EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0718-20130526

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat- 12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas- 17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/718/2013-05-26

2007R0718 — MT — 26.05.2013 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 718/2007

tat-12 ta' Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)

(ĠU L 170, 29.6.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 80/2010 tat-28 ta’ Jannar 2010

  L 25

1

29.1.2010

►M2

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011

  L 329

1

13.12.2011

►M3

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2012 tat-12 ta’ Settembru 2012

  L 247

12

13.9.2012

►M4

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013

  L 139

11

25.5.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 718/2007

tat-12 ta' Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)

WERREJ

Parti I

Dispożizzjonijiet Komuni

Titolu I

Il-Prinċipji u l-Qafas Ġenerali għall-Assistenza

Kapitolu I

Il-Materja u l-Prinċipji

Kapitolu II

Il-Qafas Ġenerali għall-Implimentazzjoni

Titolu II

Regoli Komuni għall-Imlimentazzjoni

Kapitolu I

Il-Prinċipji

Kapitolu II

Is-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll

Taqsima 1

Il-Ġestjoni Deċentralizzata

Taqsima 2

Suriet oħrajn ta' Ġestjoni

Kapitolu III

Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja mill-Komunità Ewropea

Kapitolu IV

Il-Ġestjoni Finanzjarja

Taqsima 1

Impenji Baġitarji

Taqsima 2

Ir-Regoli għal Ġestjoni Deċentralizzata

Taqsima 3

Regoli għal Ġestjoni Ċentralizzata u Konġunta

Kapitolu V

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Kapitolu VI

Pubbliċità, Viżibilità

Parti II

Dispożizzjonijiet Speċifiċi

Titolu I

L-Assistenza ta' Tranżizzjoni u l-Komponent tal-Bini ta' l-Istituzzjonijiet

Kapitolu I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Kapitolu II

L-Ipprogrammar

Kapitolu III

L-Implimentazzjoni

Taqsima 1

Il-Qafas ta' l-Implimentazzjoni u l-Prinċipji

Taqsima 2

Il-Ġestjoni Finanzjarja

Taqsima 3

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Titolu II

Il-Komponent ta' Kooperazzjoni Transkonfinali

Kapitolu I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Kapitolu II

L-Ipprogrammar

Taqsima 1

Il-Programmi

Taqsima 2

Ħidmiet

Kapitolu III

L-Implimentazzjoni

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Taqsima 2

Programmi Transkonfinali bejn Pajjiżi Benefiċjarji u Stati Membri

Taqsima 3

Programmi Transkonfinali fost Pajjiżi Benefiċjarji

Titolu III

Il-Komponenti ta' l-Iżvilupp Reġjonali u tar-Riżorsi Umani

Kapitolu I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Taqsima 1

Il-Komponent ta' l-Iżvilupp Reġjonali

Taqsima 2

Il-Komponent ta' l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Kapitolu II

L-Ipprogrammar

Kapitolu III

L-Implimentazzjoni

Taqsima 1

Ir-Regoli Ġenerali

Taqsima 2

Il-Ġestjoni Finanzjarja

Taqsima 3

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Titiolu IV

Il-Komponent ta' l-Iżvilupp Rurali

Kapitolu I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Taqsima 1

L-Għan ta' l-Assistenza

Taqsima 2

Ir-rekwiżiti ġenerali dwar l-eliġibiltà u l-intensitajiet ta' l-għajnuna

Taqsima 3

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi għal Assistenza taħt l-Ass Prijoritarju 1

Taqsima 4

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi taħt l-Ass Prijoritarju 2

Taqsima 5

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi taħt l-Ass Prijoritarju 3

Taqsima 6

Assistenza Teknika

Kapitolu II

L-Ipprogrammar

Kapitolu III

L-Implimentazzjoni

Taqsima 1

Il-Prinċipji u l-Ġestjoni Finanzjarja

Taqsima 2

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Parti III

Dispożizzjonijiet Finali

ANNESS

Il-Kriterji ta' l-Akkreditazzjoni



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar l-IPA”) huwa li jipprovdi assistenza ta' qabel l-adeżjoni lil pajjiżi benefiċjarji u jgħinhom fit-tranżizzjoni mill-Anness II għal Anness I ta' dak ir-Regolament u permezz tas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Billi r-Regolament dwar l-IPA huwa l-uniku strument ta' qabel l-adeżjoni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013, ir-regoli għall-ipporgrammar u t-twettiq ta' l-assistenza fil-qafas ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu ffurmati u jingħaqdu f'regolament ta' implimentazzjoni wieħed li jkopri kull wieħed mill-ħames komponenti stabbiliti fir-Regolament dwar l-IPA (minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-komponenti ta' l-IPA”).

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, il-koordinazzjoni u l-effiċjenza fil-kuntest tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern, hemm il-ħtieġa ta' regoli komuni għall-implimentazzjoni ta' assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA għall-kull wieħed mill-ħames komponenti ta' l-IPA. Madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi speċifiċi tal-komponenti individwali ta' l-IPA.

(4)

Differenzi fil-kuntesti soċjo-ekonomiċi, kulturali u politiċi bejn il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, billi differenzi bħal dawn jagħtu lok għal ħtieġa ta' metodu speċifiku u appoġġ differenzjat skond l-istatus tal-pajjiż bħala kandidat jew bħala kandidat potenzjali, il-kuntest politiku u ekonomiku, il-ħtiġijiet, u l-assorbiment u l-ġestjoni tal-kapaċitajiet.

(5)

L-assistenza li tingħata taħt ir-Regolament dwar l-IPA għandha tkun konformi mal-politika u l-azzjonijiet tal-Komunità fil-qasam ta' l-assistenza esterna.

(6)

L-assistenza għandha taqa' taħt l-iskop stabbilit fit-Tieni Artikolu tar-Regolament dwar l-IPA. Hija għandha tkun immirata sabiex tappoġġja qafas wiesa' ta' miżuri għall-bini ta' istituzzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji kollha. Hija għandha ssaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, tirriforma l-amministrazzjoni pubblika, twettaq riformi ekonomiċi, tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi, tinkoraġġixxi l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-non-diskriminazzjoni, tippromwovi d-drittijiet ċivili u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, tappoġġja l-kooperazzjoni reġjonali avvanzata u r-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll għal livell għoli ta' ħarsien ambjentali f'dawn il-pajjiżi.

(7)

L-assistenza għal pajjiżi kandidati għandha barra minn hekk tiffoka fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-acquis communautaire kollu, u l-konformità mal-kriterji ta' l-adeżjoni, għandha wkoll tgħin lill-pajjiżi kandidati fit-tħejjija ta' l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Koeżjoni Soċjali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Iżvilupp Rurali li ser ikunu disponibbli għalihom ma' l-adeżjoni.

(8)

Assistenza lil pajjiżi kandidati potenzjali għandha tinkoraġġixxi livell ta' konformità ma' l-acquis communautaire u approssimazzjoni mal-kriterju ta' l-Adeżjoni, kif ukoll ħidma ta' natura simili għal dawk li ser ikunu disponibbli għal pajjiżi kandidati taġt il-komponenti ta' l-IPA li jikkonċernaw l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-iżvilupp rurali.

(9)

Sabiex tiġi garantita l-konsistenza, il-kumplimentarità u l-konċentrazzjoni ta' l-assistenza, il-koerenza u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet li jitwettqu f'pajjiż partikolari taħt il-komponenti differenti ta' l-IPA għandhom jiġu żgurati fuq il-livell ta' ppjanar multi-annwali previst mill-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-IPA.

(10)

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi benfiċjarji għandhom jiffirmaw ftehimiet ta' qafas sabiex jistabbilixxu l-prinċipji għall-kooperazzjoni bejniethom taħt dan ir-Regolament.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema metodi ta' ġestjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 2 ) ser jiġu applikati fir-rigward ta' kull wieħed mill-komponenti kif previst skond ir-Regolament dwar l-IPA.

(12)

Partikolarment, ladarba r-Regolament dwar l-IPA jipprovdi għal assistenza fil-kuntest tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni, fl-implimentazzjoni ta' l-assistenza għandha tiġi applikata ġestjoni deċentralizzata tal-fondi kull fejn ikun possibbli, bil-ħsieb li tissaħħaħ ir-responsabbiltà għall-ġestjoni ta' l-assistenza minn naħa tal-pajjiżi benefiċjarji. Madankollu għandu jkun possibbli li tiġi applikata ġestjoni deċentralizzata, konġunta u maqsuma kull fejn ikun xieraq.

(13)

Fil-kaz ta' ġestjoni deċentralizzata, l-irwoli rispettivi u l-ħtiġijiet tal-Kummissjoni u tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom ikunu ċċarati. Id-dispożizzjoniijiet marbuta mal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet ta' qafas settorjali u ta' finanzjament.

(14)

Hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati għall-ġestjoni finanzjarja ta' fondi taħt ir-Regolament dwar l-IPA skond liema metodu ta' ġestjoni ser jiġi applikat għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza. L-obbligi tal-pajjiżi benefiċjarji f'dan ir-rigward għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta' qafas settorjali u ta' finanzjament.

(15)

Barra mill-valutazzjoni ġenerali tar-Regolament dwar l-IPA kif previst fl-Artikolu 22 tiegħu, l-assistenza taħt l-imsemmi regolament għandha tiġi segwita u vvalutata regolarment. Il-programmi għandhom partikolarment ikunu soġġetti għal valutazzjoni ta' kumitati speċifiċi ta' monitoraġġ, u l-implimentazzjoni ġenerali ta' l-assistenza skond ir-Regolament ta' l-IPA għandha tiġi ssorveljata fuq bazi regolari.

(16)

Il-viżibilità tal-programmi ta' assistenza ta' l-IPA u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi benefiċjarji hija essenzjali sabiex jiġi żgurat l-għarfien tal-pubbliku dwar azzjonijiet ta' l-UE u sabiex tinħoloq stampa konsistenti tal-miżuri kkonċernati fil-pajjiżi benefiċjarji, skond il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni “Nikkomunikaw l-Ewropa”, il-white paper tal-Kummissjoni dwar politika tal-komunikazzjoni Ewropea u l-istrateġija ta' komunikazzjoni dwar it-tkabbir għall-2005-2009.

(17)

Ladarba r-Regolament dwar l-IPA japplika mill-1 ta' Jannar 2007, ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar ukoll.

(18)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-IPA.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



TITOLU I

IL-PRINĊIPJI U L-QAFAS ĠENERALI GĦALL-ASSISTENZA



KAPITOLU I

Il-Materja u l-Prinċipji

Artikolu 1

Il-materja

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni li jikkontrollaw id-dispożizzjoni Komunitarja ta' l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (IPA), ir-“Regolament dwar l-IPA”.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1. 'pajjiż benefiċjarju': kull pajjiż imniżżel fl-annessi I u II tar-Regolament dwar l-IPA;

2. 'pakkett tat-tkabbir': sett ta' dokumenti mressqa kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew mill-Kummissjoni, li l-parti strateġika u politika tagħhom tikkonsisti f'reviżjonijiet, fejn meħtieġ, ta' partenarjati ta' l-adeżjoni u l-isħubijiet Ewropej, ir-rapporti regolari stabbiliti mill-pajjiż u d-dokument ta' strateġija tal-Kummissjoni. Qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali jikkompleta l-pakkett;

3. 'ftehim ta' qafas': ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u japplika għall-komponenti kollha ta' l-IPA, jistabbilixxi l-prinċipji tal-kooperazzjoni ta' pajjiż benefiċjarju u tal-Kummissjoni skond dan ir-Regolament;

4. 'ftehim settorjali': ftehim relatat ma' komponent speċifiku ta' l-IPA imħejji, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benfiċjarju, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet relevanti li għandhom jiġu rrispettati iżda li mhumiex parti mill ftehim ta' qafas speċifiku għall-pajjiż jew mill-ftehimiet ta' finanzjament;

5. 'ftehim ta' finanzjament': ftehim annwali jew multi-annwali konkluż bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju, wara li deċiżjoni ta' finanzjament tal-Kummissjoni tapprova l-konribuzzjoni Komunitarja għal programm jew ħidma li taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;

6. 'irregolarità': kull ksur ta' dispożizzjoni ta' regoli u kuntratti applikabbli li jirriżulta minn aġir jew nuqqas minn naħa ta' operatur ekonomiku li għandu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea billi jiffinanzja nefqa inġustifikata mill-baġit ġenerali;

7. 'sena finanzjarja': mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru;

8. 'benefiċjarju finali': entità jew ditta, kemm pubblika kif ukoll privata, responsabbli mill-bidu jew mill-bidu u l-implimentazzjoni tal-ħidmiet. Fil-kuntest ta' l-iskemi ta' għajnuna, il-benefiċjarji finali huma ditti pubbliċi jew privati li jwettqu proġett individwali u li jirċievu għajnuna pubblika;

9. 'Kontribuzzjoni Komunitarja': il-parti tan-nefqa eliġibbli ffinanzjata mill-Komunità;

10. 'kont euro': kont tal-bank bl-imgħax li jinfetaħ mill-fond nazzjonali f'istituzzjoni finanzjarja jew teżor, f'isem u taħt ir-rsponsabbiltà tal-pajjiż benfiċjarju, sabiex jirċievi pagamenti mill-Kummissjoni;

11. 'nefqa pubblika': kull kontribuzzjoni pubblika għall-finanzjament ta' ħidmiet li joriġinaw mill-Komunità Ewropea jew mill-baġit ta' l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż benefiċjarju u kull kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' ħidmiet li joriġinaw mill-baġit ta' entitajiet tal-liġi pubblika jew assoċjazzjonijiet ta' awtorità jew atwtoritajiet lokali jew entitajiet tal-liġi pubblika;

12. 'nefqa totali': in-nefqa pubblika u kull kontribuzzjoni privata għall-finanzjament ta' ħidmiet.

Artikolu 3

Il-prinċipji ta' l-assistenza

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-prinċipji li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' assistenza skond ir-Regolament ta' l-IPA:

 L-assistenza mogħtija għandha tirrispetta l-prinċipji ta' koerenza, kumplimentarità, koordinazzjoni, sħubija u konċentrazzjoni.

 L-assistenza għandha tkun koerenti ma' l-oqsma tal-politika ta' l-UE u għandha tkun konformi ma' l-acquis communautaire.

 L-assistenza għandha tkun konformi mal-prinċipji baġitarji stipulati fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

 L-assistenza għandha tkun konformi mal-ħtiġijiet identifikati fil-proċess tat-tkabbir u mal-kapaċitajiet ta' assorbiment tal-pajjiż benefiċjarju. Għandha wkoll tikkunsidra t-tagħlimiet li jittieħdu.

 It-teħid tar-responsabbiltà għall-iprogrammar u l-implimentazzjoni ta' l-assistenza mill-pajjiż benefiċjarju għandu jiġi inkoraġġit ħafna u għandha tiġi żgurata l-viżibilità adegwata ta' l-intervent ta' l-UE.

 Il-ħidmiet għandhom jitħejjew tajjeb, b'għanijiet ċari u verifikabbli, u għandhom jitwettqu f'perjodu ta' żmien stipulat.

 Kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, età jew orjentazzjoni sesswali għandha tiġi impedita matul l-istadji varji ta' l-implimentazzjoni ta' l-assistenza.

 L-għanijiet ta' l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni għandhom jintlaħqu fil-qafas ta' żvilupp sostenibbli u l-promozzjoni Komunitarja ta' l-għan ta' ħarsien u t-titjib ta' l-ambjent.

Artikolu 4

Il-prijoritajiet ta' l-assistenza

L-assistenza lil pajjiż parrtikolari għandha tiġi bbażata fuq il-prijoritajiet identifikati fid-dokumenti li ġejjin, fil-każ li dawn ikunu jeżistu:

 is-sħubija Ewropea,

 is-sħubija ta' l-adeżjoni,

 il-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis,

 ir-rapporti u d-dokumenti ta' strateġija fil-pakkett annwali tat-tkabbir tal-Kummissjoni,

 il-ftehim ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni,

 il-qafas tan-negozjati.

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġiji nazzjonali fejn dawn ikunu kompatibbli ma' l-għanijiet u l-iskop ta' qabel l-adeżjoni kif stipulat fir-Regolament dwar l-IPA.



KAPITOLU II

Il-Qafas Ġenerali għall-Implimentazzjoni

Artikolu 5

Dokumenti ta' ppjanar indikattiv multi-annwali

1.  Id-dokumenti ta' ppjanar multi-annwali indikattiv għandu jiżgura l-koerenza meħtieġa u l-kumplimentarità bejn il-komponenti ta' l-IPA f'pajjiż benefiċjarju partikolari. Għandu jirrefletti partikolarment il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 9.

2.  Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(3) tar-Regolament dwar l-IPA u fil-kuntest tal-konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi sabiex tagħti biżżejjed ħin lill-partijiet interesssati rilevanti, bl-inklużjoni ta' l-Istati Membri, sabiex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar id-dokument.

3.  Għal kull pajjiż ikkonċernat, id-dokumenti indikattivi ta' ppjanar multi-annwali għandhom jinkludu:

(a) sfond ġenerali, li jinkludi deskrizzjoni qasira tal-proċess ta' konsultazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju u fi ħdanu;

(b) deskrizzjoni ta' l-għanijiet ta' kooperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-pajjiż ikkonċernat;

(ċ) valutazzjoni kkonsolidata ta' l-isfidi, tal-ħtiġijiet u ta' l-importanza relattiva tal-prijoritjiet għall-asssitenza;

(d) ħarsa ġenerali lejn il-kooperazzjoni tal-passat u li għada għaddejja ta' l-Unjoni Ewropea, flimkien ma' analiżi ta' ħtiġijiet u l-kapaċità ta' assorbiment u t-tagħlimiet meħuda, u l-attivitajiet rilevanti ta' donaturi oħrajn, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli;

(e) għal kull komponent għandha ssir deskrizzjoni ta' kif il-valutazzjoni kkonsolidata skond il-punt (c) iktar 'il fuq tkun tradotta f'għażliet strateġiċi u deskrizzjoni ta' l-oqsma ewlenin magħżula għall-assistenza fil-pajjiż ikkonċernat, u r-riżultat antiċipati;

(f) Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-oqsma ewlenin t'intervent taħt kull komponent ta' l-IPA.

4.  Programmi reġjonali u orizzontali jistgħu jiġu koperti minn dokumenti indikattivi ta' ppjanar multi-annwali u ta' iktar minn benefiċjarju wieħed li jkunu separati u speċifiċi.

Artikolu 6

Programm multi-annwali jew annwali

1.  Dokumenti indikattivi ta' ppjanar multi-annwali għandhom jiġu implimentati permezz ta' komponenti multi-annwali jew annwali, skond il-każ, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' l-IPA.

2.  Programmi multi-annwali jew programmi annwali għandhom jikkonsistu f'dokumenti mressqa mill-pajjiż benefiċjarju, jew, fil-każ ta' programmi reġjonali u orizzontali, programmi mħejjija adottati mill-Kummissjoni. Il-programmi għandhom jippreżentaw sett ta' assi prijoritarji, kull miżura xierqa jew ħidma u deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji mniżżla fid-dokumenti indikattivi ta' ppjanar multi-annwali.

2.  Il-programmi huma suddiviżi f'assi prijoritarji, fejn kull ass jiddefinixxi għan globali li għandu jintlaħaq, u li, skond il-komponent ta' l-IPA kkunsidrat, għanduu jiġi implimentat permezz ta' miżuri, li jistgħu jiġu suddiviżi f'ħidmiet, jew direttament permezz ta' ħidmiet.

2.  Il-ħidmiet għandhom jinkludu proġett jew grupp ta' proġetti implimentati mill-Kummissjoni, jew mibdija jew mibdija u implimentati minn benefiċjarju finali wieħed jew iżjed, li jippermettu l-ilħuq ta' l-għanijiet tal-miżura u/jew ta' l-ass prijoritarju marbuta magħha.

3.  B'konformità ma' l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-IPA, il-partijiet interessati rilevanti, bl-inklużjoni ta' l-Istati Membri, għandhom jiġu kkonsultati fil-proċess ta' l-ipprogrammar, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Tieni Parti. Il-Kummissjoni u/jew il-pajjiż benefiċjarju għandhom jagħmlu sforzi sabiex jagħtu biżżejjed żmien lill-partijiet interessati sabiex jipprovdu l-kummenti tagħhom f'dan il-kuntest.

Artikolu 7

Ftehimiet ta' qafas u ftehimiet settorjali

1.  Il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jikkonkludu ftehim ta' qafas, sabiex jistabbilixxu u jaqblu dwar ir-regoli għall-kooperazzjoni fir-rigward ta' l-assistenza finanzjarja tal-KE lill-pajjiż benefiċjarju. Fejn meħtieġ, il-ftehim ta' qafas jista' jiġi kkumplimentat bi ftehim settorjali, jew ftehimiet settorjali, li jkopri/u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-komponenti.

2.  L-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA tingħata biss lill-pajjiż benefiċjarju wara li l-ftehim ta' qafas imsemmi fl-ewwel paragrafu jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ.

2.  Fejn jiġi konkluż ftehim settorajli mal-pajjiż benefiċjarju, l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA tingħata biss, taħt il-komponent ta' l-IPA marbut mal-ftehim settorjali, wara d-dħul fis-seħħ tall-ftehim ta' qafas u tal-ftehim.

2.  Permezz ta' deroga għall-ewwel subparagrafu, fejn ma jiġi konkluż l-ebda ftehim ta' qafas jew fejn il-ftehim ta' qafas fis-seħħ konkluż skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 ( 3 ), (KE) Nru 1267/1999 ( 4 ), (KE) Nru 1268/1999 ( 5 ), (KE) Nru 2500/2001 ( 6 ) jew (KE) Nru 2666/2000 ( 7 ) ma jistipulawx id-dispożizzjonijiet minimi fit-tielet paragrafu (paragrafu 3), dawk id-dispożizzjonijiet minimi għandhom jiġu stipulati fil-ftehimiet ta' finanzjament.

3.  Partikolarment, il-ftehim ta' qafas għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijet li jikkonċernaw:

(a) ir-regoli ġenerali għal assistenza finanzjarja Komunitarja;

(b) il-ħolqien ta' l-istrutturi u l-awtoritajiet meħtieġa għall-ġestjoni u msemmija fl-Artikoli 21, 32, 33 u l-ħolqien ta' entitajiet speċifiċi relevanti.

(ċ) ir-responsabbiltajiet komuni għall-istrutturi, l-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija, b'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26, 28 u 29;

(d) Ir-rekwiżiti ta' kontroll u l-kundizzjonijiet għal:

(i) l-akkreditazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti, b'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 11, 12 u 15;

(ii) l-akkreditazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-akkreditazzjoni ta' l-istruttura operattiva mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, b'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 11, 13 u 16;

(iii) l-għotja ta' setgħat ta' ġestjoni mill-Kummissjoni, b'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 11, 14, u 17;

(e) it-tħejjija ta' dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 27;

(f) regoli ta' l-akkwist, b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 ( 8 ) li jistabbilixxu regoli ddetaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

(g) ll-għeluq ta' programmi kif stipulat fl-Artikoli 47 u 56;

(h) id-definizzjonijiet ta' irregolarità, b'konformità ma' l-Artikolu 2, ta' frodi, u dik ta' korruzzjoni attiva u passiva, fiż-żamma ma' dawk inklużi f'leġiżlazzjoni Komunitarja; l-obbligu tal-pajjijż benefiċjarju li jieħu miżuri preventivi xierqa kontra l-korruzzjoni attiva u passiva, miżuri ta' kontra l-frodi u azzjonijiet korrettivi; ir-regoli ta' l-irkupru tal-fondi fil-każ ta' irregolarità jew frodi;

(i) irkupru u korrezzjonijiet finanzjarji u aġġustamenti, b'konformità ma' l-Artikoli 49 u 50;

(j) ir-regoli għal superviżjoni, kontroll u verifika mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;

(k) ir-regoli dwar taxxi, dazji doganali u miżati fiskali;

(l) rekwiziti ta' informazzjoni u pubbliċità.

4.  Fejn ikun xieraq, jista' jiġi konkluż ftehim settorjali relatat ma' komponent speċifiku ta' l-IPA u li jikkumplimenta l-ftehim ta' qafas. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti stipulati fil-ftehim ta' qafas, għandu jinkludi dispożizzjonijiet iddettaljati u speċifiċi għall-ġestjoni, il-valutazzjoni u l-kontroll tal-komponenti kkonċernati.

5.  F'pajjiż benefiċjarju partikolari, il-ftehim ta' qafas għandu japplika għall-ftehimiet ta' finanzjament kollha kif stipulat fl-Artikolu 8.

5.  Fejn jeżisti, il-ftehim settorjali relatat ma' komponent partikolari għandu japplika għall-ftehimiet ta' finanzjament konklużi fil-qafas ta' dak il-komponent.

Artikolu 8

Deċiżjonijiet u ftehimiet ta' finanzjament

1.  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jadottaw programmi multi-annwali jew annwali għandhom jilħqu r-rekwiżiti meħtieġa sabiex jitqiesu bħala deċiżjonijiet finanzjarji skond l-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.  Il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat għandhom jikkonkludu ftehim ta' finanzjament fejn id-deċiżjoni ta' finanzjament titlob dan. Ftehimiet ta' finanzjament jistgħu jiġu konklużi fuq bażi annwali jew multi-annwali skond l-Artikolu 39.

3.  Kull programm jifforma parti integrali mill-ftehim ta' finanzjament.

4.  Il-ftehimiet ta' finanzjament għandhom jistipulaw:

(a) dispożizzjonijiet li jippermettu li l-pajjiż benefiċjarju jaċċetta l-assistenza tal-Komunità u li jaqbel mar-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw il-ħruġ finanzjarju relatat ma' din l-assistenza;

(b) It-termini li fuqhom tiġi ġestita l-assistenza, bl-inklużjoni tal-metodi rilevanti u r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-programmi annwali jew multi-annwali u/jew il-ħidmiet;

▼M1

(c) dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment u l-aġġornament regolari, min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju, ta’ pjan iddettaljat b’punti ta’ referenza indikattivi u limiti taż-żmien għall-kisba ta’ deċentralizzazzjoni mingħajr kontrolli ex ante mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 14 u 18; Dawn id-dispożizzjonijiet jinħtieġu biss għall-komponenti jew programmi fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti ta’ poteri ta’ ġestjoni kif imsemmija fl-Artikolu 14 tipprovdi għal kontrolli ex ante min-naħa tal-Kummissjoni.

▼B



TITOLU II

REGOLI KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI



KAPITOLU I

Il-Prinċipji

Artikolu 9

Il-koerenza ta' l-implimentazzjoni ta' l-assistenza

1.  L-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA għandha tkun konsistenti u koordinata fi ħdan u bejniet il-komponenti ta' l-IPA, kemm fuq il-livell ta' ppjanar kif ukoll fuq dak ta' pprogrammar.

2.  Għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni minn azzjonijiet koperti minn komponenti differenti u l-ebda nefqa mhi ser tiġi ffinanzjata taħt iktar minn ħidma waħda.

Artikolu 10

Prinċipji ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza

1.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'paragrafi 2, 3 u 4, il-ġestjoni deċentralizzata, fejn il-Kummissjoni tħalli l-ġestjoni ta' ċerti azzjonijiet f'idejn il-pajjiż benefiċjarju, filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà finali għall-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali skond l-Artikolu 53c tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u d-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati tal-KE, għandha tapplika għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.

1.  Għall-għanijiet ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA, il-ġestjoni deċentralizzata għandha tkopri l-appalti, il-kuntratti u l-pagamenti.

1.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, il-ħidmiet għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 53c tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.  Il-ġestjoni ċentralizzata, kif iddefinita fl-Artikolu 53a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tista' tintuża taħt l-assistenza ta' tranżizzjoni u l-komponenet tal-bini ta' l-istituzzjonijiet, partikolarment għal programmi reġjonali u orizzontali, u taħt il-komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali. Tista' tintuża wkoll għal assistenza teknika taħt kull komponent ta' l-IPA.

2.  Taħt ġestjoni ċentralizzata, il-ħidmiet għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijet stipulati fl-Artikoli 53(a), 53a u 54 sa 57 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3.  Il-ġestjoni konġunta, kif iddefinita fl-Artikolu 53a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tista' tintuża taħt l-assistenza ta' tranżizzjoni u l-komponenet tal-bini ta' l-istituzzjonijiet, partikolarment għal programmi reġjonali u orizzontali, għal programmi li jinvolvu organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.  Fil-każ ta' ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, il-ħidmiet għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 53(c) u 53d tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.  Ġestjoni maqsuma kif iddefinita fl-Artikolu 53b tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tista' tintuża taħt il-komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali, għal programmi transkonfinali li jinvolvu l-Istati Membri.

4.  Taħt ġestjoni maqsuma, il-ħidmiet għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijet stipulati fl-Artikoli 53(b), 53b u t-Tieni Titolu tat-tieni Parti tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.



KAPITOLU II

Is-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll



Taqsima 1

Il-Ġestjoni Deċentralizzata



Sub-taqsima 1

L-akkreditazzjoni u l-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni

Artikolu 11

Rekwiżiti komuni

1.  Qabel ma tiddeċiedi li tagħti setgħat ta' implimentazzjoni marbuta ma' komponent, programm jew miżura lill-pajjiż benefiċjarju, il-Kummissjoni trid tkun ċerta li l-pajjiż ikkonċernat jilħaq il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, partikolarment fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti, u li l-akkreditazzjonijiet kif stipulati fl-Artikoli 12 u 13 jidħlu fis-seħħ.

2.  Għal dak l-għan, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti fil-pajjiż benefiċjarju għandha tipprovdi kontroll effettiv għallinqas fl-oqsma stipulati fl-Anness. Minbarra dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati dispożizzjonijiet dwar oqsma oħrajn li ġew stipulati fil-ftehimiet settorjali jew ta' finanzjament.

3.  Fejn persuni speċifiċi jingħataw ir-responsabbiltà għal attività fir-rigward tal-ġestjoni, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-programmi, il-pajjiż benefiċjarju għandu jippermetti li dawn il-persuni jeżerċitaw id-dmirijiet assoċjati ma' dik ir-responsabbiltà, inkluż fil-każi fejn h'hemm l-ebda rabta ġerarkika bejniethom u bejn l-entitajiet li jipparteċipaw fl-attività. Il-pajjiż benefiċjarju għandu partikolarment jipprovdi lil dawk il-persuni bl-awtorità li jistabbilixxu, permezz ta' arranġamenti formali ta' ħidma bejniethom u bejn l-entitajiet ikkonċernati:

(a) sistema xierqa għall-iskambju ta' informazzjoni, li tinkludi s-setgħa li tintalab informazzjoni u d-dritt għll-aċċess għal dokumenti u persunal, saħansitra, fejn meħtieġ, fuq il-lant tax-xogħol;

(b) l-istandards li għandhom jintlaħqu;

(ċ) il-proċeduri li għandhom jiġu rrispettati.

4.  Minbarra dan ir-Regolament, għandu japplika wkoll kull rekwiżit speċifiku tal-komponent li ġie stabbilit fi ftehimiet settorjali jew fil-ftehimiet ta' finanzjament.

Artikolu 12

L-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u l-fond nazzjonali

1.  L-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 24, għandu jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 25, kemm bħala kap tal-fond nazzjonali skond l-Artikolu 25(2)(a) u fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 25(2)(b). L-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkopri l-fond nazzjonali deskritt fl-Artikolu 26.

2.  Qabel l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, l-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jkun ċert li jintlaħqu r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikolu 11, jiġu ssotanzjati minn opinjoni ta' verifika mħejjija minn awditur estern funzjonalment indipendenti mill-atturi kollha fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll. L-opinjoni ta' verifika għandha tkun abbażi ta' stħarriġ imwettaq skond standards tal-verifika aċċettati internazzjonalment.

3.  L-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-akkreditazzjoni ta' uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, mhux iktar tard minn-notifika ta' l-akkreditazzjoni ta' l-ewwel struttura operattiva skond l-Artikolu 13(3). L-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jipprovdi l-informazzjoni sostantiva relevanti kollha mitluba mill-Kummissjoni.

4.  l-uffiċjali ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni b'kull bidla fir-rigward ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jew tal-fond nazzjonali. Fejn bidla tolqot lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jew lill-fond nazzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli skond l-Artikolu 11, l-uffiċjal ta' akkreditazzjoni kompetenti għandu jibgħat valutazzjoni tal-konsegwenzi ta' din il-bidla fuq il-validità ta' l-akkreditazzjoni lill-Kummissjoni. Fejn din il-bidla tkun sinifikanti, l-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu fir-rigward ta' l-akkreditazzjoni.

Artikolu 13

L-akkreditazzjoni ta' l-istruttura operattiva

1.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli mill-akkreditazzjoni ta' l-istrutturi operattivi hekk kif imsemmi fl-Artikolu 28.

2.  Qabel l-akkreditazzjoni ta' struttura operattiva, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun ċert li l-istruttura operattiva kkonċernata tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11. Din l-assigurazzjoni għandha tiġi ssostanzjata minn opinjoni ta' verifika mħejjija minn awditur estern funzjonalment indipendenti mill-atturi fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll. L-opinjoni ta' verifika għandha tkun abbażi ta' stħarriġ imwettaq skond standards tal-verifika aċċettati internazzjonalment.

3.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-akkreditazzjoni ta' l-istrutturi operattivi u għandu jipprovdi l-informazzjoni ta' sostantiva relevanti kollha kif mitlub mill-Kummissjoni, bl-inklużjoni ta' deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll.

Artikolu 14

L-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni mill-Kummissjoni

1.  Qabel l-għoti ta' setgħat tal-ġestjoni, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-akkreditazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 u teżamina l-proċeduri u l-istrutturi ta' kull entità u awtorità kkonċernata fil-pajjiż benefiċjarju. Dan jista' jinkludi verifiki fuq il-lant tax-xogħol mis-servizzi tagħha jew minn kumpanija tal-verifika subkuntrattata.

2.  Il-Kummissjoni tista', fid-deċiżjoni tagħha ta' għoti ta' setgħat ta' ġestjoni, tistabbilixxi kundizzjonijiet ulterjuri, bil-ħsieb li tiżgura li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 11 jiġu rrispettati. Sabiex l-għoti ta' setgħat ta' ġestjoni jibqa' effettiv, dawn il-kundizzjonijiet ulterjuri jridu jiġu rrispettati f'perjodu stipulat stabbilit mill-Kummissjoni.

