EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0617-20130701

Consolidated text: Regolament tal - Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/617/2013-07-01

2008R0617 — MT — 01.07.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 617/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

(ĠU L 168, 28.6.2008, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

13

25.6.2010

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2011 tat-23 ta’ Settembru 2011

  L 248

1

24.9.2011

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 617/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2007, rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u partikolarment il-punt (f) ta’ l-Artikolu 121 tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur ta’ l-irziezet ( 2 ) ġie rrevokat mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 ma ġewx inklużi fil-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Għalhekk, iridu jiġu adottati ċerti dispożizzjonijiet u obbligi adattati fil-qafas ta’ regolament dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex jippermettu l-kontinwità u l-amministrazzjoni tajba ta’ l-organizzazzjoni tas-suq u partikolarment in-normi tat-tqegħid fis-suq.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiffissa r-rekwiżiti minimi li jridu jissodisfaw il-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkumerċjalizzati fil-Komunità. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jaqbel li wieħed jiddefinixxi t-termini l-ġodda ta’ l-applikazzjoni relatati ma’ dawn ir-rekwiżiti. Għalhekk jaqbel li jiġi revokat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77 ( 3 ), li stabbilixxa t-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2782/75, u li dan jiġi sostitwit minn regolament ġdid.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 stabbilixxa ċerti regoli li jikkonċernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-bajd tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli teżiġi l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li jiġi evitat li l-bajd imneħħi mill-inkubatur ikun jista’ jitqiegħed fis-suq mingħajr marka ta’ distinzjoni partikolari, li jiġu ffissati l-marki li jridu jitpoġġew fuq il-bajd u fuq l-ippakkjar li fih il-bajd tat-tifqis u l-flieles kif ukoll li jistipula l-komunikazzjonijiet meħtieġa.

(6)

Huwa neċessarju li kull stabbiliment jingħata numru ta’ reġistrazzjoni uniku, ibbażat fuq kodiċi stabbilit f’kull Stat Membru b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jiddetermina s-settur ta’ l-attività ta’ l-istabbiliment.

(7)

Jaqbel li tinżamm is-sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni relatata mal-kummerċ intrakomunitarju u l-produzzjoni tal-flieles u tal-bajd tat-tifqis bl-attenzjoni indispensabbli sabiex tkun permessa l-preparazzjoni ta’ tbassir tal-produzzjoni għal żmien qasir. Kull Stat Membru għandu l-obbligu li jistipula s-sanzjonijiet applikabbi għal dawk li ma jimxux skond ir-regoli.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Fis-sens ta’ dan ir-Regolament wieħed jifhem bi:

(1) “Bajd tat-tifqis” tfisser il-bajd ta’ tjur ta’ l-irziezet, tas-subintestaturi 0407 00 11 u 0407 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda, maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles, iddifferenzjati skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip u identfikati skond dan ir-Regolament, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi.

(2) “Flieles” tfisser it-tjur li jgħixu fl-irziezet li l-piż tagħhom ma jeċċedix il-185 gramma, tas-subintestaturi 0105 11 u 0105 19 tan-Nomenklatura Magħquda, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi, tal-kategoriji li ġejjin:

(a) flieles ta’ utilità: il-flieles ta’ wieħed mit-tipi li ġejjin:

(i) flieles għall-ikel: il-flieles maħsuba biex jissemmnu u jinqatlu qabel ma jilħqu l-maturazzjoni sesswali;

(ii) flieles biex ibidu: il-flieles mħsuba biex jitkabbru bi skop ta’ produzzjoni tal-bajd għall-konsum;

(iii) flieles ta’ użu doppju: il-flieles maħsuba jew biex ibidu jew għall-ikel;

(b) flieles minn ħażna ġenituri: il-flieles maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ) flieles minn ħażna ta’ anzjani: flieles maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles għat-trobbija.

(3) “Stabbiliment” tfisser l-istabbiliment jew il-parti minn stabbiliment għal kull wieħed mis-setturi ta’ attività li ġejjin:

(a) stabbiliment għat-tkabbir tar-razza: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fil-produzzjoni tal-bajd tat-tifqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħażna anzjani, ħażna ġenituri jew flieles ta’ utilità;

(b) stabbiliment għat-trobbija: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fil-produzzjoni ta’ bajd tat-tifqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ) fejn isir it-tifqis: l-istabbiliment li l-attività tiegħu tikkonsisti fl-inkubazzjoni tal-bajd, għat-tifqis u għall-fornitura ta’ flieles.

