EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008L0072-20200701
Council Directive 2008/72/EC of 15 July 2008 on the marketing of vegetable propagating and planting material, other than seed (Text with EEA relevance) (Codified version)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (Verżjoni kodifikata)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (Verżjoni kodifikata)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02008L0072 — MT — 01.07.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 205 1.8.2008, p. 28) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/166/UE tat-2 ta’ April 2013 |
L 94 |
8 |
4.4.2013 |
|
L 213 |
20 |
8.8.2013 |
||
L 160 |
14 |
18.6.2019 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/72/KE
tal-15 ta’ Lulju 2008
dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kodifikata)
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, għajr iż-żerriegħa, ġewwa l-Komunità.
2. L-Artikoli 2 sa 20 u l-Artikolu 23 għandhom jgħoddu għall-ġenera u l-ispeċi, u l-ibridi tagħhom, li hemm elenkati fl-Anness II.
Stokk ta’ għeruq u partijiet oħra tal-pjanti ta’ ġenera jew speċi oħra jew l-ibridi tagħhom ukoll ikunu suġġetti għal dawk l-Artikoli jekk materjal ta’ wieħed mill-imsemmija ġenera jew speċi, jew l-ibridi tagħhom, huwa, jew irid ikun, imlaqqam fuqhom.
3. Emendi għall-lista ta’ ġenera u speċi fl-Anness II għandhom jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
Artikolu 2
Din id-Direttiva ma tgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni jew taż-żrigħ li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk ikun identifikat sew bħala tali u miżmum iżolat biżżejjed, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ saħħa stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.
Miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ewwel paragrafu, b’riferenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 3
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
“materjal ta’ propagazzjoni” tfisser partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inkluż l-istokk ta’ l-għeruq li hu maħsub għall-propagazzjoni u l-produzzjoni tal-ħxejjex;
“materjal taż-żrigħ” tfisser pjanti sħaħ u partijiet minn pjanti inklużi, għall-pjanti mlaqqma, il-komponenti mlaqqma, maħsuba għaż-żrigħ għall-produzzjoni tal-ħxejjex;
“fornitur” tfisser kull persuna naturali jew legali li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex: riproduzzjoni, produzzjoni, preservazzjoni u/jew trattament u tqegħid fis-suq;
“tqegħid fis-suq” tfisser is-sehem disponibbli jew fl-istokk, il-wirja jew l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ u/jew il-forniment lil persuna oħra, f’kull forma li jkun, tal-materjal tal-propagazzjoni jew taż-żrigħ;
“korp uffiċjali responsabbli” tfisser
l-awtorità unika u ċentrali, imwaqqfa jew maħtura mill-Istat Membru taħt is-superviżjoni tal-gvern nazzjonali u responsabbli għall-mistoqsijiet dwar il-kwalità;
kull awtorità ta’ l-Istat imwaqqfa:
Il-korpi li saret referenza għalihom f’ (i) u (ii) jistgħu, b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddelegaw l-kompiti li hemm previsti f’din id-Direttiva biex jitlestew taħt l-awtorità u s-superviżjoni tagħhom lil kull persuna legali, kemm jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li, taħt l-istatut uffiċjali approvat tagħha, hija fdata b’funzjonijiet speċifiċi pubbliċi, sakemm dik il-persuna, u l-membri tagħha, m’għandhom l-ebda interess personali mir-riżultat tal-miżuri li jieħdu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi li għalihom saret referenza f’ (i) u dawk riferuti f’ (ii).
Barra minn hekk, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), persuna legali oħra stabbilita f’isem kull korp li għalih saret referenza f’ (i) u (ii) u li taġixxi taħt l-awtorità u s-superviżjoni ta’ dan il-korp tista’ tkun approvata, kemm-il darba dik il-persuna m’għandhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu.
L-Istati Membri jgħandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha twassal dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra;
“miżuri uffiċjali” tfisser miżuri meħuda mill-korp uffiċjali responsabbli;
“spezzjoni uffiċjali” tfisser spezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli;
“prospett uffiċjali” tfisser prospett maħruġ minn, jew taħt ir-responsabbiltà ta’, il-korp uffiċjali responsabbli;
“lott” tfisser kull numru ta’ unitajiet ta’ kull oġġett, li jingħaraf mill-omoġenità tiegħu tal-kompożizzjoni u l-oriġini;
“laboratorju” tfisser kull entità tal-liġi pubblika jew privata li twettaq analiżi u dijanjosi sewwa, li tippermetti li l-produttur iħares il-kwalità tal-produzzjoni.