3.  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi l-lista ta' kontrolli ex ante, jekk ikun hemm, li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni fl-appalt tal-kuntratti, fis-sejħa għall-proposti, u fl-aġġudikazzjoni ta' kuntratti u għotjiet. Dan jista' jvarja skond il-komponent jew il-programm. Il-kontrolli ex ante għandhom japplikaw, skond il-komponent jew il-programm, sakemm il-Kummissjoni tippermetti ġestjoni deċentralizzata mingħajr kontrolli ex ante kif imsemmi fl-Artikolu 18.

4.  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tistipula dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni fir-rigward ta' entitajiet jew awtoritajiet speċifiċi.

Artikolu 15

L-irtirar jew is-sospensjoni ta' l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u tal-fond nazzjonali

1.  Wara l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni mill-Kummissjoni, l-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandju jkun responsabbli mill-monitoraġġ u mit-tkomplija tat-twettiq tar-rekwiżiti kollha sabiex tinżamm din l-akkreditazzjoni u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'kull bidla sinifikanti relatata ma' dan.

2.  Jekk ma jintlaħqux, jew ma jibqgħux jintlaħqu r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikolu 11, l-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jissosspendi jew jirtira l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, u għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu u bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jiżgura lil dawk ir-rekwiżiti jintlaħqu mill-ġdid qabel ma' jerga' jagħti l-akkreditazzjoni. Din l-assigurazzjoni għandha tiġi ssostanzjata minn opinjoni ta verifika kif speċifikat fl-Artikolu 12(2).

3.  Fejn l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazjonali ta' l-awtorizzazzjoni tiġi rtirata jew sospiża mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijet ta' dan il-paragrafu.

3.  Il-Kummissjoni għandha twaqqaf it-trasferiment ta' fondi lill-pajjiż benefiċjarju matul il-perjodu meta l-akkreditazzjoni ma tkunx fis-seħħ.

3.  Matul il-perjodu meta l-akkreditazzjoni ma tkunx fis-seħħ, il-kontijiet kollha tal-euro jew il-kontijiet ta' l-euro għall-komponenti kkonċernati għandhom jiġu ffriżati u l-ebda pagament li jsir mill-fond Nazzjonali minn dawn il-kontijiet ta' l-euro mhu ser jiġi kkunisdrat eliġibbli għal fondi mill-Kummissjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għal ebda korrezzjoni finanzjarja oħra, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet skond kif stipulat fl-Artikolu 49 kontra l-pajjiż benefiċjarju fir-rigward tan-nuqqas ta' konverġenza tal-passat mar-rekwiżiti għall-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni.

Artikolu 16

L-irtirar jew is-sospensjoni ta' l-akkreditazzjoni ta' l-istrutturi operattivi

1.  Wara l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni mill-Kummissjoni, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli mill-monitoraġġ u mit-tkomplija tat-twettiq tar-rekwiżiti kollha sabiex din l-akkreditazzjoni tinżamm u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'kull bidla sinifikanti relatata ma' dan.

2.  Jekk ma jintlaħqux, jew ma jibqgħux jintlaħqu r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikolu 11, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-approvazzjoni għandu jissosspendi jew jirtira l-akkreditazzjoni ta' l-istruttura operattiva kkonċernata, u għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu u bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun żgur li dawk ir-rekwiżiti jintlaħqu mill-ġdid qabel ma' jerga' jagħti l-akkreditazzjoni kkonċernata. Din l-assigurazzjoni għandha tiġi ssostanzjata minn opinjoni ta verifika imsemmija fl-Artikolu 13(2).

3.  Fejn l-akkreditazzjoni ta' struttura operattiva tiġi rtirata jew sospiża mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijet ta' dan il-paragrafu.

3.  Il-Kummissjoni m'għandha tagħmel l-ebda trasferiment ta' fondi relatati ma' programmi jew ħidmiet implimentati mill-istruttura operattiva kkonċernata lill-pajjiż benefiċjarju meta l-akkreditazzjoni tkun sospiża jew irtiratra.

3.  Mingħajr preġudizzju lejn ebda korrezzjoni finanzjarja oħra, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji kontra l-pajjiż benefiċjarju skond kif stipulat fl-Artikolu 49 fir-rigward tan-nuqqas ta' konverġenza tal-passat mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni.

3.  L-ebda impenn legali ġdid li jsir mill-istruttura operattiva kkonċernata m'għandu jiġi kkunsidrat eliġibbli meta l-akkreditazzjoni ma tkunx fis-seħħ.

3.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli għat-teħid ta' kull miżura ta' salvagwardja xierqa for-rigward ta' pagamenti li jsiru jew ta' kuntratti ffirmati mill-istruttura operattiva kkonċernata.

Artikolu 17

L-iritirar jew is-sospensjoi ta' l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-osservanza tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.

2.  Irrispettivament mid-deċiżjoni ta' l-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti li jżomm, jissosspendi jew jirtira l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, jew mid-deċiżjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni li jżomm, jissosspendi jew jirtira l-akkreditazzjoni ta' l-istruttura operattiva, il-Kummissjoni tista' tirtira jew tissosspendi l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni fi kwalunkwe ħin, partikolarment fiċ-ċirkostanza li kwalunkwe rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 11 ma jitwettaqx, jew ma jibqax jitwettaq.

3.  Fejn l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni jiġu rtirati jew sospiżi mill-Kummissjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

3.  Il-Kummissjoni għandha twaqqaf it-trasferimenti ta' fondi lill-pajjiż benefiċjarju.

3.  Mingħajr preġudizzju għal ebda korrezzjoni finanzjarja oħra, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet skond kif stipulat fl-Artikolu 49 kontra l-pajjiż benefiċjarju fir-rigward tan-nuqqas ta' konverġenza tal-passat mar-rekwiżiti għall-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni.

3.  Il-Kummissjoni tista' tistabilixxi konsegwenzi oħrajn għas-sospensjoni jew l-irtirar f'Deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni.

Artikolu 18

Id-deċentralizzazzjoni mingħajr kontrolli ex ante mill-Kummissjoni

1.  Id-deċentralizzazzjoni mingħajr kontrolli ex ante mill-Kummissjoni għandha tkun l-għan għall-implimentazzjoni tal-komponenti kollha ta' l-IPA fejn l-assistenza hija implimentata fuq bażi deċentralizzata skond l-Artikolu 10. Iż-żmien ta' l-ilħuq ta' dan l-għan jista' jvarja skond il-Komponent ta' l-IPA ikkonċernat.

2.  Qabel ma jitneħħew il-kontrolli ex ante stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni, il-Kummissjoni għandha tkun ċerta mit-tħaddim effettiv tas-sistema kkonċernata ta' ġestjoni u kontroll skond ir-regoli Komunitarji u nazzjonali relevanti.

3.  Partikolarment, il-Kummissjoni ser isswegwi l-implimentazzjoni, minn naħa tal-pajjiż benefiċjarju, tal-programm inkluż fil-ftehim ta' finanzjament stipulat fl-Artikolu 8(4)(c), li jista' jirreferi għal rinunzja gradwali ta' tipi differenti ta' kontrolli ex ante.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-riżultati miksuba mill-pajjiż benefiċjarju f'dan il-kuntest, partikolarment fid-dispożizzjoni ta' l-assistenza u fil-proċess tan-negozjati.

Artikolu 19

Miżuri ta' kontra l-frodi

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw l-istħarriġ u t-trattament effettiv ta' każi ssusspettati ta' frodi u irregolaritajiet, u għandhom jiżguraw it-tħaddim ta' mekkaniżmu ta' rrappurtar ekwivalenti għal dak imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 ( 9 ). Fil-każ ta' suspetti ta' frodi jew irregolarità, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien.

2.  Barra minn hekk, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa sabiex jipprevenu u jilqgħu għal prattiċi ta' korruzzjoni attiva jew passiva fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta' l-akkwisti pubbliċi jew fil-proċedura ta' l-għotja jew matul l-implimentazzjoni ta' kuntratti korrispondenti.

Artikolu 20

Is-sekwenza tat-tranżazzjonijiet

L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-informazzjoni relevanti kollha tkun disponibbli sabiex f'kull ħin tiġi żgurata sekwenza tat-tranżazzjonijiet iddettaljata biżżejjed Din l-informazjoni għandha tinkludi evidenza ddokumentata ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti, tal-kontijiet u l-pagamenti ta' dawn l-applikazzjonijiet, u tat-trattament ta' l-avvanzi, tal-garanziji u tad-djun.



Sub-taqsima 2

Strutturi u awtoritajiet

Artikolu 21

L-għażla

1.  Il-pajjiż benefiċjarju għandu jinnomina l-entitajiet u l-awtoritajiet differenti li ġejjin:

(a) koordinatur nazzjonali ta' l-IPA;

(b) koordinatur strateġiku għall-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali u għall-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani;

(ċ) uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti;

(d) uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni;

(e) fond nazzjonali;

(f) struttura operattiva skond il-komponent jew il-programm ta' l-IPA;

(g) awtorità tal-verifika.

2.  Il-pajjiż benefiċjarju għandu jiżgura li jiġu sseparati kif jixraq id-dmirijiet appplikabbli għall-entitajiet u l-awtoritajiet taħt punti (a) sa (g) ta' l-ewwel paragrafu, skond l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti setgħat ta' ġestjoni lill-pajjiż benefiċjarju, skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-regolament, biss wara li l-entitajiet u l-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jingħażlu u jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 22

Il-funżjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA

1.  Il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jinħatar mill-pajjiż benefiċjarju. Għandu jokkupa kariga ta' uffiċjal għoli fil-gvern jew fl-amministrazzjoni ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju, u għandu jiżgura l-koordinazzjoni ġenerali ta' l-assistenza taħt ir-Regolament ta' l-IPA.

2.  Partikolarment huwa għandu:

(a) jiżgura s-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju, u rabta mill-qrib bejn il-proċess ġenerali ta' l-adeżjoni u l-użu ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA;

(b) ikollu responsabbiltà ġenerali mill-:

 koerenza u l-koordinazzjoni tal-programmi previsiti skond dan ir-Regolament;

 ipprogrammar annwali għall-komponent ta' l-assistenza ta' tranżizzjoni u tal-bini ta' l-istituzzjonijiet fuq bażi nazzjonali;

 koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju fil-programmi transkonfinali relevanti, kemm ma' Stati Membri u ma' pajjiżi benefiċjarji oħrajn, kif ukoll fi programmi tranżnazzjonali, interreġjonali jew tal-baċini tal-baħar taħt strumenti Komunitarji oħrajn. Il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA jista' jiddelega l-ħidmiet relatati ma' din il-koordinazzjoni lil koordinatur tal-koordinazzjoni transkonfinali;

(ċ) ifassal u, wara stħarriġ mill-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA, iressaq ir-rapporti annwali u finali ta' l-IPA dwar l-implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 61(3) lill-Kummissjoni b'kopja lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 23

Il-funżjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-koordinatur strateġiku

1.  Koordinatur strateġiku għandu jinħatar mill-pajjiż benefiċjarju ssabiex jiżgura l-koordinazzjoni tal-komponenet ta' l-iżvilupp reġjonali u tal-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani taħt ir-responsabbiltà tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA. Il-koordinatur strateġiku għandu jkun entità fi ħdan l-amministrazzjoni ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju, mingħajr l-ebda involviment fl-implimentazzjoni tal-komponenti kkonċernati.

2.  Il-koordinatur strateġiku għandu partikolarment:

(a) jikkoordina l-assistenza mogħtija taħt il-komponenet ta' l-iżvilupp reġjonali u taħt il-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani;

(b) iħejji abbozz tal-qafas strateġiku tal-koerenza kif imsemmi fl-Artikolu 154;

(ċ) jiżgura koordinazzjoni bejn l-istrateġiji u l-programmi settorjali.

Artikolu 24

Ir-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjal kompetenti ta' l-akkreditazzjoni

1.  Il-pajjiż benefiċjarju għandu jaħtar uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti. Dan għandu jkun jokkupa kariga għolja fi ħdan il-gvern jew fl-amministrazzjoni ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju.

2.  L-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti għandu jkun responsabbli mill-ħruġ, il-monitoraġġ u l-irtirar ta' l-akkreditazzjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u tal-fond nazzjonali, skond l-Artikoli 12 u 15.

Artikolu 25

Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni

1.  Il-pajjiż benefiċjarju għandu jaħtar uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni. Dan għandu jkun jokkupa kariga għolja fi ħdan il-gvern jew fl-amministrazzjoni ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju.

2.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu:

(a) bħala l-kap tal-fond nazzjonali, ikun responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja tal-fondi ta' l-UE fil-pajjiż benefiċjarju, għandu jkun responsabbli mill-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi;

(b) jkun responsabbli mit-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll taħt ir-Regolament dwar l-IPA.

3.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 2(a), l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu partikolarment iwettaq il-ħidmiet li ġejjin:

(a) jipprovdi assigurazzjoni dwar it-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet bażi;

(b) ifassal u jressaq quddiem il-Kummissjoni dikjarazzjonijiet iċċertifikati tan-nefqa u l-applikazzjoni tal-pagamenti; l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli mill-preċiżjoni ta' l-applikazzjoni tal-pagament u mit-trasferiment tal-fondi lill-istrutturi operattivi u/jew lill-benefiċjarji finali;

(ċ) jivverfika l-eżistenza u l-korrettezza ta' l-elementi ta' kofinanzjament;

(d) jiżgura l-identifikazzjoni u l-komunikazzjoni immedjata ta' kwalunkwe irregolarità;

(e) jagħmel l-aġġustamenti finanzjarji meħtieġa fir-rigward ta' l-irregolaritajiet li jinstabu, skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 50;

(f) ikun punt ta' kuntatt għall-informazzjoni finanzjarja mibgħuta bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju.

4.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 2(b), l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu partikolarment iwettaq id-dmirijiet li ġejjin:

(a) ikun responsabbli mill-ħruġ, il-monitoraġġ u mis-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-akkreditazzjoni ta' l-istrutturi operattivi;

(b) jiżgura l-eżistenza u t-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA;

(ċ) jiżgura li s-sistema ta' kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni ta' fondi tkun effettiva u effiċjenti;

(d) jirrapporta dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

(e) jiżgura ruħu li s-sistema ta' rrappurtar xieraq u ta' informazzjoni jkunu qed jiffunzjonaw tajjeb;

(f) ikompli l-ħidma fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rapporti tal-verifika mill-awtorità tal-verifika, skond l-Artikolu 30(1);

(g) fis jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll permezz ta' kopja tan-notifika lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti.

5.  Skond ir-responsabbiltajiet stipulati fil-paragrafi 2(a) u (b), l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jħejji dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 27.

Artikolu 26

Il-fond nazzjonali

Il-fond nazzjonali għandu jkun entità f'Ministeru fil-livell ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju li jkollu kompetenza baġitarja ċentrali. Il-fond nazzjonali għandu jaġixxi ta' teżor ċentrali u jkun responsabbli mill-ħidmeit ta' ġestjoni finanzjarja ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA, taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni.

B'mod partikolari għandu jkun responsabbli mill-organizzazzjoni tal-kontijiet tal-bank, mit-talba ta' fondi mill-Kummissjoni, mill-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ta' fondi rċevuti mill-Kummissjoni lill-istrutturi operattivi jew lill-benefiċjarji finali, u mir-rappurtar finanzjarju lill-Kummissjoni.

Artikolu 27

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni

1.  Skond l-Artikolu 25(5), l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jagħmel dikjarazzjoni annwali dwar il-ġestjoni, li għandha tieħu s-sura ta' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni sat-28 ta' Frar kull sena. Għandu jibgħat kopja ta' din id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti.

2.  Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għandha tiġi bbażata fuq is-superviżjoni attwali, minn naħa ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll matul is-sena finanzjarja.

3.  Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għandha titħejja kif speċifikat fil-ftehim ta' qafas, u għandha tinkludi:

(a) konferma tat-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll;

(b) konferma fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi;

(ċ) informazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe bidla fis-sistemi u l-kontrolli, u elementi għall-informazzjoni kontabbli sostantiva.

4.  Jekk il-konfermi meħtieġa skond il-punti (a) u (b) tat-tielet parargrafu (paragrafu 3) ma jkunux disponibbli, l-uffiċjal nazzjonali dwar l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet u l-konsegwenzi potenzjali, kif ukoll bl-azzjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni u sabiex jitħarsu l-interessi tal-Komunità. Għandu jibgħat kopja ta' din l-informazzjoni lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti.

Artikolu 28

Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' l-istruttura operattiva

1.  Għandha tiġi stabbilita struttura operattiva għal kull wieħed mill-programmi jew komponenti ta' l-IPA, sabiex tieħu ħsieb il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.

1.  L-istruttura opettiva għandha tkun entità jew ġabra ta' entitajiet fi ħdan l-amministrazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju.

2.  L-istruttura operattiva għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm jew tal-programmi kkonċernati skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Għal dawn l-għanijiet, għandha twettaq numru ta' funzjonijiet li jinkludu:

(a) it-tħejjija ta' l-abbozz tal-programmi annwali jew multi-annwali;

(b) il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-programm u t-tmexxija tal-ħidma tal-kumitat settorjali tal-monitoraġġ kif definit fl-Artikolu 59, notevolment billi tipprovdi d-dokumenti meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programmi;

(ċ) it-tħejjija tar-rapporti settorjali annwali u finali msemmija fl-Artikolu 61(1) u, wara l-istħarriġ mill-kumitat settorjali tal-monitoraġġ, it-tressiq quddiem il-Kummissjoni, il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni;

(d) l-iżgurar tal-ħidmiet li jiġu ffinanzjati jintgħażlu u jiġu approvati skond il-kriterji u l-mekkaniżmi applikabbli għall-programmi, u li jkunu konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali relevanti;

(e) it-twaqqif ta' proċeduri sabiex tiġi żgurata ż-żamma tad-dokumenti kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sekwenza tat-tranżazzjonijiet, skond l-Artikolu 20;

(f) it-tħejjija għall-proċeduri ta' l-appalt, il-proċeduri ta' l-aġġudikazzjoni ta' l-għotjiet, il-kuntratti segwenti, u t-twettiq tal-pagamenti lil, u l-irkupri mingħand, il-benefiċjarju finali;

(g) l-iżgurar li l-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-ħidmiet iżommu sistema separata tal-kontabilità jew kodifikazzjoni separata tal-kontabilità;

(h) l-iżgurar li l-fond nazzjonali u l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri u l-verifiki li jseħħu fir-rigward tan-nefqa;

(i) it-tħejjija, il-manteniment u l-aġġornament tas-sistema tar-rapporti u ta' l-informazzjoni;

(j) it-twettiq ta' verifiki sabiex jiġi żgurat li n-nefqa ddikjarata tkun fil-fatt saret skond ir-regoli applikabbli, li l-prodotti jew servizzi jkunu twettqu skond id-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni, u li t-talbiet għall-pagament mill-benefiċjarju finali jkunu korretti. Dawn il-verifiki għandhom ikopru aspetti ta' ħidmiet amministrattivi, finanzjarji, tekniċi u fiżiċi, kif xieraq;

(k) l-iżgurar tal-verifika interna ta' l-entitajiet differenti fi ħdanha;

(l) l-iżgurar li l-irregolaritajiet jiġu rrappurtati;

(m) l-iżgurar li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni u tal-pubbliċità.

3.  Il-kapijiet ta' dawn l-entitajiet li jikkostitwixxu l-istruttura operattiva għandhom jinħatru b'mod ċar u għandhom ikunu responsabbli mill-ħidmiet assenjati lill-entitajiet rispettivi tagħhom, skond l-Artikolu 11(3).

Artikolu 29

Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' l-awtorità tal-verifika

1.  Awtorità tal-verifika, funzjonalment indipendenti mill-atturi kollha fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll u b'konformità ma' standards ta' verifika aċċettati internazzjonalment, għandha tintgħażel mill-pajjiż benefiċjarju. L-awtorità tal-verifika għandha tkun responsabbi mill-verifika tat-tħaddim effettiv u tajjeb tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll.

2.  L-awtorità tal-verifika, taħt responsabbiltà tal-kap tagħha, għandha b'mod partikolari:

(a) tistabbilixxi u twettaq pjan ta' ħidma annwali tal-verifika li jinkludi verifiki li jivverifikaw:

 it-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

 l-affidabbiltà ta' l-informazzjoni kontabbli pprovduta lill-Kummissjoni.

Ix-xogħol ta' verifika għandu jinkludi verifiki ta' partijiet mill-ħidmiet jew tranżazzjonijiet, u stħarriġ tal-proċeduri.

Il-pjan ta' ħidma annwali tal-verifika għandu jitressaq quddiem l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u l-Kummissjoni qabel il-bidu tas-sena in kwistjoni.

(b) tressaq dan li ġej:

 rapport annwali ta' l-attività tal-verifika skond il-mudell stabbilit fil-ftehim ta' qafas, li jistabbilixxi r-riżorsi użati mill-awtorità tal-verifika, u taqsira ta' kwalunkwe nuqqas li jinstab fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew fis-sejbiet tat-tranżazzjonijiet mill-verifiki li jitwettqu skond il-pjan ta' ħidma annwali tal-verifika matul il-perjodu tat-12-il xahar preċedenti, li jintemm fit-30 ta' Settembru tas-sena kkonċernata. Ir-rapport annwali ta' l-attivita' tal-verifika għandju jiġi indirizzat lill-Kummissjoni, lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, u lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti, sal-31 ta' Diċembru kull sena. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jkopri l-perjodu mid-dħul fus-seħħ ta' dan ir-regolament sat-30 ta' Novembru 2007,

 opinjoni annwali skond il-mudell stabbilit fil-qafas ta' ftehim dwar jekk is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jaħdmux affettivament u humiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u/jew kwalunke ftehim ieħor bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju. Din l-opinjoni għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni, lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, u lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti. Għandha tkopri l-istess perjodu u jkollha l-istess skadenza taż-żmien bħar-rapport annwali ta' l-attività tal-verifika,

 opinjoni dwar dikjarazzjoni finali tan-nefqa mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-uffiċjal nazzjonali ta' awtorizzazzjoni, għall-għeluq ta' kwalunkwe programm jew parti minnu. Fejn xieraq, id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa tista' tinkludi applikazzjonijiet tal-pagament dis-sura ta' kontijiet imressqa kull sena. L-opinjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni finali tan-nefqa għandha tkun skond il-mudell provvdut fl-anness tal-ftehim ta' qafas. Għandha tindirizza l-validità ta' l-applikazzjoni tal-pagamenti finali u r-reqqa ta' l-informazzjoni finanzjarja, u fejn xieraq, tkun issosstanzjata minn rapport finali dwar l-attività tal-verifika. Għandha tinbagħat lill-Kummissjoni u lill-uffiċjal ta' akkreditazzjoni kompetenti, fl-istess waqt mad-dikjarazzjoni finali tan-nefqa rilevatni mressqa mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, jew mill-inqas fi żmien tliet xhur minn meta titressaq id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

2.  Rekwiżiti speċifiċi ulterjuri għall-pjan ta' ħidma annwali tal-verifika u/jew ir-rapporti u l-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu (b) jistgħu jiġu stabbiliti fil-ftehimiet settorjali jew ta' finanzjament.

2.  Fir-rigward tal-metodoloġija għall-ħidma tal-verifika, ir-rapporti u l-opinjonijiet tal-verifika meħtieġa minn dan l-Artikolu, l-awtorità tal-verifika għandha tkun konformi ma' standards internazzjonali dwar il-verifika, partikolarment fir-rigward l-oqsma ta' valutazzjoni tar-riskju, il-materjalità u l-għażla tal-partijiet tal-verifika. Dik il-metodoloġija tista' tiġi kkumplimentata bi kwalunkwe gwida ulterjuri u definizzjonijiet mill-Kummissjoni, notevolment fir-rigward lejn metodu ġenerai xieraq għall-għażla tal-partijiet, il-livelli tal-kunfidenza u l-materjalità.

Artikolu 30

Is-segwitu tar-rapporti ta' l-awtorità tal-verifika

1.  Wara li jirċievi r-rapporti u l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 29 (2) (b), l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu:

(a) jiddeċiedi dwar il-ħtieġa ta' titjib fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, jirreġistra d-deċiżjonijiet f'dak ir-rigward u jiżgura l-implimentazzjoni fil-ħin ta' dak it-titjib;

(b) jagħmel kull aġġustament meħtieġ fuq l-applikazzjonijiet tal-pagament lill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni ta' segwitu hija stess għar-rapporti u l-opinjonijiet, per eżempju billi tibda proċedura ta' korrezzjoni finanzjarja, jew li titlob lill-pajjiż benefiċjarju sabiex jieħu azzjoni, filwaqt li tinforma lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti bid-deċiżjoni tagħha.

▼M1

Artikolu 31

Entitajiet speċifiċi

Fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-istrutturi u l-awtoritajiet kif stipulat fl-Artikolu 21, il-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 28 jistgħu jingħaqdu u jingħataw lil entitajiet speċifiċi fi ħdan jew barra mill-istrutturi operattivi stabbiliti inizjalment. Din l-għaqda u l-għotja għandha tirrispetta s-segregazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u tiżgura li r-responsabbiltà aħħarija għall-funzjonijiet deskritti fl-imsemmi Artikolu għandha tibqa’ mal-istruttura operattiva stabbilita inizjalment. Dan ir-ristrutturar għandu jiġi formalizzat fi ftehimiet bil-miktub u għandu jkun soġġett għall-akkreditazzjoni mill-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni u għall-għoti tal-ġestjoni mill-Kummissjoni.

▼B



Taqsima 2

Suriet oħrajn ta' Ġestjoni

Artikolu 32

Strutturi u awtoritajiet għal ġestjoni ċentralizzata jew konġunta

1.  Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata jew konġunta, il-pajjiż benefiċjarju għandu jaħtar koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, li għandu jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-pajjiż benefiċjarju fil-konfront tal-Kummissjoni. Huwa għandu jiżgura li tinżamm rabta mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju, kemm fir-rigward tal-proċess ġenerali ta' l-adeżjoni kif ukoll fir-rigward ta' l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni ta' l-UE taħt l-IPA.

1.  Il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jkun responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju fil-programmi transkonfinali relevanti, kemm ma' Stati Membri kif ukoll ma' pajjiżi benefiċjarji oħrajn, kif ukoll fi programmi transkonfinali, interreġjonali jew ta' baċini tal-baħar, taħt l-istrumenti tal-Komunità. Huwa jista' jiddelega l-ħidma relatata ma' din ir-responsabbiltà lil koordinatur tal-kooperazzjoni transkonfinali.

2.  Fil-każ ta' komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali, l-istrutturi operattivi għandhom jintgħażlu u jiġu stabbiliti mill-pajjiż benefiċjarju, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 139.

Artikolu 33

Strutturi u awtoritajiet għal ġestjoni maqsuma

Fil-każ ta' programmi transkonfinali implimentati permezz ta' ġestjoni maqsuma ma' Stat Membru, l-istrutturi li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti f'wieħed mill-Istati Membri li jipparteċipa fi programmi transkonfinali, kif stipulat fl-Artikolu 102:

 awtorità waħdanija ta' ġestjoni;

 awtorità waħdanija ta' ċertifikazzjoni;

 awtorità waħdanija ta' verifika.



KAPITOLU III

Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja mill-Komunità Ewropea

Artikolu 34

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  Fil-kaz ta' ġestjoni deċentralizzata, minkejja akkreditazzjonijiet mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti u mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, il-kuntratti u l-addenda ffirmati, in-nefqa u l-pagamenti li jsiru mill-awtoritajiet nazzjonali m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt ir-Regolament dwar l-IPA qabel l-għotja tal-ġestjoni lill-istrutturi u l-awtoritajiet ikkonċernati mill-Kummissjoni, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fit-tieni paragrafu (paragrafu 2).

1.  Id-data finali għall-eliġibilità tan-nefqa għandha tiġi stabbilita fit-Tieni Parti jew fil-ftehimiet ta' finanzjament fejn meħtieġ.

2.  Assistenza teknika sabiex jiġu stabbiliti sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll jistgħu jkunu eliġibbli qabel l-għoti inizjali tal-ġestjoni, għal nefqa li ssir wara l-1 ta' Jannar 2007.

▼M1

It-tnedija ta’ sejħiet għal proposti jew sejħiet għal offerti jistgħu jkunu eliġibbli qabel l-għoti inizjali tal-ġestjoni u wara l-1 ta’ Jannar 2007, jekk dan l-għoti inizjali ta’ ġestjoni jidħol fis-seħħ fil-limiti taż-żmien iddefiniti fi klawżola ta’ riżerva li għandha tiġi inkluża fil-ħidmiet jew fit-talbiet ikkonċernati, u jkunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel tad-dokumenti kkonċeranti min-naħa tal-Kummissjoni. Is-sejħiet għall-proposti jew is-sejħiet għal offerta jistgħu jiġu kkanċellati jew immodifikati mad-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ ġestjoni.

3.  Sakemm mhux previst mod ieħor taħt id-dispożizzjonijiet partikolari stipulati taħt kull komponent IPA, in-nefqa li ġejja mhux se tkun eliġibbli taħt ir-Regolament IPA:

▼B

(a) taxxi, bl-inklużjoni ta' taxxi fuq il-valur miżjud;

(b) dwana u dazji doganli, u kull tariffi oħrajn;

(ċ) ix-xiri, kiri jew kiri fit-tul ta' art u bini eżistenti;

(d) multi, penali finanzjarji u spejjeż ta' litigazzjoni;

▼M2

(e) spejjeż operattivi, ħlief fejn ġie provdut mod ieħor fi ftehimiet ta’ qafas ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

▼B

(f) apparat użat (second hand);

(g) tariffi bankarji, spejjeż ta' garanziji u tariffi simili;

(h) spejjeż ta' konverżjoni, tariffi u telf mill-kambju assoċjat ma' kontijiet ta' l-euro speċifiċi għal xi komponent, kif ukoll spejjeż oħrajn purament finanzjarji;

(i) kontribuzzjonijiet f'oġġetti.

4.  Nefqa ffinanzjata taħt dan ir-Regolament m'għandhiex tkun soġġetta għal finanzjament ieħor taħt il-Baġit tal-Komunità.

Artikolu 35

It-trattament tad-dħul

1.  Dħul għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament jinkludu dħul minn ħidma, matul il-perjodu tal-kofinanzjament tiegħu, minn bejgħ, kiri, servizzi, miżati ta' ingaġġ dħul ieħor ekwivalenti bl-eċċezzjoni ta':

(a) dħul iġġenerat matul il-ħajja ekonomika ta' l-investimenti kkofinanzjati fil-każ ta' investimenti f'ditti;

(b) dħul iġġenerat fil-qafas ta' miżura ta' inġinerija finanzjarja, li jinkludu kapital ta' risku (venture capital) u fondi ta' self, fondi ta' garanzija, kiri;

(ċ) fejn applikabbli, kontribuzzjonijiet mis-settur privat għall-kofinanzjament ta' ħidmiet, li għandhom jintwerew flimkien ma' kontribuzzjonijiet pubbliċi fit-tabelli finanzjarji tal-programm.

2.  Dħul kif iddefinit fl-ewwel paragrafu jirrapeżenta dħul li għandu jitnaqqas mill-ammont ta' nefqa eliġibbli għall-ħidma kkonċernata. Dan id-dħul għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-ħidma relevanti, fit-totalità tagħhom jew pro rata, skond jekk ġiex iġġenerat kollu jew parti minnu mill-ħidma kkofinanzjata, mhux iktar tard mill-għeluq tal-programm.

3.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal:

 il-komponent ta' l-iżvilupp rurali,

▼M1

 il-komponent għall-iżvilupp reġjonali.

Artikolu 36

Il-proprjetà tal-imgħax

Kull imgħax minn kontijiet tal-euro speċifiċi għal kull komponent, li nfetħu permezz tal-fond nazzjonali fil-każ ta’ ġestjoni diċentralizzata jibqa’ proprjetà tal-pajjiż benefiċjarju. L-imgħax iġġenerat mill-finanzjament Komunitarju ta’ programm għandu jiġi allokat esklussivament għal dak il-programm, u jitqies bħala riżors għall-pajjiż benefiċjarju fis-sura ta’ kontribuzzjoni nazzjonali pubblika, u għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni, fil-ħin tal-għeluq finali tal-programm.

▼B

Artikolu 37

Il-finanzjament Komunitarju

1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn in-nefqa taħt il-programmi multi-annwali jew annwali għandha tiġi stabbilita skond l-allokazzjonijiet proposti fil-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-IPA.

▼M1

2.  L-operazzjonijiet kollha li qegħdin jirċievu l-għajnuna taħt diversi komponenti tal-IPA jirrikjedu kontribuzzjonijiet Komunitarji, sakemm mhux previst mod ieħor taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati taħt kull komponent tal-IPA.

▼B

Artikolu 38

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi kkalkulata fir-rigward tan-nefqa eliġibbli, kif imsemmi fit-Tieni Parti ta' kull komponent ta' l-IPA.

2.  Deċiżjonijiet finanzjarji li jadottaw il-programmi annwali jew multi-annwali għal kull komponent ta' IPA jistabbilixxu l-ammont indikattiv massimu tal-kontribuzzjoni Komunitarja u r-rata massima sussegwenti għal kull ass prijoritarju.



KAPITOLU IV

Il-Ġestjoni Finanzjarja



Taqsima 1

Impenji Baġitarji

Artikolu 39

Il-prinċipji

1.  Impenn baġitarju li jikkorrispondi għall-ammont ta' l-impenn legali, li għandu jieħu s-sura ta' ftehim ta' finanzjament mal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat, għandu jiġi adottat abbażi ta' deċiżjonijiet finanzjarji li jadottaw programmi annwali.

2.  Deċiżjonijiet finanzjarji li jadottaw programmi multi-annwali jistgħu jipprovdu għall-konklużjoni ta' impenji legali multi-annwali li għandhom jieħdu s-sura ta' ftehimiet ta' finanzjament mal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

2.  F'ċerti każi, fejn id-deċiżjoni finanzjarja tipprovdi għal dan u b'kunsiderazzjoni tal-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali, l-impenn baġitarju li jikkorrispondi għall-ammont ta' l-impenn legali jista' jinqasam fuq numru ta' snin f' porzjonijiet annwali. Id-deċiżjoni ta' finanzjament u l-ftehim ta' finanzjament korrispondenti għandu jistabbilixxi dan il-qsim f'tabelli finanzjarji xierqa.



