EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0655-20090113

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ Lulju 2008 li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3757) (It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi) (2008/655/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/655/2009-01-13

2008D0655 — MT — 13.01.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3757)

(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2008/655/KE)

(ĠU L 214, 9.8.2008, p.66)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta' Jannar 2009

  L 8

31

13.1.2009




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3757)

(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2008/655/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3), (4) u t-tieni inċiż ta’ (5) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-2007 faqqgħet il-marda tal-bluetongue f’diversi Stati Membri, u b’mod aktar partikolari l-bluetongue tas-serotip 8 fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-bluetongue tas-serotip 1 fi Franza, Spanja u l-Portugall. Fl-2008, għall-ewwel darba kien hemm tifqigħat ta’ bluetongue tas-serotip 8 fl-Italja.

(2)

Il-bluetongue hija marda li tinġarr minn vektor u li għaliha l-qtil ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi suxxettibbli, b’mod ġenerali, mhuwiex miżura xierqa ħlief fil-każ ta’ l-annimali milquta mill-bluetongue klinikament. Il-preżenza ta’ din il-marda tista’ tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue ( 3 ) kien adottat mill-Kummissjoni sabiex jindika ż-żoni ristretti, inklużi ż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza, u sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw iċ-ċaqliq ta’ l-annimali minn dawn iż-żoni.

(4)

It-tilqim huwa l-iktar miżura veterinarja effiċjenti li tista’ tintuża biex tiġġieled il-bluetongue, u kampanja kbira ta’ emerġenza għat-tilqim hija l-aħjar għażla biex jinkisbu l-għanijiet li jitnaqqas il-mard kliniku u l-mewt, jitwaqqaf it-tixrid tal-marda, jiġu protetti t-territorji ħielsa fl-Istati Membri u jkun iffaċilitat il-kummerċ sikur ta’ l-annimali ħajjin. It-tilqim ta’ l-annimali kontra l-bluetongue fl-Istati Membri kkonċernati għandha għalhekk tiġi approvata skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/75/KE.

(5)

It-tilqim kontra serotip partikulari ta’ bluetongue għandu jitqies bħala miżura ta’ emerġenza meta tiġi implimentata għall-ewwel darba f’territorju wara t-tifqigħa ta’ serotip ġdid. Madankollu, kampanji sussegwenti ta’ tilqim kontra l-istess serotip fl-istess territorji m’għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala miżuri ta’ emerġenza imma għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ programmi ta’ eradikazzjoni.

(6)

Biex it-tixrid tal-marda jiġi evitat kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli ta’ l-Istati Membri kkonċernati fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tkun miġġielda l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE. Minħabba li l-Komunità mhix f’pożizzjoni li tipprovdi l-vaċċini, ix-xiri tad-dożijiet tal-vaċċin għandu jitqies bħala spiża eliġibbli.

(7)

L-Istati Membri kkonċernati infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri applikati skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità kontra t-tifqigħat reċenti tal-bluetongue. L-Istati Membri ppreżentaw il-pjanijiet tagħhom għat-tilqim ta’ emerġenza bl-indikazzjoni tan-numru approssimattiv ta’ dożijiet tat-tilqim li għandhom jintużaw fl-2007 u fl-2008 u l-ispejjeż stmati biex isir dan it-tilqim. Il-Kummissjoni evalwat dawn il-pjanijiet kemm mil-lat veterinarju u kemm mil-lat finanzjarju u nstab li l-pjanijiet jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità.

(8)

L-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun 100 % ta’ l-ispiża tal-provvista tal-vaċċin u 50 % ta’ l-ispejjeż magħmula fil-proċess tat-tilqim. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-bżonn li wieħed jevita spejjeż eċċessivi għall-baġit Komunitarju, għandhom jiġu stabbiliti ammonti massimi li jirriflettu l-ħlas raġonevoli għall-ispiża tal-provvista tal-vaċċin u l-ispejjeż magħmula fil-proċess tat-tilqim. Ħlas raġonevoli huwa ħlas għal materjal jew għal servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm jaslu r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll imwettaq fuq il-post mill-Kummissjoni, issa hu meħtieġ li tiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità lill-Istati Membri kkonċernati u li jiġi ffissat l-ammont għall-ħlas ta’ l-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

(9)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba għal rimbors imressqa mill-Istati Membri u tad-dokumenti ta’ evidenza kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE ( 4 ).

(10)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 5 ), il-programmi għal miżuri veterinarji ta’ emerġenza li jsiru skond ir-regoli Komunitarji għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(12)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jkun f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza

▼M1

Il-pjanijiet għat-tilqim, magħmula minn dispożizzjonijiet tekniċi u finanzjarji, ippreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Lussemburgu, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Portugall u mill-Iżvezja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

▼B

It-tilqim ta’ l-annimali kontra l-bluetongue għandu jsir skond id-Direttiva 2000/75/KE.

Artikolu 2

L-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità

▼M1

Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda kontra l-bluetongue fl-2007 u l-2008, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, l-Portugall u l-Iżvezja se jkunu intitolati għal kontribut speċifiku mill-Komunità għall-pjanijiet ta’ tilqima ta’ emerġenza kontra l-bluetongue imsemmi fl-Artikolu 1 li jammonta għal:

▼B

(a) 100 % ta’ l-ispiża (il-VAT mhux inkluża) tal-provvista tal-vaċċin;

(b) 50 % ta’ l-ispejjeż tas-salarji u tariffi mħallsa lill-persunal li għamel it-tilqim, u 50 % ta’ l-ispiża (il-VAT mhux inkluża) ta’ l-ispiża assoċjata direttament mat-tilqim (inklużi l-oġġetti kkunsmati u t-tagħmir speċifiku).