Artikolu 4
B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3), għandha tiġi stabbilita skeda fl-Anness I għal kull ġeneru u speċi msemmija fl-Anness II u għall-istokk ta’ l-għeruq ta’ ġeneru u speċi oħra jekk il-materjal tal-ġeneru jew l-ispeċi huwa, jew irid ikun, imlaqqam magħhom, b’riferenza għall-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE li tgħodd għall-ġeneru u/jew l-ispeċi kkonċernata, u tistabilixxi:
il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ tal-ħxejjex irid jikkonforma magħhom, b’mod partikolari dawk tal-kwalità u tal-purità tal-wiċċ tar-raba u, meta jkun il-każ il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu magħduda ma’ l-Anness I, Parti A;
il-kundizzjonijiet li l-materjal tal-propagazzjoni jrid iħares, b’mod partikolari dawk għar-rigward is-sistema applikata ta’ propagazzjoni, l-purità tal-wiċċ tar-raba li qed tikber u, fejn xieraq il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-Anness I, Parti B.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jieħdu kull miżura li hemm bżonn biex jiggarantixxu l-ħarsien ta’ l-istandards stabbiliti b’din id-Direttiva f’kull stadju tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, dawk il-fornituri msemmija għandhom jew iwettqu huma stess, jew iqabbdu li jitwettqu minn fornitur akkreditat jew kull korp uffiċjali risponsabbli, spezzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
Madankollu, fornituri, li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata biss għad-distribuzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott u pakkettat f’lok għajr li mhux tagħhom jintalbu biss li jżommu kull rekord bil-miktub jew kull rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx tax-xiri u l-bejgħ u/jew il-forniment ta’ dawn il-prodotti.
Dan l-paragrafu ma jgħoddx għal fornituri li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata għall-provvista ta’ kwantitajiet żgħar tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex lill-konsumaturi finali li mhumiex professjonali.
3. Jekk ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet tagħhom stess jew kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 jiżvela l-preżenza ta’ wieħed jew aktar organiżmi ta’ ħsara li għalih saret referenza fid-Direttiva 2000/29/KE jew fi kwantitajiet aktar milli normalment huwa permess biex jintlaħqu l-istandards, jew ta’ dawk speċifikati fl-iskedi rilevanti mwaqqfa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, il-fornituri għandhom minnufih jirrapportaw dan lill-korp uffiċjali responsabbli u jieħdu l-miżuri indikati minn dak il-korp jew kull miżura oħra meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju li ma jinfirxux dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Il-fornitur għandu jżomm rekord ta’ kull okkorrenza ta’ l-organiżmi ta’ ħsara fil-lok tiegħu u tal-miżuri kollha li jittieħdu għar-rigward dawn l-okkorrenzi.
4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 6
1. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita dawk il-fornituri kemm-il darba jiġi vverifikat li l-metodi tal-produzzjoni tagħhom u l-istabbilimenti jilħqu il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva rigward in-natura ta’ l-attivitajiet li jmexxu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull fornatur jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata l-akkreditazzjoni.
2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita l-laboratorji kemm-il darba jiġi vverifikat li dawn il-laboratorji, il-metodi tagħhom u l-istabbilimenti tagħhom jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandhom ikunu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), rigward l-attivitajiet ta’ provi li huma jwettqu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull laboratorju jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata akkreditazzjoni.
3. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa jekk il-ħtiġiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, għandu jikkonsidra l-konklużjonijiet ta’ kull spezzjoni li titwettaq skond l-Artikolu 7.
4. Is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ fornituri, stabbilimenti u laboratorji għandha titwettaq regolarment minn u taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli, li f’kull ħin għandu jkollu aċċess ħieles għal kull parti ta’ l-istabbilimenti, sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiiet ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Jekk din is-superviżjoni u l-monitoraġġ jiżvelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva mhumiex mħarsa, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn.
Artikolu 7
1. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, jagħmlu provi fuq il-lok kemm-il darba din tkun meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari biex tivverifika jekk dawk il-fornituri humiex fil-fatt iħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir kull prova għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-esperti biex iwettqu dmirhom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet.
2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 8
1. Materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex jista’ jkun imqiegħed fis-suq biss minn dawk akkreditati biex ifornuħ u kemm-il darba jħarsu l-ħtiġijiet stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għal:
esperimenti jew skopijiet xjentifiċi; jew
xogħol ta’ selezzjoni; jew
miżuri mmirati biex tiġi preservata d-diversità ġenetika.
3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati kif meħtieġ b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 9
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru u l-ispeċi elenkat fl-Anness II u wkoll kopert bid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità kemm-il darba ma jkunx ta’ kull varjetà li hija aċċettata skond dik id-Direttiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u l-paragrafi 3 ta’ dan l-Artikolu, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru jew ispeċi elenkat fl-Anness II iżda mhux kopert mid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità jekk ma jkunux ta’ varjetà li hija uffiċjalment aċċettata minn mill-inqas Stat Membru wieħed.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 u l-Artikolu 9 (3) tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu għall-kundizzjonijiet ta’ l-aċċettazzjoni.