Taqsima 2

Ir-Regoli għal Ġestjoni Deċentralizzata

Artikolu 40

Il-pagamenti

1.  Il-pagament tal-kontribuzzjoni Komunitarja mill-Kummissjoni għandu jsir fil-limiti tal-fondi disponibbli. Fil-każ ta' programmi multi-annwali, kull pagament għandu jingħata lill-iktar impenn baġitarju tal-komponent ta' l-IPA kkonċernat li jinfetaħ kmieni.

2.  Il-pagamenti għandhom jieħdu s-sura ta' pre-finanzjament, pagamenti interim u pagament tal-bilanċ finali.

3.  Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, il-pajjiż benefiċjarju għandu jibgħat lill-Kummissjoni tbassir ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti li x'aktarx isiru għas-sena finanzjarja kkonċernata u għas-sena finanzjarja sussegwenti, fir-rigward ta' kull komponent jew porgramm ta' l-IPA. Il-Kummissjoni tista' titlob għal aġġornament tat-tbassir kif xieraq.

4.  L-iskambju ta' informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet u l-istrutturi msemmija fl-Artikolu 21 għandu, fejn xieraq, isir b'mezzi elettroniċi, permezz ta' proċeduri miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju.

5.  It-total sħiħ tal-pre-finanzjmanet u tal-pagamenti interim m'ghandhomx jiżbqu l-95 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja kif stabbilit fit-tabella ta' finanzjament ta' kull programm.

6.  Fejn il-limitu msemmi fil-paragrafu 5 jintlaħaq, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkompli jibgħat kull dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa, kif ukoll informazzjoni dwar l-ammonti rkuprati, lill-Kummissjoni.

▼M1

7.  L-ammonti stabbiliti fil-programmi mressqa mill-pajjiż benefiċjarju, f’dikjarazzjonijiet iċċertifikati dwar in-nefqa, f’applikazzjonijiet għall-ħlas u fin-nefqa msemmija fir-rapporti ta’ implimentazzjoni, għandhom jiġu iddenominati f’euro. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jikkonvertu l-ammonti tan-nefqa li tħallsu fil-munita nazzjonali, f’euro billi jużaw ir-rata tax-xahar għall-kontijiet f’euro kif ġew stabbiliti mill-Kummissjoni fix-xahar li matulu ġiet reġistrata n-nefqa fil-kontijiet tal-istruttura operattiva kkonċernata, kif inhu xieraq.

▼B

8.  Il-pagamenti mill-Kummissjoni lill-fond nazzjonali għandhom isiru fil-kont ta' l-euro, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 41, 42, 43, 44 u 45 u fil-ftehimiet ta' qafas, settorjali u ta' finanzjament. Għandu jinfetaħ kont wieħed ta' l-euro għal kull programm ta' l-IPA ikkonċernat, jew, kif xieraq, għall-komponenti ta' l-IPA, u għandu jintuża biss għat-tranżazzjonijiet relatati ma' dak il-programm jew komponent.

9.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji finali jirċievu l-ammont totali kollu tal-kontribuzzjoni pubblika fil-ħin. M'għandha tiġi imposta l-ebda tariffa speċifika jew xi tariffa ekwivalenti oħra li tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji finali.

10.  In-nefqa tista' tiġi koperta minn finanzjament Komunitarju biss jekk din tkun saret jew tħallset mill-benefiċjarju finali. In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji finali għandha tiġi ssostanzjata minn irċevuti jew dokumenti ta' valur probattiv ekwivalenti jew dokumenti relevanti oħrajn, fejn, skond il-programm, l-assistenza mhix funzjoni tan-nefqa. In-nefqa għandha tiġi ċċertifikata mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 41

L-aċċettabilità ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti

Sabiex il-Kummissjoni tapprova applikazzjoni ta' pagament, hemm bżonn li jintlaħqu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikoli 42(1), 43(1) u 45(1).

Artikolu 42

Il-pre-finanzjament

1.  Fil-każ ta' applikazzjoni ta' pagament għal pagament ta' pre-finanzjament, ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 41 huma kif ġej:

(a) l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jkun innotifika lill-Kummissjoni bil-ftuħ tal-kont ta' l-euro kkonċernat;

(b) l-akkreditazzjoni mogħtija mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti u mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni huma fis-seħħ u l-għoti tal-ġestjoni mill-Kummissjoni jibqa' validu;

(ċ) il-ftehim ta' finanzjament ikun daħal fis-seħħ.

2.  Pagamenti ta' pre-finazjmanet għandhom jirrapreżentaw persentaġġ partikolari tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm ikkonċernat, kif speċifikat fit-Tieni Parti (Parti II) ta' dan ir-Regolament. Fil-każijiet ta' prgrammi multi-annwali, il-pre-finanzjament jista' jinqasam bejn għadd ta' snin finanzjarji.

3.  L-ammont totali mħallas bħala pre-finanzjament għandu jintradd lura lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat l-ebda applikazzjoni ta' pagament għall-programm ikkonċernat sa 15-il xahar mid-data meta l-Kummissjoni tħallas l-ewwel ammont ta' pre-finanzjament. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm ikkonċernat m'ghandhiex tintlaqat min dan ir-rimborż.

4.  L-ammont totali ta' pre-finanzjament għandu jiġi approvat ssa mhux iktar tard minn meta jingħalaq il-programm. Matul il-ħajja tal-programm, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu juża l-pagament ta' pre-finanzjament biss sabiex iħallas il-kontribuzzjoni Komunitarja għal nefqa b'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 43

Pagament interim

1.  Fil-każ ta' applikazzjoni ta' pagament għal pagament interim, ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 41 huma kif ġej:

(a) l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jkun bagħat lill-Kummissjoni applikazzjoni ta' pagament u dikjarazzjoni tan-nefqa relatata mal-pagament in kwistjoni; id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi ċċertifikata mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni;

(b) jiġu rrispettati l-limiti ta' l-assistenza Komunitarja taħt kull ass ta' prijorità, kif stipulat fid-deċiżjoni ta' finanzjament tal-Kummissjoni;

(ċ) l-istruttura operattiva tibgħat lill-Kummissjoni ir-rapporti ta' implimentazzjoni annwali settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 61(1), bl-inklużjoni ta' l-iktar wieħed riċenti;

(d) l-awtorità tal-verifika tibgħat lill-Kummissjoni, skond l-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 29(2)(b), l-iktar rapport annwali ta' l-attività tal-verifika u opinjoni dwar il-konformità tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fis-seħħ mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u/jew dawk ta' kwalunkwe ftehim bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju;

(e) l-akkreditazzjonijiet mogħtija mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti u mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni huma fis-seħħ u l-għoti tal-ġestjoni mill-Kummissjoni jibqa' validu.

1.  Jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma jinżammux, il-pajjiż benefiċjarju għandu, meta dan jintalab mill-Kummissjoni u fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirranġa s-sitwazzjoni.

2.  Jekk joħroġ fid-deher li r-regoli applikabbli ma nżammux jew li l-fondi tal-Komunità ma ġewx użati m'mod ġust, il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissosspendi temporanjament il-pagamenti interim lill-pajjiż benefiċjarju, skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 46. Hija għandha tgħarraf lill-pajjiż benefiċjarju dwar dan.

3.  Is-sospensjoni jew it-tnaqqis ta' pagamenti interim għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u m'għandhomx jippreġudikaw id-deċiżjonijiet ta' konformità u deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-kontijiet u korrezzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 44

Il-kalkolu tal-pagamenti

Il-pagamenti għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament tal-ħidmiet ikkonċernati, sa l-ammont miksub bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita għal kull ass prijoritarju fid-deċiżjoni ta' finanzjament għan-nefqa eliġibbli, soġġetti għall-kontribuzzjoni Komunitarja massima mehmuża ma' kull ass prijoritarju.

Artikolu 45

Il-pagament tal-bilanċ finali

1.  Fil-każ tal-pagament tal-bilanċ finali, għandha tapplika l-iskadenza taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 41 huma kif ġej:

(a) l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jkun bagħat lill-Kummissjoni applikazzjoni ta' pagament finali u dikjarazzjoni finali tan-nefqa; id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa għandha tiġi ċċertifikata mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni;

(b) l-istruttura operattiva tibgħat ir-rapporti finali settorjali għall-programm ikkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 61 (1);

(ċ) l-awtorità tal-verifika tibgħat opinjoni dwar kwalunkwe dikjarazzjoni finali tan-nefqa, ssostanzjata minn rapport finali dwar l-attività, lill-Kummissjoni, skond it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 29 (2)(b);

(d) l-akkreditazzjonijiet mogħtija mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti u mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jkunu fis-seħħ u l-għoti tal-ġestjoni mill-Kummissjoni jibqa' validu.

2.  Dik il-parti ta' l-impenji baġitarji li tirreferi għal programmi multi-annwali li jkunu għadhom miftuħin fil-31 ta' Diċembru 2017, u li għalihom id-dokumenti msemmija fl-ewwel paragrafu ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 46

Is-sospensjoni tal-pagamenti

1.  Il-pagamenti kollha jew parti monnhom jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni fejn:

(a) ikun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi tal-ġestjoni u kontroll tal-programm li jolqtu l-affidabbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-pagamenti u li dwarhom ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; jew

(b) in-nefqa f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet korretta; jew

(ċ) huma meħtieġa kjarifiki dwar l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni tan-nefqa.

2.  Il-pajjiż benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn qabel ma l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar sospensjoni skond l-ewwel paragrafu (paragrafu 1).

3.  Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni meta l-pajjiż benefiċjarju jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirranġa n-nuqqas, l-irregolarità jew in-nuqqas ta' ċarezza msemmija fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1).

3.  Jekk dawk il-miżuri ma jkunux ittieħdu mill-pajjiż benefiċjarju, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tikkanċella l-kontribuzzjoni Komunitarja kollha jew parti minnha skond l-Artikolu 51.

Artikolu 47

L-għeluq ta' programm

1.  Wara li l-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni għall-pagament finali, programm partikolari jiġi kkunsidrat mitmum hekk kif isseħħ waħda minn dawn li ġejjin:

 il-pagament tal-bilanċ finali mill-Kummissjoni;

 il-ħruġ ta' ordni ta' rkupru mill-Kummissjoni;

▼M1

 ir-rilaxx min-naħa tal-Kummissjoni tal-bilanċ finali tal-impenn baġitarju.

▼B

2.  L-għeluq ta' programm ma' jippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li twettaq korrezzjoni finanzjarja fi stadju sussegwenti.

3.  L-għeluq ta' programm ma jaffettwax l-obbligi tal-pajjiż benefiċjarju li jżomm id-dokumentati relatati, skond l-Artikolu 48.

Artikolu 48

Iż-żamma tad-dokumenti

Id-dokumenti kollha relatati ma' programm partikolari għandhom jinżammu mill-pajjiż benefiċjarju għal mill-inqas tliet snin wara l-għeluq tal-programm. Dan il-perjodu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċeduri legali jew fuq talba mmotivata tal-Kummissjoni.

Artikolu 49

Korrezzjonijiet finanzjarji

1.  Sabiex jiġi żgurat li l-fondi jintużaw sakond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta' korrezzjonijiet finanzjarji skond l-Artikoli 53(b) u 53c(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u kif imniżżel fil-qafas, jew, fejn dawn jeżistu, fil-ftehimiet settorjali.

2.  Korrezzjoni finanzjarja tista' ssir wara:

(a) l-identifikazzjoni ta' irregolarità speċifika, li tinkludi frodi; jew

(b) l-identifikazzjoni ta' dgħufija jew nuqqas fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-pajjiż benefiċjarju.

3.  Jekk il-Kummissjoni tiskopri li n-nefqa taħt il-programm kopert minn dan ir-Regolament tkun saret bi ksur tar-regoli applikabbli, hija għandha tiddeċiedi liema ammonti għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju.

4.  Il-kalkolu u d-deċiżjoni ta' kwalunkwe korrezzjoni ta' dan it-tip, kif ukoll l-irkupri relatati, għandhom isiru mill-Kummissjoni, skond il-kriterji u l-proċeduri previsti fl-Artikoli 51, 52 u 53. Dispożizzjonijiet oħrajn dwar korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu ġew stabbiliti fi ftehimiet settorjali u ta' finanzjament għandhom japplikaw ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Aġġustamenti finanzjarji

▼M1

1.  L-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni, li għandu r-responsabbiltà ewlenija li jistħarreġ kwalunkwe irregolarità, għandu jagħmel l-aġġustamenti finanzjarji fejn instabu irregolaritajiet jew nuqqasijiet f’operazzjonijiet jew programmi, billi jikkanċella l-kontribuzzjoni Komunitarja kollha, jew parti minnha, għall-operazzjonijiet jew programmi kkonċernati. L-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni għandu jikkunsidra n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-kontribuzzjoni Komunitarja.

2.  Fil-każ ta’ irregolarità, l-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni għandu jirkupra l-kontribuzzjoni Komunitarja li tkun tħallset lill-benefiċjarju skont il-proċeduri nazzjonali tal-irkupru.

▼B

Artikolu 51

Il-kriterji għal korrezzjonijiet finanzjarji

1.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji, billi tikkanċella l-kontribuzzjoni Komunitarja kollha, jew parti minnha, għal programm, fis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 49(2).

2.  Fejn jiġu identifikati każijiet individwali ta' irregolarità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-natura sistemika ta' l-irregolarità sabiex tiddetermina jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa jew inkella waħda estrapolata.

3.  Meta tiddeċiedi l-ammont tal-korrezzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-natura u l-gravità ta' l-irregolarità u/jew il-grad u l-implikazzjonijiet finanzjarji tad-dgħufijiet jew tan-nuqqasijiet misjuba fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fil-programm ikkonċernat.

Artikolu 52

Il-proċedura għal korrezzjoni finanzjarja

1.  Qabel tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni dwar il-konklużjonijiet proviżorji tagħha filwaqt li titlob il-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.

1.  Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja abbażi ta' estrapolazzjoni jew ta' rata fissa, il-pajjiż benefiċjarju għandu jingħata l-opportunita li jistabbilixxi l-limitu attwali ta' l-irregolarita, permezz ta' stħarriġ tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Bi qbil mal-Kummissjoni, il-pajjiż benefiċjarju jista' jillimita l-għan ta' dan l-istħarriġ għal proporzjon jew kampjun xieraq tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Barra mill-każijiet iġġustifikati, iż-żmien konċess għal dan l-istħarriġ ma jistax jaqbeż perjodu ta' xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kull evidenza fornuta mill-pajjiż benefiċjarju matul il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1).

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprova tieħu deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja fi żmien sitt xhur wara l-ftuħ tal-proċedura kif stipulat fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1).

Artikolu 53

Il-rimbors

1.  Kwalunkwe rimbors lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni ta' rkupru imħejji skond l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Id-data ta' l-irkupru għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ ta' l-ordni.

2.  Kwalunkwe dewmien fir-rimbors għandu jagħti lok għal imgħax fuq il-kont tal-ħlas li jsir tard, li jibda mid-data tar-rimbors u jispiċċa fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta' dan l-imgħax għandha tkun ta' punt u nofs peċentwali aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament fl-ewwel jum ta' xogħol tax-xahar li fih taħbat id-data tar-rimbors.

Artikolu 54

L-użu mill-ġdid ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Ir-riżorsi mill-kontribuzzjoni Komunitarja kkanċellata skond l-Artikolu 49 għandhom jitħallsu lill-Baġit Komunitarju, flimkien ma' l-imgħax fuqhom.

2.  Il-kontribuzzjoni kkanċellata jew irkuprata skond l-Artikolu 50 ma tistax tintuża għall-ħidma jew ħidmiet li kienu soġġetti ta' l-irkupru jew ta' l-aġġustament, lanqas, fejn l-irkupru jew l-aġġustament ikun sar minħabba irregolarità sistemika, għal ħidmiet eżistenti taħt l-ass prijoritarju kollu jew parti minnu fejn tkun seħħet l-irregolarità sistemika.



Taqsima 3

Regoli għal Ġestjoni Ċentralizzata u Konġunta

Artikolu 55

Il-pagamenti

1.  Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja mill-Kummissjoni għandu jsir fil-limiti tal-fondi disponibbli.

2.  Skond l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-pagamenti għndhom isiru meta tintwera l-prova li l-ħidma relevanti hija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-IPA, dan ir-Regolament, il-kuntratt jew il-ftehim ta' l-għotja.

3.  L-approprjazzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi koperta n-nefqa kif indikata fil-programmi annwali għandhom ikunu disponibbli permezz ta' waħda jew iżjed mill-azzjonijiet li ġejjin: il-pagament ta' l-ammont sħiħ dovut; il-pre-finanzjament; pagament interim wieħed jew iżjed, u l-pagament tal-bilanċ ta' l-ammonti dovuti.

4.  Fejn possibbli, il-ħlasijiet mill-Kummissjoni għandhom isiru f'euro f'kont ta' l-euro.

Artikolu 56

L-għeluq ta' programm

1.  Programm jingħalaq meta jingħalqu l-kuntratti u l-għotjiet kollha ffinanzjati minn dan il-programm.

2.  Meta tiġi rċevuta applikazzjoni finali ta' pagament, kuntratt jew għotja tiġi kkunsidrata magħluqa hekk kif isseħħ waħda miċ-ċirkostanzi fl-Artikolu 47(1).

3.  L-għeluq ta' programm jew għotja ma' jippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li twettaq korrezzjoni finanzjarja fi stadju sussegwenti.



KAPITOLU V

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Artikolu 57

L-evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjoni għandha jkollha l-għan li ttejjeb il-kwalità, l-effikaċja u l-konsistenza ta' l-assistenza minn fondi Komunitarji u l-istrateġija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

▼M1

2.  Dokumenti ta’ ppjanar indikattiv multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 5, għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante regolari min-naħa tal-Kummissjoni.

▼B

3.  Il-Kummissjoni tista' twettaq ukoll evalwazzjonijiet strateġiċi.

▼M1

4.  Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ex ante, kif ukoll interim u/jew ex post, kif xieraq, b’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati taħt kull komponent tal-IPA fit-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament u b’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

▼M1 —————

▼M1

7.  Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fiċ-ċiklu ta’ pprogrammar u implimentazzjoni.

▼B

8.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodi ta' evalwazzjoni, bl-inklużjoni ta' standards ta' kwalità permezz ta' indikaturi oġġettivi u li jistgħu jitkejlu.

Artikolu 58

Monitoraġġ fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata

▼M1

1.  Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, il-pajjiż benefiċjarju għandu, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-ewwel ftehim ta’ finanzjament, jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ tal-IPA, bi ftehim mal-koordinatur nazzjonali tal-IPA u l-Kummissjoni, sabiex jiżgura koerenza u koordinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-IPA.

▼B

2.  Il-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA għandu jkun sodisfatt mill-effikaċja ġenerali, il-kwalità u l-koerenza ta' l-implimentazzjoni tal-programmi u l-ħidmiet kollha lejn l-ilħuq ta' l-għanijiet stipulati fil-ftehimiet ta' finanzjament kif ukoll fid-dokumenti ta' ppjanar indikattiv multi-annwali. Għal dan il-għan, għandu jibbaża ruħu fuq l-elementi mogħtija mill-kumitati settorjali tal-monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 59(3).

3.  Il-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA jista' jagħmel proposti lill-Kummissjoni, lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għal kwalunkwe azzjoni li tiżgura l-koerenza u l-koordinazzjoni bejn il-programmi u l-ħidmiet implimentati taħt il-komponenti differenti, kif ukoll miżuri korrettivi ta' bejn il-komponenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-kisba ta' l-għanijiet globali ta' l-assistenza pprovduta, u għat-titjib ta' l-effiċjenza ġenerali tagħha. Jista' jagħmel proposti lill-kumitat(i) settorjali tal-monitoraġġ għal deċiżjonijiet dwar kwalunkwe miżura korrettiva sabiex tiġi żgurata l-kisba ta' l-għanijiet tal-programm u għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-assistenza mogħtija taħt il-programmi jew komponent(i) ta' l-IPA ikkonċernati.

4.  Il-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA għandu jadotta r-regoli interni ta' proċedura tiegħu b'konformità ma' mandat ta' kumitat ta' monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni, u fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

5.  Sakemm ma jkunx previst b'mod ieħor fil-mandat tal-kumitat ta' monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

5.  Il-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA għandu jinkludi fost il-membri tiegħu rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, rappreżentanti ta' l-istrutturi operattivi, u tal-koordinatur strateġiku.

5.  Rappreżentant tal-Kummissjoni tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kumitat tal-monitoraġġ ta' l-IPA.

5.  Il-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Jistgħu jitlaqqgħu wkoll laqgħat intermedjarji, partikolarment fuq bażi tematika.

Artikolu 59

Kumitati settorjali tal-monitoraġġ fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata

▼M1

1.  Il-kumitat ta’ monitoraġġ tal-IPA għandu jiġi assistit minn kumitati settorjali ta’ monitoraġġ stabbiliti taħt il-komponenti tal-IPA, fi ħdan sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel ftehim ta’ finanzjament, b’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima II. Il-kumitati settorjali ta’ monitoraġġ għandhom jagħmlu parti minn programmi jew komponenti. Fejn xieraq, dawn jistgħu jinkludu rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

▼B

2.  Kull kumitat settorjali tal-monitoraġġ għandu jkun sodisfatt mill-effikaċja u l-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programmi u l-ħidmiet ikkonċernati, skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti għal kull komponent fil-Parti II, u għall-ftehimiet settorjali u/jew ta' finanzjament relatati. Huwa jista' jressaq proposti lill-Kummissjoni u lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, b'kopja lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, għal deċiżjonijiet dwar kwalunkwe miżura korrettiva sabiex tiġi żgurata l-kisba ta' l-għanijiet ta' programm u għat-tisħiħ ta' l-effiċjenza ta' l-assistenza mogħtija.

3.  Il-kumitati settorjali tal-monitoraġġ għandhom jirrapportaw lill-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA. Huma għandhom jipprovdu lill-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA b'mod partikolari b'informazzjoni relatata ma':

(a) il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programmi, skond l-ass prijoritaju u, fejn rilevanti, skond il-miżuri jew il-ħidmiet; dan għandu jinkludi r-riżultati miksuba, l-indikaturi ta' l-implimentazzjoni finanzjarja, u fatturi oħrajn u għandu jiġi stabbilit bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-programmi;

(b) kwalunkwe aspett tal-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jitqajjem mill-awtorità tal-verifika, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jew mill-uffiċjal ta' l-akkreditazzjoni kompetenti.

▼M1

Artikolu 60

Monitoraġġ fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata u konġunta

Fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata u konġunta, il-Kummissjoni tista’ tieħu kull azzjoni li hi meqjusa meħtieġa għall-monitoraġġ tal-programmi kkonċernati. Fil-każ ta’ ġestjoni konġunta, dawn l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mal-organizzazzjoni(jiet) internazzjonali kkonċernati (i). Il-koordinatur nazzjonali tal-IPA jista’ jkun assoċjat mal-azzjonijiet ta’ monitoraġġ.

▼B

Artikolu 61

Rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.  L-istrutturi operattivi għandhom iħejju rapport settorjali annwali u rapport settorjali finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li huma responsabbli minnhom, skond il-proċeduri stabbiliti fit-Tieni Parti (Parti II) għal kull komponent ta' l-IPA.

1.  Ir-rapporti settorjali annwali dwar l-implimentazzjoni għandhom ikopru s-sena finanzjarja. Ir-rapporti settorjali finali dwar l-implimentazzjoni għandhom ikopru l-perjodu kollu ta' l-implimentazzjoni u jistgħu jinkludu l-aħħar rapport settorjali annwali.

2.  Ir-rapporti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jintbagħtu lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u lill-Kummissjoni, wara stħarriġ mill-kumitati settorjali tal-monitoraġġ.

3.  Abbażi tar-rapporti msemmija fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1), il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jibgħat rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA lill-Kummissjoni u lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, wara stħarriġ mill-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA.

4.  Ir-rapport settorjali annwali dwar l-implimentazzjoni imsemmi fit-tielet paragrafu (paragrafu 3) għandu jintbagħat sal-31 ta' Awwissu kull sena u għall-ewwel darba fl-2008, u għandu jagħti taqsira tar-rapporti settorjali annwali differenti maħruġa taħt il-komponeneti differenti u għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) il-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta' l-assistenza Komunitarja, b'rabta mal-prijoritajiet stabbiliti fid-dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali u fil-programmi differenti;

(b) l-implimentazzjoni finanzjarja ta' l-assistenza Komunitarja.

5.  Ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni msemmi fit-tielet paragrafu (paragrafu 3) għandu jkopri l-perjodu sħiħ ta' l-implimentazzjoni u jista' jinkludi l-aħħar rapport annwali msemmi fir-raba' paragrafu (paragrafu 4).



KAPITOLU VI

Pubbliċità, Viżibilità

Artikolu 62

L-informazzjoni u l-pubbliċità

1.  Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata u konġunta, għandha tingħata informazzjoni dwar programmi u ħidmiet mill-Kummissjoni, bl-assistenza tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA kif xieraq. Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, u fil-każi kollha għal programmi jew partijiet minn programmi taħt il-komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali li mhux implimentat permezz ta' ġestjoni maqsuma, il-pajjiż benefiċjarju u l-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għadndhom jagħtu informazzjoni dwar u jippubbliċizzaw il-programmi u l-ħidmiet. Fil-każ ta' ġestjoni maqsuma, l-Istati Membri, il-pajjiżi benefiċjarji u l-awtorità amministrattiva għandhom jagħtu informazzjoni dwar u jippubbliċizzaw il-programmi u l-ħidmiet, skond l-Artikolu 103. L-informazzjoni għandha tiġi indirizzata liċ-ċittadini u l-benefiċjarji, bl-iskop li jiġi enfasizzat l-irwol tal-Komunità sabiex tiżgura t-trasparenza.

▼M1

2.  Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, l-istrutturi operattivi għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-lista tal-benefiċjarji finali, l-ismijiet tal-ħidmiet u l-ammont ta’ fondi Komunitarji allokati għall-operazzjonijiet. Għandhom jiżguraw li l-benefiċjarju finali jkun mgħarraf li l-approvazzjoni ta’ fondi hija wkoll l-approvazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ benefiċjarji ppubblikati. Kwalunkwe data personali inkluża fil-lista għandha tiġi pproċessata b’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 10 )

▼B

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni relevanti dwar il-kuntratti skond l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-proċedura ta' l-appalti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-websajt ta' l-EuropeAid u fuq kwalunkwe mezz tax-xandir xieraq, skond il-proċeduri ta' kuntratt applikabbli għal azzjonijiet Komunitarji esterni.

Artikolu 63

Il-viżibilità

1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali relevanti tal-pajjiż benefiċjarju għandhom jiftiehmu dwar id-disponibilità ta' sett koerenti ta' attivitajiet, u jippubbliċizzaw, fil-pajjiżi benefiċjarji, informazzjoni dwar l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.

1.  Il-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għandha tiġi speċifikata fil-ftehimiet settorjali u ta' finanzjament.

2.  L-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji finali, u għandha tiġi ffinanzjata mill-ammont allokat għall-programmi jew ħidmiet relevanti.



PARTI II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI



TITOLU I

L-ASSISTENZA TA' TRANŻIZZJONI U L-KOMPONENT TAL-BINI TA' L-ISTITUZZJONIJIET



KAPITOLU I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Artikolu 64

L-oqsma ta' l-assistenza

1.  L-assistenza taħt dan il-komponent tista' tingħata lill-pajjiżi benefiċjarji partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

(a) it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt;

(b) il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali;

(ċ) ir-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika;

(d) ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja u fl-affarijiet interni, bħar-riforma tas-sistema legali, il-pulizija, il-prosekuzzjoni, il-ġudikatura, is-sistemi penitezjarji, u d-dwana u s-sistema ta' kontroll transkonfinali, b'enfażi partikolari fuq it-titjib tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, il-migrazzjoni illegali, u l-ħolqien ta' sistemi ta' informazzjoni marbutin ma' dawn l-oqsma;

(e) it-tiġdid tal-qafas regolatorju, li jinkludi għajnuna għal investiment għat-tgħammir ta' istituzzjonijiet li għandhom bżonn tisħiħ infrastrutturali jew fil-kapaċità ta' monitoraġġ u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tagħhom;

(f) il-ħolqien u t-tisħiħ ta' sistemi ta' kontrolli finanzjarji;

(g) it-tisħiħ ta' l-ekonomija tas-suq, notevolment bl-għajnuna ta' l-organizzazzjoni ta' l-atturi ekonomiċi nfushom, bl-inklużjoni ta' assistenza lis-settur privat u għajnuna fir-ristrutturar industrijali, kif ukoll għad-diversifikazzjoni ta' l-ekonomija, it-tiġdid ta' setturi ewlenin u t-titjib ta' oqsma speċifiċi;

(h) l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu bejn entitajiet tal-gvern, u oħrajn li mhumiex, għall-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett u l-ħarsien tal-minoranzi, kif ukoll id-djalogu tas-soċjetà ċivili;

(i) it-tiswir ta' djalogu soċjali bħala element ta' tmexxija tajba u għall-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti;

(j) il-promozzjoni ta' l-integrazzjoni ta' minoranzi, rikonċiljazzjoni u miżuri ta' trawwim ta' fiduċja fil-livelli kollha tas-soċjetà;

(k) il-politika ambjentali, ibbażata fuq livell għoli ta' ħarsien, il-promozzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas, l-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali, l-effiċjenza ta' l-enerġija, is-sorsi rinovabbli u l-adozzjoni progressiva tal-politika Komunitarja fl-oqsma kollha inkluż il-bidla fil-klima;

(l) it-titjib ta' l-aċċess ta' intrapriżi żgħar u medji u amministrazzjonijiet pubbliċi għal faċilitajiet finanzjarji;

(m) il-bini ta' istituzzjonijiet fil-qasam tas-sikurezza nukleari, il-ġestjoni ta' skart radjoattiv, b'konformità ma' l-acquis communautaire u l-aħjar prattiċi ta' l-Unjoni Ewropea;

(n) l-appoġġ għall-parteċipazzjoni fi programmi komunitarji, notevolment dawk immirati lejn iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea, u t-tħejjija għall-parteċipazzjoni f'aġenziji Komunitarji.

2.  Barra mill-oqsma koperti fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1), tista' tingħata assistenza, taħt dan il-komponent, lill-pajjiżi benefiċjarji mniżżla fit-Tieni Anness (Anness II) tar-Regolament dwar l-IPA, għall-oqsma li ġejjin:

(a) skond l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament dwar l-IPA, l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u territorjali bl-inklużjoni ta' investiment inter alia fl-oqsma ta' l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-iżvilupp rurali;

(b) it-tneħħija ta' l-ostakoli għall-inklużjoni soċjali u l-appoġġ għal swieq tax-xogħol inklussivi, partikolarment permezz ta' azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, il-ġlieda kontra l-qgħad u t-tisħiħ tar-riżorsi umani;

(ċ) l-appoġġ lis-settur u s-servizzi produttivi u għat-titjib ta' infrastrutturi relatati man-negozju;

(d) l-adattament, ir-riforma, fejn xieraq, il-ħolqien ta' sistemi edukattivi u sistemi ta' taħriġ professjonali;

(e) it-titjib ta' l-aċċess, u l-interkonnessjoni tat-trasport, l-informazzjoni, l-enerġija u netwerks oħrajn;

(f) ir-riforma ta' sistemi ta' kura tas-saħħa;

(g) it-titjib ta' sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni.

▼M1

Fuq bażi ta’ każ b’każ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti l-għajnuna taħt dan il-komponiment għall-oqsma ta’ hawn fuq għall-pajjiżi benefiċjarji elenkati fl-Anness I għar-Regolament IPA li għad ma ngħatawx poteri ġestivi msemmija fl-Artikolu 14.

▼B

Artikolu 65

Suriet ta' assistenza

1.  L-assistenza taħt dan il-komponent, partikolarment tista' tingħata permezz ta':

(a) miżuri ta' kooperazzjoni amminisitrattiva għall-iskop ta' taħriġ u skambju ta' informazzjoni li jinvolvi esperti mis-settur privat mibgħuta mill-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, partikolarment permezz ta' ġemellaġġ, ġemellaġġ parzjali u TAIEX;

(b) assistenza teknika;

(ċ) investimenti fl-infrastruttura regolatorja, li tinkludi istituzzjonijiet indipendenti esterni multilaterali, b'mod partikolari għall-appoġġ tal-konformità man-normi u l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea. Din għandha tiġi mmirata lejn istituzzjonijiet regolatorji ewlenin u magħmulin abbażi ta' strateġija ċara għal riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-konformità ma' l-acquis;

(d) skemi ta' għotjiet;

(e) faċilitajiet ta' tħejjija ta' proġetti;

(f) l-implimentazzjoni ta' faċilitajiet ta' finanzi b'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji;

(g) għajnuna baġitarja, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar l-IPA.

2.  Għal pajjiżi benefiċjarji mniżżla fit-Tieni Anness (Anness II) tar-Regolament dwar l-IPA, l-assistenza taħt dan il-komponent tista' tingħata permezz ta' miżuri u azzjonijiet ta' natura simili għal dawk previsti taħt l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-komponenti ta' l-iżvilupp rurali, bl-inklużjoni ta' ħidmiet f'sura ta' investiment.

3.  L-assistenza tista' tintuża sabiex tkopri l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni tal-Komunità f'missjonijiet internazzjonali, inizjattivi jew organizzazzjonijiet attivi fl-interess tal-pajjiż benefiċjarji, bl-inklużjoni ta' spejjeż amministrattivi.

Artikolu 66

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  Nefqa taħt dan il-komponent għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni Komunitarja jekk tkun saret għall-akkwisti pubbliċi, il-kuntratti u jekk ikunu ġew iffirmati għotjiet, ħlief f'każi previsti b'mod espliċitu fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.  Barra mir-regoli stipulati fl-Artikoli 34(3), in-nefqa li ġejja m'għandhiex tkun eliġibbli:

(a) kwalunkwe spejjeż ta' kiri;

(b) spejjeż ta' diprezzament.