(4) “Il-limiti ta’ produzzjoni” tfisser in-numru massimu ta’ bajd tat-tifqis li jista’ jitqiegħed fl-istess ħin fl-inkubaturi minbarra l-postijiet fejn isir it-tifqis.

Artikolu 2

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti

1.  Kull stabbiliment huwa rreġistrat, wara li jagħmel talba, mill-organizzazzjoni kompetenti maħtur mill-Istat Membru u jirċievi numru ta’ identifikazzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni jista’ jiġi rtirat lill-istabbilimenti li ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  Kull talba ta’ reġistrazzjoni ta’ wieħed mill-istabbilimenti stipulati fil-paragrafu 1 tiġi indirizzata lill-organizzazzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru fuq it-territorju fejn jinstab l-istabbiliment. Din l-organizzazzjoni tagħti lill-istabbiliment irreġistrat numru ta’ identifikazzjoni magħmul minn wieħed mill-kodiċijiet li jidhru fl-Anness I u minn numru ta’ identifikazzjoni mogħti b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jiddetermina s-settur ta’ l-attività ta’ l-istabbiliment.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

L-immarkar tal-bajd tat-tifqis u ta’ l-ippakkjar tagħhom

1.  Il-bajd tat-tifqis utilizzat għall-produzzjoni ta’ flieles jiġi mmarkat b’mod individwali.

2.  L-immarkar individwali tal-bajd tat-tifqis utilizzat għall-produzzjoni ta’ flieles isir fl-istabbiliment tal-produzzjoni, li jistampa n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq il-bajd. L-ittri u n-numri huma mmarkati b’linka sewda li ma titħassarx; dawn ikunu talanqas 2 millimetri għolja u millimetru wiesgħa.

3.  L-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ deroga, jawtorizzaw l-immarkar tal-bajd tat-tifqis skond termini differenti minn dawk stipulati fil-paragrafu 2, sakemm l-immarkar isir b’kulur iswed li ma jitħassarx, li jkun viżibbli b’mod ċar u li jkopri madwar 10 millimetri kwadri. Dan l-immarkar irid isir qabel ma jitpoġġew fl-inkubatur, kemm fi stabbiliment ta’ produzzjoni, kemm fil-post fejn isir it-tifqis. L-Istat Membru li jagħżel din il-possibilità għandu javża b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jikkomunikalhom id-dispożizzjonijiet miġjuba fis-seħħ għal dan l-iskop.

4.  Il-bajd tat-tifqis għandu jiġi trasportat f’pakketti perfettament nodfa li jkun fihom biss bajd tat-tifqis ta’ l-istess speċi, ta’ l-istess kategorija u ta’ l-istess tip ta’ tjur li ġejjin minn stabbiliment wieħed u li jkollhom waħda mill-marki li jidhru fl-Anness II.

5.  Biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’ċerti pajjiżi terzi importaturi, il-bajd tat-tifqis maħsuba għall-esportazzjoni u l-ippakkjar tagħhom jista’ jkollhom indikazzjonjiet oħra minbarra dawk previsti minn dan ir-Regolament, sakemm dawn ma jirriskjawx li jiġu konfużi ma’ dawn ta’ l-aħħar kif ukoll ma’ dawk previsti mill-punt d) ta’ l-Artikolu 121, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mir-regoli ta’ l-applikazzjoni tiegħu.

6.  L-ippakkjar jew kontenituri oħra ta’ kwalunkwe tip li fihom jiġu trasportati l-bajd għandu jkollhom in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni.

7.  Huma biss il-bajd tat-tifqis immarkati skond dan l-Artikolu li jistgħu jiġu trasportati jew ikkumerċjalizzati bejn l-Istati Membri.

8.  Il-bajd tat-tifqis li ġej minn pajjiżi terzi jista’ jiġi impurtat biss jekk ikollu, b’ittri li talanqas ikunu għoljin 3 millimetri, l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-marka stampata “à couver”, ►M3  “valenje”,  ◄ “broedei”, “rugeaeg”, “Bruteie”, “προς εκκόλαψιν”, “para incubar”, “hatching”, “cova”, “para incubação”, “haudottavaksi”, “för kläckning”, “líhnutí”, “haue”, “inkubācija”, “perinimas”, “keltetésre”, “għat-tifqis”, “do wylęgu”, “valjenje”, “liahnutie”, “за люпене” jew “incubare”. L-ippakkjar tagħhom irid ikun fih biss il-bajd tat-tifqis ta’ l-istess speċi, ta’ l-istess kategorija u ta’ l-istess tip ta’ tjur, mill-istess pajjiż ta’ l-oriġini u mibgħuta mill-istess persuna u jkollhom talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-indikazzjonijiet li jidhru fuq il-bajd;

(b) l-ispeċi ta’ tjur li minnhom ġejjin il-bajd;

(ċ) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ min qed jibgħat il-pakkett.

