'konformità ma' l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda adottati minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li huma rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikati tal-qabda fir-rigward tal-prodotti tas-sajd minn speċi li għalihom ikunu japplikaw dawn l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda u jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' iċċekkjar u verifika imposti fuq l-Istat Membru ta' l-importazzjoni skond l-Artikoli 16 u 17 u għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rifjut ta' importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18. Il-lista ta' dawn l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda għandha tkun determinata skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2).

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regolamenti speċifiċi fis-seħħ li bihom dawn l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda huma implimentati fil-liġi Komunitarja.

Artikolu 14

Importazzjoni indiretta ta' prodotti tas-sajd

1.  Sabiex ikun jista' jimporta prodotti tas-sajd li jikkostitwixxu kunsinna waħda, ittrasportati fl-istess forma lill-Komunità minn pajjiż terz għajr l-Istat tal-bandiera, l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ta' importazzjoni:

(a) iċ-ċertifikati(i) tal-qabda vvalidat(i) mill-Istat tal-bandiera, u

(b) prova dokumentata li l-prodotti tas-sajd ma għaddew minn ebda operazzjoni għajr żbark, tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzzjoni bil-għan li tippreżervahom f'kondizzjoni tajba u ġenwina, u baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet kompetenti f'dak il-pajjiż terz.

Prova dokumentata għandha tingħata permezz ta':

(i) fejn xieraq, id-dokument uniku tat-trasport maħruġ sabiex ikopri l-passaġġ mit-territorju ta' l-Istat tal-bandiera minn ġo dak il-pajjiż terz; jew

(ii) dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz:

 li jagħti deskrizzjoni eżatta tal-prodotti tas-sajd, id-dati tal-iżbark u tat-tagħbija mill-ġdid tal-prodotti u, fejn applikabbli, l-ismijiet tal-bastimenti, jew tal-mezzi l-oħrajn tat-trasport użati, u

 li jindika l-kondizzjonijiet li skondhom il-prodotti tas-sajd baqgħu f'dak il-pajjiż terz.

Fejn l-ispeċi kkonċernati huma soġġetti għal skema tad-dokumentazzjoni ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li ġiet rikonoxxuta skond l-Artikolu 13, id-dokumenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu sostitwiti biċ-ċertifikat ta' riesportazzjoni ta' din l-iskema tad-dokumentazzjoni, dment li l-pajjiż terz ikun issodisfa ir-rekwiżiti ta' notifika tiegħu kif meħtieġ.

2.  Sabiex ikun jista' jimporta prodotti tas-sajd li jikkostitwixxu kunsinna waħda u li ġew ipproċessati f'pajjiż terz għajr l-Istat tal-bandiera, l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni, dikjarazzjoni stabbilita mill-impjant ta' ipproċessar f'dak il-pajjiż terz u endorsjat mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skond il-formola fl-Anness IV:

(a) li jkun jagħti deskrizzjoni eżatta tal-prodotti mhux ipproċessati u l-prodotti pproċessati u l-kwantitajiet rispettivi tagħhom;

(b) li jindika li l-prodotti pproċessati ġew ipproċessati f'dak il-pajjiż terz minn qabdiet akkumpanjati minn ċertifikat(i) tal-qabda vvalidati mill-Istat tal-bandiera; u

(ċ) jkun akkumpanjat minn:

(i) iċ-ċertifikat(i) oriġinali tal-qabda fejn it-totalità tal-qabdiet ikkonċernati ntużat għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd esportati f'kunsinna waħda, jew

(ii) kopja taċ-ċertifikat(i) oriġinali tal-qabda, fejn parti mill-qabdiet ikkonċernati ġiet użata parzjalment għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd esportati f'kunsinna waħda.

Fejn l-ispeċi kkonċernati huma soġġetti għal skema tad-dokumentazzjoni ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li ġiet rikonoxxuta skond l-Artikolu 13, id-dikjarazzjoni tista' tiġi sostitwita biċ-ċertifikat ta' riesportazzjoni ta' dik l-iskema tad-dokumentazzjoni, dment li l-pajjiż terz ta' l-ipproċessar ikun issodisfa ir-rekwiżiti ta' notifika tiegħu rispettivament.

3.  Id-dokumenti u d-dikjarazzjoni stabbiliti fil-paragrafi (1)(b) u 2 ta' dan l-Artikolu rispettivament jistgħu jiġu kkomunikati b'mezzi elettroniċi fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20(4).

Artikolu 15

Esportazzjoni ta' qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru

1.  L-esportazzjoni ta' qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu soġġetti għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera, kif stabbilit fl-Artikolu 12(4), jekk meħtieġ fil-qafas ta' koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4).

2.  L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qabda msemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 16

Preżentazzjoni u iċċekkjar ta' ċertifikati tal-qabda

1.  Iċ-ċertifikati tal-qabda vvalidati għandhom jintbagħtu mill-importatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-prodott ikun intenzjonat li jiġi importat mill-anqas tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-post tad-dħul fit-territorju tal-Komunità. L-iskadenza ta' tlett ijiem ta' xogħol tista' tkun adattata skond it-tip ta' prodott tas-sajd, id-distanza għall-post ta' dħul fit-territorju tal-Komunità jew il-mod ta' trasport użat. Dawl l-awtoritajiet kompetenti għandhom, abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, jiċċekkjaw iċ-ċertifikat tal-qabda fid-dawl ta' l-informazzjoni pprovduta fin-notifika rċevuta mill-Istat tal-bandiera skond l-Artikoli 20 u 22.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-importaturi li ngħataw l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat jistgħu jagħtu parir lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru dwar il-wasla tal-prodotti sa l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 u jżommu ċ-ċertifikati tal-qabda vvalidati u d-dokumenti relatati kif imsemmi fl-Artikolu 14 għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet għall-finijiet ta' l-iċċekkjar skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-verifiki skond l-Artikolu 17.

3.  Il-kriterji għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat għal importatur mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jinkludu:

(a) l-istabbiliment ta' l-importatur fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(b) numru u volum suffiċjenti ta' operazzjonijiet ta' importazzjoni li jiġġustifikaw l-implimentazzjoni tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2;

(ċ) rekord xieraq ta' konformità mar-rekwiżiti ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni;

(d) sistema sodisfaċenti ta' rekords ta' ġestjoni kummerċjali, u fejn meħtieġ, ta' rekords ta' trasport u pproċessar, li tippermetti li jsir l-iċċekkjar u l-verifiki adatti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(e) l-eżistenza ta' faċilitajiet fir-rigward tat-twettiq ta' dak l-iċċekkjar u l-verifiki;

(f) fejn xieraq, standards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament ma' l-attivitajiet imwettqin; u

(g) fejn xieraq, prova ta' solvenza finanzjarja.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta' l-operaturi ekonomiċi approvati malajr kemm jista' jkun wara li jkunu taw dan l-istatus. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri permezz ta' mezzi elettroniċi.

Ir-regoli dwar l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2).

Artikolu 17

Verifiki

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-verifiki kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma applikati korrettament.

2.  Il-verifiki jistgħu jikkonsistu, b'mod partikolari, fl-eżaminar tal-prodotti, il-verifika tad-data ddikjarata u l-eżistenza u l-awtentiċità tad-dokumenti, l-eżaminar tal-kotba ta' operaturi u rekords oħrajn, l-ispezzjonar tal-mezzi tat-trasport, inklużi l-kontejners u l-imħażen tal-prodotti u l-eżekuzzjoni ta' stħarriġ uffiċjali u atti simili oħrajn, barra l-ispezzjonar ta' bastimenti tas-sajd fil-port skond il-Kapitolu II.

3.  Il-verifiki għandhom ikunu ffokati fuq ir-riskju identifikat abbażi ta' kriterji żviluppati fil-livell nazzjonali jew Komunitarju skond il-ġestjoni tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kriterji nazzjonali tagħhom fi żmien 30 jum ta' xogħol wara d-29 ta' Ottubru 2008 u jaġġornaw din l-informazzjoni. Il-kriterji Komunitarji għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2).

4.  Il-verifiki għandhom jitwettqu, fi kwalunkwe każ, fejn:

(a) l-awtorità ta' verifika ta' l-Istat Membru jkollha raġun tiddubita l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-qabda nnifsu, tas-siġill tal-validazzjoni jew tal-firma ta' l-awtorità rilevanti ta' l-Istat tal-bandiera, jew

(b) l-awtorità ta' verifika ta' l-Istat Membru tkun fil-pussess ta' informazzjoni li titfa' dubju dwar l-osservanza mill-bastiment tas-sajd tal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli, jew l-issodisfar ta' rekwiżiti oħrajn ta' dan ir-Regolament, jew

(ċ) bastimenti tas-sajd, kumpanniji tas-sajd jew kull operatur ieħor ikunu ġew irrapportat b'konnessjoni ma' sajd preżunti bħala IUU, inklużi dawk il-bastimenti tas-sajd li jkunu ġew irrapportati lil organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd skond it-termini ta' strument adottat minn dik l-organizzazzjoni sabiex jiġu stabbiliti listi ta' bastimenti preżunti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, jew

(d) l-Istati tal-bandiera jew pajjiżi tar-riesportazzjoni ikunu ġew irrapportati lil organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd skond it-termini ta' strument adottat minn dik l-organizzazzjoni sabiex jiġu implimentati miżuri kummerċjali fir-rigward ta' l-Istati tal-bandiera, jew

(e) ikun ġie ppubblikat avviż ta' allert skond l-Artikolu 23(1).