3.  Permezz ta' deroga għall-Artikolu 34(3), l-infiq li ġej għandu jiġi deċiż skond il-każ partikolari:

(a) l-ispejjeż operattivi, bl-inklużjoni ta' spejjeż ta' kiri, esklussivament relati mal-perjodu tal-kofinanzjament tal-ħidma;

(b) it-taxxi fuq il-valur miżjud, jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) it-taxxi fuq il-valur miżjud ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati bi kwalunkwe mezz;

(ii) jiġi stabbilit li dawn ser iħallashom il-benefiċjarju finali, u

(iii) jiġu identifikati b'mod ċar fil-proposta tal-proġett;

▼M1

(c) spejjeż relatati ma’ garanzija tal-bank jew ċertezza kumparabbli li għandha tiġi ppreżentata mill-aħħar benefiċjarju tal-għotja;

▼M4

(d) xiri ta’ art u binjiet eżistenti meta ġġustifikat min-natura tal-operazzjoni.

▼B

Artikolu 67

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Għall-iskopijiet ta' dan il-komponent, in-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 38(1) għandha tiġi bbażata fuq in-nefqa pubblika fil-każ ta' ġestjoni diċentralizzata, u fuq in-nefqa totali fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata u konġunta.

2.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, barra mir-regoli ġenerali stipulati fl-Artikoli 37 u 38, dan il-paragrafu għandu japplika għal assistenza taħt dan il-komponent.

Fil-każ ta' għotjiet, il-benefiċjarji finali jistgħu jintalbu jikkontribwixxu għall-infiq eliġibbli tal-ħidma. Fil-każ ta' operazzjoni ta' investiment, il-kontribuzzjoni Komunitarja m'għandhiex tiżboq il- ►M1  85 % ◄ tan-nefqa pubblika filwaqt li l- ►M1  15 % ◄ li jibqa' jiġu pprovduti minn fondi pubbliċi fil-pajjiż benefiċjarju. Madankollu, f'każi eċċezzjonali u ġġustifikati, il-kontribuzzjoni Komunitarja tista' tiżboq il- ►M1  85 % ◄ tan-nefqa pubblika.

Attivitajiet ta' bini ta' istituzzjonijiet għandhom jeħtieġu kofinanzjament mill-benefiċjarju finali u/jew mill-fondi pubbliċi tal-pajjiż benefiċjarju. Madankollu, f'każi ġġustifikati, attivitajiet ta' bini ta' istituzzjoniet jistgħu jiġu ffinanzjati sa' 100 % minn fondi Komunitarji.

L-assistenza mogħtija permezz ta' miżuri ta' kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 65(1)(a) tista' tiġi ffinanzjata sa 100 % minn fondi Komuntarji.

3.  Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata jew konġunta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi r-rata tal-kontribuzzjoni Komunitarja, li tista' tammonta għal 100 % tan-nefqa eliġibbli.



KAPITOLU II

L-Ipprogrammar

Artikolu 68

Qafas ta' pprogrammar

▼M1

Fil-prinċipju l-għajnuna taħt dan il-komponent għandha tieħu s-sura ta’

▼B

 programmi nazzjonali,

 programmi u faċilitajiet reġjonali u orizzontali.

Artikolu 69

Programmi Nazzjonali

▼M1

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi nazzjonali annwali abbażi ta’ proposti ta’ proġetti minn pajjiżi benefiċjarji, li għandhom jikkunsidraw il-prinċipji u l-prijoritajiet stabbiliti fid-dokumenti ta’ ppjanar indikattiv multi-annwali msemmija fl-Artikolu 5. Il-proposti ta’ proġetti għandhom partikolarment jinkludu l-assi prijoritarji li għandhom jiġu koperti mill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat, li jistgħu jinkludu l-oqsma ta’ għajnuna stipulati fl-Artikolu 64.

2.  Il-proposti ta’ pajjiżi benefiċjarji se jintgħażlu permezz ta’ proċeduri trasparenti, li jinkludu konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti filwaqt li l-proposti jkunu qegħdin jiġu abbozzati.

3.  Kull sena, bħala segwitu għad-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju dwar il-proposti tal-proġetti tagħhom, fiches tal-proġetti se jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-pajjiż benefiċjarju. Il-fiches ta’ proġetti għandhom jistabbilixxu b’mod ċar, l-assi prijoritarji, l-operazzjonijiet previsti u l-metodi ta’ implimentazzjoni magħżula b’mod ċar. Il-Kummissjoni għandha tħejji proposti ta’ finanzjament għall-iskedi tal-proġetti.

▼B

4.  Il-proposti ta' finanzjament għandhom jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni ta' finanzjament, skond l-Artikolu 8.

5.  Ftehim ta' finanzjament kif previst fl-Artikolu 8 għandu jiġi konkluż mill-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju.

Artikolu 70

Il-parteċipazzjoni fi programmi Komunitarji fi ħdan programmi nazzjonali

1.  Tista' tingħata assistenza sabiex tiġi megħjuna l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi benefiċjarji fi programmi Komunitarji. Il-parteċipazzjoni għandha tiġi stabbilita fil-programmi nazzjonali.

2.  Il-fondi totali mogħtija bħala għajnuna Komunitarja għall-parteċipazzjoni fi programmi Komunitarji ma tistax tiżboq il-limiti stabbiliti fil-programm nazzjonali.

3.  Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi benefiċċjarji fi programmi Komunitarji għandhom isegwu termini u kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti għal kull programm fil-memorandum ta' ftehim li għandu jiġi konkluż mill-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju, b'konformità mal-ftehimiet li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji fi programmi Komunitarji. Għandha tinkludi dispożizzjonijiet kemm dwar l-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-pajjiż benefiċjarju kif ukoll dwar l-ammont iffinanzjat mill-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.

Artikolu 71

Il-parteċipazzjoni f'aġenziji Komunitarji fi ħdan programmi nazzjonali

1.  Tista' tingħata assistenza sabiex tiġi megħjuna l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi benefiċjarji f'aġenziji Komunitarji. Il-parteċipazzjoni għandha tiġi stabbilita fil-programmi nazzjonali.

2.  Il-pajjiżi benefiċjarji jistgħu jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-ħidma ta' varji aġenziji Komunitarji fuq bażi ad hoc. L-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom tista' tiġi ffinanzjata mill-assistenza mogħtija taħt ir-Regolament dwar l-IPA b'mod simili għal dik applikabbli għal parteċipazzjoni fi programmi Komunitarji.

Artikolu 72

Programmi reġjonali u orizzontali

1.  Il-Kummissjoni għandha tħejji programmi reġjonali u orizzontali, b'koerenza u koordinazzjoni sħiħa mal-programmi nazzjonali, abbażi tad-dokumenti ta' ppjanar indikattiv multi-annwali u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti.

2.  Il-programmi reġjonali u orizzontali għandhom jitħejjew għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni reġjonali u għat-tisħiħ ta' skambji bejn pajjiżi fil-pajjiżi benefiċjarji, u sabiex jappoġġjaw inizjattivi li jinkoraġġixxu pajjiżi benefiċjarji saabiex jikkoperaw f'oqsma ta' interess komuni.

▼M1

3.  Il-programmi reġjonali għandhom ikopru pajjiżi benefiċjarji fil-Balkani tal-Punent. Il-programmi b’mod partikolari se jkunu mmirati lejn il-rikonċiljazzjoni, ir-rikostruzzjoni u l-kooperazzjoni fir-Reġjun.

▼B

4.  Programmi orizzontali għandhom ikopru l-pajjiżi benefiċjarji kollha jew għadd minnhom f'oqsma ta' interess komuni fejn assistenza tista' tiġi implimentata b'mod iktar effettiv u ekonomiku permezz ta' programmi bħal dawn milli permezz ta' programmi nazzjonali.

5.  Taħt programmi reġjonali u orizzontali, l-assistenza tista' tingħata f'oqsma bħall-faċilità ta' tħejjija ta' proġetti, għajnuna lis-soċjetà ċivili, dwana, għajnuna lil intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, faċilitajiet ta' finanzi muniċipali u infrastruttura muniċipali, statistika, sikurezza nukleari, informazzjoni u komunikazzjoni.



KAPITOLU III

L-Implimentazzjoni



Taqsima 1

Il-Qafas ta' l-Implimentazzjoni u l-Prinċipji

Artikolu 73

Il-prinċipji ġenerali

1.  L-assistenza taħt dan il-komponent għandha tingħata permezz ta' ġestjoni ċentralizzata, deċentralizzata jew konġunta, skond l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.  Fir-rigward ta' programmi nazzjonali l-għan għandu jkun għal ġestjoni deċentralizzata.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta programmi reġjonali u orizzontali fuq bażi ċentralizzata jew skont ġestjoni konġunta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 53d tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

▼B

Artikolu 74

L-istrutturi u l-awtoritajiet fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata u konġunta

Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata jew konġunta, il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jkun l-uniku persuna ta' kuntatt tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 32.

Artikolu 75

L-istrutturi u l-awtoritajiet fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata

1.  Fejn, fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, skond l-Artikolu 22(2)(b), il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA jeżerċita r-responsabbiltà tiegħu għall-ipprogrammar ta' dan il-komponent fuq livell nazzjonali, huwa għandu jwettaq il-ħidmiet li ġejjin:

▼M1

(a) jorganizza t-tħejjija tal-proposti tal-proġett kif imsemmi fl-Artikolu 69,

▼B

(b) jelabora u jippreżenta l-iskedi tal-proġett imsemmija fl-Artikolu 69 lill-Kummissjoni,

(ċ) isegwi t-twettiq tekniku tal-programmi nazzjonali.

 

Skont l-Artikolu 28, l-istruttura operattiva għandha tikkonsisti minn aġenzija ta’ implimentazzjoni waħda jew iktar, li għandha tiġi stabbilita fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali tal-pajjiż benefiċjarju jew taħt il-kontroll dirett tagħha.

 ◄

L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu, wara li jikkonsulta mal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, jaħtar uffiċjali ta' awtorizzazzjoni tal-programm sabiex imexxu l-aġenziji ta' implimentazzjoni.

L-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni tal-programmi għandhom ikunu uffiċjali fi ħdan l-amministrazzjoni ta' l-istat tal-pajjiż benefiċjarju. Huma għandhom ikunu responsabbli mill-attivatjiet li jitwettqu mill-aġenziji ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 28.

3.  L-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni tal-programmi għandhom jaħtru uffiċjali fi ħdan l-amministrazzjoni bħala uffiċjali għolja tal-programm. Taħt ir-responsabbiltà ġenerali ta' l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni tal-programm ikkonċernat, l-uffiċjali għolja tal-programm għandhom iwettqu l-ħidmiet li ġejjin:

(a) ikunu responsabbli mill-aspetti tekniċi tal-ħidmiet fi ħdan il-ministeri relevanti,

(b) jassistu lill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni tal-programm fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tajba u fil-ħin ta' ħidmiet fuq livell tekniku,

(ċ) ikunu responsabbli mill-kooridnazzjoni f'kull ass prijoritarju stabbilit fil-proposta tal-proġett tal-pajjiż benefiċjarju.

Artikolu 76

L-akkreditazzjoni ta' l-istruttura operattiva u l-għotja ta' setgħat ta' ġestjoni

1.  Fejn il-fondi Komunitarji jkunu ġew ġestiti minn entitajiet nazzjonali eżistenti fil-pajjiżi benefiċjarji taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89 jew ir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dawk l-entitajiet (minn hawn 'il quddiem imsejħa “entitajiet nazzjonali eżistenti”) għandhom jamministraw fondi taħt il-komponent ta' assistenza ta' tranżizzjoni u ta' bini ta' istituzzjonijiet, sakemm il-Kummissjoni tadotta jew tagħti setgħat ta' ġestjoni.

2.  L-entitajiet nazzjonali eżistenti ma jistgħu fl-ebda każ jamministraw fondi taħt l-assistenza ta' tranżizzjoni u bini ta' istituzzjonijiet mingħajr l-għotja tas-setgħat ta' ġestjoni taħt dan ir-Regolament għal iktar minn sena waħda mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tagħtix setgħat ta' ġestjoni lill-entitajiet nazzjonali eżistenti partikolarment fir-rigward tal-lista ta' devjazzjonijiet issottomessa skond ir-raba' paragrafu (paragrafu 4) u d-deċiżjoni meħuda mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 5.

4.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jwettaq valutazzjoni ta' l-istruttura operattiva, li tinkludi l-entitajiet nazzjonali eżistenti, fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 11. B'mod partikolari, għandu jistabbilixxi lista ta' kwalunkwe rekwiżit taħt dan ir-Regolament, kif stabbilit fl-Artikolu 11, li l-istruttura operattiva ma' tkunx ikkonformat miegħu, abbażi ta' opinjoni ta' awditur estern funzjonalment indipendenti mill-atturi kollha fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll.

4.  Il-lista ta' devjazzjonijiet għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn erba' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

5.  Fejn in-nuqqas ta' konverġenza msemmija fil-paragrafu 4 titqies li tkun kompatibbli mal-funzjonament effiċjenti u effettiv ta' l-istrutturi operattivi, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jista' jiddeċiedi li jakkredita l-entitajiet ikkonġernati taħt dan ir-Regolament.

5.  Huwa għandu jibgħat deċiżjoni relatata ma' l-akkreditazzjoni ta' l-entitajiet ikkonċernati lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn ħames xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Din id-deċiżjoni għandha tinkludi programm, b'għanijiet li għandhom jintlaħqu fit żmien stipulat, li jistabbilixxi l-passi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi rrimedjata din in-nuqqas ta' konverġenza kif stabbilit fil-lista msemmija fil-paragrafu 4. Dan il-programm għandu jinftiehem mal-Kummissjoni.

6.  Fejn in-nuqqas ta' konverġenza msemmi fil-paragrafu 4 ma jitqiesx kompatibbli mal-funzjonament effiċjenti u effettiv ta' l-istruttura operattiva, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jipproċedi bl-għoti ta' akkreditazzjoni lill-istruttura kkonċernata, skond id-dispożizzjonijet fl-Artikolu 13.

7.  Fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti setgħat ta' ġestjoni lill-entitajiet nazzjonali eżistenti taħt dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' timponi kundizzjonijiet ulterjuri fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Fil-każ ta' kundizzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien għall-konverġenza mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex l-għotja ta' setgħat ta' ġestjoni tibqa' effettiva. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-lista ta' kontrolli ex ante kif imsemmi fl-Artikoli 14(3).

8.  Irrispettivament mid-deċiżjoni ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżomm, tissosspendi, jew tirrevoka l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni minn kwalunkwe entità kkonċernata f'dak iż-żmien.

9.  L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pajjiż benefiċjarju jagħti l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni matul l-istadji kollha.

Artikolu 77

Il-prinċipji ta' l-implimentazzjoni fil-każ ta' proġetti ta' ġemellaġġ

1.  Proġetti ta' ġemellaġġ għandhom jiġu stabbiliti fis-sura ta' għotja, li permezz tiegħu l-amministrazzjonijiet magħżula ta' l-Istati Membri jaqblu li jipprovdu l-għarfien espert mitlub mis-settur pubbliku bir-rimbors ta' l-ispejjeż magħmula.

1.  L-għotja tista' partikolarment tipprovdi għall-issekondar ta' uffiċjal għal perjodu twil li jkun assenjat li jipprovdi konsultazzjoni full-time lill-amministrazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju bħala konsulent residenti dwar il-ġemellaġġ.

1.  L-għotja tal-ġemellaġġ għandu jiġi stabbilit skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' Parti I, Titolu VI tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna regolarment manwal dwar il-ġemellaġġ li għandu jinkludi b'mod partikolari sistema ta' rati fissi u prezzijiet għar-rimbors ta' għarfien espert mis-settur pubbliku li jingħata mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istat Membru magħżul.

▼M1

Artikolu 78

Il-prinċipji tal-implimentazzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji Komunitarji

Fil-każ ta’ parteċipazzjoni fi Programmi u aġenziji Komunitarji, l-implimentazzjoni għandha tikkonsisti mill-ħlas, lill-baġit tal-programm jew tal-aġenzija, tal-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiż benefiċjarju li jiġi ffinanzjat taħt l-IPA. Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata l-ħlas għandu jsir mill-fond nazzjonali fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata u mill-ministerji jew entitajiet pubbliċi oħra kkonċernati fil-pajjiżi benefiċjarji fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata. Fil-każ aħħari, mhux se jsiru ħlasijiet ta’ qabel il-finanzjament tal-kontribut tal-Komunità mill-Kummissjoni.

▼B



Taqsima 2

Il-Ġestjoni Finanzjarja

Artikolu 79

Pagamenti taħt ġestjoni diċentralizzata

1.  Permezz ta' deroga għall-Artikolu 40(6), meta jintlaħaq il-limitu ta' 95 %, l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jressaq dikjarazzjoni ċċertifikata ġdida dwar in-nefqa u informazzjoni dwar l-ammonti rkuprati biss meta jitlob il-pagament tal-bilanċ finali.

2.  Fil-prinċipju il-pre-finanzjament għandu jirrapreżenta 50 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm ikkonċernat. Din għandha titħallas permezz ta' pagamenti bin-nifs li jsiru kull sena. Ir-rata ta' 50 % tista' tiżdied jekk l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni jagħti prova li l-ammonti li jirriżultaw ma jkunux ser ikopru l-pre-finanzjament tal-kuntratti u l-għotjiet iffirmati fuq livell nazzjonali.

3.  Il-ammont li jkun ser jiġi ffinanzjat minn qabel għandu jiġi kkalkolat bħala l-addizzjoni ta' l-istima ta' l-ammont li jkun ser jingħata bħala kuntratt skond is-sena, u l-ammont attwali li għalih ikunu ddaħħlu obbligi kontrattwali fis-snin preċedenti. Bl-eċċezzjoni ta' dik il-parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji Komunitarji, il-pre-finanzjament għandu jitħallas biss ladarba jitnieda l-ewwel sejħa għall-appalt jew sejħa għall-proposti.

4.  Il-pagament għall-parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji Komunitarji jista' jammonta għal 100 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja relatata ma' din il-parteċipazzjoni.

Artikolu 80

Iż-żamma tad-dokumenti

Permezz ta' deroga għall-Artikolu 48, dokumentazzjoni bil-miktub tax-xiri kollu, il-proċedura ta' l-għotja u l-ikkuntrattar taħt dan il-komponenet għandha tinżamm mill-istruttura operattiva għal perjodu ta' mill-inqas seba' snin mill-pagament tal-bilanċ tal-kuntratt.

Artikolu 81

Il-propjetà ta' l-imgħax

Permezz ta' deroga għall-Artikolu 36, l-imgħax iġġenerat mill-finanzjament minn programm Komunitarju għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni kull meta tiġi ssottomessa applikazzjoni ta' pagament lill-Kummissjoni.



Taqsima 3

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

▼M1

Artikolu 82

L-evalwazzjoni

1.  Programmi taħt l-għajnuna ta’ tranżizzjoni u komponent għall-bini tal-istituzzjonijiet se jkunu soġġetti għal ex ante kif ukoll għal evalwazzjoni interim u/jew evalwazzjoni ex post kif ukoll għal evalwazzjoni ex post, b’konformità mal-Artikolu 57.

2.  Qabel l-għotja tas-setgħat ta’ ġestjoni lill-pajjiż benefiċjarju, l-evalwazzjonijiet kollha se jsiru mill-Kummissjoni.

Wara l-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni, il-pajjiż benefiċjarju se jkun responsabbli biex iwettaq evalwazzjoni interim, kif inhu xieraq, mingħajr ħsara għad-drittijiet tal-Kummissjoni biex twettaq kwalunkwe evalwazzjoni ad hoc li jidrilha hi.

Responsabbiltà għal evalwazzjonijiet ex ante u ex post se tibqa’ mal-Kummissjoni anke wara l-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni, mingħajr ħsara għad-drittijiet tal-pajjiż benefiċjarju biex twettaq tali evalwazzjonijiet kif jidrilha hi.

3.  Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament IPA, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni rilevanti se jintbagħtu lill-Kumitat IPA biex jiġu diskussi.

▼B

Artikolu 83

Il-Monitoraġġ

1.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, b'konformità ma' l-Artikolu 59, il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA għandu jistabbilixxi kumitat settorjali tal-monitoraġġ għall-komponent ta' assistenza ta' tranżizzjoni u bini ta' istituzzjonijiet, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-kumitat TAIB”.

2.  Il-kumitat TAIB għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju jew tal-Kummissjoni. Huwa għandu jadotta r-regoli interni ta' proċedura tiegħu, b'konformità ma' mandat ta' kumitat settorjali tal-monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni, u fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Huwa għandu jadotta dawn ir-regoli ta' proċedura mal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, ma' l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u mal-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA.

3.  Il-kumitat TAIB għandu jiġi ppresedut mill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA. Il-membri għandhom jinkludu l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni, l-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni tal-programm u, fejn xieraq, rappreżentanti oħrajn ta' l-istruttura operattiva, rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll, fejn xieraq, rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u tas-soċjeta ċivili, maħtura mill-pajjiż benefiċjarju bi ftehim mal-Kummissjoni.

4.  B'konformità ma' l-Artikolu 59(2), il-kumitat TAIB għandu jkun sodisfatt mill-effikaċja u l-kwalità tal-programmi u l-ħidmiet li jirrigwardaw, b'mod partikolari:

(a) ir-reviżjoni tar-rapporti dwar l-istatus ta' l-implimentazzjoni li jinkludu l-progress finanzjarju u operattiv tal-programmi;

(b) ir-reviżjoni tal-kisba ta' l-għanijiet u r-riżultati tal-programmi;

(ċ) ir-reviżjoni tal-pjanijiet ta' xiri kif ukoll tar-rakkomandazzjonijet ta' l-evalwazzjoni relevanti;

(d) id-diskussjoni dwar kwistjonijiet u ħidmiet problematiċi;

(e) jipproponi azzjonijiet korrettivi fejn xieraq;

(f) ir-reviżjoni tal-każi ta' frodi u irregolaritajiet u jippreżenta l-miżuri meħuda għall-irkupru tal-fondi u sabiex każi bħal dawn ma jerġgħux iseħħu;

(g) ir-reviżjoni tal-pjan ta' ħidma annwali tal-verifika mħejjija mill-awtorità tal-verifika fiwaqt li jitwettqu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifiki li jsiru.

5.  Il-kumitat TAIB għandu jsegwi il-programmi kollha fis-seħħ taħt dan il-komponent. Fil-każ ta', inter alia, operazzjonijiet ta' investiment, trasferiment ta' assi jew privatizzazzjonijiet, il-pajjiż benefiċjarju għandu jsegwi l-programmi sa l-għeluq tagħhom u għandu jgħarraf lill-kumitat TAIB b'kull bidla fir-riżultati ta' dawn il-programmi li taffettwa l-impatt u s-sostenibbiltà tagħhom, u r-responsabbiltà għalihom, b'mod sinifikanti.

6.  Il-Kumitat TAIB jista' jiġi assistit minn sotto-kumitati settorjali tal-monitoraġġ, maħluqa mill-pajjiż benefiċjarju għall-monitoraġġ tal-programmi u l-ħidmiet ta' dan il-komponent, fi gruppi skond is-setturi ta' monitoraġġ. Is-sotto-kumitati għandhom jirrapportaw lill-kumitati TAIB. Huma għandhom iħejju u jadottaw ir-regoli interni ta' proċedura tagħhom, b'konformità mal-mandat stabbilit mill-Kummissjoni.

Artikolu 84

Rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, l-istruttura operattiva għandha tibgħat rapport settorjali annwali lill-Kummissjoni, lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u lill-uffiċjali nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.

2.  Għandu jintbagħat rapport settorjali finali lill-Kummissjoni, lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard minn 6 xhur wara l-għeluq tal-programm. Ir-rapport settorjali finali għandu jkopri l-perjodu kollu ta' l-implimentazzjoni u jinkludi l-aħħar rapport settorjali finali.

3.  Ir-rapporti settorjali għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat TAIB qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u lill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni.

4.  Ir-rapporti settorjali għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) elementi kwantitattivi u kwalitattivi dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm, l-assi u l-operazzjonijiet prijoritarji fir-rigward tal-miri speċifiċi u verifikabbli;

(b) informazzjoni ddettaljata dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm;

(ċ) informazzjoni dwar il-passi meħuda mill-awtorità amministrattiva u mill-Kumitat TAIB sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni, b'mod partikolari:

(i) tal-miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, bl-inklużjoni ta' l-arranġamenti ta' ġbir ta' data;

(ii) taqsira ta' kwalunkwe problema sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm u kwalunkwe miżura sussegwenti meħuda;

(iii) l-użu ta' għajnuna teknika;

(d) informazzjoni dwar l-attivitajiet sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-programm u l-pubbliċità tiegħu, b'konformità ma' l-Artikolu 62.



TITOLU II

IL-KOMPONENT TA' KOOPERAZZJONI TRANSKONFINALI



KAPITOLU I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità

Artikolu 85

Definizzjonijiet addizzjonali għall-komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali

Għall-iskop ta' dan it-Titolu, barra mid-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2, “il-pajjiżi parteċipanti” għandha tirreferi għal Stati Membri u/jew pajjiżi benefiċjarji li jipparteċipaw fi programm transkonfinali taħt dan il-komponent.

Artikolu 86

Oqsma u suriet ta' assistenza

1.  Il-komponent ta' kooperazzjoni transkonfinali għandu jipprovdi assistenza lil dawn li ġejjin:

(a) il-kooperazzjoni transkonfinali bejn Stat Membru wieħed jew iktar jew lil pajjiż benefiċjarju wieħed jew iktar;

(b) il-kooperazzjoni transkonfinali bejn pajjiż benefiċjarju wieħed jew iktar.

2.  L-assistenza Komunitarja taħt l-ewwel paragrafu għandha tkun immirata lejn it-tisħiħ ta' kooperazzjoni transkonfinali permezz ta' inizjattivi lokali u reġjonali, li jgħaqqdu għanijiet ta' għajnuna esterna u koeżjoni ekonomika u soċjali. Partikolarment, il-kooperazzjoni għandha tilħaq wieħed jew iżjed mill-għanijiet wiesgħa li ġejjin:

(a) il-promozzjoni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fiż-żoni ta' fruntiera;

(b) ħidma konġunta sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni fl-oqsma bħall-dak ambjentali, naturali u ta' wirt kultirali, saħħa pubblika u fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

(ċ) jiġu żgurati fruntieri effiċjenti u sikuri;

(d) il-promozzjoni ta' azzjonijiet konġunti fuq skala żgħira li jinvolvu atturi lokali mir-reġjuni ta' bejn il-fruntieri.

3.  L-għanijiet imsemmija fit-tieni parragrafu (paragrafu 2) jistgħu partikolarment jintlaħqu permezz ta':

(a) l-inkoraġġiment l-intraprenditorija, partikolarment l-iżvilupp ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, it-turiżmu, il-kultura, u l-kummerċ transkonfinali;

(b) l-inkoraġġiment u t-titjib tal-ħarsien u l-ġestjoni konġunta tar-riżorsi naturali u kulturali kif ukoll il-prevenzjoni ta' riskji ambjentali u teknoloġiċi;

(ċ) l-appoġġ għal rabtiet bejn żoni urbani u rurali;

(d) it-tnaqqis ta' l-iżolament permezz ta' aċċess imtejjeb għat-trasport, l-informazzjoni, in-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni, u sistemi u faċilitajiet transkonfinali ta' ilma, skart u enerġija;

(e) l-iżvilupp ta' kollaborazzjoni, il-kapaċità u l-użu konġunt ta' infrastrutturi, partikolarment f'oqsma bħal dawk tas-saħħa, il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni;

(f) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni legali u amministrattiva;

(g) l-iżgurar ta' ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri, li tiffaċilita n-negozju u passaġġ legali filwaqt li ssaħħaħ il-fruntieri kontra l-kuntrabandu, l-ittraffikar, il-kriminalità organizzata, il-mard li jittieħed u l-migrazzjoni illegali, bl-inklużjoni ta' migrazzjoni ta' tranżitu;

(h) l-inkoraġġiment ta' kuntatti transkonfinali fuq livelli reġjonali u lokali, li jsaħħu l-iskambji u kooperazzjoni ekonomiċi, soċjali, kulturali u edukattivi iktar fil-fond bejn komunikajiet lokali;

(i) il-promozzjoni ta' l-integrazzjoni tas-swieq ta' xogħol transkonfinali, l-inizjattivi għal impjiegi lokali, l-ugwaljanza tas-sessi u opportunitajiet indaqs, it-taħriġ u l-inklużjoni soċjali;

(j) il-promozzjoni tal-qsim tar-riżorsi umani u ta' faċilitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku.

▼M1

4.  Il-komponent ta’ kooperazzjoni transkonfinali jista’ wkoll jappoġġja, fejn xieraq, il-parteċipazzjoni tar-reġjuni eliġibbli tal-pajjiżi benefiċjarji fi programmi tranżnazzjonali u interreġjonali taħt l-iskop ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-Fondi Strutturali u fi programmi multilaterali ta’ baċini tal-baħar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). Ir-regoli li jikkontrollaw il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi benefiċjarji fil-programmi msemmija hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti ta’ finanzjament.

▼B

Artikolu 87

Is-sħubija

Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 ( 12 ) 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal Stati Membri u pajjiżi benefoċjarji fil-kuntest tal-kooperazzjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 86(1).

Artikolu 88

L-eliġibilità territorjali

1.  Għall-iskopijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali kif imsemmija fl-Artikolu 86(1)(a), iż-żoni eliġibbli għal finanzjament għandhom ikunu kif ġej:

(a) reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell, jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ekwivalenti fuq fruntieri ta' l-art bejn il-Komunità u l-pajjiżi benefiċjarji;

(b) reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ekwivalenti fuq fruntieri marittimi bejn il-Komunità u l-pajjiżi benefiċjarji separati, bħala regola ġenerali, minn massimu ta' 150 kilometru, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta' l-azzjoni ta' kooperazzjoni.

1.  Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta' reġjuni eliġibbli fil-Komunità u fil-pajjiżi benefiċjarji. Il-lista għandha tkun valida mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

2.  Għall-iskopijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali kif imsemmija fl-Artikolu 86(1)(b), iż-żoni eliġibbli għal finanzjament għandhom ikunu kif ġej:

(a) reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell, jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ekwivalenti fuq il-fruntieri ta' l-art bejn pajjiżi benefiċjarji;

(b) reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ekwivalenti fuq fruntieri marittimi pajjiżi benefiċjarji separati, bħala regola ġenerali, minn massimu ta' 150 kilometru, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta' l-azzjoni ta' kooperazzjoni.

2.  Il-lista ta' reġjuni eliġibbli għandha tiġi inkluża fil-programmi transkonfinali relevanti msemmija fl-Artikolu 94.

3.  Għall-iskopijiet ta' parteċipazzjoni fil-programmi msemmija fl-Artikolu 86(4), ir-reġjuni eliġibbli tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument relevanti ta' pprogrammar, kif xieraq.

Artikolu 89

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  In-nefqa taħt dan il-komponent għandha tkun eliġibbli jekk tkun ġiet fil-fatt imħallsa bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara l-aħħar impenn baġitarju, għal ħidmiet jew partijiet minn ħidmiet implimentati fi Stati Membri, u minfuqa wara l-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament għal ħidmiet jew partijiet minn ħidmiet implimentati f'pajjiżi benefiċjarji.

2.  Barra mir-regoli stipulati fl-Artikoli 34(3), in-nefqa li ġejja m'għandhiex tkun eliġibbli:

(a) imgħax fuq dejn;

▼M1 —————

▼B

3.  Permezz ta' deroga għall-Artikolu 34(3), in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli:

(a) it-taxxi fuq il-valur miżjud, jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) ma jkunu irkuprabbli bl-ebda mod,

(ii) jiġi stabbilit li dawn ser iħallashom il-benefiċjarju finali, u

(iii) jiġu identifikati b'mod ċar fil-proposta tal-proġett;

(b) tariffi għal tranżazzjonijiet finanzjarji tranżnazzjonali;

(ċ) fejn l-implimentazzjoni ta' ħidma tkun teħtieġ il-ftuħ ta' kont jew kontijiet separati, it-tariffi bankarji għall-ftuħ u l-ġestjoni tal-kontijiet;

(d) drittijiet għal konsulenza legali, drittijiet notarili, spejjeż ta' esperti esperti tekniċi jew finanzjarji, u spejjeż ta' kontabilità jew verifika, jekk ikunu marbuta direttament mal-ħidma ko-finanzjata u jkunu meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tagħha;

(e) spejjeż ta' garanziji pprovduti minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, safejn il-garanziji jintalbu minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja;

(f) spejjeż amministrattivi, sakemm ikunu bbażati fuq spejjeż reali attribwiti għall-implimentazzjoni tal-ħidma kkonċernata. Rati fissi bbażati fuq l-ispejjeż medji ma' jistgħux jiżbqu l-25 % ta' dak l-infiq dirett li jista' jaffettwa l-livell ta' l-ispejjż amministrattivi. Il-kalkolu għandu jiġi ddokumentat sew u rivedut perjodikament;

▼M1

(g) Ix-xiri ta’ art għal ammont sa 10 % tal-infiq eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata.

▼M2

Spejjeż operattivi, inklużi spejjeż ta’ kiri, relatati esklussivament mal-perjodu tal-kofinanzjament tal-ħidma, jistgħu jkunu kkunsidrati eliġibbli każ b’każ.

▼B

4.  Barra mill-assistenza teknika għall-programm transkonfinali msemmi fl-Artikolu 94, in-nefqa mħallsa mill-awtoritajiet pubbliċi fit-tħejjija jew l-implimentazzjoni ta' ħidma li tidher hawn taħt għandha tkun eliġibbli:

(a) l-ispejjeż ta' servizzi professjonali mogħtija minn awtorità pubblika oħra li ma tkunx il-benefiċjarju finali għat-tħejjija jew l-implimentazzjoni ta' ħidma;

(b) l-ispejjeż ta' għotja ta' servizzi marbuta mat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' ħidma pprovduta minn awtorità pubblika li tkun il-benefiċjarju finali nnifsu u li twettaq ħidma għaliha nnifisha mingħajr ma tirrikorri għal fornituri esterni ta servizzi jekk dawn ikunu ta' spejjeż addizzjonali u jkunu marbuta ma' nefqa realment u direttament imħallsa għall-ħidma ko-finanzjata.