L-Artikoli 3(2) u (4), l-Artikoli 6, 7, 8, 9 (1), (2) u (4) u l-Artikoli 10 sa 15 tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-proċeduri u formalitajiet ta’ l-aċċettazzjoni u ż-żamma ta’ produzzjoni.
Ir-riżultati ta’ l-eżamijiet mhux uffiċjali u l-informazzjoni prattika miġbura waqt iż-żmien tat-tkabbir jista’ jiġi kkunsidrat f’kull okkażjoni.
3. Il-varjetajiet aċċettati uffiċjalment skond il-paragrafi 2 għandhom jiddaħħlu fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex msemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/55/KE. L-Artikoli 16(2), 17, 18 u 19 ta’ dik id-Direttiva għandhom jgħoddu mutatis mutandis.
Artikolu 10
1. Tul il-perjodu ta’ tkabbir u matul il-qtugħ jew t-tneħħija mill-materjal parenti, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ għandu jinżamm f’lottijiet separati.
2. Jekk il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ta’ oriġini differenti jitqiegħed flimkien jew jitħallat waqt l-ippakkettar, il-ħażna, it-vjaġġ jew meta jitwassal, il-fornitur għandu jżomm ir-rekords inkluż l-informazzjoni li ġejja: il-kompożizzjoni tal-lott u l-oriġini tal-komponenti individwali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 billi jwettqu spezzjonijiet uffiċjali.
Artikolu 11
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għandu jiġi mqiegħed fis-suq biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u jekk jintgħarfu li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jkunu akkumpanjati minn kull dokument magħmul mill-fornitur b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbliti fl-iskeda stabbilita skond l-Artikolu 4. Jekk dikjarazzjoni uffiċjali tidher f’dan id-dokument, din għandha tiġi separata minn kull kontenut ieħor tad-dokument.
Il-ħtiġiet tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-ittikettjar u/jew l-issiġillar għandhom jiġu stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.
2. Fil-każ ta’ provvista minn bejjiegħ bl-imnut tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-konsumatur finali mhux professjonali, il-ħtiġiet dwar l-ittikettjar jistgħu jiġu limitati għall-informazzjoni xierqa tal-prodott.
Artikolu 12
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw:
mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11, produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex huwa maħsub għall-użu finali minn persuni fuq is-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”)
mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18, iċ-ċirkolazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodotti minn dawn il-persuni eżentati.
2. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-ħtiġiet l-oħra dwar l-eżenzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward il-kunċetti tal-“produtturi żgħar” u s-“suq lokali”, u għall-proċeduri rilevanti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 13
Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, miżuri jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), dwar il-promozzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares ħtiġiet inqas stretti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa tal-pjanta stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 14
1. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjonijiet rigward il-fornitur, is-saħħa tal-pjanta, il-mezz ta’ tkabbir u l-arranġamenti tas-saħħa barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
2. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li l-varjetà tagħhom tiddaħħal fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni rigward il-varjetà barra dawn stabbiliti jew msemmija f’din id-Direttiva.
Artikolu 15
Rigward il-prodotti msemmija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu kondizzjonijiet aktar stretti jew restrizzjonijiet fuq is-suq barra dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskedi msemmija fl-Artikolu 4 jew, jekk fin-nuqqas ta’ dan, dawk li jeżistu fit-28 ta’ April ta’ l-1992.
Artikolu 16
1. B’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 21(2), għandu jkun deċiż jekk materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott f’kull pajjiż terz u li joffri l-istess garanziji dwar l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġillar, hux ekwivalenti f’dawn ir-rispetti kollha mal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott fil-Komunità u jħares il-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Sakemm ttieħed d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sal- ►M1 31 ta’ Diċembru 2022 ◄ , u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, japplikaw għall-importazzjoni tal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ minn pajjiżi terzi kundizzjonijiet li ta’ l-anqas huma ekwivalenti temporanjament jew permanentament fl-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Meta dawn il-kundizzjonijiet mhumiex stabbiliti fl-iskedi msemmija, il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas daqs dawk applikabbli għal produzzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat.
B’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’, għal terzi pajjiżi diversi, tkun differita sakemm tittieħed id-deċiżjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Il-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ importat minn kull Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu m’għandha tkun soġġetta għall ebda restrizzjoni fl-Istati Membri l-oħra rigward il-kwistjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1.