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu verifiki mingħajr avviż minn qabel, minbarra l-verifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

6.  Għall-fini ta' verifika, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu l-assistenza ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera jew tal-pajjiż terz li minbarra l-Istat tal-bandiera imsemmi fl-Artikolu 14, f'liema każ:

(a) it-talba għall-assistenza għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru in kwistjoni għandhom dubji ben fondati dwar il-validità taċ-ċertifikat, tad-dikjarazzjonijiet li jkun fih u/jew tal-konformità tal-prodotti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni. Kopja taċ-ċertifikat tal-qabda u kull informazzjoni jew dokumenti li jissuġġerixxu li l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat hija ineżatta għandhom jitressqu b'appoġġ tat-talba għall-assistenza. It-talba għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera jew ta' pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(b) il-proċedura tal-verifika għandha tiġi kompluta fi żmien 15-il jum mid-data tat-talba għall-verifika. Fl-eventwalità li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera ma jkunux jistgħu jirrispettaw l-iskadenza, l-awtoritajiet ta' verifika fl-Istat Membru jistgħu, fuq talba ta' l-Istat tal-bandiera jew tal-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14 jikkonċedu estensjoni ta' l-iskadenza għat-tweġiba, li ma jkunx jeċċedi 15-il jum ieħor.

7.  Ir-rilaxx tal-prodotti fuq is-swieq għandu jiġi sospiż tul l-istennija tar-riżultati tal-proċeduri tal-verifika msemmijin fil-paragrafi (1) sa (6). L-ispejjeż għall-ħażna għandhom jitħallsu mill-operatur.

8.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-iċċekkjar u l-verifiki taċ-ċertifikati skond l-Artikolu 16 u l-paragrafi (1) sa (6) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Rifjut ta' importazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jirrifjutaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu prova addizzjonali jew jibagħtu talba għall-assistenza lill-Istat tal-bandiera fejn dawn isiru konxji li:

(a) l-importatur ma jkunx seta' jibgħat ċertifikat tal-qabda għall-prodotti kkonċernati jew jissodisfa l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 16(1) jew (2);

(b) il-prodotti intenzjonati għall-importazzjoni ma jkunux l-istess bħal dawk imsemmijin fiċ-ċertifikat tal-qabda;

(ċ) iċ-ċertifikat tal-qabda ma jkunx ivvalidat mill-awtorità pubblika ta' l-Istat tal-bandiera msemmija fl-Artikolu 12(3);

(d) iċ-ċertifikat tal-qabda ma jkunx jindika l-informazzjoni kollha meħtieġa;

(e) l-importatur ma jkunx f'pożizzjoni li jipprova li l-prodotti tas-sajd huma konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1) jew (2);

(f) il-bastiment tas-sajd li jkun jidher fuq iċ-ċertifikat tal-qabda bħala l-bastiment ta' l-oriġini tal-qabdiet ikun inkluż fil-lista Komunitarja ta' bastimenti IUU jew fil-listi ta' bastimenti IUU msemmija fl-Artikolu 30;

(g) iċ-ċertifikat tal-qabda jkun ġie vvalidat mill-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera identifikat bħala Stat li ma jikkooperax skond l-Artikolu 31.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jirrifjutaw l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott tas-sajd fil-Komunità, wara talba għall-assistenza skond l-Artikolu 17(6), fejn:

(a) ikunu rċevew tweġiba skond liema l-esportatur ma jkunx intitolat li jitlob il-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda; jew,

(b) ikunu rċevew tweġiba skond liema l-prodotti ma jkunux konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, jew ma jkunx sodisfatti kundizzjonijiet oħrajn skond dan il-Kapitolu; jew,

(ċ) ma jkunux irċevew tweġiba sa l-iskadenza stipulata; jew,

(d) ikunu rċevew risposta li ma tipprovdix tweġibiet pertinenti għall-mistoqsijiet imressqin fit-talba.

3.  Fl-eventwalità li l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tiġi rrifjutata skond il-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jikkonfiskaw u jeqirdu, jiddisponu minn jew ibiegħu dawn il-prodotti tas-sajd skond il-liġi nazzjonali. Il-qliegħ mill-bejgħ jista' jintuża għal finijiet ta' karità.

4.  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tappella kontra deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafi 1, 2 jew 3 li jkunu jikkonċernawha. Id-dritt ta' appell għandu jiġi eżerċitat skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istat tal-bandiera u, fejn xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14 dwar ir-rifjuti ta' importazzjoni. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Transitu u trasbord

1.  Fejn, fil-punt ta' dħul fit-territorju tal-Komunità, il-prodotti tas-sajd jitqiegħdu taħt proċedura ta' transitu u ttrasportati lejn Stat Membru ieħor fejn għandhom jitqiegħdu taħt proċedura doganali oħra, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17 u 18 għandhom jiġu implimentati f'dak l-Istat Membru.

2.  Fejn, fil-punt ta' dħul fit-territorju tal-Komunità, il-prodotti tas-sajd jitqiegħdu taħt proċedura ta' transitu u ttrasportati lejn post ieħor fl-istess Stat Membru ieħor fejn għandhom jitqiegħdu fi proċedura doganali oħra, dak l-Istat Membru jista' jimplimenta id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 16, 17 u 18 fil-punt ta' dħul jew fil-post ta' destinazzjoni. L-Istati Membri għandhom, malajr kemm jista' jkun, jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u jaġġornaw din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn in-notifiki fuq is-sit web tagħha.

3.  Fejn, fil-punt ta' dħul fit-territorju tal-Komunità, il-prodotti tas-sajd jiġu trasbordati u trasportati bil-baħar lejn Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17 u 18 għandhom jiġu implimentati f'dak l-Istat Membru.

4.  L-Istat Membru ta' trasbord għandu jikkomunika lill-Istati Membri ta' destinazzjoni l-informazzjoni meħuda mid-dokumentazzjoni ta' trasport dwar in-natura tal-prodotti tas-sajd, il-piż tagħhom, il-port ta' żbark u l-karigatur tal-merkanzija fil-pajjiż terz, l-ismijiet tal-bastimenti ta' trasport u l-portijiet ta' trasbord u d-destinazzjoni, hekk kif din l-informazzjoni tkun magħrufa u qabel id-data tal-wasal antiċipata fil-port ta' destinazzjoni.

Artikolu 20

Notifiki ta' l-Istat tal-bandiera u koperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.  L-aċċettazzjoni ta' ċertifikati tal-qabda vvalidati minn Stat tal-bandiera partikolari għall-fini ta' dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mill-Istat tal-bandiera kkonċernat li tiċċertifika li:

(a) huwa għandu stabbilit arranġamenti nazzjonali għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, r-regolamenti u l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni li magħhom iridu jikkonformaw il-bastimenti tas-sajd tiegħu;

(b) l-awtoritajiet pubbliċi tiegħu għandhom is-setgħa li jaffermaw il-veraċità ta' l-informazzjoni li hemm fiċ-ċertifikati tal-qabda u li jesegwixxu verifiki ta' dawn iċ-ċertifikati fuq it-talba ta' l-Istati Membri. In-notifika għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati dawk l-awtoritajiet.

2.  L-informazzjoni li għandha tingħata fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jinsabu fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat tal-bandiera li tkun irċeviet in-notifika mibgħuta skond il-paragrafu 1. Jekk l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 1 ma jingħatawx lill-Kummissjoni mill-Istat tal-bandiera, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istat tal-bandiera liema huma l-elementi neqsin u titlob li huwa jipprovdi notifika ġdida.

4.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tikkoopera b'mod amministrattiv ma' pajjiżi terzi f'oqsma li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-qabda ta' dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' mezzi elettroniċi sabiex jiġu stabbiliti, ivvalidati jew ippreżentati ċ-ċertifikati tal-qabda u fejn xieraq, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u 14(2).

Din il-koperazzjoni għandha jkollha l-għan li:

(a) jiġi żgurat li l-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità joriġinaw minn qabdiet magħmulin f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli;

(b) jiġi ffaċilitat it-twettiq mill-Istati tal-bandiera tal-formalitajiet marbutin ma' l-aċċess għall-portijiet tal-bastimenti tas-sajd, l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u r-rekwiżiti ta' verifika taċ-ċertifikati tal-qabda stabbiliti fil-Kapitolu II u dan il-Kapitolu;

(ċ) jiġi previst t-twettiq ta' verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha sabiex jivverifika l-implimentazzjoni effettiva ta' l-arranġament ta' koperazzjoni;

(d) jiġi previst l-istabbiliment ta' qafas għall-iskambju ta' informazzjoni bejn iż-żewġ naħat b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' l-arranġament ta' koperazzjoni.