4.  L-awtorità pubblika kkonċernata għandha tibgħat il-fattura ta' l-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu lill-benefiċjarju jew tiċċertifika dak l-istess infiq abbażi ta' dokumenti ta' valur probattiv ekwivalenti li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-ispejjeż reali mħallsa mill-awtorità għal dik il-ħidma.

4.  L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu jridu jiġi ċċertifikati permezz ta' dokumenti li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-ispejjeż reali mħallsa mill-awtorità pubblika kkonċernata għall-dik il-ħidma.

5.  Mingħajr ebda preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 1-4, regoli ulterjuri dwar l-eliġibilità ta' nefqa jistgħu jiġu stabbiliti mill-pajjiżi parteċipanti fil-programm transkonfinali.

Artikolu 90

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Għall-iskopijiet ta' dan il-komponent, in-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 38(1) għandha tkun abbażi tan-nefqa pubblika jew tan-nefqa totali, kif miftiehem mill-pajjiżi parteċipanti u kif stipulat fil-programm transkonfinali.

2.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja għal programmi transkonfinali fuq il-livell ta' l-ass prijoritarju m'għandhiex tiżboq il-85 % tan-nefqa eliġibbli.

3.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja għal kull ass prijoritarju m'għandhiex tkun inqas minn 20 % tan-nefqa eliġibbli.

4.  L-ebda ħidma m'għandha tibbenefika minn rata ta' kofinanzjament ogħla mir-rata relatata ma' l-ass prijoritarju kkonċernat.

5.  Matul il-perjodu ta' eliġibilità msemmi fl-ewwel paragrafu ta' Artikolu 89, barra mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 34(4):

(a) ħidma partikolari ma tistax tirċievi assistenza Komunitarja taħt iktar minn programm transkonfinali wieħed fl-istess ħin;

(b) ħidma partikolari m'għandhiex tirċievi assistenza ta' valur ikbar mit-totali tan-nefqa pubblika allokata.

6.  Għal assistenza Statali lil intrapriżi skond l-artikolu 87 tat-Trattat, l-għajnuna pubblika mogħtija taħt programmi transkonfinali għandha tkun konformi mal-limiti ta' l-għajnuna Statali.



KAPITOLU II

L-Ipprogrammar



Taqsima 1

Il-Programmi

Artikolu 91

It-tħejjija u l-approvazzjoni ta' programmi transkonfinali

1.  L-assistenza għall–kooperazzjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 86(1) fil-prinċipju għandha tingħata fil-qafas ta' programmi multi-annwali għal kooperazzjoni transkonfinali, minn hawn 'il-quddiem magħrufa bħala “programmi transkonfinali”.

2.  Programmi transkonfinali għandhom jitħejjew għal kull fruntiera jew grupp ta' funtieri minn grupp xieraq ta' reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, ta' żoni ekwivalenti.

3.  Kull programm transkonfinali għandu jitħejja b'mod konġunt mill-pajjiżi parteċipanti, b'kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

4.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom iressqu proposta għal programm transkonfinali lill-Kummissjoni b'mod konġunt, u li tkun tinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 94.

5.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm transkonfinali propost sabiex tiddetermina jekk jinkludix l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 94 u jekk jikkontribwix lejn l-għanijiet u l-prijoritajiet tad-dokument(i) ta' pprogrammar indikattiv multi-annwali relevanti msemmija fl-Artikolu 5.

5.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li programm transkpnfinali partikolari ma jinkludix l-elemtni kollha msemmija fl-Artikolu 94 jew li ma jkunx konformi ma' l-għanijiet u l-prijoritajiet tad-dokument(i) ta' ppjanar indikattiv multi-annwali, tista' tistieden lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, tirrevedi il-programm propost skond dan.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm transkonfinali permezz ta' deċiżjoni.

Artikolu 92

Ftehimiet ta' finanzjament

1.  Għal programmi transkonfinali li jikkonċernaw il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 81(1) (a), ftehimiet ta' finanzjament multi-annwali għandhom jiġi konklużi bejn il-Kummissjoni u kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji li jipparteċipaw fil-programm, abbażi tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 91 (6).

▼M1

Fejn il-programm transkonfinali jiġi implimentat taħt l-arranġamenti transkonfinali msemmija fl-Artikolu 99, ftehimiet ta’ finanzjament annwali għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u kull wieħed mill-pajjiż benefiċjarji li jipparteċipa fil-programm. Kull ftehim ta’ finanzjament ta’ dan it-tip għandu jkopri l-kontribuzzjoni Komunitarja għall-pajjiż benefiċjarju u s-sena (snin) ikkonċernata, kif speċifikat fil-pjan ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 99(2).

2.  Għal programmi transkonfinali li jikkonċernaw il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(1)(b), ftehimiet ta’ finanzjament annwali għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u kull wieħed mill-pajjżi benefiċjarji li jipparteċipaw fil-programm abbażi tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 91(6). Kull ftehim ta’ finanzjament ta’ dan it-tip għandu jkopri l-kontribuzzjoni Komunitarja għall-pajjiż benefiċjarju u s-sena (snin) ikkonċernata kif speċifikat fil-pjan ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 94(2), it-tieni subparagrafu.

▼B

Artikkolu 93

Reviżjoni ta' programmi transkonfinali

1.  Fuq l-inizjattiva tal-pajjiżi parteċipanti jew tal-Kummissjoni bi ftehim mal-pajjiżi parteċipanti, programmi transkonfinali jistgħu jiġu eżaminiati mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, il-bqija tal-programm jiġi rivedut, f' wieħed jew iktar mill-każi li ġejjin:

(a) sabiex isir aġġornament tal-pjan ta' finanzjament, skond id-dispożizzjonijiet tal-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-IPA;

(b) wara bidliet soċjo-ekonomiċi sinifikanti;

(ċ) sabiex tittieħed kunsiderazzjoni ikbar jew differenti tal-bidliet ewlenin fil-Komunità, prijoritajiet nazzjonali jew reġjonali;

(d) fid-dawl ta' l-evalwazzjoni imsemmija fl-Artikolu 109 jew l-Artikolu 141;

(e) minħabba diffikultajiet fl-implimentazzjoni;

(f) wara t-terminazzjoni ta' arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 100 jew kwalunkew modifika oħra tad-dispożizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni, bl-inklużjoni tat-tranżizzjoni minn ġestjoni ċentralizzata għal waħda deċentralizzata fil-pajjiż benefiċjarju.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm transkonfinali rivedut permezz ta' deċiżjoni u ftehim(iet) ġodda ta' finanzjament skond l-Artikolu 92 għand jiġu konklużi skond dan. Fejn rilevanti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar l-IPA.

Artikolu 94

Il-kontentut ta' programmi transkonfinali

1.  Kull programm transkonfinali għandu jinkludi fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) lista taż-żoni eliġibbli koperti mill-programm skond l-Artikolu 88, bl-inklużjoni taż-żoni ta' flessibiltà kif imsemmi fl-Artikolu 97;

(b) analiżi tas-sitwazzjoni ta' l-oqsma ta' kooperazzjoni eliġibbli f'termini ta' punti sodi u dawk dgħajfa u l-ħtiġijiet f'terminu medju ta' żmien u l-għan li jirriżulta minn dik l-analiżi;

(ċ) deskrizzjoni ta' l-istrateġija ta' kooperazzjoni u l-prijoritajiet u l-miżuri magħżula għall-assistenza, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dokument(i) ta' ppjanar indikattiv multi-annwali relevanti tal-pajjiż(i) benefiċjarju(i) u dokumenti strateġiċi nazzjonali u reġjonali relevanti oħrajn, kif ukoll ir-riżultati mill-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 109 jew fl-Artikolu 141;

(d) informazzjoni dwar l-assi prijoritarji, il-miżuri relatati u l-miri speċifiċi tagħhom. Dawk il-miri għandhom jiġu kkwantifikati permezz ta' l-użu ta' numru limitat ta' indikaturi għall-output u r-riżultati, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-indikaturi għandhom jagħmluha possibbli li jitqies il-progress fir-rigward tas-sitwazzjoni bażi u l-effikaċja tal-miri li jimplimentaw il-prijoritajiet;

(e) ir-regoli dwar l-eliġibilità tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 89;

(f) ass prijoritarju ta' l-assistenza teknika speċifika li jkopri l-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u kontroll relatati ma' l-implimentazzjoni tal-programm, flimkien ma' attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm, sa massimu ta' 10 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja allokata għall-programm. f'każi eċċezzjonali, kif miftiehem mill-Kummissjoni, u l-pajjiiżi parteċipanti, ammont iktar minn 10 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm tista' tiġi allokata għal din il-prijorità;

(g) informazzjoni kwar il-kumplimentarità ma' miżuri ffinanzjati minn komponenti oħrajn ta' l-IPA jew minn strumenti Komunitarji oħrajn, fejn dan ikun relevanti;

(h) id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-programmi transkonfinali, li jinkludu:

(i) l-għażla, minn naħa tal-pajjiżi parteċipanti, ta' l-istrutturi u l-awtoritajiet stipulati fl-Artikolu 102 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 139;

(ii) deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni;

▼M1

(iii) kif applikabbli, informazzjoni dwar l-entità kompetenti li tirċievi ħlasijiet mill-Kummissjoni u l-entità jew entitajiet responsabbli għall-ħlasijiet tal-aħħar benefiċjarji;

▼B

(iv) (iv) kif applikabbli, definizzjoni tal-proċeduri dwar il-mobilizzazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-movimenti finanzjarji sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tagħhom;

(v) l-elementi mmirati lejn l-iżgurar tal-pubbliċità u l-informazzjoni tal-programmi transkonfinali kif imsemmi fl-Artikolu 62;

(vi) kif applikabbli, deskrizzjoni tal-proċeduri miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għall-iskambju ta' data kkompjuterizzata.

2.  Barra minn hekk, il-programmi transkonfinali li jikkonċernaw il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(1)(a), għandhom jinkludu pjan ta' finanzjament wieħed ibbażat fuq il-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali, mingħajr ebda analiżi mill-pajjiżi parteċipanti, bl-inklużjoni ta' tabella li tispeċifika l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja u r-rata tagħha, kif ukoll l-ammont iffinanzjat mill-kontraparti nazzjonali għal kull sena koperata mill-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali u għal kull ass prijoritarju.

2.  Il-programmi transkonfinali li jikkonċernaw il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(1)(b), għandhom jinkludu pjan ta' finanzjament ibbażat fuq il-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali bl-inklużjoni ta' tabella għal kull pajjiż parteċipanti li tispeċifika l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja u r-rata tagħha, kif ukoll, fejn xieraq, l-ammont iffinanzjat mill-kontraparti nazzjonali għal kull sena koperata mill-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali u għal kull ass prijoritarju.



Taqsima 2

Ħidmiet

Artikolu 95

L-għażla ta' ħidmiet

1.  Programmi transkonfinali għandhom jiffinanzjaw ħidmiet konġunti li jkunu ġew magħżula b'mod konġunt mill-pajjiżi parteċipanti permezz ta' sejħa għall-proposti waħda li tkopri l-qasam eliġibbli kollu.

▼M1

Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu wkoll jidentifikaw il-ħidmiet konġunti barra minn sejħiet għall-proposti. F’dak il-każ, l-operazzjoni konġunta għandha tissemma’ speċifikament fil-programm transkonfinali jew, jekk tkun koerenti mal-prijoritajiet jew il-miżuri tal-programm transkonfinali, għandha tiġi identifikata fi kwalunkwe ħin wara l-adozzjoni tal-programm f’deċiżjoni meħuda mill-kumitat konġunt ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 110 jew fl-Artikolu 142.

▼B

2.  Il-ħidmiet magħżula għal programmi transkonfinali għandhom jinkludu benefiċjarju finali mill-inqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti li għandhom jikooperaw f'għallinqas waħda mill-metodi ta' kooperazzjoni li ġejjin: żvilupp konġunt, implimentazzjoni konġunta, impjieg konġunt u finanzjament konġunt.

▼M1

3.  Għal programmi transkonfinali li jikkonċernaw kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(1)(a), il-ħidmiet magħżula għandhom jinkludu bħala benefiċjarji finali minn tal-inqas wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti.

▼B

4.  Il-ħidmiet magħżula li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu implimentati f'pajjiż wieħed jekk dawn jirriżultaw f'benefiċċju transkonfinali ċar.

5.  Kull programm għandu jistabbilixxi regoli ta' eliġibilità għall-għażla ta' ħidmiet li jimpedixxu d-duplikazzjoni ta sforzi fost il-programmi transkonfinali differenti, li jkunu taħt l-IPA jew strumenti Komunitarji oħrajn.

▼M1

Artikolu 96

Responsabbiltajiet tal-benefiċjarju ewlieni u l-benefiċjarji l-oħra

1.  Għal kull programm transkonfinali li jikkonċerna l-kooperazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 86(1)(a), il-benefiċjarji finali ta’ operazzjoni għandhom jaħtru benefiċjarju ewlieni fosthom qabel is-sottomissjoni tal-proposta għall-operazzjoni. Il-benefiċjarju ewlieni se jkun stabbilit f’wieħed mill-pajjiżi parteċipanti u għandu jassumi r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għar-relazzjonijiet tiegħu mal-benefiċjarji finali li jipparteċipaw fil-ħidma fi ftehim li jinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi allokati għall-ħidma, bl-inklużjoni tal-arranġamenti għall-irkupru ta’ ammonti li mhux suppost ikunu tħallsu;

(b) għandu jkun responsabbli milli jiżgura l-implimentazzjoni tal-operazzjoni kollha;

(c) għandu jkun responsabbli mit-trasferiment tal-kontribuzzjoni Komunitarja lill-benefiċjarji finali li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(d) għandu jiżgura li n-nefqa mressqa mill-benefiċjarji finali fl-operazzjoni tkun tħallset għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-ħidma u tkun tikkorrispondi għall-attivitajiet miftiehma bejn il-benefiċjarji finali li jipparteċipaw f’din il-ħidma;

(e) għandu jivverifika li n-nefqa mressqa mill-benefiċjarji finali li jipparteċipaw fil-ħidma tkun ġiet ivvalidata mill-kontrolluri msemmija fl-Artikolu 108.

2.  Għal programmi transkonfinali li jikkonċernaw kooperazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 86(1)(a) implimentat taħt il-programmi tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 99:

(a) il-benefiċjarji finali ta’ ħidma fl-Istati Membri parteċipanti għandhom jaħtru benefiċjarju ewlieni fosthom qabel is-sottomissjoni tal-proposta tal-operazzjoni. Il-benefiċjarju ewlieni finali se jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri u għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet taħt il-punti (a) sa (e) tal-ewwel paragrafu għall-parti tal-operazzjoni li sseħħ fl-Istati Membri;

(b) il-benefiċjarji finali ta’ ħidma f’kull pajjiż parteċipanti għandhom jaħtru benefiċjarji ewlieni fosthom qabel is-sottomissjoni tal-proposta tal-ħidma. Il-benefiċjarju ewlieni finali se jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel paragrafu għall-parti tal-operazzjoni li qiegħda ssir fil-pajjiż rispettiv.

Il-benefiċjarji ewlenin tal-Istati Membri parteċipanti u tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw koordinazzjoni mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-ħidma.

3.  Fir-rigward ta’ programm transkonfinali li jikkonċerna l-kooperazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 86(1)(b), il-benefiċjarji finali ta’ ħidma f’kull pajjiż benefiċjarju għandhom jaħtru benefiċjarju ewlieni fosthom qabel is-sottomissjoni tal-proposta għal xi operazzjoni. Il-benefiċjarju ewlieni finali se jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel paragrafu għall-parti tal-operazzjoni li qiegħda ssir fil-pajjiż rispettiv.

Il-benefiċjarji ewlenin tal-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti għandhom jiżguraw koordinazzjoni mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-ħidma.

4.  Kull benefiċjarju finali li jipparteċipa fil-ħidma huwa responsabbli mill-irregolaritajiet fin-nefqa li jkun iddikkjara.

▼B

Artikolu 97

Kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw il-post tal-ħidmiet

1.  F'każi ġġustifikati, il-finanzjament komunitarju jista' jiffinanzja n-nefqa għal ħidmiet ta' implimentazzjoni jew partijiet minn ħidmiet sa limitu ta' 20 % mill-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal programm transkonfinali f'reġjuni ta' l-NUTS fit-tielet livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ewivalenti ħdejn iż-żoni eliġibbli għal dak il-programm. F'każi eċċezzjonali kif miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti, din il-flessibiltà tista' tiġi estiża għal reġjuni ta' l-NUTS fit-tieni livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika ta' l-NUTS, żoni ekwivalenti għal dawk fejn jinsabu l-oqsma eliġibbli.

▼M1

Fuq il-livell ta’ proġetti, f’każi eċċezzjonali, in-nefqa minn imsieħba li jkunu “l barra miż-żona tal-programm, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jkunu eliġibbli, jekk il-proġett seta” biss jilħaq l-għanijiet tiegħu permezz ta’ dik in-nefqa.

▼B

2.  Il-pajjiż parteċipanti għal kull programm għandu jiżgura l-legalità u r-regolarità ta' dan l-infiq.

2.  L-għażla ta' ħidmiet 'il-barra mill-oqsma eliġibbli msemmija taħt paragrafu 1 għandha tiġi kkonfermata:

(a) mill-awtorità ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 102 għal programmi jew parti mill-programmi implimentati f'ġestjoni maqsuma ma' Stati Membri;

(b) mill-istrutturi operattivi msemmija fl-Artikolu 28 għal programmi jew parti minn programmi implimentati f'pajjiżi benefiċjarji taħt ġestjoni deċentralizzata;

(ċ) mill-Kummissjoni għal programmi jew parti minn programmi implimentati f'pajjiżi benefiċjarji taħt ġestjoni ċentralizzata.



KAPITOLU III

L-Implimentazzjoni



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 98

Modalitajiet ta' l-implimentazzjoni

1.  Għal kooperazzjoni transkonfinali msemmija taħt l-Artikolu 86(1)(a), fil-prinċipju l-programmi għandhom jiġu implimentati permezz ta' ġestjoni maqsuma ma' l-Istati Membri mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 102 responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi transkonfinali fl-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti.

1.  Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji li jipparteċipaw fi programm transkonfinali jeħtieġu li jkunu jistgħu jimplimentaw il-programm sħiħ fit-territorju eliġibbli kollu skond is-dispożizzjonijiet msemmija f'Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

1.  Qabel l-adozzjoni tal-programm transkonfinali skond l-Artikolu 91(6), il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni li hi tqis meħtieġa mingħand il-pajjiżi parteċipanti sabiex taċċerta li l-kapaċità ta' l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 102 tkun konformi ma' l-obbligi stipulati taħt Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

1.  Fejn Stati Membri u pajjiżi benefiċjarji li jipparteċipaw fi programm transkonfinali ma jkunux għadhom lesti sabiex jimplimentaw il-programm sħiħ skond dawn il-modalitajiet, għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Artikolu 99.

2.  Għal kooperazzjoni transkonfinali msemmija taħt l-Artikolu 86(1)(b), il-programmi għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni ċentralizzata jew deċentralizzata skond l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, rispettivament mal-Kummissjoni jew l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u l-istrutturi operattivi f'kull pajjiż parteċipanti li jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm fil-pajjiż rispettiv.

2.  F'dan il-kuntest, il-programmi transkonfinali għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Tielet Taqsima (Taqsima 3) ta' dan il-Kapitolu.

2.  Għall-kooperazzjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 86(1)(b), il-ġestjoni ċentralizzata għandha tkun l-għan għall-pajjiżi benefiċjarji kollha.

Artikolu 99

Arranġamenti tranżitorji

1.  Għal kooperazzjoni transkonfinali msemmija fl-Artikolu 86(1)(b) fejn il-pajjiżi parteċipanti għadhom mhumiex lesti sabiex jimplimentaw il-programm transkonfinali kollu b'ġestjoni maqsuma ma' Stati Membri skond id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Tieni Taqsima (Taqsima 2) ta' dan il-Kapitolu, il-programm għandu jiġi implimentat skond l-arranġamenti tranżitorji stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Il-pjan ta' finanzjament inkluż fil-programm transkonfinali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 94(2) għandu jinkludi:

(a) tabella li tkopri lill-Istati Membri parteċipanti kollha, u

(b) tabella għal kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti.

3.  Il-parti tal-programm transkonfinali li jikkonċerna lill-Istati Membri parteċipanti għandu jiġi implimentat skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Tieni Taqsima (Taqsima 2) ta' dan il-Kapitolu.

3.  Il-parti tal-programm transkonfinali li jikkonċerna lill-pajjiżi parteċipanti għandu jiġi implimentat skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Tielet Taqsima (Taqsima 3) ta' dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 142. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ ta' l-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni fil-programm transkonfinali skond l-Artikolu 94(1)(h) għandu jagħmel differenza bejn il-modalitajiet li japplikaw għal Stati Membri parteċipanti minn dawk li japplikaw għall pajjiżi benefiċjarji parteċipanti.

5.  Wara l-għażla ta' ħidmiet konġunti bid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 95, l-awtorità ta' ġestjoni għandha toħroġ għotja lill-benefiċjarju ewlieni ta' l-Istati Membri parteċipanti.

5.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, l-istruttura operattiva fil-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti għandha toħroġ għotjiet lil benefiċjarji ewlenin tal-pajjiżi rispettivi tagħhom.

5.  Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata, il-Kummissjoni għandha toħroġ għotja lill-benefiċjarju ewlieni f'kull pajjiż benefiċjarji parteċipanti.

Artikolu 100

It-terminazzjoni ta' l-arranġamenti tranżitorji

1.  Meta l-pajjiżi parteċipanti jkunu lesti li jaqilbu għal implimentazzjoni permezz ta' ġestjoni maqsuma skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 98, għandhom jissottmettu lill-Kummissjoni programm transkonfinali rivedut li għandu jinkludi pjan ta' finanzjament wieħed ibbażat fuq il-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali għat-tliet snin segwenti, flimkien ma' deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u ma' rapport u opinjoni riveduti skond l-Artikolu 117.

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-programm transkonfinali u tivvaluta d-dokumenti mressqa skond l-Artikolu 117. Hija għandha tiddeċiedi jekk tadottax deċiżjoni ġdida li temenda l-programm sabiex tkun tista' tiġi implimentata taħt l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98(1).

2.  L-implimentazzjoni ta' l-impenji baġitarji għall-parti tal-programm li tikkonċerna lill-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti li jkunu ttieħdu matul l-arranġamenti tranżitorji għandha titkompla skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 99.



Taqsima 2

Programmi Transkonfinali bejn Pajjiżi Benefiċjarji u Stati Membri



Sub-taqsima 1

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

Artikolu 101

Il-prinċipji ġenerali

Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ta' programmi transkonfinali stabbiliti minn pajjiżi parteċipanti għandhom jipprovdu għal:

(a) id-definizzjoni tal-funzjonijiet ta' l-entitajiet ikkonċernati b'ġestjoni u kontroll u l-allokazzjoni ta' funzjonijiet fi ħdan kull entità;

(b) konformità mal-prinċipju ta' separazzjoni tal-funzjonijiet bejn u fi ħdan dawn l-entitajiet;

(ċ) proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata taħt il-programm transkonfinali;

(d) sistemi affidabbli ta' kontabilità, ta' monitoraġġ u ta' rrapurtar finanzjarju f'sura kkompjuterizzata;

(e) sistema ta' rrappurtar u monitoraġġ fejn l-entità responsabbli tafda t-twettiq tal-ħidmiet f'idejn entità oħra;

(f) arranġamenti għal verfika tal-funzjonament tas-sistemi;

(g) sistemi u proċeduri li jiżguraw sekwenza xierqa tat-tranżazzjonijiet;

(h) proċeduri ta' rrappurtar u monitoraġġ għal irregolaritajiet u għall-irkupru ta' ammonti li mhux suppost ikunu tħallsu.

Artikolu 102

L-għażla ta' l-awtoritajiet

1.  Il-pajjiżi li jipparteċipaw fi programm transkonfinali għandhom jappuntaw awtorità waħda ta' ġestjoni, awtorità waħda ta' ċertifikazzjoni u awtorità waħda ta' verifika, u kollha jkunu jinsabu f'wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fil-programm transkonfinali. L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tirċievi pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u, bħala regola ġenerali, għandha tagħmel il-pagamenti lill-benefiċjarju ewlieni, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104.

1.  L-awtorità ta' ġestjoni, wara konsultazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti fil-programm, għandha tistabbilixxi segretarjat tekniku konġunt. Is-segretarjat tekniku konġunt għandu jassisti lill-awtorità ta' ġestjoni u lill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 110 u, fejn xieraq, lill-awtorità ta' verifika u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fit-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom.

1.  Is-segretarjat tekniku konġunt jista' jistabbilixxi rappreżentanza f'pajjiżi parteċipanti oħrajn.

2.  L-awtorità ta' verifika għall-programm transkonfinali għandha tiġi megħjuna minn grupp ta' awdituri li jinkludu rappreżentant ta' kull pajjiż parteċipanti fil-programm transkonfinali li jwettaq id-dmirijiet previsti fl-Artikolu 105. Il-grupp ta' awdituri għandu jiġi stabbilit sa mhux iktar tard minn tliet xhur mid-deċiżjoni li tapprova l-programm transkonfinali. Huwa għandu jħejji r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Għandu jkun ippresedut mill-awtorità ta' verifika għall-programm transkonfinali.

2.  Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu unanimament jiddeċiedu li l-awtorità ta' verifika hija awtorizzata li twettaq direttament id-dmirijiet previsti fl-Artikolu 105 fit-territorju kollu kopert mill-programm mingħajr il-ħtieġa ta' grupp ta' awdituri kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  L-awdituri għandhom ikunu indipendenti mis-sistema ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 108.

3.  Kull pajjiż li jipparteċipa fil-programm transkonfinali għandu jaħtar rappreżentanti fil-kumitat konġunt ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 110.

4.  Fejn biċċa xogħol waħda jew iżjed ta' awtorità ta' ġestjoni jew awtorità ta' ċertifikazzjoni jitwettqu minn entità intermedjarja, l-arranġamenti relevanti għandhom jiġu ddokumentati formalment bil-miktub.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' verifika u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom japplikaw ma' dik l-entità intermedjarja.

Artikolu 103

Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' ġestjoni

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u partikolarment sabiex:

(a) tiżgura li l-ħidmiet jintgħażlu għal finanzjament skond il-kriterji applikabbli għal programmi transkonfinali u jkunu konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli għall-perjodu kollu ta' implimentazzjoni;

(b) tiżgura li jkun hemm sistema għar-reġistrazzjoni u l-ħażna, f'sura kkompjuterizzata, ta' reġistri għal kull ħidma taħt il-programm transkonfinali u li d-data dwar l-implimentazzjoni meħtieġa għal ġestjoni finanzjarja, verifiki ta' monitoraġġ, verifiki u evalwazzjonijiet tinġabar;

▼M1

(c) tivverifika r-regolarità tan-nefqa. Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 għandu japplika mutatis mutandis. L-awtorità li tiġġestixxi għandha tkun sodisfatta li n-nefqa ta’ kull benefiċjarju finali li jipparteċipa f’ħidma tkun ġiet ivvalidata mill-kontrullur imsemmi fl-Artikolu 108;

▼B

(d) tiżgura li l-ħidmiet jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijet dwar l-akkwisti pubbliċi msemmija fl-Artikolu 121;

(e) tiżgura li l-benefiċjarji finali u l-entitajiet oħrajn involuti fil-implimentazzjoni tal-ħidmiet iżommu sistema separata ta' kontijiet jew kodiċi xieraq ta' kontabilità għat-tranżazzjonijiet kollha marbuta mal-ħidma mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-kontabilità;

(f) tiżgura li l-evalwazzjonijiet ta' programmi transkonfinali jitwettqu skond l-Artikolu 109;

(g) tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-verifiki meħtieġa għal sekwenza xierqa tat-tranżazzjonijiet jinżammu skond ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 134;

(h) tiżgura li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri u l-verifiki li jitwettqu fir-rigward tan-nefqa għall-iskop taċ-ċertifikazzjoni;

(i) tiggwida l-ħidma tal-kumitat konġunt ta' monitoraġġ u tipprovdiha bid-dokumenti meħtieġa li jippermettu l-monitoraġġ tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali fid-dawl ta' l-għanijiet speċifiċi tiegħu;

(j) tħejji u, wara l-approvazzjoni mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ, tressaq lill-Kummissjoni r-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni skond l-Artikolu 112;

(k) tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità stipulati fl-Artikolu 62.

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għal kull ħidma, fejn xieraq, bi ftehim mal-benefiċjarju ewlieni.

Artikolu 104

Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni

L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ta' programm transkonfinali għandha tkun responsabbli partikolarment milli:

(a) tħejji u tressaq quddiem il-Kummissjoni dikjarazzjonijiet iċċertifikati ta' l-applikazzjonijiet tan-nefqa u tal-pagamenti;

(b) tiċċertifika li:

(i) id-dikjarazzjoni tan-nefqa tkun preċiża, tirriżulta minn sistemi ta' kontijiet affidabbli u bbażata fuq dokumenti ta' appoġġ verifikabbli;

(ii) in-nefqa ddikjarata tkun konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli u tkun saret fuq ħidmiet magħżula għal finanzjament skond il-kriterji applikabbli għall-programm u konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali;

(ċ) għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni tiżgura li tkun irċeviet informazzjoni xierqa mill-awtorità ta' ġestjoni dwar il-proċeduri u l-verifiki li jitwettqu fir-rigward tan-nefqa inkluża fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa;

(d) tqis l-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni r-riżultati tal-verifiki kollha mwettqa minn jew taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' verifika;

(e) iżżomm reġistri ta' kontijiet tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni f'sura kkompjuterizzara. L-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-awtoritajiet ta' verifika għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. Fuq talba bil-miktub mill-Kummissjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta din it-talba jew fi kwalunkwe perjodu miftiehem ieħor bl-iskop li jitwettqu verifiki tad-dokumentazzjoni u fuq is-sit;

(f) iżżomm kont ta' l-ammonti rkuprati u ta' ammonti miġbuda fis-segwitu ta' kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti mill-kontribuzzjoni għall-ħidma. L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea qabel l-għeluq tal-programm transkonfinali billi jitnaqqsi mid-dikjarazzjoni tan-nefqa li jmiss;

▼M1

(g) tibgħat lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, dikjarazzjoni li tidentifika dan li ġej għal kull ass prijoritarju tal-programm transkonfinali:

(i) l-ammonti miġbuda minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa mressqa matul is-sena preċedenti fis-segwitu ta’ kanċellazzjoni ta’ parti minn jew il-kontribuzzjoni pubblika kollha għal ħidma;

(ii) l-ammonti rkuprati li tnaqqsu minn dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessa matul is-sena preċedenti;

(iii) dikjarazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati kif kienu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, li ġew ikklassifikati skont is-sena meta nħarġu l-ordnijiet għall-ikupru;

(iv) lista tal-ammonti li fis-sena preċedenti kienu ġew iddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati jew li m’humiex mistennija li jiġu rkuprati, ikklassifikati skont is-sena li fiha ġew maħruġa l-ordnijiet ta’ rkupru.

Għall-iskopijiet ta’ punti (i), (ii) u (iii), ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006, b’konformità mal-Artikolu 138(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu pprovduti għal kull assi prijoritarju.

Għall-iskopijiet tal-punt (iv), kwalunkwe ammont relatat ma’ irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006, b’konformità mal-Artikolu 138(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi identifikat permezz tan-numru ta’ referenza ta’ dik l-irregolarità jew b’kwalunkwe metodu adegwat ieħor.

Għal kull ammont imsemmi f’punt (iv) l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tindika jekk hija titlobx li s-sehem tal-Komunità għandu jinġarr mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk, fi ħdan sena mid-data tas-sottomissjoni tal-istqarrija, il-Kummissjoni ma titlobx informazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 114(2) ta’ dan ir-Regolament, il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiftaħ inkjesta fir-rigward ta’ dak l-ammont jew għandha ssir talba biex il-pajjiżi parteċipanti jkomplu bil-proċedura ta’ rkupru, is-sehem tal-Komunitajiet se jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Il-limitu ta’ żmien ta’ sena ma għandux japplika f’każijiet fejn hemm suspett jew ġie stabbilit li saret frodi.

▼B

Artikolu 105

Il-funzjonijiet ta' l-awtorità ta' verifika

1.  L-awtorità ta' verifika ta' prgramm transkonfinali għandha tkun funzjonalment indipendenti mill-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u għandha tkun partikolarment responsabbli milli:

(a) tiżgura li jitwettqu verifiki dwar il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm transkonfinali;

(b) tiżgura li jitwettqu verifiki dwar il-ħidmiet abbażi ta' kampjun xieraq għall-verifika tan-nefqa ddikjarata;

(ċ) kull sena mill-31 ta' Diċembru mis-sena wara l-adozzjoni tal-programm transkonfinali sar-raba' sena wara l-aħħar impenn baġitarju:

(i) tressaq lill-Kummissjoni rapport annwali tal-kontroll li jippreżenta r-riżultati tal-verifika li tkun twettqet fil-perjodu ta' tnax-il xahar preċedenti li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena kkonċernata u jirrapporta kwalunkwe nuqqas li jinstab fis-sistemi għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programm. L-ewwel rapport, imressaq sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara l-adozzjoni tal-programm, għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' l-adozzjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara l-adozzjoni tal-programm. L-informazzjoni li tikkonċerna l-verifiki li jsiru wara l-1 ta' Lulju tar-raba' sena wara l-aħħar impenji baġitarji għandha tiġi inkluża fir-rapport finali ta' kontroll li jissustanzja d-dikjarazzjoni ta' l-għeluq imsemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu. Dan ir-rpport għandu jkun abbażi tas-sistemi ta' verifiki u verifiki ta' ħidmiet li jsiru taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

(ii) toħroġ opinjoni, abbażi tal-kontrolli u l-verifiki li jkunu saru taħt ir-responsabbiltà tagħha, dwar jekk is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonawx b'mod effettiv, sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mressqa lill-Kummissjoni huma korretti u għalhekk jitqiesu bħala assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari.

