EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008O0018-20100101

Consolidated text: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Novembru 2008 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (BĊE/2008/18) (2008/880/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2008/880/2010-01-01

2008O0018 — MT — 01.01.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Novembru 2008

dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji

(BĊE/2008/18)

(2008/880/KE)

(ĠU L 314, 25.11.2008, p.14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Diċembru 2009

  L 330

95

16.12.2009




▼B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Novembru 2008

dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji

(BĊE/2008/18)

(2008/880/KE)



IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Biex jittejjeb, temporanjament, l-għoti ta’ likwidità lill-kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, għandhom jitwessgħu l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji li l-kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema jipprovdu lill-Ewrosistema biex jakkwistaw likwidità. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji huma stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċedura tal-politika monetarja tal-Ewrosistema ( 1 ).

(2)

Fil-15 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) 6) ddeċieda li jwessa’ temporanjament ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji għall-operazzjonijiet tal-Ewrosistema. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tiegħu, kif ukoll kull miżura oħra dwar dawn il-kriterji mwessgħa tal-eliġibbiltà jiġu kkomunikati minnufih,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:



Artikolu 1

Twessigħ ta’ ċerti kriterji tal-eliġibbiltà għall-garanziji

1.  Il-kriterji tal-eliġibbilità għall-garanziji stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 (minn issa ’l quddiem id-“Dokumentazzjoni Ġenerali”) għandhom jitwessgħu skond l-Artikoli 2 sa 7.

2.  Fil-każ ta’ xi diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u d-Dokumentazzjoni Ġenerali, kif implimentata fuq livell nazzjonali mill-BĊNi, tal-ewwel għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumentazzjoni Ġenerali mingħajr tibdil sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f’din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ garanziji ddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini jew yen Ġappuniżi bħala garanziji eliġibbli

1.  Strumenti ta’ dejn negozzjabbli kif deskritti fil-Kapitolu 6.2.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, jekk iddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini jew yen Ġappuniżi, għandhom jikkostitwixxu garanziji eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, bil-kundizzjoni li: (i) dawn jinħarġu u jinżammu/jitħallsu (settled) fiż-żona tal-ewro; u (ii) min joħroġhom ikun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

2.  Haircut addizzjonali ta’ 8 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-istrumenti kollha ta’ dejn negozjabbli.

Artikolu 3

Aċċettazzjoni ta’ self sindakat bħala garanzija eliġibbli

1.  Self sindakat għandu jikkostitwixxi biss garanzija eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema jekk dan is-self ikun konformi mal-Kapitoli 6.2.2 u 6.3.3 u l-Appendiċi 7 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, self sindakat irregolat bil-liġijiet tal-Ingilterra u Wales, li jkun ġie aċċettat sat-30 ta’ Novembru 2008 skond l-obbligi stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2008/15 tal-14 ta’ Novembru 2008 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament BĊE/2008/11 tat-23 t’Ottubru 2008 dwar bidliet temporanji tar-regoli relatati mal-eliġibbilta' tal-garanziji ( 2 ) għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, għandu jibqa’ garanzija eliġibbli għat-tul ta’ żmien tal-operazzjoni tal-politika monetarja tal-Ewrosistema li għaliha jkun ġie aċċettat bħala garanzija eliġibbli.

Artikolu 4

Aċċettazzjoni ta’ strumenti ta’ dejn maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma nnegozjati f’ċerti swieq mhux irregolati bħala garanziji eliġibbli

1.  Strumenti ta’ dejn maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma nnegozjati f’ċerti swieq mhux irregolati kif speċifikat mill-BĊE, għandhom jikkostitwixxu garanziji eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema.

2.  Haircut addizzjonali ta’ 5 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-istrumenti kollha ta’ dejn.

Artikolu 5

Aċċettazzjoni ta’ garanziji b’valutazzjoni ta’ kreditu “BBB-” u ogħla, bħala garanziji eliġibbli

1.  L-obbligu minimu tal-Ewrosistema għall-valutazzjoni tal-istandard ta’ kreditu ta’ assi eliġibbli bħala garanziji għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema għandu jkun valutazzjoni ta’ kreditu ekwivalenti għal “BBB-”. Din il-bidla fl-obbligu tal-valutazzjoni ta’ kreditu għandha tapplika kemm għal assi negozjabbli u dawk mhux negozjabbli, bl-eċċezzjoni ta’ titoli bbażati fuq assi (asset-backed securities) kif deskritt fil-Kapitolu 6.3 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, li għalihom l-obbligu għal standards ta’ kreditu għoljin m’għandux jinbidel.

2.  Haircut addizzjonali ta’ 5 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq l-assi kollha eliġibbli b’valutazzjoni ta’ kreditu ta’ anqas minn “A-”.

Artikolu 6

Aċċettazzjoni ta’ assi subordinati b’garanziji adegwati bħala garanziji eliġibbli

1.  L-obbligu li ma jkunx hemm subordinazzjoni fir-rigward tal-eliġibbilità ta’ assi negozjabbli bħala garanziji għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, kif deskritt fil-Kapitolu 6.2.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, m’għandux japplika meta garanti li huwa sod finanzjarjament jipprovdi garanzija bla ebda kundizzjoni u irrevokabbli pagabbli mal-ewwel talba għal dawn l-assi, kif iddefinit aktar fil-Kapitolu 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali.

2.  Haircut addizzjonali ta’ 10 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-assi kollha, b’5 % oħra ta’ żvalutazzjoni fil-każ li jkun hemm valutazzjoni teoretika.

Artikolu 7

Aċċettazzjoni ta’ depożiti b’terminu fiss bħala garanziji eliġibbli

Depożiti b’terminu fiss kif deskritti fil-Kapitolu 3.5 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali minn kontropartijiet eliġibbli għandhom ikunu eliġibbli bħala garanziji għall-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Ewrosistema.

Artikolu 8

Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni

Il-Kunsill Governattiv iddelega l-kompetenza biex jieħu kwalunkwe deċiżjonijiet oħra li jkunu meħtieġa biex jimplimenta d-deċiżjoni tiegħu tal-15 t’Ottubru 2008 lill-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 9

Verifika

Il-BĊNi għandhom jibagħtu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom huma fi ħsiebhom jaderixxu ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finali

1.  Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2008.

 

Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tal-iskadenza tal-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid tal-aħħar 12-il xahar imnedija sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkun liema tkun l-aħħar.

 ◄

Artikolu 11

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.



( 1 ) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

( 2 ) ĠU L 309, 20.11.2008, p. 8.

Top