5.  Il-koperazzjoni stabbilita fil-paragrafu 4 m'għandhiex titqies bħala prekondizzjoni għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn qabdiet magħmulin minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' kwalunkwe Stat.

Artikolu 21

Riesportazzjoni

1.  Ir-riesportazzjoni ta' prodotti importati taħt ċertifikat tal-qabda skond dan il-Kapitolu għandha tkun awtorizzata bis-saħħa tal-validazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn ir-riesportazzjoni għandha ssir tat-taqsima “riesportazzjoni” taċ-ċertifikat tal-qabda jew kopja tagħhom fejn il-prodotti tas-sajd għar-riesportazzjoni huma parti mill-prodotti importati.

2.  Il-proċedura definita fl-Artikolu 16(2) għandha tapplika mutadis mutandis fejn il-prodotti tas-sajd huma riesportati minn operatur ekonomiku approvat.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-validazzjoni u l-verifika tat-taqsima “riesportazzjoni” taċ-ċertifikati tal-qabda skond il-proċedura definita fl-Artikolu 15.

Artikolu 22

Żamma ta' rekords u disseminazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm rekord ta' l-Istati u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom innotifikati skond dan il-Kapitolu li jkunu jinkludu:

(a) L-Istati Membri li jkunu nnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jivvalidaw, jiċċekkjaw u jivverifikaw iċ-ċertifikati tal-qabda u r-riesportazzjoni skond l-Artikoli 15, 16, 17 u 21 rispettivament;

(b) l-Istati tal-bandiera li jkunu waslu n-notifiki dwarhom skond l-Artikolu 20(1), li jindikaw lil dawk li magħhom tkun ġie stabbilita koperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 20(4).

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea il-lista ta' l-Istati u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, u għandha taġġorna din l-informazzjoni regolarment. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi, id-dettalji ta' l-Istati tal-bandiera inkarigati mill-validazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda lill-awtoritajiet fl-Istati Membri responsabbli mill-validazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea il-lista ta' l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda li huma rikonoxxuti skond l-Artikolu 13 u għandha taġġornaha fuq bażi regolari.

4.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-oriġinali taċ-ċertifikati tal-qabda ppreżentati għall-importazzjoni, iċ-ċertifikati tal-qabda vvalidati għall-esportazzjoni u t-taqsimiet ta' riesportazzjoni vvalidati taċ-ċertifikati tal-qabda, għal perijodu ta' tliet snin jew aktar, skond ir-regoli nazzjonali.

5.  L-operaturi ekonomiċi approvati għandhom iżommu l-oriġinali tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4, għal perijodu ta' tliet snin jew aktar, skond ir-regoli nazzjonali.



KAPITOLU IV

IS-SISTEMA KOMUNITARJA TA' ALLARM

Artikolu 23

Ħruġ ta' Allerti

1.  Fejn l-informazzjoni miksuba skond il-Kapitoli II, III, V, VI, VII, VIII, X jew XI tqajjem dubju ben fondat rigward il-konformità minn bastimenti tas-sajd jew prodotti tas-sajd minn ċerti pajjiżi terzi, mal-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli, inklużi l-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli kkomunikati minn pajjiżi terzi skond il-koperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4), jew mal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż ta' allert fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea sabiex iwissi lill-operaturi u sabiex jiżgura li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati skond dan il-Kapitolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat u, fejn xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Artikolu 24

Azzjoni wara l-ħruġ ta' allerti

1.  Hekk kif tasal l-informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 23(2), l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, u skond il-ġestjoni tar-riskju:

(a) jidentifikaw il-kunsinni li għaddejjin tal-prodotti tas-sajd li għandhom jiġu importati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert u jesegwixxu verifika taċ-ċertifikat tal-qabda u, fejn xieraq, tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17;

(b) jieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni futuri ta' prodotti tas-sajd intenzjonati għall-importazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert jiġu ppreżentati għall-verifika taċ-ċertifikat tal-qabda, u, fejn xieraq, tad-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 14, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17;

(ċ) jidentifikaw il-kunsinni preċedenti ta' prodotti tas-sajd li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert u jesegwixxu l-verifiki adatti, inkluża l-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda ppreżentati preċedentement;

(d) jissottomettu lill-bastimenti tas-sajd li jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert, skond ir-regoli tad-dritt internazzjonali, għall-istħarriġ, l-investigazzjonijiet jew l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-baħar, fil-portijiet jew f'kull post ieħor ta' l-iżbark.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun il-konklużjonijiet tal-verifiki u t-talbiet għall-verifiki li jagħmlu u l-azzjonijiet li jieħdu fejn ikun ġie stabbilit in-nuqqas ta' konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli.

3.  Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, m'għadx jibqa' jeżisti dubju ben fondat li mmotiva l-avviż ta' allert, hija għandha, mingħajr dewmien:

(a) tippubblika avviż f'dak ir-rigward fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fejn tannulla l-avviż ta' allert ta' qabel;

(b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14 bl-annullament; u

(ċ) tavża lill-Istati Membri permezz ta' kanali xierqa.

4.  Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, jibqa' jeżisti d-dubju ben fondat li jkun ħeġġeġ l-avviż ta' allert, hija għandha, mingħajr dewmien:

(a) taġġorna l-avviż ta' allert permezz ta' pubblikazzjoni ġdida fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea;

(b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(ċ) tavża lill-Istati Membri, permezz ta' kanali xierqa; u

(d) fejn ikun xieraq, tirreferi l-kwistjoni lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tagħha setgħu ma ġewx rispettati.

5.  Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, ikun hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex tikkonsidra li l-fatti stabbiliti jistgħu jikkostitwixxu każ ta' nuqqas ta' konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli, din għandha, mingħajr dewmien:

(a) tippubblika avviż ta' allert ġdid għal dak l-għan fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

(b) tavża lill-Istat tal-bandiera u tibda l-proċedimenti u l-proċeduri politiċi xierqa skond il-Kapitoli V u VI;

(ċ) fejn xieraq, tavża lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(d) tavża lill-Istati Membri, permezz ta' kanali xierqa; u

(e) fejn ikun xieraq, tirreferi l-kwistjoni lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tagħha setgħu ma ġewx rispettati.



KAPITOLU V

L-IDENTIFIKAZZJONI TA' BASTIMENTI TAS-SAJD INVOLUTI F'SAJD IUU

Artikolu 25

Sajd allegat bħala IUU

1.  Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza:

(a) l-informazzjoni kollha dwar sajd IUU miksuba skond il-Kapitoli II, III, IV, VIII, X u XI, u/jew

(b) kull informazzjoni rilevanti oħra, kif adatt, bħal:

(i) id-data dwar il-qabda;

(ii) l-informazzjoni dwar il-kummerċ miksuba minn statistika nazzjonali u sorsi affidabbli oħrajn;

(iii) ir-reġistri u d-databases tal-bastimenti;

(iv) il-programmi ta' dokumenti ta' qabda tal-ħut jew dokumenti ta' statistika ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(v) ir-rapporti dwar lemħ jew attivitajiet oħrajn ta' bastimenti tas-sajd preżunti bħala involuti f'sajd IUU kif imsemmi fl-Artikolu 3 u l-listi ta' bastimenti IUU rrapportati jew adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(vi) ir-rapporti skond it-termini tar-Regolament (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-bastimenti tas-sajd preżunti bħala involuti f'sajd IUU kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(vii) kull informazzjoni rilevanti oħra miksuba fost oħrajn fil-portijiet u fiż-żoni tas-sajd.

2.  L-Istati Membri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jippreżentaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni addizzjonali li tista' tkun rilevanti għat-tfassil tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiċċirkola l-informazzjoni, flimkien mal-provi kollha pprovduti, lill-Istati Membri u lill-Istati tal-bandiera kkonċernati.

3.  Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha żżomm fajl fir-rigward ta' kull wieħed mill-bastimenti tas-sajd irrapportat li allegatament kien involut f'sajd IUU li għandu jiġi aġġornat hekk kif tinkiseb xi informazzjoni ġdida.