Fejn tkun tapplika sistema komuni għal diversi programmi transkonfinali ta' l-IPA, l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) tista' tinġabar f'rapport wieħed, u l-opinjoni u d-dikjarazzjoni li jinħarġu taħt punt (ii) jistgħu jkopru l-programmi transkonfinali kkonċernati kollha;

(d) tressaq quddiem il-Kumissjoni, sa mhux iktar tard ►M1  il-31 ta’ Marzu ◄ tal-ħames sena wara l-aħħar impenn baġitarju, dikjarazzjoni ta' l-għeluq li tivvaluta l-validità ta' l-applikazzjoni ta' pagament tal-bilanċ finali u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonjiet bażi koperti mid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa, li għandu jiġi ssostanzjat minn rapport finali ta' kontroll. Dan l-għeluq għandu jkun abbażi l-ħidma ta' verifika li ssir minn jew taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' verifika.

2.  L-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li l-ħidma ta' verifika timxi ma' standards tal-verifika aċċettati internazzjonalment.

3.  Fejn il-verifiki u l-kontrolli msemmija fl-ewwel paragrafu punti (a) u (b) jsiru minn entità li ma tkunx l-istess awtorità ta' verifika, l-awtorità ta' verifika għandha tiżgura i dawn l-entitajiet ikollhom l-indipendenza funzjonali neċessarja.

4.  Jekk nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew il-livell tan-nefqa irregolari li jinstabu ma jippermetux id-dispożizzjoni ta' opinjoni mhux ikkwalifikata għall-opinjoni annwali msemmija fl-ewwel paragrafu punt (c) jew għad-dikjarazzjoni tan-nefqa msemiija fl-ewwel paragrafu punt (d), l-awtorità ta' verifika għandi tagħti r-raġunijiet u tivvaluta l-iskala tal-problema u l-impatt finanzjarju tagħha.

Artikolu 106

Is-sekwenza tat-tranżazzjonijiet

Għall-iskopijiet tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 105(1)(b), sekwenza tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi kkunsidrata xierqa fejn, għall-programm transkonfinali kkonċernat, tkun konformi mal-kriterji li ġejjin:

(a) tkun tippermetti li l-ammonti kumplessivi ċċertifkati lill-Kummissjoni jkunu jaqblu mar-reġistri ddetaljati tal-kontijiet u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità ta' ġestjoni, l-entitajiet intermedjarji u l-benefiċjarji finali fir-rigward ta' ħidmiet ko-finanzjari taħt il-programmi transkonfinali;

(b) tkun tippermetti verifiki tal-pagament tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi lill-benefiċjarju ewlieni u lil kull wieħed mill-benefiċjarji finali;

(ċ) tkun tippermetti verifiki ta' l-applikazzjoni tad-diversi kriterji stabbiliti mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għall-programm transkonfali;

(d) tkun tinkludi, għal kull ħidma, l-ispeċifikazzjoijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, id-dokumenti dwar l-approvazzjoni ta' l-għotja, id-dokumenti relatati ma' proċeduri ta' akkwisti pubbliċi, ir-rapporti dwar il-progress u r-rapporti dwar il-verifiki li jsiru.

Artikolu 107

Il-verifiki tal-ħidmiet

1.  Il-verifiki msemmija fl-Artikolu 105(1)(b) għandhom jitwettqu kull perjodu ta' tnax-il xahar mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara l-adozzjoni tal-programm transkonfinali fuq kapmjun ta' ħidmiet magħżula permezz ta' metodu stabbilit u approvat mill-awtorità ta' verifika bi ftehim mal-Kummissjoni.

1.  Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post, abbażi ta' dokumentazzjoni u reġistri miżmuma mill-benefiċjarju finali.

1.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw it-tqassom ta' dawk il-verifiki fuq il-perjodu ta' implimentazzjoni.

2.  Il-verifiki għandhom jivverifikaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ħidma tkun konformi mal-kriterji ta' l-għażla għall-programm transkonfinali u tkun ġiet implimentata skond id-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni u tissodisfa kwalunkwe kundizzjoni applikabbli dwar il-funzjonalità u l-użu jew ta' l-għanijiet li għandhom jintlaħqu;

(b) in-nefqa ddikjarata tikkorrispondi mar-reġistri tal-kontijiet u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-benefiċjarju finali;

(ċ) in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju finali tkun konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali;

(d) il-kontribuzzjoni pubblika titħallas lill-benefiċjarju finali skond l-Artikolu 40(9).

3.  Fejn il-problemi li jinstabu jkunu jidhru ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal ħidmiet oħrajn taħt il-programm transkonfinali, l-awtortà ta' verifika għandha tiżgura li jsiru eżamijiet ulterjuri, kif ukoll verifiki addizzjonali fejn meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita l-iskala ta' dawn il-problemi. L-azzjoni preventiva u korrettiva meħtieġa għandha tittieħed mill-awtoritajiet relevanti.

4.  Qabel l-għeluq tal-programm ma tistax tiġi vverifikata inqas minn 5 % tan-nefqa totali didkjarata mill-benefiċjarji finali u ċċertifikata lill-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa, b'konformità mat-tieni paragrafu (paragrafu 2).

Artikolu 108

Is-sistema ta' kontroll

1.  Sabiex tiġi vvalidata n-nefqa, kull pajjiż parteċipanti għandu jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tippermetti l-verifika tat-twettiq tal-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati, il-korrettezza tan-nefqa ddikjarata għall-ħidmiet jew għall-partijiet minn ħidmiet implimentati fuq it-territorju tiegħu, u l-konformità ta' din in-nefqa u ta' ħidmiet relatati, jew partijiet minn dawk il-ħidmiet, ma' regoli Komunitarji, u fejn xieraq, ma' regoli nazzjonali.

1.  Għal dan il-għan kull pajjiż parteċipanti għandu jaħtar kontrolluri responsabbli mill-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata minn kull benefiċjarju finali li jipparteċipa fil-ħidma. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jaħtru kontrollur wieħed għaż-żona kollu tal-programm.

1.  Fejn il-verifika tat-twettiq tal-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati tista' ssir biss fir-rigward tal-ħidma sħiħa, din il-verifika għandha ssir mill-kontrollur tal-pajjiż parteċipanti fejn ikun jinsab il-benefiċjarju ewlieni jew mill-awtorità ta' ġestjoni.

▼M1

2.  Kull pajjiż parteċipanti għandu jiżgura li n-nefqa tista’ tiġi vvalidata minn dawk li jikkontrollaw fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data li din titressaq lill-kontrolluri mill-benefiċjarju finali.

▼B



Sub-taqsima 2

L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ

Artikolu 109

L-evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kwalità, l-effikaċja u l-konsistenza ta' l-assistenza tal-fondi Komunitarji u ta' l-istrateġija u l-implimentazzjoni ta' programmi transkonfinali filwaqt li tieħu in konsidrazzjoni l-għan ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti li tikkonċerna l-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali u l-valutazzjoni strateġika ambjentali.

2.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jagħmlu evalwazzjoni ex ante konġunta li tkopri kull programm transkonfinali.

2.  L-evalwazzjonijiet ex ante għandu jkollhom l-għan li jsir l-aħjar użu mill-allokazzjoni ta' riżorsi baġitarji tal-programmi transkonfinali u li jtejbu l-kwalità ta' l-ipprogrammar. Huma għandhom jidentifikaw u jivvalutaw id-diskrepanzi, il-qabżiet u l-potenzjal għall-iżvilupp, l-għan li għandu jintlaħaq, ir-riżultati mistennija, il-miri kkwantifikati, il-koerenza mad-dokument(i) ta' ppjanar indikattiv multi-annwali, il-valur miżjud tal-Komunità, it-tagħlimiet meħuda mill-programmi preċedenti u l-kwalità tal-proċeduri għall-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ, ta' l-evalwazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja.

2.  L-evalwazzjoniet ex ante għandhom jithemżu mal-programm transkonfinali.

3.  Matul il-prejodu ta' pprogrammar, il-pajjiżi parteċipanti għandhom owettqu evalwazzjonijiet marbuta mal-monitoraġġ ta' programmi transkonfinali partikolarment fejn il-monitoraġġ jiżvela tbegħid sinifikanti mill-għanijiet stabbiliti inizjalment jew fejn isiru proposti għar-reviżjoni ta' programm transkonfinali. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu lill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ tal-programm transkonfinali u lill-Kummissjoni.

3.  Fejn ir-riżultati jkunu konklussivi għal reviżjoni tat-tfakkira tal-bqija tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 93, dawn għandhom jiġu diskussi fi ħdan il-Kumitat dwar l-IPA fiż-żmien li jitressaq il-programm transkonfinali revedut.

4.  Għandhom jitwettqu evalwazzjonijiet minn esperti jew entitajiet, interni jew esterni, funzonalment indipendenti mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u verifika msemmija fl-Artikolu 102. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati skond ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għad-dokumenti.

5.  L-evalwazzjoni għandha tiġi ffinanzjata mill-baġit għal assistenza teknika msemmi fl-Artikolu 94(1)(f).

Artikolu 110

Kumitat konġunt ta' monitoraġġ

1.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jistabbilixxu kumitat konġunt ta' monitoraġġ għal kull programm transkonfinali fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tapprova l-programm transkonfinali lill-pajjiżi parteċipanti.

1.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, fuq l-inizjattiva tal-pajjiżi parteċipanti jew tal-Kummissjoni.

1.  Fil-każ ta' programm transkonfinali implimentat skond l-arranġamenti tranżitorji msemiija fl-Artikolu 99, għall-pajjiż benefiċjarju fejn l-assistenza tiġi implimentata fuq bażi deċentralizzata, il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ ikollu l-irwol tal-kumitat settorjali ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 59.

2.  Kull kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jħejji r-regoli ta' proċedura tiegħu fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-pajjiżi parteċipanti u b'konformità mal-mandat ta' kumitat konġunt ta' monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni, sabiex jeżerċita l-missjonijiet tiegħu skond ir-Regolament preżenti. Huwa għandu jadottahom bi ftehim ma' l-awtorità ta' ġestjoni u, fil-każ ta' programm implimentat skond l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, bi ftehim mal-koordinatur(i) nazzjonali ta' l-IPA tal-pajjiż(i) benefiċjarji parteċipanti.

3.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti jew ta' l-awtorità ta' ġestjoni.

3.  Fid-deċiżjoni tal-kompożizzjoni tal-kumitat skond l-Artikolu 102(3), il-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 87.

4.  Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat konġunt ta' monitoraġġ fi rwol konsultattiv. Rappreżentant mill-Bank Ewropew għall-Investiment u mill-Fond Ewropew għall-Investiment jistgħu jipparteċipaw fi rwol konsultattiv għal dawk il-programmi transkonfinali li l-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment ikunu kkontribwew għalihom.

5.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jkun sodisfatt mill-effikaċja u l-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jikkunsidra u japprova l-kriterji għall-għażla tal-ħidma ffinanzjata mill-programm transkonfinali u japprova kwalunkwe reviżjoni ta' dawk il-kriterji skond il-ħtiġijiet ta' l-ipprogrammar;

(b) għandu jagħmel reviżjoni perjodika tal-progress li jsir sabiex jintlaħqu l-miri speċifiċi tal-programm transkonfinali abbażi tad-dokumenti mressqa mill-awtorità ta' ġestjoni u, fil-każ ta' programmi implimentati skond l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, mill-istrutturi operattiv fil-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti;

(ċ) għandu jeżamina r-riżultati ta' l-implimentazzjoni, partikolarment il-kisba tal-miri stabbiliti għal kull ass prijoritarju u l-evalwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 109;

(d) għandu jikkunsidra u japprova r-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 112 u, fil-każ ta' programm implimentat skond l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, għandu jeżamina r-rapporti msemmija fl-Artikolu 144;

(e) għandu jitgħarraf bir-rapport annwali tal-kontroll, imsemmi fl-Artikolu 105 (1)(c) u, kif applikabbli fil-każ ta' programm implimentat skond l-arranġament tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, bir-rapport(i) annwali ta' l-attività ta' verifika msemmija fl-artikolu 29(2)(b) l-ewwel inċiż, u dwar kwalunkwe kumment il-Kummissjoni tista' tagħmel wara l-eżami tar-rapporti;

(f) għandu jkun responsabbli mill-ħidmiet magħżula iżda jista' jiddelega din il-funzjoni lil kumitat ta' tmexxija li jirrapporta lilu;

(g) għandu jipproponi kwalunkwe reviżjoni jew eżami tal-programm transkonfinali li x'aktarx iwasslu għall-kisba ta' l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 86(2) jew għal titjib fil-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni finanzjarja;

(h) għandu jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta li temenda l-kontenut tal-programm transkonfinali.

Artikolu 111

Arranġamenti għal monitoraġġ

1.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-kumitat konġunt tal-monitoraġġ għandhom jiżguraw il-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali.

2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandhom iwettqu monitoraġġ permezz ta' referenza għall-indikaturi finanzjarji, kif ukoll b'referenza għall-indikaturi msemmija fl-Artikolu 94(1)(d).

3.  L-iskambju ta' data bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 102 għall-għan tal-monitoraġġ għandu jseħħ b'mod elettroniku.

Artikolu 112

Rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.  Sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tressaq rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali, approvat mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ, lill-Kummissjoni. L-ewwel rapport annwali għandu jitressaq fit-tieni sena wara l-adozzjoni tal-programm.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tressaq rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali sa mhux iktar tard mill- ►M1  il-31 ta’ Marzu tal-ħames sena ◄ wara l-aħħar impenn baġitarju.

2.  Ir-rapporti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali u l-prijoritajiet fir-rigward tal-miri speċifiċi u verifikabbli tagħhom, flimkien ma' kwantifikazzjoni, kull fejn u kull meta dawn tkun tista' ssirilhom kwantifikazzjoni, permezz ta' indikaturi msemmija fl-Artikolu 94(1)(d) fuq il-livell ta' l-ass prijoritarju;

(b) l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm transkonfinali, b'dettalji għal kull ass prijoritarju:

▼M1

(i) in-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju inkluża fl-applikazzjoni għall-pagamenti mibgħuta lill-awtorità ta’ ġestjoni u l-kontribuzzjoni pubblika li tikkorrispondi magħhom;

▼B

(ii) il-pagamenti kollha li jiġu reċevuti mill-Kummissjoni u l-kwantifikazzjoni ta' l-indikaturi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 111(2); u

(iii) in-nefqa mħallsa mill-entità responsabbli mill-pagamenti lill-benefiċjarji;

(ċ) il-passi meħuda mill-awtorità amministrattiva u mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ biex jiżguraw il-kwalità u l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni, partikolarment:

(i) tal-miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, bl-inklużjoni ta' l-arranġamenti ta' ġbir ta' data;

(ii) taqsira ta' kwalunkwe problema sinifikanti ffaċċjata fl-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali u kwalunkwe miżuri meħuda, bl-inklużjoni, fejn xieraq, tar-rispons għal kummenti magħmula taħt l-Artikolu 113;

(iii) l-użu ta' għajnuna teknika;

(d) il-miżuri meħuda sabiex tingħata informazzjoni dwar il-programm transkonfinali u l-pubbliċità tiegħu;

(e) l-informazzjoni dwar problemi sinifikanti relatati mal-konformità mar-regoli Komunitarji li jkunu ġew iffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali u l-miżuri meħuda sabiex dawn jiġu indirizzati;

(f) l-użu li jsir minn assistenza li, wara korrezzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 138, tkun disponibbli lill-awtorità ta' ġestjoni jew lil awtorità pubblika oħra matul il-perjodu ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali;

(g) fil-każ ta' programm implimentat taħt l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, il-progress li jsir lejn l-implimentazzjoni taħt ġestjoni maqsuma fit-territorju kollu tal-programm transkonfinali.

2.  Fejn xieraq, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu tista' tingħata f'sura mqassra.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-punti (c) sa (f) tista' ma tiġix inkluża jekk ma jkun hemm l-ebda modifika sinifikanti mir-rapport preċedenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiżi parteċipanti bl-opinjoni tagħha dwar il-kontenut ta' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni imressaq mill-awtorità ta' ġestjoni fi żmien tliet xhur mid-data li dan jiġi rċevut. Il-limitu ta' żmien għar-rapport finali dwar il-programm transkonfinali għandu jkun ta' mhux iktar minn ħames xhur mid-data minn jiġi rċevut dan ir-rapport. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rapport għandu jitqies aċċettat.

Artikolu 113

L-eżami annwali tal-programmi

1.  Kull sena, meta jitressasq ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni fl-Artikolu 112, il-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni għandhom jeżaminaw il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali, ir-riżultati prinċipali miksuba matul is-sena preċedenti, l-implimentazzjoni finanzjarja u fatturi oħrajn bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni.

1.  Jista' jiġi eżaminat ukoll kwalunkwe aspett tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll li jitqajjem fl-aħħar rapport annwali tal-kontroll, imsemmi fl-Artikolu 105(1)(c)(i).

2.  Fis-segwitu ta' l-eżami msemmi fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1), il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti lill-pajjiżi parteċipanti u lill-awtorità ta' ġestjoni, u dawn għandhom jgħarrfu l-istess kummenti lill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-azzjoni meħuda bħala rispons għal dawk il-kummenti.



Sub-taqsima 3

Ir-responsabbiltà tal-pajjiżi parteċipanti u tal-Kummissjoni

Artikolu 114

Il-ġestjoni u l-kontroll

1.  Il-pajjiżi parteċipanti għandhom ikunu responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi transkonfinali partikolarment permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) jiżguraw li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal programmi transkonfinali jitħejjew skond l-Artikoli 101 u 105 u jiffunzjonaw b'mod effettiv;

(b) jimpedixxu, jintraċċaw u jikkoreġu irregolaritajiet u, fejn xieraq, jirkupraw ammonti li mhux suppost tħallsu flimkien ma' l-imgħax fuq pagament li jsiru tard. Huma għandhom jgħarrfu b'dawn lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress ta' proċedimenti amministrattivi u legali.

2.  Mingħajr preġudizzju lir-responsabbiltajiet tal-pajjżi parteċipanti li jintraċċaw u jikkoreġu irregolaritajiet u jirkupraw ammonti li mhux suppost tħallsu, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont imħallas bħala riżultat ta' irregolarità jiġi rkuprat mill-benefiċjarju ewlieni. Il-benefiċjarji finali għandhom iroddu lura lill-benefiċjarju ewlieni l-ammonti li mhux suppost tħallsu skond il-ftehim li jeżisti bejniethom. Jekk il-benefiċjarju ewlieni ma jirnexxilux jiżgura il-ħlas lura minn benefiċjarju finali, il-pajjiż parteċipanti li fuq it-territorju tiegħu jinsab għandu jrodd lura lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni l-ammonti li mhux suppost tħallsu lill-benefiċjarju finali.

Artikolu 115

Id-deskrizzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll

1.  Qabel il-pagament tal-pre-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 128, l-Istat Membru li fuq it-territorju tkun tinstab l-awtorità ta' ġestjoni għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, li tkopri b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet u l-proċeduri ta':

(a) l-awtoritajiet ta' ġestjoni u ċertifikazzjoni u l-korpi intermedjarji msemmija fl-Artikolu 102;

(b) l-awtorità ta' verifika u kwalunkwe entità oħra li twettaq verifiki taħt ir-responsabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 102.

2.  L-Istat Membru msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u kull entità intermedjarja:

(a) id-deskrizzjoni tal-ħidmiet fdati lilhom;

(b) it-tabella organizzattiva ta' l-entità, l-allokazzjoni ta' ħidmiet bejn jew fi ħdan id-dipartimenti tagħhom, u n-numru indikattiv ta' postijiet allokati;

(ċ) il-proċeduri għall-għażla u l-approvazzjoni tal-ħidmiet;

▼M1

(d) il-proċeduri li permezz tagħhom il-benefiċjarji finali għar-rimbors jiġu riċevuti, ivverifikati u vvalidati, u l-proċeduri li permezz tagħhom il-ħlasijiet lill-benefiċjarji finali jiġu awtorizzati, mwettqa u mdaħħla fil-kontijiet;

▼B

(e) il-proċeduri li permezz tagħhom id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jitħejjew, jiġu ċċertifikati u jitressqu quddiem il-Kummissjoni;

(f) ir-referenza għall-proċeduri bil-miktub stabbiliti għall-iskopijiet ta' punti (c), (d) u (e);

(g) ir-regoli ta' eliġibilità stipulati mill-pajjiżi parteċipanti u applikabbli għall-programm transkonfinali;

(h) is-sistema għaż-żamma ta' reġistri ta' kontijiet iddettaljati ta' ħidmiet taħt il-programm transkonfinali.

3.  Fir-rigward ta' l-awtorità ta' verifika u entitajiet oħrajn, l-Istat Membru msemmi fl-ewwel (paragrafu 1) għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a) id-deskrizzjoni tal-ħidmiet rispettivi tagħhom u l-interrelazzjoni tagħhom;

(b) it-tabella organizzativa ta' l-awtorità ta' verifika u ta' kull waħda mill-entitajiet involuti fit-twettiq ta' verifiki li jikkonċernaw il-programm transkonfinali, li tiddeskrivi kif l-indipendenza tagħhom hija żgurata, in-numru indikattiv ta' postijiet attribwiti u l-kwalifiki tal-persunal;

(ċ) il-proċeduri għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u miżuri korrettivi li jirriżultaw mir-rapporti tal-verifika;

(d) il-proċedura, fejn xieraq, għas-superviżjoni tal-ħidma ta' l-entitajiet fit-twettiq ta' verifiki, mill-awtorità ta' verifika, ikkonċernati mal-programm transkonfinali;

(e) il-proċeduri għat-tħejjija tar-rapport annwali tal-kontroll u d-dikjarazzjonijiet ta' l-għeluq.

Artikolu 116

Il-valutazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll

1.  Id-deskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 15 għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jippreżenta r-riżultati ta' valutazzjoni tas-sistemi stabbiliti u li jagħtu opinjoni fuq il-konformità tagħhom ma' l-Artikoli 101 u 105. Jekk l-opinjoni tkun tinkludi riservi, ir-rapport għandu jindika is-serjetà tan-nuqqasijiet. Il-pajjiż parteċipanti kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, u sussegwentement jipprovdi konferma ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-irtirar tar-riżervi korrispondenti.

2.  Ir-rapport u l-opinjoni msemmija fl-ewwel paragrafu huma stabbiliti mill-awtorità ta' verifika jew minn entità pubblika jew privata funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet ta' ġestjoni u ċertifikazzjoni li għandha twettaq ħidmietha billi tirrispetta standards ta' verifika aċċettati internazzjonalment.

3.  Fejn is-sistema ta' ġestjoni u kontroll ikkonċernata tkun l-istess bħal dik fis-seħħ għal assistenza approvata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jistgħu jiġu kkunsidrati r-riżultati ta' verifiki mwettqa minn awdituri nazzjonali u Komunitarji fir-rigward tas-sistema sabiex jitħejjew ir-rapport u l-opinjoni msemmija fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1).

4.  Ir-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jitqies aċċettat, u l-pagament ta' pre-finanzjament għandu jsir, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) fi żmien xahrejn mid-data li jiġi rċevut ir-rapport meta l-opinjoni msemmija hawn fuq tkun mingħajr riżervi u fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni;

(b) jekk l-opinjoni jkollha riżervi, mal-konferma tal-Kummissjoni li miżuri korrettivi dwar elementi ewlenin tas-sistemi jkunu ġew implimentati, u r-riżervi li jikkorrispondu magħhom irtirati, u fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-konferma.

Artikolu 117

Ir-rekwiżiti meta ssir il-bidla minn arranġamenti tranżitorji

1.  Fil-każ ta' programm transkonfinali implimentat skond l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, meta l-pajjiżi parteċipanti jkunu lesti li jaqilbu għal modalitajiet ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(1), huma għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni deskrizzjoni riveduta tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, flimkien ma' rapport u opinjoni riveduti skond l-Artikolu 116(1).

2.  Fejn l-opinjoni jkollha riżervi, id-deċiżjoni mill-Kummissjoni li timmodifika l-programm tista' tittieħed biss jekk il-Kummissjoni tkun irċeviet konferma li l-miżuri korrettivi dwar elementi ewlenin tas-sistemi jkunu ġew implimentati u li r-riżervi li jikkorrispondu magħhom ikunu ġew irtirati.

Artikolu 118

Il-konklużjoni u l-komunikazzjoni ta' arranġamenti bejn pajjiżi parteċipanti

Barra mill-informazzjoni mniżżla fl-Artikolu 115 (2) u (3), id-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għandhom jinkludu l-arranġamenti miftiehma bejn il-pajjiżi parteċipanti li jippermettu lill-awtorità ta' ġestjoni, 'l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u 'l-awtorità ta' verifika sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom skond dan ir-Regolament u sabiex jiżguraw il-konformità mill-pajjiżi parteċipanti ma' l-obbligi tagħhom fir-rigward ta' l-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti kif stipulat fl-Artikolu 114(2).

Dawk l-arranġamenti, flimkien mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-regoli u l-proċeduri għal akkwisti pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu 121, għandhom jiġu inklużi fi ftehim bil-miktub bejn il-pajjiżi parteċipanti u mehmuża mad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll imsemmija fl-Artikolu 115.

Artikolu 119

Ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun sodisfatta, skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 116, li l-pajjiżi parteċipanti jkunu stabbilew sistemi ta' ġestjoni u kontroll konformi ma' l-Artikoli 101 u 105 u, abbażi tar-rapporti annwali tal-kontroll u l-opinjoni annwali ta' l-awtorità ta' verifika kif imsemmi fl-Artikolu 105(1)(c) u l-verifiki li tagħha stess, li matul il-perjodu ta' l-implimentazzjoni tal-programmi transkonfinali s-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv.

2.  Mingħajr ebda preġudizzju għal verifiki mwetta mill-pajjiżi parteċipanti, uffiċjali tal-Kummissjoni jew awtorizzati mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fuq il-post sabiex jivverifikaw il-funzjonament b'mod effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, b'minimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol bħala notifika, ħlief f'każi urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti jistgħu jieħdu sehem d'dawn il-verifiki.

2.  Uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, awtorizzati sabiex iwettqu verifiki fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għall-kotba u d-dokument l-oħrajn kollha, inklużi dokumenti u metadata mħejjija jew irċevuti fuq medium elettroniku, relatati man-nefqa ffinanzjata minn fondi Komunitarji.

2.  Is-setgħat ta' verifika m'għandhomx jolqtu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriservaw ċertu aġir għal aġenti maħtur speċifikament mill-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3.  Il-Kummissjoni tista' titlob lil pajjiż parteċipanti sabiex iwettaq verifika fuq il-post sabiex jivverifika l-funzjonament b'mod effettiv tas-sistema jew il-korrettezza ta' tranżazzjoni waħda jew iktar. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'dawn il-verifiki.

Artikolu 120

Il-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' verifika

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' verifika ta' programmi transkonfinali għandhom jikooperaw sabiex jikoordinaw il-pjanijiet ta' verifiki rispettivi tagħhom u l-metodi ta' verifiki u għandhom immedjatament jiskambjaw ir-riżultati tal-verifika mwettqa fuq sistemi ta' ġestjoni u kontroll sabiex jagħmel l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi u sabiex jevitaw id-duplikazzjoni inġustifikata ta' xogħol.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' verifika għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, jew mill-inqas darba fis-sena sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor bejniethom, sabiex jeżaminaw flimkien ir-rapport annwali tal-kontroll u l-opinjoni ppreżentati taħt l-Artikolu 105 u sabiex jiskambjaw ideat dwar kwistjonijiet oħrajn relatati mat-titjib tal-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi transkonfinali.

Artikolu 121

L-akkwist

▼M1

1.  Għall-għoti ta’ kuntratti dwar servizzi, forniment u xogħol, il-proċeduri ta’ akkwist se jsegwu mid-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu 3 tat-Taqsima 2 Titolu IV tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u Kapitolu 3 tat-Taqsima 2, Titolu III tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, kif ukoll mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2034 dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għal kuntratti ta’ servizz, akkwisti pubbliċi u xogħol iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, bl-esklużjoni tas-Sezzjoni II.8.2.

Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw fiż-żona kollha tal-programm transkonfinali, kemm fuq l-Istati Membri kif ukoll fuq it-territorju tal-pajjiżi benefiċjarji.

▼B

2.  Id-dispożizzjonijiet taħt l-ewwel paragrafu għandhom jiġu inklużi fil-ftehim miktub konkluż bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 118.

3.  Fil-każ ta' programmi transkonfinali implimentati taħt arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 99, l-ewwel paragrafu m'għandux japplika fuq il-parti tal-programm implimentat fit-territorju ta' l-Istati Membri sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istati Membri parteċipanti.



Sub-taqsima 4

Il-ġestjoni finanzjarja

Artikolu 122

Regoli komuni għall-pagamenti

1.  Pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-fondi Komunitarji għandhom isiru skond l-approprjazzjonijiet tal-baġit. Kull pagament għandu jintefa' fl-impenji baġitarji li jinfetħu l-ewwel.

2.  Il-pagamenti għandhom jieħdu s-sura ta' pre-finanzjament, pagamenti interim u pagament tal-bilanċ finali. Għandhom isiru lill-entità magħżula mill-pajjiżi parteċipanti.

3.  Sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tibgħat lill-Kummissjoni tbassir proviżorju dwar l-applikazzjonijiet ta' pagamenti li x'aktarx isiru għas-sena finanzjarja attwali u għas-sena finanzajrja sussegwenti.

4.  L-iskambji kollha li jikkonċernaw tranżazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet u l-entitajiet magħżula mill-pajjiżi parteċipanti għandhom isiru b'mezzi elettroniċi. F'każi ta' “force majeure”, u partikolarment ta' malfunzjonament tas-sistema kompjuterizzata komuni jew nuqqas ta' konnessjoni fit-tul, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tista' tibgħat kopja stampata tad-dikjarazzjoni tan-nefqa u tal-pagament.

Artikolu 123

Ir-regoli komuni għall-kalkolu ta' pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ finali

Pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ finali għandhom jiġu kkalkolati billi tiġi applikata r-rata ta' kofinanzjament għal kull ass prijoritarju fuq in-nefqa eliġibbli msemmija taħt l-ass prijoritarju f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

Madankollu, il-kontribuzzjoni Komunitarja permezz ta' pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ finali m'għandhiex tiżboq il-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' assistenza minn fondi Komunitarji għal kull ass prijoritarji kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm transkonfinali.

Artikolu 124

Id-dikjarazzjoni tan-nefqa

1.  Id-dikjarazzjonijiet kollha tan-nefqa għandhom jinkludu, għal kull ass prijoritarju, l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli, skond l-Artikolu 89, imħallas mill-benefiċjarji finali fl-implimentazzjoni tal-ħidmiet u n-nefqa pubblika korrispondenti mħallsa jew li għandha titħallas lill-benefiċjarji finali skond il-kundizzjonijiet li jikkontrollaw in-nefqa pubblika. In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji finali għandha tiġi ġġustifikata minn fatturi rċevuti jew dokumentazzjoni ta' kontijiet ta' valur probattiv ekwivalenti.

▼M1

2.  Meta l-kontribuzzjoni mill-fondi tal-Komunità hija kkalkolata b’referenza għan-nefqa pubblika prevista fl-Artikolu 90(2), kwalunkwe informazzjoni dwar infiq minbarra nefqa pubblika ma għandhiex tinċidi fuq l-ammont dovut kif ikkalkolat abbażi tat-talba ta’ ħlas.

▼B

Artikolu 125

L-akkumulu tal-pre-finanzjament u ta' pagamenti interim

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 40(5) japplikaw mutatis mutandis.

▼M1

Artikolu 126

Il-ħlas bis-sħiħ lill-benefiċjarji

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 40 (9) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 127

L-użu ta' l-euro

1.  L-ammonti stabbiliti fil-programmi transkonfinali tal-pajjiżi parteċipanti, dikjarazzjonijiet iċċertifikati tan-nefqa, l-applikazzjoni ta' pagament u n-nefqa mressqa msemmija fir-rapport annwali u finali dwar l-implimentazzjoni għandhom jiġu ddenominati f'euro.

2.  Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar programmi transkonfinali, impenji u pagamenti tal-Kummissjoni, għandhom jiġu ddenominati u jitwettqu f'euro.

3.  Benefiċjarji ewlenin għal proġetti li jinvolvu benefiċjarji finai f'pajjiżi parteċipanti li m'adottawx l-euro bħala l-valuta tagħhom fid-data ta' l-applikazzjoni tal-pagament għandhom jaqilbu f'euro l-ammonti tan-nefqa li ssir fil-valuta nazzjonali

▼M1

L-ammont għandu jinqaleb f’euro permezz tar-rata għal kull xahar tal-kambju tal-kontijiet tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu l-applikazzjoni tal-pagament tressqet lill-awtorità ta’ ġestjoni mill-benefiċjarju finali msemmi fl-Artikolu 108. Din ir-rata għandha tiġi ppubblikata elettronikament kull xahar mill-Kummissjoni.

▼B

4.  Meta l-euro ssir il-valuta nazzjonali ta' pajjiż parteċipanti, il-proċedura ta' konverżjoni stabbilita fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika għall-infiq kollu rreġistrat fil-kontijiet mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel id-data ta' dħul fis-seħħ tar-rata ta' kambju stabbilita bejn il-valuta nazzjonali u l-euro.

Artikolu 128

Il-pre-finanzjament

1.  Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm transkonfinali, u meta jiġi aċċettat ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 116, ammont wieħed ta' pre-finanzjament għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-entità magħżula mill-pajjiżi parteċipanti.

L-ammont ta' pre-finanzjament għandu jkun ta' ►M1  50 % ◄ ta' l-ewwel tliet impenji baġitarji għall-programm.

L-ammont ta' pre-finanzjament jista' jitħallas f'żewġ partijiet, fejn meħtieġ fir-rigward tad-disponibilità ta' impenji baġitarji.

2.  L-ammont totali mħallas bħala pre-finanzjament għandu jintradd lura lill-Kummissjoni mill-entità magħżula jekk ma tintbagħat l-ebda applikazzjoni ta' pagament għall-programm ikkonċernat sa erbgħa u għoxrin xahar mid-data meta l-Kummissjoni tħallas l-ewwel parti mill-ammont ta' pre-finanzjament.