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni uffiċjali permezz ta’ verifiki ta’ kampjuni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ titwettaq matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq, bil-għan li l-konformità tiġi vverifikata mal-ħtiġijiet u mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 18
Proċeduri dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-kontrolli li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 5 u għall-ispezzjoni uffiċjali provduta fl-Artikoli 10 u 17, inklużi l-metodi ta’ kif jittieħdu l-kampjuni, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 19
1. Jekk, matul is-superviżjoni u l-monitoraġġ previsti fl-Artikolu 6(4), l-ispezzjoni uffiċjali li hemm prevista fl-Artikolu 17, jew il-provi li hemm previsti fl-Artikolu 20, jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jħarsux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex jiżgura li jħares id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew, jekk dak mhux possibbli, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex fil-Komunità.
2. Jekk jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex imqiegħed fis-suq minn kull fornitur partikolari ma jikkonformax mal-ħtiġiet u mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li miżuri xierqa jiġu meħuda kontra l-fornitur. Jekk il-fornitur huwa pprojbit li jqiegħed fis-suq materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.
3. Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 2 tista’ tiġi rtirata hekk kif jiġi stabbilit b’ċertezza adegwata li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għat tqegħid fis-suq mill-fornitur għandha fil-futur, tikkonforma mal-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 20
1. Provi, jew, fejn ikun xieraq, testijiet għandhom jitwettqu fl-Istati Membri fuq kampjuni biex jiċċekjaw li l-materjal veġetali għal propagar u taħwil ikun konformi mar-rekwiżiti u kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. Il-Kummissjoni tista’ torganizza spezzjonijiet tal-provi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.
2. Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:
3. Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ eżami ta’ materjal veġetali għal propagar u tħawwil u biex jiċċekkaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li magħhom il-materjal għandu jkun konformi.
4. B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru dawk it-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.
5. Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet komparattivi u provi previsti fil-paragrafi 2 u 3.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja m’għandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-baġit.
6. It-testijiet komparattivi u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
7. It-testijiet komparattivi u l-provi previsti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.
Artikolu 21
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikolutra, l-Ortikultura u l-Forestrija, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.
2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.
3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
Artikolu 22
Emendi għall-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 u għall-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 23
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fit-territorju tagħhom u maħsub għat-tqegħid fis-suq jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. Jekk jinstab, waqt kull spezzjoni uffiċjali, li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jistax jiġi mqiegħed fis-suq, minħabba li mhuwiex konformi ma’ kull kondizzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa tal-pjanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri uffiċjali xierqa biex jelimina kull riskju fuq is-saħħa tal-pjanta li jista’ jirriżulta.
Artikolu 24
Sa fejn l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 23 huma konċernati, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi msemmija fl-Anness II għandha tiġi ffissata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), meta l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 titlesta.
Artikolu 25
Id-Direttiva 92/33/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 26
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4
PARTI A
Il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ iridu jikkonformaw magħhom.
PARTI B
Skedi għall-ġeneru u l-ispeċi mhux elenkati fid-Direttiva 2002/55/KE li fihom il-kondizzjonijiet li l-materjal ta’ propagazzjoni irid jikkonforma għalih.
ANNESS II
Elenku tal-ġeneru u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2)
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/400/KEE (ĠU L 177, 21.7.1993, p. 27) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/152/KE (ĠU L 66, 10.3.1994, p. 33) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/25/KE (ĠU L 36, 16.2.1995, p. 34) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/109/KE (ĠU L 39, 8.2.1997, p. 21) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/29/KE (ĠU L 8, 14.1.1999, p. 29) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/111/KE (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 43) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) |
L-Annex II, punt 6 u l-Anness III, punt 27 biss |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23) |
L-Artikolu 1, punt 4 biss |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE (OJ L 22, 26.1.2005, p. 17) |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12) |
L-Artikolu 1 u l-Anness biss |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33) |
|
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
92/33/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
— |
2003/61/KE |
fl-10 ta’ Ottubru 2003. |
— |
2006/124/KE |
fit-30 ta’ Ġunju 2007. |
1 ta’ l-Lulju 2007 (1) |
(1) Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/124/KE: “Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ l-approvazzjoni uffiċjali ta’ varjetajiet li jappartjenu għall-Allium cepa L. (grupp aggregatum), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009.” |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Id-Direttiva 92/33/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, punti (i) u (ii) |
Artikolu 4, punti (a) u (b) |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 9 (1) u (2) |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikoli 10 u 11 |
Artikoli 10 u 11 |
Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 12(1) kliem tal-bidu |
Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u it-tieni inċiżi |
Artikolu 12(1)(a) u (b) |
Artikolu 12, it-tieni paragrafu |
Artikolu 12(2) |
Artikoli 13 sa 20 |
Artikoli 13 sa 20 |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 22(1) |
— |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 25(1) |
— |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 26 |
Artikolu 27 |
Annessi I u II |
Annessi I u II |
— |
Annessi III u IV |