2.  L-ammonti massimi li jridu jiġu rimborsati lill-Istati Membri kkonċernati għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:

(a) għax-xiri ta’ vaċċin mhux attivat, EUR 0,6 kull doża;

(b) għat-tilqim ta’ l-annimali bovini, EUR 2 għal kull annimal bovin imlaqqam irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati;

(c) għat-tilqim ta’ l-annimali ovini u kaprini, EUR 0,75 għal kull annimal ovin jew kaprin imlaqqam irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati.

Artikolu 3

Arranġamenti għall-ħlas

1.  Soġġett għar-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-post imwettaq skond l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, l-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas kif ġej:

(a) Sa EUR 4 500 000 għall-Belġju;

(b) Sa EUR 1 250 000 għar-Repubblika Ċeka;

(c) Sa EUR 800 000 għad-Danimarka;

(d) Sa EUR 17 000 000 għall-Ġermanja;

(e) Sa EUR 8 000 000 għal Spanja;

(f) Sa EUR 27 000 000 għal Franza;

(g) Sa EUR 3 500 000 għall-Italja;

(h) Sa EUR 200 000 għal-Lussemburgu;

(i) Sa EUR 3 500 000 għall-Olanda;

(j) Sa EUR 1 700 000 għall-Portugall;

bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità stipulata fl-Artikolu 2.

Il-ħlas irid isir fuq il-bażi ta’ talba uffiċjali għar-rimbors u ta’ dokumenti ta’ evidenza ppreżentati mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, u l-Portugall.

2.  Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 2 għandu jiġi ffissat f’deċiżjoni sussegwenti li trid tiġi adottata mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Artikolu 4

Il-kundizzjonijiet għall-ħlas u d-dokumenti ta’ evidenza

1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità kif imsemmija fl-Artikolu 2 għandha titħallas fuq il-bażi ta’:

(a) rapport tekniku intermedju dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, inklużi r-riżultati miksuba matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Awwissu 2008;

(b) rapport finanzjarju intermedju, f’għamla kompjuterizzata skond l-Anness, dwar l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Awwissu 2008;

(c) rapport tekniku finali dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008;

▼M1

(d) rapport finanzjarju finali, f’għamla kompjuterizzata skont l-Anness, dwar l-ispejjeż minfuqa mill-Istat Membru matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008 u mħallsa qabel is-sottomissjoni tar-rapport;

▼B

(e) ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skond l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (d) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (e) li twettaq il-Kummissjoni.

▼M1

Madankollu, il-paragrafu 1(a) u (b) u l-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għall-pjanijiet imressqa mill-Awstrija u l-Iżvezja

▼B

2.  Ir-rapport tekniku intermedju u r-rapport finanzjarju intermedju msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jitressqu sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità għandha titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju ta’ dewmien.

3.  Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d) iridu jitressqu sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità għandha titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju ta’ dewmien.

Artikolu 5

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta’ l-Olanda, u r-Repubblika Portugiża.




ANNESS

Stat Membru:

Sena:

Perjodu ta’ referenza

Speċi:



Tilqim tal-bluetongue

Miżuri eliġibbli għall-kofinanzjament ()

Reġjun ()

Vaċċini

It-tilqim

Annimali bovini

Annimali ovini u kaprini

Speċijiet oħra

Annimali bovini

Annimali ovini u kaprini

Speċijiet oħra

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini wżati

It-tip ta’ vaċċin: S1 jew S8

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini wżati

It-tip ta’ vaċċin: S1 jew S8

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini wżati

It-tip ta’ vaċċin: S1 jew S8

In-numru ta’ dożijiet ta’ vaċċini

In-numru ta’ l-annimali mlaqqma

L-ispiża ta’ salarji u tariffi

(ta’ persunal ingaġġat apposta)

L-ispiża ta’ oġġetti kkunsmati u ta’ tagħmir speċifiku wżat

L-ispiża totali

In-numru ta’ l-annimali mlaqqma

L-ispiża ta’ salarji u tariffi

(ta’ persunal ingaġġat apposta)

L-ispiża ta’ oġġetti kkunsmati u ta’ tagħmir speċifiku wżat

L-ispiża totali

In-numru ta’ l-annimali mlaqqma

L-ispiża ta’ salarji u tariffi

(ta’ persunal ingaġġat apposta)

L-ispiża ta’ oġġetti kkunsmati u ta’ tagħmir speċifiku wżat

L-ispiża totali

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Totali

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

(1)   Reġjun kif definit fil-programm approvat mill-Istat Membru.

(2)   Dejta li għandha tingħata fil-munita nazzjonali, li teskludi l-VAT

Qed niċċertifikaw li:

 l-ispiża saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni …/…/KE (agħti d-Deċiżjoni speċifika)

 id-dokumenti kollha ta’ evidenza marbuta ma’ l-ispiża huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika

 il-mod kif tqassmu l-operazzjonijiet marbuta magħhom hu rreġistrat ġo fajls tal-kompjuter u jistgħu jingħataw lid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti meta jintalbu.

 ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra mill-Komunità għal dan il-programm u d-dħul kollu li sar minn operazzjonijiet skond il-programm huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni

 il-programm kien esegwit skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, partikolarment ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u għajnuna mill-Istat

 japplikaw proċeduri ta' kontroll, partikolarment biex tiġi vverifikata l-eżattezza ta’ l-ammonti ddikjarati, sabiex wieħed jipprevjeni, isib u jikkoreġi l-irregolaritajiet u jieħu l-passi kontra l-frodi.

Isem u firma tad-direttur ta’ l-operazzjoni

Isem u firma tad-direttur finanzjarju

(Post, data)



( 1 ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

( 2 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

( 3 ) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 708/2008 (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 18).

( 4 ) ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

( 5 ) ĠU L 209, 11. 8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).

Top