Artikolu 4

L-immarkar tal-pakketti li jinkludu l-flieles

1.  Il-flieles jiġu ppakkjati skond l-ispeċi, it-tip u l-kategorija ta’ tajr.

2.  Il-kaxxi jkun fihom biss il-flieles mill-istess post ta’ tifqis u jkollhom talanqas l-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-post tat-tifqis.

3.  Il-flieles li ġejjin minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu impurtati biss jekk ikunu mqassmin skond il-paragrafu 1. Il-kaxxi jrid ikun fihom biss il-flieles mill-istess pajjiż ta’ l-oriġini u mingħand l-istess persuna u jkollhom talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b) l-ispeċi tat-tajr li jappartjenu għaliha l-flieles;

(ċ) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ min qed jibgħat il-pakkett.

Il-marki li jridu jitpoġġew fuq l-ippakkjar jridu jsiru b’linka sewda li ma titħassarx, b’ittri talanqas għoljin 20 millimetru u wisgħin 10 millimetri, u l-ħxuna tagħhom tkun ta’ millimetru.

Artikolu 5

Id-dokumenti ta’ akkumpanjament

1.  Dokument ta’ akkumpanjament jiġi ppreparat, li jinkludi għal kull grupp ta’ bajd tat-tifqis jew ta’ flieles mibgħuta, talanqas l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz ta’ l-istabbiliment u n-numru ta’ identifikazzjoni;

(b) in-numru ta’ bajd tat-tifqis jew ta’ flieles skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tajr;

(ċ) id-data li fiha ntbagħtu;

(d) l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

2.  Għall-gruppi ta’ bajd tat-tifqis u ta’ flieles impurtati minn pajjiżi terzi, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment jista’ jiġi sostitwit mill-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

Artikolu 6

Ir-reġistrazzjonijiet

Kull post tat-tifqis jirreġistra għal kull speċi, għal kull kategorija (għażla, riproduzzjoni jew użu) u għal kull tip (għall-ikel, biex ibidu jew għall-użu doppju):

(a) id-data li fiha tpoġġew għall-inkubazzjoni u n-numru ta’ bajd tat-tifqis impoġġi fl-inkubatur u n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment fejn il-bajd tat-tifqis ġie prodott;

(b) id-data tat-tifqis u n-numru ta’ flieles imfaqqsa maħsuba biex fil-fatt jintużaw;

(ċ) in-numru ta’ bajd tat-tifqis miġbura mill-inkubatur u l-identità tax-xerrej.

Artikolu 7

L-użu tal-bajd miġbura mill-inkubatur

Il-bajd inkubat miġbur mill-inkubatur ma jistax jintuża għall-konsum mill-bniedem. Dawn jistgħu jintużaw bħala bajd industrijali fis-sens tal-punt h) tat-tieni sentenza ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 ( 4 )

Artikolu 8

Il-komunikazzjonijiet

1.  Kull post tat-tifqis irid jikkomunika kull xahar lill-organizzazzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru, għal kull speċi, għal kull kategorija u għal kull tip, in-numru ta’ bajd inkubat u n-numru ta’ flieles li faqqsu li fil-fatt ser jiġu utilizzati.

2.  Tintalab informazzjoni statistika relattiva għall-merħliet ta’ tjur ta’ skorta anzjana u ta’ skorta ġenituri, meta din tkun meħtieġa, lill-istabbilimenti apparti minn dawk stipulati fil-paragrafu 1 skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti skond il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.  L-Istati Membri jikkomunikaw kull xahar lill-Kummissjoni, l-irċevuti u l-analiżi ta’ l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2, sommarju bbażat fuq l-imsemmija informazzjoni għax-xahar ta’ qabel.

Is-sommarju ppreżentat mill-Istat Membru jindika wkoll in-numru ta’ flieles impurtati u esportati matul l-istess xahar, skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tjur.

4.  Il-mudell tas-sommarju stipulat fil-paragrafu 3 huwa inkluż fl-Anness III. Dan is-sommarju jiġi kkomunikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għal kull xahar tas-sena ċivili, fi żmien erba’ ġimgħat wara x-xahar ikkunsidrat l-aktar tard.

5.  L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tas-sommarju (il-parti I) inkluż fl-Anness III biex tinġabar l-informazzjoni mill-imfaqas hekk kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2.