Artikolu 129

L-imgħax

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 130

L-approvazzjoni

L-ammont imħallas bħala pre-finanzjament għandu jiġi approvat kollu mill-kontijet tal-Kummissjoni meta l-programm transkonfinali jingħalaq skond l-Artikolu 133.

Artikolu 131

L-aċċettabilità ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti

1.  Kull pagament interim li jsir mill-Kummissjon għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Kummissjoni trid tkun bagħtet applikazzjoni ta' pagament u dikjarazzjoni tan-nefqa skond l-Artikolu 124;

(b) mhux iktar mill-ammont massimu ta' assistenza minn fondi Komunitarji kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm transkonfinali tkun tħallset mill-Kummissjoni matul il-perjodu kollu għal kull ass prijoritarju;

(ċ) l-awtorità ta' ġestjoni trid tkun bagħtet l-iktar rapport annwali ta' l-implimentazzjoni riċenti lill-Kummissjoni skond l-artikolu 112;

(d) in-nuqqas ta' opinjoni rraġunata mill-Kummissjoni dwar kisra taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, fir-rigward tal-ħidma/ħidmiet li għalihom in-nefqa tiġi ddikjarata fl-applikazzjoni tal-pagament in kwistjoni.

2.  Jekk tinkiser kundizzjoni waħda jew iktar minn dawk imsemmija f'paragrafu 1, il-pajjiżi parteċipanti u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni fi skadenza ta' żmien ta' xahar sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi għar-rimedju tas-sitwazzjoni.

Artikolu 132

Id-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni ta' pagament interim u dewmien fil-pagament

1.  L-awtoirtà ta' ċertifikazzjoni għandha tingħat talbiet għal pagament interim għal kull programm transkonfinali lill-Kummissjoni, sa fejn ikun possibbli, fi tliet okkażjonijiet separati kull sena. Sabiex isir pagament mill-Kummissjoni matul is-sena attwali, l-aħħar data li fiha li fiha tista' titressaq applikazzjoni ta' pagament hija l-31 ta' Ottubru.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti interim, soġġetti għad-disponibilità ta' fondi, u għan-nuqqas ta' sospensjoni ta' pagamenti skond l-Artikolu 136, sa mhux iktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha applikazzjoni ta' pagament konformi mal-kundizzjonijiet ta' hawn fuq imsemmija fl-Artikolu 131 tiġi rreġistrata mal-Kummissjoni.

Artikolu 133

Il-kundizzjonijiet għall-pagament tal-bilanċ finali

1.  Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ finali jekk:

(a) l-awtorita ta' ċertifikazzjoni tkun bagħtet applikazzjoni ta' pagament li tinkludi d-dokumenti li ġejjin sal-31 ta' Marzu tal-ħames sena wara l-aħħar impenn baġitarju:

(i) applikazzjoni ta' pagament tal-bilanċ finali u dikjarazzjoni tan-nefqa skond l-Artikolu 124,

(ii) ir-rapport ta' l-implimentazzjoni finali għall-programm transkonfinali, bl-inklużjoni ta' l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 112,

(iii) dikjarazzjoni ta' l-għeluq skond l-Artikolu 1105(1)(d), u

(b) m'hemm l-ebda opinjoni motivata mill-Kummissjoni dwar ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, fir-rigward tal-ħidma/ħidmiet li għalihom in-nefqa tiġi ddikjarata fl-applikazzjoni tal-pagament in kwistjoni.

2.  Jekk ma jintbagħatx xi dokument minn dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu lill-Kummissjoni dan għandu jirriżulta fir-rilaxx awtomatiku tal-bilanċ finali, skond l-Artikolu 137.

3.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiżi parteċipanti bl-opinjoni tagħha dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' l-għeluq fi żmien ħames xhur minn meta tirċeviha.

3.  Id-dikjarazzjoni ta' l-għeluq titqies aċċettata fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni fi skadenza ta' żmien ta' ħames xhur.

4.  Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ finali, soġġett għad-disponibilità ta' fondi, fi żmien ħamsa u erbgħin ġurnata mill-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:

(a) id-data meta hija taċċetta r-rapport finali skond l-Artikolu 112, u

(b) id-data meta taaċċetta d-dikjarazzjoni ta' l-għeluq.

5.  Mingħajr preġudizzju lejn is-sitt paragrafu (paragrafu 6), il-bilanċ ta' l-impenn baġitarju għandu jiġi rrilaxxat tnax-il xahar wara l-pagament tal-bilanċ finali. Il-programm transkonfinali jitqies magħluq hekk kif isseħħ waħda miċ-ċirokostanzi li ġejjin:

(a) il-pagament tal-bilanċ finali stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti msemmija fl-ewwel paragrafu (paragrafu 1);

(b) meta tinbagħat nota' ta' debitu għall-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni lill-pajjiżi parteċipanti fir-rigward tal-programm transkonfinali;

(ċ) ir-rilaxx tal-bialnċ finali ta' l-impenn baġitarju.

5.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiżi parteċipanti dwar id-data ta' l-għeluq tal-programm transknfinali bi skadenza ta' żmien ta' xahrejn.

6.  Minkejja r-riżultati ta' kwalunkwe verifika mwettqa mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-bilanċ finali mħallas mill-Kummissjoni għall-porgramm transkonfinali jista' jiġi emendat fi żmien disa' xhur minn data ta' meta jitħallas, fejn ikun hemm bilanċ negattiv biex jintradd lura mill-pajjiżi parteċipanti, fi żmien disa' xhur mid-data meta tinħareġ in-nota ta' debitu. Din l-emenda tal-bilanċ m'għandhiex tolqot id-data ta' l-għeluq tal-programm transkonfinali kif stabbilit fil-ħames paragrafu.

Artikolu 134

Id-disponibilità tad-dokumenti

1.  Mingħajr ebda preġudizzju lejn ir-regoli li jikkontrollaw l-għajnuna Statali taħt l-Artikolu 87, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' appoġġ kollha dwar nefqa u verifiki tal-programm transkonfinali kkonċernat jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti ta' l-Awdituri għal perjodu ta' tliet snin wara l-għeluq ta' programm transkonfinali kif stabbilit fl-Artikolu 133(5).

1.  Dan il-perjodu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċeduri legali jew fuq talba mmotivata tal-Kummissjoni.

2.  Id-dokumenti għandhom jinżammu fil-forma ta' oriġinali jew f'verżjonijiet iċċertifikati li jkunu konformi ma' l-oriġinali jew fuq data carriers normalment aċċettati.

3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha żżomm reġistru ta' l-entitajiet li jkollhom id-dokumenti ta' appoġġ oriġinali relatati man-nefqa u l-verifika, bl-inklużjoni ta':

(a) dokumenti dwar l-infiq speċifiku magħmul u ddikjarat u l-pagamenti magħmulin taħt l-assistenza u meħtieġa għal sekwenza ta' transazzjoni suffiċjenti inklużi dokumenti li huma prova tal-kunsinna attwali ta' prodotti jew servizzi ko-finanzjati;

(b) rapporti u dokumenti relatati ma' verifiki mwettqa mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 102.

4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu disponibbli għall-ispezzjoni minn, u estratt jew kopji tagħhom mogħtija lil persuni u entitajiet intitolati għal dan, inkluż mill-inqas persunal awtorizzat ta' l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-entitajiet intermedjarji u l-awtorità ta' verifika u l-uffiċjali awtroizzati tal-Komunità u r-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

5.  Mill-inqas dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala data carriers normalment aċċettati kif imsemmi fit-tieni paragrafu (paragrafu 2):

(a) fotokopji ta' dokumenti oriġinali;

(b)  microfiches ta' dokumenti oriġinali;

(ċ) verżjonijiet elettroniċi ta' dokumenti oriġinali;

(d) dokumenti li jeżistu fil-verżjoni elettronika biss.

6.  Il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' dokumenti miżmuma fuq data carriers normalment aċċettati mad-dokumenti oriġinali għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u għandha tiżgura li l-verżjonijiet miżmuma jikkonformaw mal-ħtiġijiet legali nazzjonali affidabbli għal għanijiet ta' verifika.

7.  Fejn id-dokumenti jeżistu fil-verżjoni elettronika biss, is-sistemi tal-kompjuter użati għandhom jissodisfaw standards ta' sigurtà aċċettati li jiżguraw li d-dokumenti miżmuma jikkonformaw mal-ħtiġiet legali nazzjonali u huma affidabbli għal għanijiet ta' verifika.

Artikolu 135

L-interruzzjoni ta' l-iskadenza taż-żmien tal-pagament

1.  L-iskadenza taż-żmien tal-pagament tista' tiġi interrotta mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni b'delega fit-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għal perjodu massimu ta' sitt xhur jekk:

(a) f'rapport ta' entità nazzjonali jew Komunitarja ta' verifika jkun hemm evidenza li turi nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

(b) l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni, b'delega, jkollu jwettaq verifiki addizzjonali wara li ċerta informazzjoni li tasallu tavżah li nefqa f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta.

2.  Il-pajjiżi parteċipanti u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu informati immedjatament bir-raġunijiet ta' l-interruzzjoni. L-interruzzjoni għandha tintemm hekk kif jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-pajjiżi parteċipanti.

Artikolu 136

Is-sospensjoni tal-pagamenti

1.  Il-pagamenti kollha, jew parti minnhom, fuq il-livell ta' assi prijoritarji jew programmi jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni meta:

(a) ikun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi tal-ġestjoni u kontroll tal-programm li jolqtu l-affidabbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-pagamenti u li dwarhom ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; jew

(b) in-nefqa f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet korretta; jew

(ċ) il-pajjiżi parteċipanti iwettqu ksur serju ta' l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 114.

2.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissosspendi l-pagamenti interim kollha, jew parti minnhom, wara li tkun tat l-opportunità lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien perjodu ta' xahrejn.

3.  Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-pagament interim kollha, jew parti minnhom, meta l-pajjiżi parteċipanti jieħdu l-miżuri neċessarji kollha li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni. Jekk dawk il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux mill-pajjiż benefiċjarju, il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni sabiex tikkanċella l-kontribuzzjoni Komunitarja kollha, jew parti minnha, għall-programm transkonfinali, skond l-Artikolu 138.

Artikolu 137

Ir-rilaxx awtomatiku

Ir-rilaxx awtomatiku u finali ta' kwalunkwe parti mill-impenn baġitarju għal programm transkonfinali għandu jsegwi r-regoli stipulati fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 138

Korrezzjonijiet finanzjarji u irregolaritajiet

1.  Għall-iskop ta' korrezzjonijiet finanzjarji, id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 98, 99, 100, 101, u 102 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandhom japplikaw mutatus mutandis.

2.  Għall-iskopijiet ta' irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 ( 13 ) li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għandhom japplikaw mutatis mutandis.



Taqsima 3

Programmi Transkonfinali Fost Pajjiżi Benefiċjarji



Sub-taqsima 1

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

Artikolu 139

Strutturi u awtoritajiet

1.  Għal kull programm transkonfinali, kull pajjiż benefiċjarju parteċipanti għandu jistabbilixxi struttura operattiva għall-parti tal-programm relatat mal-pajjiż ikkonċernat.

2.  Id-dmirijiet ta' l-istruttura operattiva għandhom jinkludu t-tħejjija tal-programmi transkonfinali skond l-Artikolu 91.

3.  L-istrutturi operattivi tal-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti għandhom jikooperaw mill-qrib fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-programmi transkonfinali relevanti.

4.  Għal kull programm transkonfinali fost il-pajjiżi benefiċjarji, l-istrutturi operattivi relevanti għandhom jistabbilixxu segretarjat tekniku konġunt sabiex jassisti lill-istrutturi operattivi u lill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 142 fit-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom.

4.  Is-segretarjat tekniku konġunt jista' jkollu rappreżentanzi f'pajjiżi parteċipanti oħrajn.

5.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, il-funzjonijiet u r-responsbbiltajiet ta' l-istrutturi operattiv għandhom, mutatis mutandis, ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 28. Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) L-istruttura operattiva f'kull pajjiż benefiċjarju parteċipanti għandha tinkludi aġenzija waħda ta' l-implimentazzjoni li għandha tiġi stabbilita fi ħdan l-amministazzjoni nazzjonali jew taħt il-kontroll dirett tagħha.

(b) L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni f'kull pajjiż benefiċjarju għandu, wara li jikkonsulta mal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, jaħtar uffiċjal ta' awtorizzazzjoni tal-programm sabiex imexxi l-aġenziji ta' implimentazzjoni.

L-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni tal-programmi għandhom ikunu uffiċjali fi ħdan l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-pajjiżi benefiċjarji. Huwa għandu jkun responsabbli mill-attivitajiet imwettqa mill-aġenzija ta' l-implimentazzjoni.

▼M1

(c) Fir-rigward tal-parti tal-programm transkonfinali li tikkonċerna l-pajjiż rispettiv, l-aġenzija li timplimenta se tieħu taħt idejha l-għoti ta’ offerti u kuntratti, ħlasijiet, rappurtaġġ finanzjarju u dwar kontabbiltà tal-akkwist ta’ servizzi, forniment u ħidmiet u l-għoti ta’ kuntratti, ħlasijiet, kontabiltà u rappurtaġġ finanzjarju dwar għotjiet.

▼B

5.  Fejn rilevanti, id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 76 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼M1

6.  Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-istrutturi operattivi għandhom ikunu dawk imsemmija fil-programmi rilevanti transkonfinali.

▼B

Artikolu 140

L-irwol tal-Kummissjoni fl-għażla tal-ħidmiet

1.  Fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata, il-Kummissjoni għandha:

▼M1

(a) japprova mill-kriterji għall-għażla ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-programm transkonfinali li jinkludu dawk l-operazzjonijiet li ġew identifikati ‘l barra minn sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 95(1);

▼B

(b) tapprova t-talbiet għal proposti u l-pakketti ta' l-applikazzjonijiet tagħhom (Linji ta' gwida għall-applikanti) qabel il-pubblikazzjoni;

(ċ) fejn relevanti, tapprova l-kompożizzjoni ta' kumitat ta' tmexxija fdat bl-għażla tal-ħidmiet;

(d) formlament tikkonferma l-ħidmiet magħżula mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 142. Fil-każi kollha, il-Kummissjoni għandha żżomm id-dritt ta' l-approvazzjoni finali ta' ħidma magħżula għall-finanzjament.

2.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, id-dritt tal-Kummissjoni li teżerċita kontroll ex ante fuq l-għażla tal-ħidmiet għandha tiġi ddefinita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għotja ta' ġestjoni skond l-artikolu 114(3).



Sub-taqsima 2

L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ

Artikolu 141

L-evalwazzjoni

L-Artikolu 109 għandhu japplika mutatis mutandis. Madankollu, fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata, l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(3) għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 109(4) u l-Artikolu 109(5) ma japplikawx.

Fil-każ ta' programmi transkonfinali fost pajjiżi benefiċjarji, il-ħtieġa li titwettaq l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 109(2) tista' tiġi deċiża mill-Kummissjoni bi ftehim mal-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti u b'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità. L-evalwazzjoni ex ante tista' titwettaq bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

▼M1

Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, il-Kummissjoni tista’ twettaq kwalunkwe evalwazzjoni ad hoc li hi tqis neċessarja.

▼B

Artikolu 142

Kumitat konġunt ta' monitoraġġ

1.  Fil-każ ta' programmi transkonfinali bejniethom, il-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti għandhom jistabbilixxu kumitat konġunt ta' monitoraġġ għal kull programm transkonfinali. Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jkollu l-irwol ta' kumitat settorjali ta' monitoraġġ imsemmi f-Artikolu 59. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 59(1), il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' l-ewwel ftehim ta' finanzjament relatat mal-programm.

1.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, fuq l-inizjattiva tal-pajjiżi parteċipanti jew tal-Kummissjoni.

2.  Kull kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jħejji r-regoli ta' proċeduri tiegħu b'konformità ma' mandat ta' kumitat konġunt ta' monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni u fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-pajjiżi parteċipanti kkonċernati, sabiex jeżerċita l-missjonijiet tiegħu skond ir-Regolament preżenti. Huwa għandu jadotta dawn ir-regoli ta' proċedura.

3.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti.

3.  Kull pajjiż parteċipanti għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu, inkluż ir-rappreżentanti ta' l-istruttura operattiva responsabbli mill-programm, sabiex jagħmlu parti mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ. Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-kumitat konġunt ta' monitoraġġ, għandhom jiġu kkonsidrati d-dispożizzjonijet fl-Artikolu 87.

4.  Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat konġunt ta' monitoraġġ fi rwol konsultattiv.

5.  Il-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandu jkun sodisfatt mill-effikaċja u l-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jikkunsidra u japprova l-kriterji għall-għażla tal-ħidma ffinanzjata mill-programm transkonfinali u japprova kwalunkwe reviżjoni ta' dawk il-kriterji skond il-ħtiġijiet ta' l-ipprogrammar;

(b) għandu jirrevedi perjodikament il-progress lejn il-kisba tal-miri speċifiċi tal-programm transkonfinali abbażi ta' dokumenti mressqa mill-istrutturi operattivi ta' pajjiżi benefiċjarji parteċipanti;

(ċ) għandu jeżamina r-riżultati ta' l-implimentazzjoni, partikolarment il-kisba tal-miri stabbiliti għal kull ass prijoritarju u l-evalwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 141;

(d) għandu jeżamina r-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 144;

(e) għandu jiġi mgħarraf, kif applikabbli, dwar ir-rapport(i) annwali ta' l-attività ta' verifika msemmija fl-Artikolu 29(2)(b) l-ewwel indent, u dwar kwalunkwe impenn relevanti li tista' tagħmel il-Kummissjoni wara li teżamina dak ir-rapport;

(f) għandu jkun responsabbli mill-ħidmiet magħżula, iżda jista' jiddelega din il-funzjoni lil kumitat ta' tmexxija;

(g) għandu jipproponi kwalunkwe reviżjoni jew eżami tal-programm transkonfinali li x'aktarx iwasslu għall-kisba ta' l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 86(2) jew għal titjib fil-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni finanzjarja;

(h) għandu jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta li temenda l-kontenut tal-programm transkonfinali.

Artikolu 143

Ħidmiet maqsuma ta' l-istrutturi operattivi u l-kumitat konġunt ta' monitoraġġ

L-istruttura operattiva tal-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti u l-kumitat konġunt ta' monitoraġġ għandhom jiżguraw il-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali. Huma għandhom iwettqu monitoraġġ b'referenza għall-indikaturi msemmija fl-Artikolu 94(1)(d) u, fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, l-indikaturi finanzjarji speċifiċi fil-programm transkonfinali.

Artikolu 144

Rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.  L-istrutturi operattivi tal-pajjiżi benefiċjarji li jipparteċipaw fi programm transkonfinali għandhom jibagħtu rapport annwali u rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali, wara eżami mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ, lill-Kummissjoni u lill-koordinaturi nazzjonali ta' l-IPA relevanti.

1.  Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-uffiċjali nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni rispettivi.

1.  Ir-rapport annwali għandu jitressaq sat-30 ta' Ġunju kull sena u għall-ewwel darba fit-tieni sena wara l-adozzjoni tal-programm transkonfinali.

1.  Ir-rapport finali għandu jitressaq sa mhux iktar tard minn 6 xhur wara l-għeluq tal-programm transkonfinali.

2.  Ir-rapporti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm transkonfinali u l-prijoritajiet fir-rigward tal-miri speċifiċi u verifikabbli tagħhom, flimkien ma' kwantifikazzjoni, kull fejn u kull meta dawn tkun tista' ssirilhom kwantifikazzjoni, permezz ta' indikaturi msemmija fl-Artikolu 94(1)(d) fuq il-livell ta' l-ass prijoritarju;

(b) informazzjoni ddettaljata dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm transkonfinali;

(ċ) il-passi meħuda mill-istruttura operattiva u/jew mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ biex tiġi żgurata l-kwalità u l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni, partikolarment:

(i) tal-miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, bl-inklużjoni ta' l-arranġamenti ta' ġbir ta' data;

(ii) taqsira ta' kwalunkwe problema sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm u kwalunkwe miżura meħuda;

(iii) l-użu ta' għajnuna teknika;

(d) il-miżuri meħuda sabiex tingħata informazzjoni dwar il-programm transkonfinali u l-pubbliċità tiegħu.

2.  Fejn xieraq, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu tista' tingħata f'sura mqassra.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tiġi inkluża fir-rapporti fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata biss.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tista' ma tiġix inkluża jekk ma jkun hemm l-ebda modifika sinifikanti mir-rapport preċedenti.



Sub-taqsima 3

Il-ġestjoni finanzjarja

Artikolu 145

Għotjiet

Wara l-għażla ta' ħidmiet konġunti skond l-Artikolu 95, l-istrutturi operattivi fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata u l-Kummissjoni fil-każ ta' ġestjoni ċentralizzata, għandhom joħorġu għotja lill-benefiċjarju ewlieni tal-pajjiż benefiċjarju parteċipanti kkonċernat.

Artikolu 146

Ir-regoli applikabbli

Fil-każ ta' ġestjoni deċentralizzata, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 79 paragrafi (1), (2) u (3), u 80.



TITOLU III

IL-KOMPONENTI TA' L-IŻVILUPP REĠJONALI U TAR-RIŻORSI UMANI



KAPITOLU I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità



Taqsima 1

Il-Komponent ta' l-Iżvilupp Reġjonali

Artikolu 147

Oqsma u suriet ta' assistenza

1.  Il-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali jista' jappoġġja ħidmiet taħt il-prijoritajiet li ġejjin:

(a) l-infrastruttura tat-trasport, partikolarment l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà bejn netwerks nazzjonali, u bejn netwerks nazjonali u trans-Ewropej;

(b) miżuri ambjentali relatati mal-ġestjoni ta' l-iskart, il-provvista ta' l-ilma, ilma maħmuġ urban u l-kwalità ta' l-arja, ir-rijabilitazzjoni ta' siti kkontaminati żoni relatati ma' żvilupp sostenibbli li jkollhom benefiċċji ambjentali, speċjalment effiċjenza enerġetika u enerġija rinovabbli;

(ċ) ħidmiet li jsaħħu l-kompetittività reġjonali u l-ambjent produttiv, u li jinkoraġixxu l-ħolqien u s-salvagwardja ta' impjiegi sostenibbli, li partikolarment jinvolvu:

(i) l-għotja ta' servizzi ta' kummerċ u teknoloġija lill-intrapriżi, partikolarment fl-oqsma tal-ġestjoni, fir-riċerka tas-suq u l-iżvilupp, u fin-netwerking;

(ii) l-aċċess u l-użu ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(iii) il-promozzjoni ta' żvilupp teknoloġiku, riċerka u innovazzjoni li tinkludi kooperazzjoni ma' l-edukazzjoni terzjarja u ma' istituzzjonijiet ta' riċerka u ċentri ta' riċerka u teknoloġija;

(iv) l-iżvilupp ta' netwerks u gruppi ta' negozju;

(v) il-ħolqien u l-iżvilupp ta' strumenti ta' finanzjament li jiffaċilitaw l-aċċess għal revolving financing permezz ta' kapital ta' riskju, self u fondi ta' garanzija;

(vi) dispożizzjoni ta' infrastruttura lokali u servizzi li jikkontribwixxu sabiex jiġu ffaċililati l-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir ta' negozji ġodda u eżistenti;

(vii) infrastrutturi ta' edukazzjoni u taħriġ, fejn neċessarju għal żvilupp reġjonali u b'koordinazzjoni mill-qrib mal-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani.

2.  Taħt dan il-komponent, l-assistenza teknika tista' tingħata għal studji preliminari u għajnuna teknika relatati ma' attivitajiet eiġibbli, bl-inklużjoni ta' dawk meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom.

2.  L-assistenza teknika tista' tiffinanzja wkoll attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u kontroll u attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA previst premezz ta' dan il-komponent.

Artikolu 148

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  In-nefqa taħt dan il-komponent għandha tkun eliġibbli jekk tkun ġiet attwalment imħallsa wara l-firma tal-ftehim ta' finanzjament wara l-adozzjoni tal-programm rilevanti. Fil-każ ta' proġetti maġġuri kif imsemmi fl-Artikolu 157, in-nefqa m'għandhiex tkun eliġibbli qabel ma' tiġi adotta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-proġett maġġuri, kif imsemmi fl-Artikolu 157(3).

▼M1

2.  Barra mir-regoli stipulati fl-Artikoli 34(3), l-ispejjeż ta’ deprezzament għall-infrastrutturi mhumiex se jkunu eliġibbli.

▼M1

3.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 34(3), spejjeż operattivi, li jinkludu spejjeż ta’ kiri, relatati esklussivament mal-perjodu ta’ finanzjament bi sħab tal-operazzjoni, jistgħu jkunu eliġibbli.

▼B

Artikolu 149

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Għall-iskopijiet ta' dan il-komponent, in-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 38(1) għandha tkun abbażi tan-nefqa pubblika.

▼M1

2.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż il-limitu ta’ 85 % tan-nefqa eliġibbli fuq il-livell tal-fus prijoritarju.

▼B

3.  L-ebda ħidma m'għandha tibbenefika minn rata ta' kofinanzjament ogħla mir-rata relatata ma' l-ass prijoritarju kkonċernat.

Artikolu 150

Proġetti li jiġġeneraw dħul

▼M1

1.  Għall-iskopijiet ta’ dan il-komponent, proġett li jiġġenera dħul huwa kwalunkwe proġett propost għal assistenza ta’ qabel l-adeżjoni li jinvolvi investiment f’infrastruttura, li l-użu tiegħu huwa soġġett għal tariffi li jitħallsu direttament minn utenti u li jiġġeneraw dħul, jew kwalunkwe ħidma li tinvolvi l-bejgħ jew kiri ta’ art jew bini jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tas-servizzi kontra l-ħlasijiet.

2.  In-nefqa eliġibbli għal proġetti li jiġġeneraw dħul, użati biex bihom tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni Komunitarja b’konformità mal-Artikolu 149, mhux se taqbeż il-valur attwali tad-dħul nett mill-investiment fuq perjodu ta’ referenza speċifiku għal (a) investimenti fl-infrastruttura; Jew (b) proġetti oħra fejn huwa possibbli li jiġi stmat oġġettivament id-dħul bil-quddiem.

▼B

3.  Fejn mhux l-ispejjeż kollha jkunu eliġibbli għal kofinanzjament id-dħul nett għandu jiġi allokat pro rata fuq il-partijiet eliġubbli u mhux eliġibbli ta' l-ispiża a' l-investiment.

4.  Fil-kalkolu, l-istruttura operattiva għandha tikkunsidra l-perjodu ta' referenza xieraq għall-kategorija ta' investiment ikkonċernat, il-kategorija tal-proġett, il-profitabbiltà normalment aċċettata tal-kategorija ta' l-investiment ikkonċernat u ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju li minn inniġġes iħallas u, jekk xieraq, ta' kunsidrazzjonijiet tal-possibiltà tax-xiri, partikolarment fis-settur ta' l-ambjent.

▼M1

5.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma japplikawx għal:

(a) operazzjonijiet kofinanzjati taħt dan il-komponiment, l-ispiża totali li hija ekwivalenti jew inqas minn EUR 1 miljun;

(b) dħul iġġenerat matul il-ħajja ekonomika tal-investimenti kofinanzjati fil-każ ta’ investimenti f’ditti;

(c) dħul li sar fi ħdan il-qafas tal-istrumenti ta’ finanzjament li jiffaċilitaw l-aċċess għal revolving financing permezz ta’ kapital ta’ riskju, self u fondi ta’ garanzija.

▼B



Taqsima 2

Il-Komponent ta' l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Artikolu 151

Oqsma u suriet ta' assistenza

1.  Il-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali kif ukoll il-prijoritajiet ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjiegi fil-qasam ta' l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-inklużjoni soċjali.

2.  L-iskop ta' dan il-komponent għandu partikolarment jkopri assistenza lil persuni u jiffoka fuq il-prijoritajiet li ġejjin, li t-taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom għandha tiddependi fuq speċifiċitajiet ekonomiċi u soċjali ta' kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji:

(a) l-adattabbiltà dejjem tikber ta' ħaddiema, intrapriżi u imprendituri, bil-ħsieb li tittejjeb l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni pożittiva tal-bidla ekonomika, partikolarment permezz tal-promozzjoni:

(i) it-tagħlim matul il-ħajja u iktar investiment fir-riżorsi umani minn intrapriżi u ħaddiema;

(ii) it-tħejjija u d-disseminazzjoni ta' forom ta' organizzazzjoni ta' xogħol innovattivi u iktar produttivi;

(b) it-titjib ta' l-aċċess għall-impjiegi u l-inklużjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol ta' min ifittex xogħol u persuni qegħda, il-prevenzjoni tal-qgħad, partikolarment il-qgħad ta' żgħażagħ fuq terminu twil ta' żmien, l-inkoraġġiment ta' active aging u ħajja mtawla ta' xogħol, iż-żieda tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol notevolment permezz tal-promozzjoni:

(i) il-ħolqien, l-immodernizzar u t-tisġiġ ta' istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol;

(ii) l-implimentazzjoni ta' miżuri attivi u preventivi li jiżguraw l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet minn kmieni;

(iii) it-titjib ta' l-aċċess għall-impjiegi u ż-żieda tal-parteċipazzjoni sostenibbli u l-progress tan-nisa fl-impjiegi;

(iv) iż-żieda tal-parteċipazzjoni ta' migranti fl-impjiegi, u b'hekk it-tisħiħ ta' l-integrazzjoni soċjali;

(v) l-iffaċilitar ta-mobilità ġeografika u tax-xogħol ta' ħaddiema u l-integrazzjoni ta' swieq transkonfinali tax-xogħol;

(ċ) ir-rinfurzar ta' l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta' nies li jkunu fi żvantaġġ, b' ħarsa lejn l-integrazzjoni sostenibbli tagħhom f'impjieg, u l-ġlieda kontra kull sura ta' diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, partikolarment permezz tal-promozzjoni ta':

(i) toroq li jwasslu lejn l-integrazzjoni u xogħol għal nies li jinsabu fi żvantaġġ;

(ii) l-aċċettazzjoni tad-diversità fuq il-post tax-xogħol u n-non-diskriminazzjoni;

(d) il-promozzjoni ta' partenarjati, patti u inizjattivi permezz ta' netwerking tal-partijiet interessati relevanti, bħall-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, sabiex issir mobilizzazzjoni għal riformi fil-qasam ta' l-inklussività ta' l-impjiegi u tas-suq tax-xogħol;

(e) it-tkabbir u t-tisħiħ ta' l-investiment fil-kapital uman, partikolarment permezz il-promozzjoni ta':

(i) it-tiswir, l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi f'sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, sabiex tiġi żviluppata l-possibbiltà ta' l-impjieg u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol;

(ii) iktar parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ matul iċ-ċiklu tal-ħajja;

(iii) l-iżvilupp tal-potenzjal tal-bniedem fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(iv) attivitajiet ta' netwerking bejn istituzzjonijiet ogħla ta' l-edukazzjoni, ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija u l-intrapriżi;

(f) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali u, fejn relevanti, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'ħarsa lejn riformi u tmexxija tajba fl-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fl-oqsma soċjali.

3.  Fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju, tista' tingħata assistenza teknika taħt dan il-komponent sabiex jiġu megħjuna l-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, amministrazzjoni, appoġġ, informazzjoni, evalwazzjoni u kontroll tal-programm, u l-attivitajiet ta' tħejjija b'ħarsa lejn il-ġestjoni ġejjiena tal-Fondi Strutturali Ewropej.

4.  L-assistenza għandha tiffoka fuq dawk l-oqsma ta' politika u attivitajiet li għandhom il-potenzjal li jkunu ta' katalist għall-bidla fil-politika u li jsaħħu t-tmexxija tajba u l-partenarjat.

Artikolu 152

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  In-nefqa li ġejja tista' tkun eliġibbli għal ħidmiet li jaqgħu taħt l-iskop ta' l-Artikolu 151:

(a) id-diprezzament ta' l-infiq taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

i) l-ebda għotja nazzjonali jew Komunitarja ma tikkontribwixxi għax-xiri ta' investiment relatat;

ii) l-ispejjeż ta' diprezzament jiġi kkalkolati mar-regoli ta' kontabilità nazzjonali applikabbli relevanti;

iii) l-ispiża hija marbuta mal-perjodu ta' kofinanzjament tal-ħidma kkonċernata.

(b) fil-każ ta' għotjiet, l-ispejjeż indiretti ddikjarati fuq rata fissa sa 20 % ta' l-ispejjeż diretti tal-ħidma, jekk dawn isiru skond ir-regoli nazzjonali, inklużi r-regoli ta' kontabilità;

(ċ) ix-xiri ta' għamara, apparat, l-adattazzjoni u l-modernizzazzjoni ta' l-infrastrutturi eżistenti, jekk:

i) l-ammont ikkonċernat għall-ħidma kkonċernata hija soġġetta għal limitu ta' 15 % tal-finanzjmanet taħt ir-Regolament ta' l-IPA għal kull ass prijoritarju tal-programm(i) taħt dan il-komponent;

ii) ikunu meħtieġa investimenti għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm(i) taħt il-komponent u jikkontribwixxu għaż-żieda ta' l-impatt ta' l-assistenza;

iii) il-valutazzjoni, li ssir taħt ir-responssabbiltà ta' l-istruttura operattiva, turi li x-xiri huwa l-aħjar soluzzjoni fit-termini ta' l-aħjar valur għall-flus;

2.  Permezz ta' deroga għall-Artikolu 34(3), in-nefqa li ġejja tista' tkun eliġibbli:

(a) it-taxxi, inklużi t-taxxi fuq il-valur miżjud, jekk ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati bl-ebda mezz u jiġi stabbilit li dawn ser jitħallsu mill-benefiċjaru finali;

(b) l-ispejjeż operattivi, bl-inklużjoni ta' spejjeż ta' kiri, esklussivament relati mal-perjodu tal-kofinanzjament tal-ħidma;

(ċ) il-kiri jew il-kiri fit-tul, jekk dan ikun esklussivament relatat mal-perjodu ta' kofinanzjament tal-ħidma, u jekk tkun l-aħjar soluzzjoni fit-termini ta' l-aħjar valur għall-flus;

▼M1

(d) spejjeż relatati ma’ garanzija tal-bank jew ċertezza kumparabbli li għandha tiġi ppreżentata mill-benefiċjarju tal-għotja.