Artikolu 26

Sajd preżunt bħala IUU

1.  Il-Kummissjoni għandha tidentifika bastimenti tas-sajd li dwarhom tkun inkisbet informazzjoni suffiċjenti skond l-Artikolu 25 sabiex tippreżumi li dawn il-bastimenti tas-sajd setgħu kienu involuti f'sajd IUU, b'lok li ssirilhom inkjesta uffiċjali ma' l-Istat tal-bandiera kkonċernat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati tal-bandiera li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jiġu identifikati skond il-paragrafu 1 b'talba uffiċjali għal inkjesta fuq is-sajd allegat bħala IUU tal-bastimenti kkonċernati li jtajjru l-bandiera tagħhom. In-notifika għandha:

(a) tipprovdi l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni dwar is-sajd allegat bħala IUU;

(b) toħroġ talba uffiċjali lill-Istat tal-bandiera sabiex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinvestiga s-sajd allegat bħala IUU u jikkondividi r-riżultati ta' din l-investigazzjoni mal-Kummissjoni fil-ħin;

(ċ) toħroġ talba uffiċjali lill-Istat tal-bandiera sabiex jieħu azzjoni ta' infurzar immedjata kemm-il darba l-allegazzjoni magħmula kontra l-bastiment tas-sajd ikkonċernat tiġi ppruvata li hi fondata, u sabiex jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu;

(d) titlob lill-Istat tal-bandiera sabiex tinnotifika lis-sid jew, fejn xieraq, lill-operatur tal-bastimenti tas-sajd bid-dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għall-elenkar intenzjonat u bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment tas-sajd jiddaħħal fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 37. L-Istati tal-bandiera għandhom ikunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment tas-sajd u, fejn xieraq, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu, skond l-Artikolu 27(2);

(e) tagħti pariri lill-Istat tal-bandiera dwar id-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli VI u VII.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istati Membri tal-bandiera li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jiġu identifikati skond il-paragrafu 1 b'talba uffiċjali għal inkjesta fuq is-sajd allegat bħala IUU tal-bastimenti kkonċernati li jtajjru l-bandiera tagħhom. In-notifika għandha:

(a) tipprovdi l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni dwar sajd allegat bħala IUU;

(b) tinkludi talba uffiċjali lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 sabiex jinvestiga s-sajd allegat bħala IUU jew, fejn xieraq, jirrapporta dwar il-miżuri kollha diġà meħudin sabiex jiġi investigat u jikkondividi ir-riżultati ta' din l-investigazzjoni mal-Kummissjoni fil-ħin;

(ċ) toħroġ talba uffiċjali lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jieħu azzjoni ta' infurzar fil-ħin kemm-il darba l-allegazzjoni magħmula kontra l-bastiment tas-sajd ikkonċernat tiġi ppruvata li hi fondata, u sabiex jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu;

(d) titlob lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jinnotifika lis-sid u, fejn xieraq, lill-operatur tal-bastiment tas-sajd kkonċernat bid-dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għall-elenkar intenzjonat u bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment jiddaħħal fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 37. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom ikunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment tas-sajd u, fejn xieraq, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu, skond l-Artikolu 27(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola l-informazzjoni dwar bastimenti tas-sajd preżunti li jkunu involuti f'sajd IUU lill-Istati Membri kollha bl-intenzjoni li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Artikolu 27

L-istabbiliment ta' lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità

1.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2), tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità. Din il-lista għandha tinkludi l-bastimenti tas-sajd li fir-rigward tagħhom, barra l-miżuri li jkunu ttieħdu skond l-Artikoli 25 u 26, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu involuti f'sajd IUU u li l-Istati tal-bandiera tagħhom ma jkunux ikkonformaw mat-talbiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 26(2)(b) u (c) u fl-Artikolu, b'reazzjoni għal tali sajd IUU.

2.  Qabel ma tqiegħed xi bastiment tas-sajd fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lis-sid, u, fejn xieraq, lill-operaturi tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat b'dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għall-elenkar intenzjonat u bl-elementi kollha li jsostnu s-suspett li l-bastiment tas-sajd ikun għamel sajd IUU. Din id-dikjarazzjoni għandha ssemmi d-dritt li tintalab jew li tkun ipprovduta informazzjoni ulterjuri u għandha tagħti lis-sid, u, fejn xieraq, lill-operatur l-possibbiltà li jinstema u li jiddefendi l-każ tiegħu, bi żmien u mezzi xierqa allokat lilu.

3.  Meta tittieħed deċiżjoni li bastiment tas-sajd jitqiegħed fuq il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dik id-deċiżjoni, u r-raġunijiet għaliha, lis-sid u, fejn xieraq, lill-operatur tal-bastiment tas-sajd.

4.  L-obbligi imposti fuq il-Kummissjoni mill-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja ta' l-Istat tal-bandiera fuq il-bastiment tas-sajd, u biss safejn l-informazzjoni rilevanti dwar l-identifikazzjoni tas-sid u l-operatur tal-bastiment tas-sajd tkun għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istat tal-bandiera dwar l-inklużjoni tal-bastiment tas-sajd fuq il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u għandha tipprovdi lill-istat tal-bandiera b'raġunijiet dettaljati għal dan l-elenkar.

6.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati tal-bandiera b'bastimenti tas-sajd fuq il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità sabiex:

(a) jinnotifikaw lil sid il-bastiment tas-sajd bl-inklużjoni tiegħu fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw din l-inklużjoni u bil-konsegwenzi riżultanti minnha, kif stabbilit fl-Artikolu 36; u

(b) jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jeliminaw is-sajd IUU, inkluż, jekk ikun meħtieġ, l-irtirar tar-reġistrazzjoni jew tal-liċenzji tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, u sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jittieħdu.

7.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun ħa azzjoni skond il-paragrafu 8.

8.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità m'għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun ħa azzjoni skond dan ir-Regolament u r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 kontra abbuż li jikkostitwixxi ksur serju kif stabbilit fl-Artikolu 3(2), mingħajr preġudizzju għall-azzjoni meħuda mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

Artikolu 28

Tneħħija ta' bastimenti tas-sajd mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità

1.  Il-Kummissjoni għandha tneħħi bastiment tas-sajd mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2), jekk l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd juri li:

(a) il-bastiment ma kien involut f'ebda attività ta' sajd IUU li għaliha jkun tqiegħed fuq il-lista, jew

(b) ġew applikati sanzjonijiet proporzjonali, dissważivi u effettivi bi tweġiba għall-attivitajiet ta' sajd IUU in kwistjoni, speċjalment għall-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat Membru skond ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

2.  Is-sid jew, fejn xieraq, l-operatur ta' bastiment tas-sajd li jkun tqiegħed fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità jista' jibgħat talba lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istatus ta' dak il-bastiment f'każ ta' ebda azzjoni mill-Istat tal-bandiera skond il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss it-tneħħija tal-bastiment tas-sajd mil-lista jekk:

(a) is-sid jew l-operatur jipprovdi provi li juru li l-bastiment tas-sajd m'għadux involut f'sajd IUU jew;

(b) il-bastiment tas-sajd elenkat għereq jew sar ruttam.

3.  Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss it-tneħħija tal-bastiment tas-sajd mil-lista jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu għaddew mill-anqas sentejn mill-elenkar tal-bastiment tas-sajd li matulhom ma jkun wasal ebda rapport ieħor lill-Kummissjoni ta' sajd allegat bħala IUU mill-bastiment skond l-Artikolu 25; jew

(b) is-sid irid jippreżenta informazzjoni relatata ma' l-operazzjoni kurrenti tal-bastiment tas-sajd li turi li dan qiegħed jopera b'konformità sħiħa mal-liġijiet, ir-regolamenti u/jew il-miżuri għall-konservazzjoni u ġestjoni li japplikaw għal kwalunkwe sajd li jkun qed jipparteċipa fih; jew

(ċ) il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, is-sid jew l-operatur tiegħu, ma jkun baqgħalhom ebda rabta operattiva jew finanzjarja, sew jekk diretta u sew jekk indiretta, ma' xi bastiment, sid jew operatur ieħor preżunt jew ikkonfermat li hu involut f'sajd IUU.

Artikolu 29

Kontenut, pubbliċità u żamma tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità

1.  Il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin għal kull wieħed mill-bastimenti tas-sajd:

(a) l-isem u l-ismijiet preċedenti, jekk ikun hemm;

(b) il-bandiera u l-bnadar preċedenti, jekk ikun hemm;

(ċ) is-sid u fejn rilevanti, is-sidien preċedenti, inklużi sidien benefiċjarji, jekk ikun hemm;

(d) l-operatur u fejn rilevanti, l-operaturi preċedenti, jekk ikun hemm;

(e) is-sinjal tas-sejħa jew il-sinjali tas-sejħa preċedenti, jekk ikun hemm;

(f) in-numru ta' Lloyds/IMO, fejn dan ikun disponibbli;

(g) ir-ritratti, fejn ikunu disponibbli;

(h) id-data ta' l-ewwel inklużjoni fiha;

(i) ġabra fil-qosor ta' l-attivitajiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-bastiment fiha, flimkien ma' referenzi għad-dokumenti rilevanti kollha li jagħtu informazzjoni u provi dwar dawk l-attivitajiet.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa sabiex tiżgura l-pubbliċità tagħha, inkluż billi tqegħedha fuq is-sit web tagħha.

3.  Il-Kummissjoni għandha kull tliet xhur taġġorna l-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u għandha tipprovdi sistema awtomatika ta' notifika ta' l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista ta' bastimenti lill-FAO u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd bl-għan li titkattar il-koperazzjoni bejn il-Komunità u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Artikolu 30

Listi ta' bastimenti IUU adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd

1.  Barra mill-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 27, il-bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi ta' bastimenti IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2). It-tneħħija ta' dawn il-bastimenti mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità għandha tkun irregolata bid-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom mill-organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.

2.  Il-Kummissjoni għandha kull sena, malli tkun irċeviet il-listi ta' bastimenti preżunti u kkonfermati bħala involuti f'sajd IUU mingħand organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, tinnotifikahom lill-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika fil-pront lill-Istati Membri b'kull żieda, tħassir u/jew modifika fil-listi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu kull meta jkun hemm dawn il-bidliet. L-Artikolu 37 għandu japplika fir-rigward tal-bastimenti li jidhru fil-listi IUU ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd skond kif ikunu ġew immodifikati sa dakinhar tan-notifika tagħhom lill-Istati Membri.