6.  L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li d-dokument akkumpanjanti stipulat fl-Artikolu 5 jiġi redatt f’diversi kopji. F’dan il-każ, kopja ta’ dan id-dokument jintbagħat lill-organizzazzjoni kompetenti stipulata fl-Artikolu 9 kemm għall-importazzjoni u kemm għall-esportazzjoni, kif ukoll matul l-iskambji intrakomunitarji.

7.  L-Istati Membri li jirrikorru għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 6 għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

▼M1

Artikolu 9

L-aġenziji ta' spezzjoni

L-aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandhom jivverifikaw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 10

Is-sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex japplikaw sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li jikkonċernaw il-produzzjoni u tqegħid fuq is-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur li jiġru fl-irziezet.

Artikolu 11

Ir-rapporti

Qabel it-30 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport statistiku li jinkludi l-istruttura u l-attività ta’ l-imfaqas, ippreparat skond il-mudell li jidher fl-Anness IV.

▼M1

Artikolu 11a

Implimentazzjoni tal-obbligu tan-notifika

In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 3(3) u 8(7) ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 5 ).

▼B

Artikolu 12

Ir-revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77 huwa rrevokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament irrevokat u għar-Regolament (KEE) Nru 2782/75 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tidher fl-Anness V.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Il-kodiċi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2

BE

għall-Belġju

BG

għall-Bulgarija

CZ

għar-Repubblika Ċeka

DK

għad-Danimarka

DE

għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

EE

għall-Estonja

IE

għall-Irlanda

EL

għall-Greċja

ES

għal Spanja

FR

għal Franza

▼M3

HR

għall-Kroazja

▼B

IT

għall-Italja

CY

għal Ċipru

LV

għal-Latvja

LT

għal-Litwanja

LU

għal-Lussemburgu

HU

għall-Ungerija

MT

għal Malta

NL

għall-Olanda

AT

għall-Awstrija

PL

għall-Polonja

PT

għall-Portugall

RO

għar-Rumanija

SI

għas-Slovenja

SK

għas-Slovakkja

FI

għall-Finlandja

SE

għall-Iżvezja

UK

għar-Renju Unit

▼M2




ANNESS II

Il-marki msemmija fl-Artikolu 3(4)

Bil-Bulgaru

:

яйца за люпене

bl-Ispanjol

:

huevos para incubar

biċ-Ċek

:

násadová vejce

bid-Daniż

:

Rugeæg

bil-Ġermaniż

:

Bruteier

bl-Estonjan

:

Haudemunad

bil-Grieg

:

αυγά προς εκκόλαψιν

bl-Ingliż

:

eggs for hatching

bil-Franċiż

:

œufs à couver

▼M3

bil-Kroat

:

jaja za valenje

▼M2

bit-Taljan

:

uova da cova

bil-Latvjan

:

inkubējamas olas

bil-Litwan

:

perinti skirti kiaušiniai

bl-Ungeriż

:

keltetőtojás

bil-Malti

:

bajd tat-tifqis

bl-Olandiż

:

broedeieren

bil-Pollakk

:

jaja wylęgowe

bil-Portugiż

:

ovos para incubação

bir-Rumen

:

ouă puse la incubat

bis-Slovak

:

násadové vajcia

bis-Sloven

:

valilna jajca

bil-Finlandiż

:

munia haudottavaksi

bl-Isvediż

:

kläckägg

▼B




ANNESS III

▼M1

SOMMARJU TA' KULL XAHAR TAL-PRODUZZJONI U TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BAJD TAT-TIFQIS U TAL-FLIELES TAT-TJUR TAL-IRZIEZET ►M1   ( 6 ) ◄

▼B

PARTI I



Pajjiż:

Sena:

1 000 dokument



Deskrizzjoni

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

A.  Bajd tat-tifqis fl-inkubazzjoni

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Anzjani u ġenituri

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Użu

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Anzjani u ġenituri

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Użu

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

Użu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

B.  Użu tal-flieles

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Tjur nisa maħsuba biex ibidu

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Irġiel u nisa għat-tħaxxin

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

Irġiel u nisa għat-tħaxxin

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Coquelet għall-għażla tas-sess

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

KUMMERĊ ESTERN TA’ FLIELES TA’ TJUR LI JIĠRU FL-IRZIEZET

PARTI II



Pajjiż:

Sena:

1 000 dokument



Kummerċ intrakomunitarju

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

IMPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

ESPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles : destinazzjoni

għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 



Importazzjoni minn … u esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

IMPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

Biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

Għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

ESPORTAZZJONI

Coquelet, tiġieġ, sriedaq

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

Biex ibidu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: anzjani u ġenituri nisa

Għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Flieles: destinazzjoni

Għall-ikel

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Użu mħallat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Papri

