EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008D0751-20110101
Commission Decision of 18 September 2008 on a temporary derogation from the rules of origin laid down in Annex II to Council Regulation (EC) No 1528/2007 to take account of the special situation of Madagascar with regard to preserved tuna and tuna loins (notified under document number C(2008) 5097) (2008/751/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Settembru 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5097) (2008/751/KE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Settembru 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5097) (2008/751/KE)
2008D0751 — MT — 01.01.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5097) (ĠU L 255, 23.9.2008, p.31) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 155 |
46 |
18.6.2009 |
||
L 245 |
35 |
17.9.2010 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Ġunju 2011 |
L 168 |
12 |
28.6.2011 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Settembru 2008
dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5097)
(2008/751/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-26 ta’ Mejju 2008, il-Madagaskar, skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, talab deroga mir-regoli ta’ l-oriġini stipulati f’dak l-Anness għal perjodu ta’ sitt snin. It-talba tkopri kwantità globali ta’ 2 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 500 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn tal-intestatura tas-Sistema Armonizzata (HS) 1604. It-talba saret minħabba li l-qbid u l-provvista ta’ tonn nej tal-oriġini naqsu fl-Oċean Indjan. |
(2) |
Skont l-informazzjoni pprovduta milll-Madagaskar il-qbid tat-tonn nej tal-oriġini kien baxx iktar mis-soltu fl-ewwel erba’ xhur tal-2008 anke meta jitqabbel mal-varjazzjonijiet normali tal-istaġun u wassal għal tnaqqis fil-produzzjoni tat-tonn ippreservat. Din is-sitwazzjoni anormali twassal biex ikun impossibbli għall-Madagaskar li jikkonforma mar-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 matul ċertu perjodu. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-Madagaskar ikompli jesporta lejn il-Komunità Ewropea, wara l-iskadenza tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ( 2 ), għandha tingħata deroga ġdida. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla tfixkil mill-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika UE tal-ESA (Stati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar) għandha tingħata deroga ġdida b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(5) |
Deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 m’għandhiex tikkawża ħsara serja fl-industrija Komunitarja stabbilita, meta jitqiesu l-importazzjonijiet ikkonċernati, sakemm jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati ma’ kwantitajiet, superviżjoni u tul ta’ żmien. |
(6) |
Huwa għalhekk ġustifikat li tingħata deroga temporanja skont l-Artikolu 36(1)(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. |
(7) |
Il-Madagaskar se jibbenefika minn deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini għal tonn fil-landa u flettijiet tat-tonn tal-intestatura HS 1604 skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll ta’ Oriġini anness mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE), meta dak il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament. |
(8) |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-derogi minnhom għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU, li d-dħul fis-seħħ tiegħu jew l-applikazzjoni proviżorja mistennija li jseħħu fl-2008. Għalhekk id-deroga għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008, kif mitlub mill-Madagaskar, sakemm il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE ma jidħolx fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament qabel dik id-data. |
(9) |
Skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll ta’ Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU, id-deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini hija limitata għal kwota annwali ta’ 8 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-pajjiżi li jkunu inizjalaw il-Ftehim Interim Ekonomiku ta’ Sħubija ESA-UE (il-Komoros, il-Mawrizju, il-Madagaskar, is-Seychelles u ż-Żimbabwe). Il-Mawrizju u s-Seychelles diġà għamlet talba għal deroga temporanja skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Ma jkunx xieraq li jingħataw derogi skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE. |
(10) |
Għalhekk għandha tingħata deroga lill-Madagaskar fir-rigward ta’ 2 000 tunnellata ta’ tonn fil-landa u 500 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għal perjodu ta’ sena. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 3 ), jistipula r-regoli marbuta mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Sabiex ikun hemm sorveljanza aktar effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jgħaddu regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR 1 maħruġa. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, it-tonn ippreservat kif ukoll il-flettijiet tat-tonn tal-Intestatura HS 1604 manifatturat minn materjali li mhumiex ta’ oriġini għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw fil-Madagaskar skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Madagaskar matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet doganali tal-Madagaskar għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Għal dan il-għan, iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR 1 li huma joħorġu fir-rigward ta’ dawn il-prodotti għandu jkollhom referenza għal din id-Deċiżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR 1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Il-kaxxa 7 ta’ ċertifikati EUR 1 maħruġa skont din id-Deċiżjoni għandu jkun fiha dan li ġej:
“Deċiżjoni tad-Deroga 2008/751/KE”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Perjodi |
Kwantitajiet |
09.1645 |
ex160414 11, ex160414 18ex160420 70 |
It-tonn ippreservat (1) |
1.1.2008 sal-31.12.2008 |
2 000 tunnellata |
1.1.2009 sal-31.12.2009 |
2 000 tunnellata |
|||
1.1.2010 sal-31.12.2010 |
2 000 tunnellata |
|||
1.1.2011 sal-31.12.2011 |
2 000 tunnellata |
|||
09.1646 |
1604 14 16 |
Flettijiet tat-tonn |
1.1.2008 sal-31.12.2008 |
500 tunnellata |
1.1.2009 sal-31.12.2009 |
500 tunnellata |
|||
1.1.2010 sal-31.12.2010 |
500 tunnellata |
|||
1.1.2011 sal-31.12.2011 |
500 tunnellata |
|||
(1) Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex16 04. |
( 1 ) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
( 2 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 1.
( 3 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.