KAPITOLU VI

PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

Artikolu 31

Identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

1.  Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2), għandha tidentifika l-pajjiżi terzi li hija tikkunsidra bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

2.  L-identifikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq l-eżami ta' kull informazzjoni miksuba konformament mal-Kapitoli II, III, IV, V, VIII, X u XI jew, kif ikun xieraq, kull informazzjoni rilevanti oħra, bħalma hija d-data dwar il-qabda, l-informazzjoni dwar il-kummerċ miksuba minn statistika nazzjonali u sorsi affidabbli oħrajn, ir-reġistri u d-databases tal-bastimenti, dokumenti ta' qabda jew programmi ta' dokumenti ta' statistika u l-listi ta' bastimenti IUU adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kif ukoll kull informazzjoni oħra miksuba fil-portijiet u fiż-żoni tas-sajd.

3.  Pajjiż terz jista' jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk dan jonqos milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skond il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, milli jieħu azzjoni sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi jew jelimina l-attivitajiet ta' sajd IUU.

4.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha primarjament toqgħod fuq l-eżami tal-miżuri meħuda mill-pajjiż terz ikkonċernat fir-rigward ta':

(a) sajd IUU rikorrenti li jkun dokumentat b'mod idoneu bħala li jkun twettaq jew ġie appoġġat minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha jew miċ-ċittadini tagħha, jew minn bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet marittimi tagħha jew ikunu qegħdin jużaw il-portijiet tagħha, jew

(b) aċċess għas-suq tagħha minn prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a) jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jikkooperax b'mod effettiv mal-Komunità, billi jwieġeb għat-talbiet li tagħmel il-Kummissjoni sabiex jinvestiga, jipprovdi informazzjoni lura dwar jew segwitu għal sajd IUU u attivitajiet relatati;

(b) jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikunx ħa miżuri ta' infurzar effettivi fir-rigward ta' l-operaturi responsabbli minn sajd IUU, u b'mod partikolari jekk ġewx applikati sanzjonijiet ta' severità suffiċjenti li jċaħħdu t-trasgressuri mill-benefiċċji li jirrendi s-sajd IUU;

(ċ) l-istorja, in-natura, iċ-ċirkostanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat;

(d) għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-kapaċità eżistenti ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra ukoll l-elementi li ġejjin:

(a) ir-ratifika tal-pajjiżi terzi kkonċernati ta' l-istrumenti internazzjonali tas-sajd jew l-adeżjoni magħhom, u b'mod partikolari l-UNCLOS, il-Ftehim tan-NU 1995 dwar l-Istokkijiet tal-Ħut u l-Ftehim tal-FAO dwar l-Osservanza;

(b) l-istatus tal-pajjiż terz ikkonċernat bħala parti kontraenti għal organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, jew il-qbil tiegħu li japplika l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni addottati minnhom;

(ċ) kull att jew ommissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat li seta' naqqas l-effikaċja tal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli.

7.  Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza ta' attivitajiet ta' sajd, għandhom ikunu kkunsidrati debitament fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 32

Proċeduri politiċi fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

1.  Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-pajjiżi kkonċernati bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31. Għandha tinkludi f'din in-notifika, l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-identifikazzjoni b'kull prova ta' konferma disponibbli;

(b) l-opportunità ta' tweġiba bil-miktub lill-Kummissjoni fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-identifikazzjoni u informazzjoni rilevanti oħra, per eżempju, provi li jirribattu l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta' azzjoni għal titjib u l-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni;

(ċ) id-dritt li tintalab, jew li tiġi pprovduta, informazzjoni addizzjonali;

(d) il-konsegwenzi ta' l-identifikazzjoni tagħhom bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, kif previst fl-Artikolu 38.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinkludi wkoll fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 talba sabiex il-pajjiż terz ikkonċernat jieħu kull miżura meħtieġa għall-waqfien ta' l-attivitajiet ta' sajd IUU msemmija u l-prevenzjoni ta' kull attività futura bħal din, u jirrettifika kull att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 31(6)(c).

3.  Il-Kummissjoni għandha, b'aktar minn mezz ta' komunikazzjoni wieħed, tittrażmetti n-notifika u t-talba tagħha lill-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb konferma minn dak il-pajjiż li jkun irċieva n-notifika.

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż terz ikkonċernat biżżejjed żmien sabiex iwieġeb in-notifika u perijodu raġonevoli sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni.

Artikolu 33

Stabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi fuq il-lista tal-pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

2.  Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bl-identifikazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz li ma jikkooperax u bil-miżuri applikati skond l-Artikolu 38, u għandha titolbu sabiex jirrettifika s-sitwazzjoni attwali u javżaha dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex tkun żgurata l-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni mill-bastimenti tas-sajd tiegħu.

3.  B'segwitu għad-deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifikha lill-Istati Membri u għandha titlobhom jiżguraw l-implimentazzjoni immedjata tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull miżura li jkunu ħadu b'reazzjoni għal din it-talba.

Artikolu 34

Tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi pajjiż terz mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx jekk il-pajjiż terz ikkonċernat juri li s-sitwazzjoni li tat lok għall-elenkar tiegħu tkun ġiet irrettifikata. Deċiżjoni għat-tneħħija għandha tikkunsidra wkoll jekk il-pajjiżi terzi identifikati kkonċernati ħadux miżuri konkreti li jkunu jistgħu jiksbu titjib dejjiemi tas-sitwazzjoni.

2.  Wara deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Istati Membri dwar it-tneħħija tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38 fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 35

Pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa sabiex tiżgura l-pubbliċità ta' din il-lista, inkluż billi tqegħedha fuq is-sit web tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista regolarment għandha tipprovdi sistema li awtomatikament tgħarraf l-aġġornamenti lill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx lill-FAO u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd bl-iskop li titkattar il-koperazzjoni bejn il-Komunità u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Artikolu 36

Miżuri ta' emerġenza

1.  Jekk ikun hemm provi li l-miżuri adottati minn xi pajjiż terz ikunu qed jimminaw il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tadotta, f'konformità ma' l-obbligi internazzjonali tagħha, miżuri ta' emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ġdida sabiex testendi l-miżuri ta' emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

2.  Il-miżuri ta' emerġenza imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, fost oħrajn, li:

(a) bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu u li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx jingħataw aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, ħlief f'każ ta' forza maġġuri jew diffikultà kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) għal servizzi strettament neċessarji sabiex jiġu rimedjati dawk is-sitwazzjonijiet;

(b) bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jitħallew jkunu involuti f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(ċ) bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jiġu awtorizzati jistadu f'ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim bilaterali dwar is-sajd;

(d) il-provvista ta' ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandux ikun awtorizzat;

(e) il-ħut ħaj maqbud minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx ikunu aċċettati għall-iskop ta' l-akkwakultura fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

3.  Miżuri ta' emerġenza għandu jkollhom effett immedjat. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri u lill-pajjiż terz ikkonċernat u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni stabbilita fil-paragrafu 1 lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem ta' xogħol minn meta jirċievu n-notifika.

5.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mid-data minn meta jkun irċieva r-riferiment.



KAPITOLU VII

MIŻURI FIR-RIGWARD TA' BASTIMENTI TAS-SAJD U STATI INVOLUTI F'SAJD IUU

Artikolu 37

Azzjoni fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità

Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità (“bastimenti tas-sajd IUU”):

(1) l-Istati Membri tal-bandiera m'għandhomx jippreżentaw talbiet lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjonijiet għal sajd fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd IUU;

(2) l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd kurrenti jew il-permessi speċjali għas-sajd maħruġin mill-Istati Membri tal-bandiera fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd IUU għandhom jiġu rtirati;

(3) bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx ikunu awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom ikunu pprojbiti li jinkrew;

(4) bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhom bl-ebda mod jassistu, ikunu involutui f'operazzjonijiet ta' pproċessar ta' ħut jew jipparteċipaw f'xi trasbord jew operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd IUU;

(5) bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu awtorizzati biss li jidħlu fil-portijiet fejn ikunu stazzjonati u f'ebda port Komunitarju ieħor, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà. Bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz ma jkunux awtorizzati jidħlu f'port ta' Stat Membru, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà. Alternattivament, Stat Membru jista' jawtorizza d-dħul fil-portijiet tiegħu ta' bastiment tas-sajd IUU bil-kundizzjoni li l-qabdiet tal-ħut abbord u, fejn xieraq, it-tagħmir tas-sajd ipprojbit f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-Ssajd, jiġu kkonfiskati. L-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw ukoll qabdiet ta' ħut u, fejn xieraq, it-tagħmir tas-sajd ipprojbit skond dawk il-miżuri, abbord bastimenti tas-sajd IUU li jkunu ġew awtorizzati jidħlu fil-portijiet tagħhom għal raġuni ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;

(6) bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx jiġu fornuti bi provvisti, fjuwil jew servizzi oħrajn fil-portijiet, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;

(7) bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx ikunu awtorizzati li jibdlu l-ekwipaġġ, ħlief jekk dan ikun neċessarju f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;

(8) l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-bandiera tagħhom lil bastimenti tas-sajd IUU;

(9) l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn tali bastimenti tas-sajd IUU għandha tkun ipprojbita, u minħabba f'hekk iċ-ċertifikati tal-qabda li jakkumpanjaw dawn il-prodotti m'għandhomx jiġu aċċettati jew validati;

(10) l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn bastimenti tas-sajd IUU għall-ipproċessar għandhom ikunu pprojbiti;

(11) bastimenti tas-sajd IUU li m'għandhomx ħut jew persunal abbord għandhom ikunu awtorizzati li jidħlu l-port sabiex isiru ruttam, iżda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe prosekuzzjoni jew sanzjoni imposta kontra dak il-bastiment u kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.