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Wiżż

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Dundjani

Flieles: destinazzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Farawni

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 




ANNESS IV

▼M1

STRUTTURA U UŻU TAL-IMFAQAS (4)

▼B

It-tabella tinkludi biss l-imfaqas li kienu attivi fis-sena ta’ qabel.L-imfaqas b’attività multipla huma inklużi taħt kull speċi ta’ tjur prodotta effettivament.Pajjiż:Reġjun (1): …Sena:Klassi ta’ kobor LimituSriedak, tiġieġNumrulimitu (2)użu (3)1 001 sa 10 00010 001 sa 20 00020 001 sa 50 00050 001 sa 100 000100 001 sa 200 000200 001 sa 500 000500 001 u aktarbiex ibidugħall-ikelużu mħallatTotalPapriWiżżNumrulimitu (2)użu (3)Numrulimitu (2)użu (3)1 001 sa 10 00010 001 sa 20 00020 001 sa 50 00050 001 sa 100 000100 001 sa 200 000200 001 sa 500 000500 001 u aktarTotalKlassi ta’ kobor LimituDundjaniFarawniNumrulimitu (2)użu (3)Numrulimitu (2)użu (3)1 001 sa 10 00010 001 sa 20 00020 001 sa 50 00050 001 sa 100 000100 001 sa 200 000200 001 sa 500 000500 001 u aktarTotal

(1) Il-Belġju: reġjun wieħedIl-Bulgarija: reġjun wieħedIr-Repubblika Ċeka: reġjun wieħedId-Danimarka: reġjun wieħedIl-Ġermanja: BundesländerL-Estonja: reġjun wieħedL-Irlanda: reġjun wieħedIl-Greċja: reġjun wieħedSpanja: ħdax-il provinċjaFranza: ir-reġjuni tal-programmL-Italja: regioniĊipru: reġjun wieħedIl-Latvja: reġjun wieħedIl-Litwanja: reġjun wieħedIl-Lussemburgu: reġjun wieħedL-Ungerija: reġjun wieħedMalta: reġjun wieħedL-Olanda: reġjun wieħedL-Awstrija: reġjun wieħedIl-Polonja: reġjun wieħedIl-Portugall: reġjun wieħedIr-Rumanija: reġjun wieħedIs-Slovenja: reġjun wieħedIs-Slovakkja: reġjun wieħedIl-Finlandja: reġjun wieħedL-Iżvezja: reġjun wieħedIr-Renju Unit: ħdax-il reġjun amministrattiv(2) F’eluf ta’ unitajiet.(3) Bajd fl-inkubazzjoni matul is-sena preċedenti f’eluf ta’ unitajiet.Destinatarji: 1. Direction générale de l'agriculture, division des produits de l'aviculture, rue de la Loi 200, B-1049 Bruxelles;2. Office statistique des Communautés européennes, statistique agricole, Luxembourg 1 Centre européen, boîte postale 1907, Luxembourg.

►(2) M1  

►(2) M3  




ANNESS V



It-tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75

Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77

Dan ir-Regolament

L-ewwel Artikolu

L-ewwel Artikolu

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1

L-ewwel Artikolu, il-paragrafu 1

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2 u l-Anness I

L-ewwel Artikolu, il-paragrafu 2

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 3

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 6

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2, it-tielet sentenza

L-Artikolu 3, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 3, il-paragrafu 4 u l-Anness II

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 3, il-paragrafu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 3, il-paragrafu 8

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3

L-Artikolu 3, il-paragrafu 7

L-Artikolu 11

L-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2

L-Artikolu 12

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3, it-tieni sentenza

L-Artikolu 13

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2

L-Artikolu 10, il-paragrafu 1

L-Artikolu 8, il-paragrafu 3

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1

L-Artikolu 8, il-paragrafu 4

L-Artikolu 4, il-paragrafu 2

L-Artikolu 8, il-paragrafu 5

L-Artikolu 4, il-paragrafu 3

L-Artikolu 8, il-paragrafu 6

L-Artikolu 4, il-paragrafu 4

L-Artikolu 8, il-paragrafu 7

L-Artikolu 16

L-Artikolu 9

L-Artikolu 5

L-Artikolu 10

L-Artikolu 6

L-Artikolu 11

L-Artikolu 7

L-Artikolu 12, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 8

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Anness III

L-Anness II

L-Anness IV



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

( 2 ) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 100. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

( 3 ) ĠU L 209, 17.8.1977, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

( 4 ) ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.

( 5 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

( 6 ) Li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri b'mod elettroniku jew mtellgħin b'mezz elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat)

Top