Artikolu 38

Azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx

Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-pajjiżi terzi li ma jikkooperawx:

(1) l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' tali pajjiżi għandha tkun projbita, u għaldaqstant iċ-ċertifikati dwar il-qabdiet li jakkumpanjaw tali prodotti m'għandhomx jiġu aċċettati. Fl-eventwalità li l-identifikazzjoni ta' pajjiż terz li ma jikkooperax konformament ma' l-Artikolu 31 tkun iġġustifikata min-nuqqas ta' miżuri xierqa adottati minn dan il-pajjiż terz fir-rigward ta' sajd IUU li jaffettwaw stokk jew speċi partikolari, il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tista' tiġi applikata biss fir-rigward ta' dan l-istokk jew speċi;

(2) ix-xiri minn operaturi Komunitarji ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dawn il-pajjiżi għandu jkun ipprojbit;

(3) l-għoti ta' bandiera ġdida lil bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li tali pajjiżi għandu jkun ipprojbit;

(4) l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw il-konklużjoni ta' ftehim ta' kiri ta' bastimenti ma' dawn il-pajjiżi għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom;

(5) l-esportazzjoni ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji lil dawn il-pajjiżi għandha tkun ipprojbita;

(6) ftehim kummerċjali privati bejn ċittadini ta' Stat Membru u dawn il-pajjiżi sabiex bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet ta' sajd ta' dawn il-pajjiżi għandu jkun ipprojbit;

(7) operazzjonijiet konġunti ta' sajd li jinvolvu bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ma' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dawn il-pajjiżi għandhom ikunu pprojbiti;

(8) il-Kummissjoni għandha tipproponi d-denunzja ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' tali pajjiżi li jipprevedi t-terminazzjoni tal-ftehim fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-impenji magħmula minnhom fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU;

(9) il-Kummissjoni m'għandhiex tidħol f'negozjati sabiex tikkonkludi xi ftehim bilaterali ta' sajd jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' dawn il-pajjiżi.



KAPITOLU VIII

ĊITTADINI

Artikolu 39

Ċittadini li jappoġġaw jew huma involuti f'sajd IUU

1.  Ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri (“ċittadini”) ma għandhom la jappoġġaw u lanqas ikunu involuti f'sajd IUU, inkluż billi jkunu involuti abbord jew bħala operaturi jew sidien benefiċjarji ta' bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja ta' l-Istat tal-bandiera, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u ma' pajjiżi terzi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti, skond il-liġi nazzjonali u Komunitarja, sabiex jidentifikaw ċittadini li jappoġġaw jew li huma involuti f'sajd IUU.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja ta' l-Istat tal-bandiera, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa, skondu f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom, fir-rigward ta' ċittadini identifikati li jappoġġaw jew li huma involuti f'sajd IUU.

4.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-ismijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-koordinazzjoni tal-ġbir u l-verifika ta' l-informazzjoni dwar attivitajiet taċ-ċittadini msemmija f'dan il-Kapitolu u mir-rapportar lill-Kummissjoni u l-koperazzjoni magħha.

Artikolu 40

Prevenzjoni u sanzjonijiet

1.  L-Istat Membri għandhom jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jinnotifikaw kull informazzjoni li tkun tikkonċerna interessi legali, benefiċjali jew finanzjarji f'bastimenti fi jew il-kontroll ta', bastimenti tas-sajd b'bandiera ta' pajjiż terz li huma għandhom u bl-ismijiet tal-bastimenti kkonċernati.

2.  Iċ-ċittadini m'għandhom ibiegħu jew jesportaw ebda bastiment tas-sajd lil operaturi li jkunu involuti fl-operazzjoni, it-tmexxija jew il-proprjeta' ta' bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità.

3.  Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-liġi Komunitarja li jikkonċernaw il-fondi pubbliċi, l-Istati Membri m'għandhom jagħtu ebda għajnuna pubblika taħt l-iskemi ta' għajnuna nazzjonali jew minn fondi Komunitarji lill-operaturi li jkunu involuti fl-operazzjoni, it-tmexxija jew il-proprjeta' tal-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità.

4.  L-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex jiksbu informazzjoni dwar l-eżistenza ta' xi arranġament bejn iċ-ċittadini u pajjiż terz li jkun jippermetti l-għoti ta' bandiera ġdida fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom għal dan il-pajjiż terz. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan billi jibagħtu lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati.



KAPITOLU IX

MIŻURI IMMEDJATI TA' INFURZAR, SANZJONIJIET U SANZJONIJIET KOMPLEMENTARI

Artikolu 41

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta':

(1) ksur serju mwettaq fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, jew fl-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni ta' ilmijiet adjaċenti mat-territorji u l-pajjiżi msemmijin fl-Anness II tat-Trattat;

(2) ksur serju mwettaq, minn bastimenti tas-sajd Komunitarji jew ċittadini ta' l-Istati Membri;

(3) ksur serju osservat fit-territorju jew fl-ilmijiet kif imsemmija fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu iżda li ġie kommess fl-ibħra internazzjonali jew fil-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz u li qed jiġi sanzjonat skond l-Artikolu 11(4).

Artikolu 42

Ksur serju

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ksur serju tfisser:

(a) l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;

(b) it-twettiq ta' negozju konness direttament ma' sajd IUU, inkluż il-kummerċ fi jew l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd;

(ċ) l-iffalsifikar ta' dokumenti msemmija f'dan ir-Regolament jew l-użu ta' tali dokumenti foloz jew invalidi;

2.  Il-karattru serju tal-ksur għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, b'kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 43

Miżuri immedjati ta' infurzar

1.  Fejn persuna fiżika tkun issuspettata li tkun kkommettiet jew tinqabad waqt il-fatt meta tkun qed tikkommetti xi ksur serju jew persuna ġuridika tkun issusspettata li tkun qiegħda tiżamm responsabbli għal tali ksur, l-Istati Membri għandhom jagħtu bidu għal investigazzjoni sħiħa tal-ksur u, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u skond il-gravità tal-ksur, jieħdu miżuri immedjati ta' infurzar bħalma huma b'mod partikolari:

(a) il-waqfien immedjat ta' l-attivitajiet ta' sajd;

(b) ir-rotta lura lejn il-port tal-bastiment tas-sajd;

(ċ) ir-rotta lejn post ieħor ta' l-inġenju tat-trasport għal spezzjoni;

(d) l-ordni għal garanzija;

(e) il-konfiska tat-tagħmir tas-sajd, qabdiet ta' ħut jew prodotti ta' ħut;

(f) l-immobilizzazzjoni temporanja tal-bastiment tas-sajd jew ta' l-inġenju tat-trasport ikkonċernat;

(g) is-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd.

2.  Il-miżuri ta' infurzar għandhom ikunu ta' natura li jipprevjenu l-kontinwazzjoni tal-ksur ikkonċernaty u li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jġibu fi tmiemha l-investigazzjoni.

Artikolu 44

Sanzjonijiet għal ksur serju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun kkommettiet ksur serju jew li għalih persuna ġuridika tkun inżammet responsabbli tkun punibbli b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta' mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.

F'każ ta' ksur serju ripetut, matul perijodu ta' 5 snin, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta' mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.

Fl-applikazzjoni ta' dawn is-sanzjonijiet l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ukoll tal-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernati.

3.  L-Istati Membri jistgħu ukoll jew b'mod alternattiv jużaw sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 45

Sanzjonijiet komplementari

Is-sanzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu jistgħu jkunu kkomplementati b'sanzjonijiet u miżuri oħrajn, b'mod partikolari:

(1) is-sekwestru tal-bastiment tas-sajd involut fil-ksur;

(2) l-immobilizzazzjoni temporanja tal-bastiment tas-sajd;

(3) il-konfiska tat-tagħmir tas-sajd, il-qabdiet ta' ħut, il-prodotti tas-sajd pprojbiti;

(4) is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd;

(5) it-tnaqqis fid-drittijiet tas-sajd jew l-irtirar tagħhom;

(6) l-esklużjoni temporanja jew permanenti mid-dritt għall-ksib ta' drittijiet tas-sajd ġodda;

(7) it-twaqqif temporanju jew permanenti ta' l-aċċess għal assistenza pubblika jew sussidji pubbliċi.

(8) is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat mogħti skond l-Artikolu 16(3).

Artikolu 46

Livell ġenerali ta' sanzjonijiet u sanzjonijiet komplementari

Il-livell ġenerali ta' sanzjonijiet u sanzjonijiet komplementari għandu jiġi kkalkulat b'tali mod li tkun aċċertata ċ-ċaħda b'mod effettiv lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur serju tagħhom mingħajr preġudizzju għad-dritt leġittimu li wieħed jeżerċita professjoni. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll il-miżuri ta' infurzar immedjati li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 43.

Artikolu 47

Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi

1.  Il-persuni ġuridiċi għandhom jinżammu responsabbli għal ksur serju fejn dan il-ksur ikun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna fiżika, li tkun aġixxiet waħeda jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li kellha pożizzjoni determinanti fi ħdan il-persuna ġuridika, abażi ta':

(a) setgħa ta' rappreżentanza tal-persuna ġuridika, jew

(b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika, jew

(ċ) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.  Persuna ġuridika tista' tinżamm responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew ta' kontroll, minn persuna fiżika msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibli it-twettiq ta' ksur serju għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna fiżika li taqa' taħt l-awtorità tagħha.

3.  Ir-responsabbiltà ta' persuna ġuridika m'għandhiex teskludi proċedimenti kontra persuni fiżiċi meta jkunu l-awturi, l-instigaturi jew il-kompliċi fil-ksur ikkonċernati.



KAPITOLU X

IMPLIMENTAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADOTTATI F'ĊERTI ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI TAL-ĠESTJONI TAS-SAJD LI JIKKONĊERNAW LEMĦ TA' BASTIMENTI TAS-SAJD

Artikolu 48

Lemħ fuq il-baħar

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-attivitajiet ta' sajd li jkunu soġġetti għar-regoli dwar il-lemħ fuq il-baħar adottati f'organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li jorbtu lill-Komunità.

2.  Fl-eventwalità li awtorità kompetenti ta' Stat Membru responsabbli mill-ispezzjonar fuq il-baħar tilmaħ bastiment tas-sajd involut f'attivitajiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala sajd IUU, din għandha minnufih toħroġ rapport ta' dan il-lemħ. Tali rapport u r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet li jsiru fuq dak il-bastiment tas-sajd mill-Istat Membru għandhom jiġu kkunsidrati bħala provi għall-użu fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta' identifikazzjoni u infurzar previsti f'dan ir-Regolament.

3.  Fl-eventwalità li l-kaptan ta' bastiment tas-sajd Komunitarju jew ta' pajjiż terz jilmaħ bastiment tas-sajd involut fl-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-kaptan jista' jiddokumenta l-informazzjoni kollha possibbli dwar dan il-lemħ, per eżempju:

(a) l-isem u d-deskrizzjoni tal-bastiment tas-sajd;

(b) is-sinjal tas-sejħa tal-bastiment tas-sajd;

(ċ) in-numru ta' reġistrazzjoni u, skond il-każ, in-numru ta' Lloyds IMO tal-bastiment tas-sajd;

(d) l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd;

(e) il-pożizzjoni (latitudni, lonġitudni) fil-ħin li jkun ġie identifikat l-ewwel darba;

(f) id-data/il-ħin UTC meta jkun ġie identifikat l-ewwel darba;

(g) ritratt jew ritratti tal-bastiment tas-sajd bħala prova tal-lemħ;

(h) kull informazzjoni rilevanti oħra rigward l-attivitajiet osservati tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat.

4.  Ir-rapporti tal-lemħ għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd tal-lemħ, li għandu jittrażmettihom malajr kemm jista' jkun lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha mbagħad għandu jinforma immedjatament lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd milmuħ. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandu sewwasew wara jittrażmetti r-rapport tal-lemħ lill-Istati Membri kollha u, kif xieraq, lis-Segretarju Eżekuttiv ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd għal azzjoni ulterjuri skond il-miżuri adottati minn dawk l-organizzazzjonijiet.

5.  Stat Membru li jirċieva rapport ta' lemħ dwar l-attivitajiet ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu mill-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandu jinnotifika ir-rapport u l-informazzjoni rilevanti kollha malajr kemm jista' jkun lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, li għandu sewwasew wara jgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernata għal azzjoni ulterjuri skond il-miżuri adottati minn din l-organizzazzjoni, kif xieraq.

6.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li magħhom il-Komunità hija parti kontraenti.

Artikolu 49

Preżentazzjoni ta' informazzjoni rigward bastimenti tas-sajd milmuħa

1.  Stati Membri li jiksbu informazzjoni dokumentata b'mod adatt rigward bastimenti tas-sajd milmuħa għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha fil-format iddeterminat skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2).

2.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandu jeżamina wkoll informazzjoni dokumentata b'mod adatt rigward bastimenti tas-sajd milmuħa li tkun ġiet ippreżentata minn ċittadini, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, kif ukoll rappreżentanti ta' l-interessi tal-partijiet interessati fis-sajd jew il-kummerċ tal-ħut.

Artikolu 50

Investigazzjoni ta' bastimenti tas-sajd milmuħa

1.  L-Istati Membri għandhom, malajr kemm jista' jkun, jibdew investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu ntlemħu skond l-Artikolu 49.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw fejn possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha bid-dettalji tal-bidu ta' investigazzjoni jew ta' kwalunkwe azzjoni li tittieħed jew intenzjonata fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd milmuħa li jtajru l-bandiera tagħhom, malli jkun prattikabbli u fi kwalunkwe il-każ fi żmien xahrejn min-notifika tar-rapport tal-lemħ skond l-Artikolu 48(4). Rapporti dwar il-progress ta' l-investigazzjonijiet dwar l-attivitajiet tal-bastiment tas-sajd milmuħ għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha f'intervalli regolari xierqa. Rapport finali dwar l-eżitu meta jintemmu l-investigazzjonijiet għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha.

3.  L-Istati Membri l-oħrajn għajr l-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat għandhom, fejn xieraq, jivverifikaw jekk il-bastimenti tas-sajd milmuħa li jkunu ġew rrapportati jkunux wettqu attivitajiet fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew jekk il-prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn dawk il-bastimenti kinux żbarkati jew importati fit-territorju tagħhom u għandhom jinvestigaw ir-rekord tal-konformità tagħhom mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, u lill-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat bl-eżitu tal-verifiki u l-investigazzjonijiet tagħhom.

4.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandu jikkomunikalill-Istati Membri kollha bl-informazzjoni li jkun irċieva skond il-paragrafi 2 u 3.

5.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u għad-dispożizzjonijiet adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li magħhom il-Komunità hija parti kontraenti.



KAPITOLU XI

ASSISTENZA REĊIPROKA

Artikolu 51

Assistenza Reċiproka

1.  L-awtoritajiet amministrattivi responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin, ma' l-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-osservanza ta' dan ir-Regolament.

2.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka, li tkun tinkludi sistema awtomatika ta' l-informazzjoni, is-“sistema ta' informazzjoni dwar sajd IUU”, li għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni jew minn korp maħtur minnha, sabiex tassisti l-awtoritajiet kompetenti fil-prevenzjoni, l-investigar u l-prosekuzzjoni tas-sajd IUU.

3.  Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2).



KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 52

Implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2).

Artikolu 53

Appoġġ finanzjarju

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-operaturi kkonċernati jikkontribwixxu għall-ispejjeż marbutin ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

Artikolu 55

Obbligi ta' rapportar

1.  Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena kalendarja ta' wara.

2.  Abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri u l-osservazzjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport kull tliet snin sabiex jiġi ppreżentat lill–Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Għandha ssir valutazzjoni ta' l-impatt mill-Kummissjoni ta' dan ir-Regolament fuq is-sajd IUU sad-29 ta' Ottubru 2013.

Artikolu 56

Tħassir

L-Artikoli 28b(2), 28e, 28f, 28 g u l-Artikolu 31(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, ir-Regolament (KE) Nru 1093/1994, ir-Regolament (KE) Nru 1447/1999, l-Artikoli 8, 19a, 19b, 19c, 21, 21b, 21c tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 u l-Artikoli 26a, 28, 29, 30 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004 għandhom jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 57

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I



Lista ta' prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' “prodotti tas-sajd” stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2

ex Kapitolu 3

ex16 04

ex16 05

Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi

ex Kapitolu 3

ex16 04

Fwied, bajd, ilsna, ħaddejn, irjus u ġwienaħ

0301 10 (1)

Ħut ornamentali, ħaj

ex03 01 91

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex030192 00

Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 93 00

Karpjun, ħaj

ex030199 11

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 99 19

Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj

ex03 02 11

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex030212 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex030219 00

Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex030266 00

Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

0302 69 11

Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 15

Tilapia (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 18

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

ex030311 00

Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex030319 00

Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex03 03 21

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu

ex030322 00

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

ex030329 00

Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu

ex030376 00

Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu

0303 79 11

Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0303 79 19

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0304 19 01

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 19 03

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.)

ex030419 13

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex030419 15

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex030419 17

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 19 18

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 19 91

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta' ħut tal-ilma ħelu

0304 29 01

Fletti ffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 29 03

Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.)

0304 29 05

Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.)

ex030429 13

Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex030429 15

Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex030429 17

Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 29 18

Fletti ffriżati ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 99 21

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), iffriżat, ta' ħut tal-ilma ħelu

0305 10 00

Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex030530 30

Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex030530 90

Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

ex030541 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex030549 45

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu

ex030549 50

Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu

ex030549 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti

ex030559 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat

ex030569 50

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbud fl-ilma ħelu

ex030569 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat

0306 19 10

Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat

ex030619 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex030621 00

Rock lobster u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali

ex030622 10

Awwist (Homarus spp.), ornamentali, ħaj

ex030623 10

Gambli u gambli kbar mill-familja Pandalidae, ornamentali, ħajjin

ex030623 31

Gambli tal-ġeneru Crangon, ornamentali, ħajjin

ex030623 90

Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin

ex03 06 24

Granċi, ornamentali, ħajjin

0306 29 10

Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, inkella le

ex030629 30

Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin

ex030629 90

Krustaċji oħra ornamentali, ħajjin

ex030629 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0307 10

Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

0307 21 00

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin

0307 29

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, li ma jkunux ħajjin, friski jew imkessħin

0307 31

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin

0307 39

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), li mhumiex ħajjin, friski jew imkessħin

ex03 07 41

Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola spp.) u klamari (Ommastrephes spp., Loligo spp., Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.), ornamentali

ex03 07 51

Qarnit (Octopus spp.), ornamentali

0307 60 00

Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex030791 00

Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00, minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, ħaj (minbarra dak ornamentali), frisk jew imkessaħ

0307 99 13

Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati

0307 99 15

Bram (Rhopilema spp.), iffriżat

ex030799 18

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15, minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati

ex030799 90

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex160411 00

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex160419 10

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex160420 10

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex160420 30

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex160419 91

Fletti ta' ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija fiż-żejt minn qabel jew mhumiex, iffriżati

1604 30 90

Sostituti tal-kavjar

ex160540 00

Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat

1605 90

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati

(1)   Il-kodiċijiet NM jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).

▼B




ANNESS II

Ċertifikat tal-Qabda u Ċertifikat ta' Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea

(i)ĊERTIFIKAT TAL-QABDA TAL-KOMUNITÀ EWROPEANumru tad-dokumentAwtorità ta’ Validazzjoni1. IsemIndirizzTel.Fax2. Isem il-Bastiment tas-SajdBandiera - Port ta’ l-Istazzjonar u Numru ta’ ReġistrazzjoniSinjal tas-SejħaNumru ta’ l-IMO/Lloyd’s (jekk maħruġ)Nru tal-liċenzja tas-sajd – Valida saNru Inmarsat. Nru tat-Telefax. Nru tat-Telefon. Indirizz elettroniku (jekk maħruġ)3. Deskrizzjoni tal-ProdottTip ta’ pproċessar awtorizzat abbord:4. Referenzi ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbliSpeċiKodiċi tal-prodottDati u żon(a/i) tal-qabdaPiż stmat ħaj (kg)Piż stmat għall-iżbark (kg)Piż Żbarkat Ivverifikat (kg) fejn adatt5. Isem tal-kaptan tal-bastiment - Firma - Siġillu:6. Dikjarazzjoni tat-Trasbord fuq il-Baħar Isem il-Kaptan tal-Bastiment tas-sajdFirma u DataTrasbord Data/Żona/PożizzjoniPiż stmat (kg)Kaptan tal-Bastiment RiċeviturFirmaIsem il-BastimentSinjal tas-SejħaNumru ta’ l-IMO/Lloyd’s (jekk maħruġ)7. Awtorizzazzjoni għat-trasbord f’Żona ta’ Port:IsemAwtoritàFirmaIndirizzTel..Port ta’ l-IżbarkData ta’ l-IżbarkSiġill (Timbru)8. Isem u indirizz ta’ l-EsportaturFirmaDataSiġill9. Validazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ l-Istat tal-Bandiera:Isem/TitluFirmaDataSiġill (Timbru)

10. Dettalji tat-trasport: Ara Appendiċi I11. Dikjarazzjoni ta’ l-Importatur:Isem u indirizz ta’ l-importaturFirmaDataSiġillKodiċi NM tal-prodottDokumenti skond l-Artikoli 14(1),(2) tar-Regolament (KE) Nru / (*)Referenzi12. Kontroll fuq l-importazzjoni: AwtoritàPostImportazzjoni awtorizzata (*)Importazzjoni sospiża (*)Verifika mitluba – dataDikjarazzjoni tad-dwana (jekk maħruġa)NumruDataPost(*) Indika kif adatt.

►(1) C1  

(ii) ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEANumru taċ-ĊertifikatDataStat Membru1. Deskrizzjoni tal-prodott riesportat:Piż (kg)SpeċiKodiċi tal-prodottBilanċ mill-kwantità totali ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-qabda2. Isem tar-riesportaturIndirizzFirmaData3. AwtoritàIsem/TitluFirmaDataSiġill/Timbru4. Kontroll fuq ir-riesportazzjoniPost:Riesportazzjoni awtorizzata (*)Verifika mitluba (*)Dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni numru u data(*) Indika kif adatt.




Appendiċi

Dettalji tat-trasport

1. Pajjiż ta’ l-esportazzjoniPort/ajruport/post ieħor tat-tluq2. Firma ta’ l-Esportatur:L-isem u l-bandiera tal-bastimentNumru tat-titjira/numru tal-fattura tal-passaġġ bl-ajruNazzjonalità tat-trakk u numru ta’ reġistrazzjoniNumru tal-fattura tal-passaġġ bil-ferrovijaDokument ieħor ta’ trasport:Numru/i tal-kontejner(s):lista mehmużaIsemIndirizzFirma




ANNESS III

Notifiki ta' l-Istat tal-Bandiera

1. Il-kontenut tan-notifiki ta' l-Istati tal-bandiera skond l-Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati tal-bandiera sabiex jinnotifikaw l-ismijiet, l-indirizzi u l-marki tas-siġill uffiċjali ta' l-awtoritajiet pubbliċi li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom li jkollhom is-setgħa li:

(a) jirreġistraw bastimenti tas-sajd taħt il-bandiera tagħhom;

(b) jagħtu, jissospendu u jirtiraw liċenzji tas-sajd lill-bastimenti tas-sajd tagħhom;

(ċ) jaffermaw il-veraċità ta' l-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikati tal-qabda msemmija fl- ►C1  Artikolu 12 ◄ u jivvalidaw dawn iċ-ċertifikati;

(d) jimplimentaw, jikkontrollaw u jinfurzaw liġijiet, regolamenti u miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni li jridu jiġu osservati mill-bastimenti tas-sajd tagħhom;

(e) iwettqu l-verifiki ta' dawn iċ-ċertifikati tal-qabda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri permezz tal-koperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4);

(f) jikkomunikaw kampjuni tal-formoli tagħhom taċ-ċertifikat tal-qabda f'konformità mal-mudell fl-Anness II; u

(g) jaġġornaw dawn in-notifiki.

2. Skemi għad-dokumentazzjoni tal-qabda adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolui 13.

Fejn skema għad-dokumentazzjoni tal-qabda adottata minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd tkun ġiet rikonoxxuta bħala skema ta' ċertifikazzjoni tal-qabda għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, notifiki ta' l-Istat tal-bandiera magħmula skond dawn l-iskemi għad-dokumentazzjoni tal-qabda jitqiesu li jkunu saru skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Anness u d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness jitqiesu li japplikaw mutatis mutandis.




ANNESS IV

Dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Jiena nikkonferma li l-prodotti tas-sajd ipproċessati: ... (deskrizzjoni tal-prodott u kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda) ... inkisbu minn qabdiet importati skond iċ-ċertifikat(i) tal-qabda li ġejjin:

Numru taċ-ċertifikat tal-qabdaIsem (Ismijiet) u bandiera (bnadar) tal-bastimentData(i) ta’ validazzjoniDeskrizzjoni tal-qabdaPiż totali żbarkat (kg)Qabda pproċessata (kg)Prodott tas-sajd ipproċessat (kg)

Isem u indirizz ta' l-impjant ta' ipproċessar

Isem u indirizz ta' l-esportatur (jekk differenti mill-impjant ta' ipproċessar)

Numru ta' approvazzjoni ta' l-impjant ta' ipproċessar

Numru u data taċ-ċertifikat tas-saħħa

Persuna responsabbli mill-impjant ta' pproċessar:Firma:Data:Post:

Approvazzjoni mill-awtorità kompetenti:

Uffiċjal:Firma u siġill:Data:Post:



( 1 ) L-Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Mejju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) L-Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Mejju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). L-opinjoni ingħatat wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.

( 3 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

( 4 ) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

( 5 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 6 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1093/94 tas-6 ta' Mejju 1994 li jipprovdi il-kondizzjonijiet li taħthom bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jistgħu jniżżlu direttament u jpoġġu fis-suq il-qbid tagħhom fil-portijiet tal-Komunità (ĠU L 121, 12.5.1994, p. 3).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba illi jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 5).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).

( 10 ) Regolament tal-kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku (ĠU L 97, 1.4.2004, p. 16).

( 11 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

Top