▼B

Artikolu 153

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Għall-iskopijiet ta' dan il-komponent, in-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 38(1), għandha tkun abbażi jew tan-nefqa pubblika jew tan-nefqa totali, u l-għażla tkun tapplika fuq it-totalità tal-programm ikkonċernat.

2.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja m'għandhiex tiżboq il-limitu ta' 85 % tan-nefqa eliġibbli fuq il-livell ta' l-ass prijoritarju.

3.  L-ebda ħidma m'għandha tibbenefika minn rata ta' kofinanzjament ogħla mir-rata relatata ma' l-ass prijoritarju kkonċernat.



KAPITOLU II

L-Ipprogrammar

Artikolu 154

Qafas ta' koerenza strateġika

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jistabbilixxu, abbażi tad-dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali, qafas strateġiku ta' koerenza sabiex jiġi diskuss mal-Kummissjoni. Il-qafas strateġiku ta' koerenza għandu jikkostitwixxi dokument ta' referenza għall-ipprogrammar tal-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali u tal-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani.

2.  Il-qafas strateġiku ta' koerenza għandu jinkludi:

(a) analiżi qasira, li titfa' dawl fuq punti sodi, oħrajn dgħajfa, opportunitajiet u theddid fis-setturi eliġibbli u l-prijoritajiet tematiċi, taħt il-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani, fejn il-pajjiż benefiċjarju jkun bi ħsiebu jikkonċentra l-assistenza;

(b) deskrizzjoni ta' l-għanijiet li jridu jintlaħqu taħt il-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani, skond il-prijoritajiet nazzjonali u Komunitarji relevanti, kif stabbilit fl-ewwel dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali;

(ċ) lista ta' programmi, b'deskrizzjoni qasira ta' l-assi prijoritarji ewlenin taħt kull programm;

(d) analiżi indikattiva ta' l-allokazzjonijiet finanzjarji bejn il-programmi bażi, li jkopru perjodu ta' tliet snin, skond il-qafas finanzjarju indikattiv multi-annwali u d-dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali, u l-bilanċ ta' baġit indikattiv bejn il-programmi bażi għas-snin ta' wara, fi ħdan kull komponent.

3.  Barra minn hekk, il-qafas strateġiku tal-koerenza għandu jinkludi, fejn relevanti, dispożizzjonijiet dwar:

(a) koordinazzjoni ma' programmi nazzjonali oħrajn appoġġjati minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew minn assistenza esterna relevanti oħra;

(b) koordinazzjoni ma' komponenti oħrajn ta' l-IPA, partikolarment il-komponent ta' l-iżvilupp rurali.

4.  Il-qafas strateġiku ta' koerenza għandu jkun prerekwiżit għall-approvazzjoni tal-programmi taħt il-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani. Għandu jitressas lill-Kummissjoni qabel, jew sa mhux iktar tard, flimkien mas-sottomissjoni għall-approvazzjoni ta' l-ewwel programm taħt dawk il-komponenti.

5.  Għandu jsir abbozz tal-qafas strateġiku ta' koerenza mill-kooridnatur strateġiku, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA.

Artikolu 155

Programmi operattivi

1.  L-assistenza għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi operattivi multi-annwali. L-istrutturi operattivi gġandhom iħejju l-abbozzi ta' dawn il-programmi operattivi Huma għandhom jiġu stabbiliti b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-partijiet interessati relevanti, u approvati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 8(1).

2.  Il-programmi operattivi għandhom jinkludu:

(a) evalwazzjoni fuq il-ħtiġijiet u l-għanijiet fuq terminu medju ta' żmien, li tenfasizza il-punti sodi, oġrajn dgħajfa, l-opportunitajiet u t-theddid fis-setturi relevanti, fit-temi u fir-reġjuni;

(b) ħarsa ġenerali lejn il-konsultazzjoni ta' l-isħab soċjo-ekonomiċi relevanti u; fejn relevanti, tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;

(ċ) deskrizzjoni tal-prijoirtajiet strateġiċi magħżula, b'kunsidreeazzjoni lejn il-qafas strateġiku ta' koerenza u tal-mekkaniżmi settorjali, tematiċi u/jew ġeografiċi tal-konċentrazzjoni ta' l-assistenza, kif ukoll ir-riżultati mill-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 57(40) u 166;

(d) informazzjoni dwar l-ass prijoritarju, il-miżuri relatati u l-miri speċifiċi tagħhom. Dawn il-miri għandhom jiġu kkwantifikati, fejn xieraq, permezz ta' numru limitat ta' indikaturi tar-riżultat. Dawn l-indikaturi għandhim jippermetti li jiġi ddeterminat il-progress għall-implimentazzjoni tal-miżuri magħżula, bl-inklużjoni ta' l-effikaċja tal-miri marbuta ma' l-ass u l-miżuri prijoritarji;

(e) fejn xi miżuri huma intiżi li jiġu implimentati permezz ta' skemi ta' għajnuna għall-intrapriżi, għandhom jiġu deskritti l-modalitajiet relatati;

(f) deskrizzjoni tal-ħidmiet ta' assistenza teknika, li għandhom jitwettqu taħt ass prijoritarju speċifiku. L-appoġġ Komunitarju għall-ass prijoritarju jista' jkun sa livell ta' 6 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja allokata lill-programm operattiv. F'każi eċċezzjonali u ġġustifikati relatati ma' l-iskop tal-programm, dan il-livell jista' jilħaq l-10 %;

(g) identifikazzjoni, għal kull miżura, tal-benefiċjarji finali intiżi, tal-modalitajiet ta' l-għażla mistennija u tal-kriterji ta' għażla speċifiċi possibbli relatati;

(h) tabella finanzjarja li tispeċifika, għal kull sena koperta mill-oqfsa finanzjarji indikattivi multi-annwali applikabbli, għal kull ass prijoritarju u, b'mod indikattiv, għal kull miżura relatata:

(i) l-ammont totali tal-kontribuzzjoni Komunitarja;

(ii) il-kontribuzzjoni nazzjonali, fejn applikabbli l-identifikazzjoni ta' kontribuzzjonijiet esterni oħra. Fejn il-kontribuzzjoni Komunitarja, taħt il-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani, hija kkalkolata b'referenza għan-nefqa totali, it-tabella għandha tagħti l-analiżi indikattiva tal-kontribuzzjoni nazzjonali bejn il-komponenti pubbliċi u privati;

(iii) ir-rata li tirriżulta tal-kontribuzzjoni Komunitarja;

(i) l-evalwazzjoni proposta u l-indikaturi u l-modalitajiet ta' monitoraġġ, flimkien ma' l-attivitajiet u ż-żmien ta' l-evalwazzjoni indikattiva;

(j) għall-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali, lista indikattiva tal-proġetti maġġuri, flimkien mal-fatturi tekniċi u finanzjarji tagħhom, bl-inklużjoni tar-riżorsi finanzjarji aċċettati, kif ukoll skedi indikattivi għall-implimentazzjoni tagħhom;

(k) deskrizzjoni ta' l-istrutturi u l-awtoritajiet relevanti għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programm operattiv, skond l-Artikoli 21 sa 26, 28, 29 u 31.

Artikolu 156

Ir-reviżjoni ta' programmi operattivi

1.  Fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju jew tal-Kummissjoni, il-programmi operattivi jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid u, fejn xieraq, jiġi rivedut il-bqija tal-programm. Din ir-reviżjoni tista' seħħ partikolarment fil-każi li ġejjin:

(a) wara bidliet soċjo-ekonomiċi sinifikanti;

(b) sabiex tittieħed kunsiderazzjoni ikbar jew differenti tal-bidliet ewlenin fil-prijoritajiet Komunitarji jew nazzjonali;

▼M1

(c) wara r-reviżjoni annwali tad-dokument ta’ ppjanar indikattiv multiannwali;

▼B

(d) fid-dawl ta' l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 166(2);

(e) minħabba diffikultajiet fl-implimentazzjoni.

2.  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar talba għar-reviżjoni ta' kwalunkwe programm operattiv għandha tiġi adottata mill-aktar fis possibbli wara s-sottomissjoni formali tagħha mill-koordinatur strateġiku b'koordinazzjoni mal-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA.

3.  Fejn ir-reviżjoni ta' programm operattiv, kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, testendi l-iskop eliġibbli taħt dan il-programm, kwalunkwe nefqa addizzjonali relatata ma' dan għandha tkun eliġibbli mid-data ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 157

Proġetti ewlenin taħt il-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali

1.  Bħala parti minn programm operattiv, assistenza taħt il-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali tista' tiffinanzja proġetti ewlenin.

2.  Proġett ewlieni jinkludi serje ta' ħidmiet, attivitajiet jew servizzi u hu intiż, fih innifsu, sabiex iwettaq ħidma definita u indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika, li jkollha għanijiet identifikati u li l-ispiża totali tagħha ma tiżboqx l-€10 miljuni.

3.  Proġetti ewlieni għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni għall-parrovazzjoni mill-istrutturi operattivi relevanti. Id-Deċiżjoni li tapprova l-proġett għandha tiddefinixxi l-għan fiżiku u n-nefqa eliġibbli li għalihom tapplika r-rata ta' kofinanzjament għall-ass prijoritarju. Għandha tiġi segwita minn ftehim bilaterali mal-pajjiż benefiċjarju, li jistabbilixxi dawk l-elementi.

4.  Meta tressaq proġett ewlieni quddiem il-Kummissjoni, l-istruttura operattiva għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni dwar l-entità li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni;

(b) informazzjoni dwar in-natura ta' l-investiment u deskrizzjoni tal-volum finanzjarju tiegħu u l-post;

(ċ) ir-riżultati ta' studji tal-fattibiltà;

(d) skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett qabel l-għeluq tal-programm operattiv relatat;

(e) evalważżjoni tal-bilanċ soċjo-ekonomiku ġenerali, abbażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż/benefiċċju flimkien ma' evalwazzjoni tar-riskju, u evalwazzjoni ta' l-impatt mistenni fuq is-settur ikkonċernat, fuq is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tal-pajjiż benefiċjarju u, fejn il-ħidma tinvolvi t-trasferiment ta' attivitajiet minn reġjun fi Stat Membru, l-impatt soċjo-ekonomiku fuq dak ir-reġjun;

(f) analiżi ta' l-impatt ambjentali;

(g) il-pjan ta' finanzjament, li juri l-kuntirbuzzjonijiet finanzjarji totali misttemija u l-kontribuzzjoni ppjanata taħt ir-Regolament dwar l-IPA, kif ukoll minn fondi Komunitarji esterni oħra. Il-pjan ta' finanzjament għandu jagħti prova tal-kontribuzzjoni meħtieġa ta' l-IPA permezz ta' analiżi ta' vijabbiltà finanzjarja.



KAPITOLU III

L-Implimentazzjoni



Taqsima 1

Ir-Regoli Ġenerali

Artikolu 158

L-għażla tal-ħidmiet

1.  Il-ħidmiet kollha li m'humiex proġetti ewlenin u li huma implimentati mill-benefiċjarji finali li ma jkunux entitajiet pubbliċi nazzjonali għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħiet għall-proposti. Il-kriterji ta' l-għażla għandhom jitħejjew mill-istruttura operattiva u għandhom jiġu ppubblikati mas-sejħa għall-proposti.

2.  L-istruttura operattiva għandha tistabbilixxi kumitat ta' l-għażla għal kull sejħa għall-proposti, li għandu janalizza u jagħzel kull proposta, u jirrakkomanda riżultati lill-istruttura operattiva.

2.  L-istruttura operattiva għandha tiddeċiedi jekk tapprovax ir-riżultati tal-proċedura ta' l-għażla u tistqarr ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

2.  Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' l-għażla u l-modalitajiet ta' funzjonament tiegħu huma ddefiniti fil-ftehim relevanti tal-finanzjament.

Artikolu 159

Strumenti ta' ġestjoni finanzjarja

1.  Bħala parti mill-programm operattiv, il-kontribuzzjoni Komunitarja tista' tiffinanzja nefqa relatata ma' ħidma li tinkludi kontribuzzjonijiet għall-appoġġ ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja għal intrapriżi, bħal fondi ta' kapital ta' riskju, fondi ta' garanzija u fondi ta' self. Tingħata preferenza lil intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

2.  Regoli ddetaljati ta' l-implimentazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament wara l-adozzjoni ta' programm oprerattiv li jipprovdi għal kontribuzzjoni Komunitarja għal strumenti ta' inġinerja finanzjarja.



Taqsima 2

Il-Ġestjoni Finanzjarja

Artikolu 160

Il-pagamenti

1.  Minkejja l-Artikolu 40(5), it-total sħiħ tal-pre-finanzjmanet u tal-pagamenti interim m'ghandhomx jiżbqu l-90 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja kif stabbilit fit-tabella finanzjarja tal-programmi operattivi.

2.  L-iskambji kollha li jikkonċernaw tranżazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 21 għandhom isiru permezz ta' mezzi elettroniċi, kif previst fil-ftehim ta' finanzjament.

▼M3

3.  Flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42, il-pagamenti ta’ prefinanzjament jistgħu jammontaw għal 30 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għat-tliet snin l-aktar reċenti tal-programm ikkonċernat. Fejn meħtieġ, fir-rigward tad-disponibilità tal-impenn baġitarju, il-prefinanzjament jista’ jitħallas f’żewġ pagamenti.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 161

L-aċċettabilità ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti

1.  Fil-każ ta' applikazzjoni ta' pagament għal pagament interim, barra mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 43(1), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw taħt il-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani.

1.  Applikazzjoni ta' pagament ma tistax tiġi aċċettata jekk il-pagamenti ikunu ġew sospiżi skond l-Artikolu 163. L-applikazzjoni ta' pagament għandha tiċċertfika li jiġu rrispettati r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u f'dan il-paragrafu.

1.  Id-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 34(1) għandha titħejja permezz ta' miżuri u assi prijoritarji. L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jiċċertifika li d-dikjarazzjoni tan-nefqa hija preċiża, li tirriżulta minn sistema affidabbli ta' kontabilità u hija bbażata fuq dokumenti verifikabbli. L-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat dan id-dokument lill-Kummissjoni flimkien ma':

(a) ċertifikat tan-nefqa, li jiċċertifika li n-nefqa ddikjarata tkun konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli u tkun saret fuq ħidmiet magħżula għal finanzjament skond il-kriterji applikabbli għall-programm u konformi ma' regoli Komunitarji u nazzjonali;

(b) l-inklużjoni ta' ħidmiet f'listi kkompjuterizzati skond il-miżura u n-nefqa korrispondenti, flimkien mal-kontribuzzjoni taħt ir-Regolament dwar l-IPA, il-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali u, fejn applikabbli, il-kontribuzzjonijiet privati;

(ċ) id-dettalji ta' l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja kollha, jew parti minnha, allokata għal ħidma;

(d) id-daqs tal-fondi Komunitarji fil-kont f'euro speċifiku għall-komponent fid-data ta' l-aħħar debitu msemmi fid-dikjarazzjoni u d-dħul mill-imgħax.

2.  Fil-każ ta' applikazzjoni ta' pagament għall-pagament ta' bilanċ finali, barra mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45(1), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw taħt il-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani.

2.  Sabiex applikazzjoni ta' pagament tkun aċċettabbli, il-kontribuzzjoni Komunitarja, permezz ta' l-ass prijoritaju, għandha tkun konsistenti mat-tabella finanzjarja tal-programm operattiv.

2.  Id-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 45(1), għandha titħejja mill-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni u mibgħuta lill-Kummissjoni skond ir-rekwiżiti ta' l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż benefiċjarju dwar il-kunklużjonijiet u l-kontenut ta' l-opinjoni ta' l-awtorità ta' verifika msemmija fl-Artikolu 45(1) (c). Din l-opinjoni għandha titqies aċċettata fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni u fi żmien ħames xhur mid-data li tiġi rċevuta.

Artikolu 162

L-iskadenzi taż-żmien tal-pagamenti

1.  Il-fond nazzjonali għandu jiżgura li l-rekwiżiti għal pagamenti interim għal kull programm operattiv jintbagħtu lill-Kummissjoni tliet darbiet fis-sena. Sabiex il-Kummissjoni tagħmel pagament f'sena partikolari, l-applikazzjoni ta' pagament għandha titressaq sal-31 ta' Ottubru kull sena.

2.  Soġġetta għad-disponibilità tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tħallas pagament interim sa mhux iktar tard mid-data meta applikazzjoni għal pagament li tilħaq il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(1) u 161(1) tiġi rreġistrata mal-Kummissjoni.

3.  Soġġett għad-disponibiltà tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tħallas il-pagament tal-bilanċ finali ladarba jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Kummissjoni tkun aċċettat ir-rapport settorjali finali dwar l-implimentazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 169 (4) u (5);

(b) il-Kummissjoni tkun aċċettat l-opinjoni maħruġa mill-awtorità ta' verifika msemmija fl-Artikolu 45(1) (c) u r-rapport ta' l-attività relatat stabbilit fl-Artikolu 29(2)(b) l-ewwel inċiż.

4.  L-iskadenza taż-żmien tal-pagament tista' tiġi interrotta mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni b'delega tal-Kummissjoni, fit-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għal perjodu massimu ta' sitt xhur jekk:

(a) f'rapport ta' entità nazzjonali jew Komunitarja ta' verifika jkun hemm evidenza li turi nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; jew

(b) l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni, b'delega fil-Kummissjoni, jkollu jwettaq verifiki addizzjonali wara li ċerta informazzjoni li tasallu tavżah li nefqa f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta; jew

(ċ) jkunu meħtieġa kjarifiki dwar l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni tan-nefqa.

4.  Il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u l-uffiċjal nazzjonali ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa immedjatament bir-raġunijiet ta' l-interruzzjoni. L-interruzzjoni għandha tintemm hekk kif jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-pajjiżi benefiċjarji.

Artikolu 163

Is-sospensjoni tal-pagamenti

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 46 għandhom japplikaw għall-pagamenti interim kollha, jew parti minnhom, fuq il-livell ta' assi prijoritarji jew programmi.

Artikolu 164

L-għeluq ta' programm

1.  Il-programm operattiv għandu jingħalaq skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 47(1), filwaqt li l-pagament tal-bilanċ finali jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 16(2).

1.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż benefiċjarju bid-data ta' l-għeluq tal-programm operattiv.

2.  Minkejja r-riżultati ta' kwalunkwe verifika mwettqa mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-bilanċ finali mħallas mill-Kummissjoni għall-programm operattiv jista' jiġi emendat fi żmien disa' xhur mid-data ta' meta jitħallas jew, fejn ikun hemm bilanċ negattiv li jkun irid jintradd lura mill-pajjiżi parteċipanti, fi żmien disa' xhur mid-data minn meta tinħareġ in-nota ta' rkupru. Din l-emenda tal-bilanċ m'għandhiex tolqot id-data ta' l-għeluq tal-programm operattiv kif stabbilit fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 165

L-użu mill-ġdid ta' kontribuzzjoni Komunitarja

Il-pajjiż benefiċjarju għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kif tipproponi li tuża mill-ġdid il-fondi kkanċellati skond l-Artikoli 54 u, fejn xieraq, sabiex temenda l-pjan finanzjarju għall-assistenza, skond id-dispożizzjonijet ta' l-Artikolu 156.



Taqsima 3

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Artikolu 166

L-evalwazzjoni

1.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jagħmlu evalwazzjoni ex ante għal kull programm operattiv b'mod separat. Madankollu, k' każi ġġustifikati, u bi ftehim mal-Kummissjoni, pajjiżi benefiċjarji jistgħu jwettqu evalwazzjoni ex ante waħda li tkopri iktar minn programm operattiv wieħed.

1.  Evalwazzjonijiet ex ante għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-istruttura oerattiva.

1.  L-evalwazzjonijiet ex ante għandu jkollhom l-għan li jsir l-aħjar użu mill-allokazzjoni ta' riżorsi baġitarji tal-programmi transkonfinali u li jtejbu l-kwalità ta' l-ipprogrammar. Huma għandhom jidentifikaw u jivvalutaw id-diskrepanzi, il-qabżiet u l-potenzjal għall-iżvilupp tal-proċeduri, l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-miri kkwanitifikati, il-koerenza, jekk meħtieġ, ta' l-istrateġija pproposta u l-kwalità għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja.

1.  L-evalwazzjoni ex ante għandha tinhemeż mal-programm(i) li tkun marbuta magħhom.

2.  Matul il-prejodu ta' pprogrammar, il-pajjiżi parteċipanti għandhom iwettqu evalwazzjonijiet marbuta mal-monitoraġġ ta' programmi operattivi, partikolarment fejn il-monitoraġġ jiżvela tbegħid sinifikanti mill-għanijiet stabbiliti inizjalment jew fejn isiru proposti għar-reviżjoni ta' programm operattiv, kif isemmi fl-Artikolu 156. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu lill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għall-programm operattiv u lill-Kummissjoni.

3.  Għandhom jitwettqu evalwazzjonijiet minn esperti jew entitajiet, interni jew esterni, funzonalment indipendenti mill-awtoritajiet msemmija fl-Artikolu 21. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati skond ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għad-dokumenti.

Artikolu 167

Kumitat settorjali ta' monitoraġġ

1.  B'konformità ma' l-Artikolu 59, l-istruttura operattiva għandha tistabbilixxi kumitat settorjali ta' monitoraġġ għal kull programm. Jista' jiġi stabbilit kumitat settorjali ta' monitoraġġ wieħed għal diversi programmi fi ħdan l-istess komponent. Dan il-kumitat għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju jew tal-Kummissjoni.

2.  Kull kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jħejji r-regoli ta' proċedura tiegħu b'konformità ma' mandat ta' kumitat settorjali ta' monitoraġġ stabbilit mill-Kummissjoni, u fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Huwa għandu jadotta dawn ir-regoli ta' proċedura ma' l-istruttura operattiva u l-kumitat ta' monitoraġġ ta' l-IPA, sabiex jeżerċita l-missjonijiet tiegħu skond dan ir-Regolament.

3.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jiġi ppresedut mill-kap ta' l-istruttura operattiva u mill-Kummissjoni. Il-kompożizzjoni tiegħu għandha tiġi deċiża mill-istruttura operattiva, bi ftehim mal-Kummissjoni.

3.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jinkludi lill-Kummissjoni, il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, il-koordinatur strateġiku għall-komponenti ta' l-iżvilupp reġjonali u tar-riżorsi umani, l-istruttura operattiva tal-programm. Fejn xieraq, huwa għandu jinkludi wkoll rappreżentanti mis-soċjetà ċivili u sħab soċjo-ekonomiċi. Rappreżentant mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jista' jipparteċipa fi rwol konsultattiv għal dawk il-programmi operattivi li tkun ingħatatilhom kontribuzzjoni mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

4.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu:

(a) jikkunsidra u japprova l-kriterji ġenerali għall-għażla tal-ħidmiet, b'konformità, fejn relevanti, ma' l-Artikolu 155(2)(g) fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' finanzjament dwar il-programm u japprova kwalunkwe reviżjoni ta' dawk il-kriterji skond il-ħtiġijiet ta' l-ipprogrammar;

(b) matul kull laqgħa jirrevedi l-progress li jsir lejn l-ilħuq tal-miri speċifiċi tal-programm operattiv abbażi tad-dokumenti mressqa mill-istruttura operattiva;

▼M1

(c) jiġu eżaminati, matul kull laqgħa, ir-riżultati tal-implimentazzjoni, partikolarment il-kisba tal-miri stabbiliti għal kull fus prijoritarju u miżuri u evalwazzjonijiet interim imsemmija fl-Artikolu 57; għandu jitwettaq dan il-monitoraġġ b’referenza lejn l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 155(2)(d);

▼B

(d) jeżamina r-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 169;

(e) jiġi mgħarraf bir-rapport ta' l-attività annwali msemmi fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 29(2)(b), jew bil-parti ta' dan ir-rapport li tirreferi għall-programm operattiv ikkonċernat, u bi kwalunkwe kummenti li l-Kummissjoni tista' tagħmel wara li teżamina r-rapport jew rigward dik il-parti tar-rapport;

(f) teżamina kwalunkwe proposta li temenda l-ftehim ta' finanzjament tal-programm.

5.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ jista' jipproponi li l-istruttura operattiva twettaq kwalunkwe reviżjoni jew eżami tal-programm transkonfinali li x'aktarx iwasslu għall-kisba ta' l-għanijiet tal-programm imsemmija fl-Artikolu 155(2) jew għal titjib fil-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni finanzjarja.

Artikolu 168

Arranġamenti għall-monitoraġġ

L-iskambju ta' data bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi benefiċjarji għall-iskop tal-monitoraġġ għandha ssir b'mod elettroniku, kif previst fil-ftehimiet ta' finanzjament.

Artikolu 169

Rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.  Sat-30 ta' Ġunju kull sena u għall-ewwel darba mit-30 ta' Ġunju, l-istruttura operattiva għandha tressaq rapport settorjali annwali lill-Kummissjoni u lill-kooridnatur nazzjonali ta' l-IPA.

1.  Rapport settorjali finali għandu jitressaq lill-Kummissjoni u lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA sa mhux iktar tard mid-data finali ta' l-eliġibilità tan-nefqa. Ir-rapport settorjali finali għandu jirreferi għall-perjodu kollu ta' l-implimentazzjoni u jinkludi l-aħħar rapport settorjali annwali.

1.  Ir-rapporti settorjali għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-programm ikkonċernat.

2.  Ir-rapporti settorajli għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ qabel ma jintbagħħtu lill-Kummissjoni u lill-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA.

3.  Rapporti settorjali għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) il-progress kwantitattiv u kwalitattiv li jjsir fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, l-assi prijoritarji, fil-miżuri u, fejn relevanti, fil-ħidmiet jew grupp ta' ħidmiet, fir-rigward tal-miri speċifiċi, verifikabbli tagħhom, bi kwantifikazzjoni, fejn possibbli, permezz ta' l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 155(2)(d) fil-livell xieraq. Fejn relevanti taħt il-komponent tar-riżorsi umani, l-istatistiċi għandhom jiġi maqsuma skond is-sess;

(b) l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm operattiv, b'dettalji għal kull ass u miżura prijoritarja:

(i) in-nefqa totali mħallsa mill-benefiċjarju finali u inkluża fl-applikazzjonijiet ta' pagament mibgħuta lill-Kummissjoni mill-fond nazzjonali;

(ii) in-nefqa totali kommessa u mħallsa mill-fond nazzjonali bil-kontribuzzjoni pubblika uew pubblika u privata korrispondenti; din għandha tkun akkumpanjata minn formoli kompjuterizzati li jniżżlu l-ħidmiet, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu segwiti mill-impenn baġitarju tal-pajjiż benefiċjarju sal-pagament finali;

(iii) il-pagament totali irċevuti mill-Kummissjoni.

Fejn xieraq, l-implimentazzjoni finanzjarja tista' titressaq permezz ta' l-oqsma ewlenin ta' intervent, msemmi fl-Artikolu 5(3)(f), u r-reġjuni fejn l-assistenza hija kkonċentrata;

(ċ) għal skopijiet ta' informazzjoni, l-analiżi indikattiva skond il-kategorija ta' l-allokazzjoni taħt ir-Regolament dwar l-IPA, għall-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali, skond il-lista ddettaljata inkluża fil-ftehim ta' finanzjament;

(d) il-passi meħuda mill-istruttura operattiva jew mill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ biex jiżguraw il-kwalità u l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni, partikolarment:

(i) tal-miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, bl-inklużjoni ta' l-arranġamenti ta' ġbir ta' data;

(ii) taqsira ta' kwalunkwe problema sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv u kwalunkwe miżura sussegwenti meħuda;

(iii) l-użu ta' għajnuna teknika;

(e) l-attivitajiet sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-programm u l-pubbliċità tiegħu, b'konformità ma' l-Artikolu 62;

(f) fejn xieraq għall-komponent ta' l-iżvilupp reġjonali, il-progress u l-finanzjament ta' proġetti ewlenin;

(g) fejn xieraq taħt il-komponent ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani, sinteżi ta' l-implimentazzjoni ta':

(i) il-gender mainstreaming kif ukoll kwalunkwe azzjoni speċifika għas-sess;

(ii) l-azzjoni għaż-żieda fil-parteċipazzjoni ta' migranti fl-impjiegi u b'hekk sabiex tisaħħaħ l-integrazzjoni soċjali;

(iii) l-azzjoni għat-tisħiħ ta' l-integrazzjoni fl-impjiegi u b'hekk sabiex titejjeb l-inklużjoni soċjali tal-minoranzi;

(iv) l-azzjoni sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni fl-impjiegi u l-inklużjoni soċjali ta' gruppi fi żvantaġġ, bl-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-punti (d), (g) ta' dan il-paragrafu tista' ma tiġix inkluża jekk ma jkun hemm l-ebda modifika sinifikanti mir-rapport preċedenti.

4.  Ir-rapporti settorjali għandhom jitqiesu bħala ammissibbli jekk ikunu jinkludu l-informazzjoni xierqa kollha mniżżla fit-tielet paragrafu. Il-koordinatur nazzjonali u l-istruttura operattiva għandha tiġi mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar l-ammissabilità tar-rapport settorjali annwali fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data ta' l-irċevuta tagħha.

5.  Il-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA u l-istruttura operattiva għandhom jiġu mgħarrfa bl-opinjoni tal-Kummisjoni dwar il-kontenut ta' rapport settorjali annwali ammissibbli fi żmien xahrejn mid-data ta' l-irċevuta. Għar-rapport settorjali finali dwar programm operattiv, din l-informazzjoni għandha tingħata sa massimu ta' ħames xhur mid-data ta' l-irċevuta tar-rapport ammissibbli.



TITIOLU IV

IL-KOMPONENT TA' L-IŻVILUPP RURALI



KAPITOLU I

L-Għan ta' l-Assistenza u l-Eliġibilità



Taqsima 1

L-Għan ta' l-Assistenza

Artikolu 170

Definizzjonijiet addizzjonali għall-komponent ta' l-iżvilupp rurali

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu, barra mid-definzzjonijet stipulati fl-Artikolu 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 'Standards Komunitarji': l-istandards stabbiliti mill-Komunità fl-oqsma tal-ħarsien ambjentali, tas-saħħa pubblika, tas-saħħa ta' l-annimali u l-pjanti, il-benesseri ta' l-animali u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

2. 'Żoni ta' muntanja': l-oqsma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 50(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ( 14 );

3. 'Bidwi Żagħżugħ': bidwi li għandu inqas minn 40 sena fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni għall-għoti ta' appoġġ, li jkollhom il-kapaċitajiet u l-kompetenza xierqa dwar ix-xogħol.

Artikolu 171

Oqsma u suriet ta' assistenza

1.  L-assistenza taħt dan il-komponent għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' l-għanijiet li ġejjin:

(a) it-titjib ta' l-effiċjenza tas-suq u l-implimentazzjoni ta' standards Komunitarji;

(b) azzjonijiet ta' tħejjija għall-implimentazzjoni tal-miżuri agri-ambjentali u strateġiji ta' żvilupp rurali lokali;

(ċ) l-iżvilupp ta' l-ekonomija rurali.

2.  Assistenza li tkopri l-għan stabbilit fil-punt (a) ta' l-ewwel paragrafu, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “l-ewwel ass prijoritraju” (ass prijoritarju 1), għandha tingħata permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) investimenti f'azjendi agrikola għar-ristrutturar u l-konformità ma' standards Komunitarji;

(b) appoġġ għall-ħolqien ta' gruppi ta' produtturi;

(ċ) investimenti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-ħut sabiex jiġu rristrutturati dawk l-attivitajiet u jiġu aġġornati lejn standards Komunitarji.

3.  Assistenza li tkopri l-għan stabbilit fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “t-tieni ass prijoritraju”, għandha tingħata permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) azzjonijiet għat-titjib ta' l-ambjent u l-kampanja;

(b) it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp rurali lokali.

4.  Assistenza li tkopri l-għan stabbilit fil-punt (c) ta' l-ewwel paragrafu, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “t-tielet ass prijoritraju”, għandha tingħata permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) it-titjib u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura rurali;

(b) id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi rurali;

(ċ) l-iżvilupp ta' taħriġ.



Taqsima 2

Ir-Rekwiżiti Ġenerali dwar l-Eliġibiltà u l-Intensitajiet ta' l-Għajnuna

Artikolu 172

L-eliġibilità tan-nefqa

1.  Barra mill-ispejjeż imsemmijin fl-Artikolu 34(2), l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3(c) għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli taħt dan il-komponent.

1.  Il-miżuri ta' assistenza teknika eliġibbli taħt l-Artikolu 34(2) huma dawk imsemmija l-Artikolu 182.

2.  Barra mir-regoli għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 34(3), in-nefqa li ġejja m'għandhiex tkun eliġibbli taħt dan il-komponent:

(a) ix-xiri ta' drittijiet għal produzzjoni agrikola, annimali, xtieli annwali u t-tħawwil tagħhom;

(b) kwalunkwe spejjeż ta' manutenzjoni, diprezzament u ta' kiri;

(ċ) kwalunkwe spejjeż minfuqa minn amministrazzjoni pubblika fuq il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' l-assistenza.

3.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 34(3), fil-każ ta' investiment:

(a) in-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għall-kostruzzjoni jew it-titjib ta' propjetà immobbli;

(b) ix-xiri jew xiri bil-kiri ta' makkinarju u tagħmir ġdid, bl-inklużjoni ta' software tal-kompjuter sal-valur tas-suq ta' l-ass, għandu jitqies eliġibbli; spejjeż oħrajn marbuta mal-kuntratt tal-kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' interessi fu finanzjament mill-ġdid, spejjeż ġenerali u ta' assigurazzjoni, m'għandhomx ikunu eliġibbli;

(ċ) l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-miżati tal-perit, tal-inġinier u għal konsultazzjoni, studji ta' fattibiltà, l-akkwist ta' drittijiet tal-brevetti u liċenzji għandhom ikunu eliġibbli sa limitu ta' 12 % tan-nefqiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

3.  Dispożizzjonijiet iddettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti kif imsemmi fl-Artikolu 7 jew il-ftehimiet ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 8.

4.  Proġetti ta' investiment għandhom jibqgħu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju jekk fi żmien ħames snin mill-pagament finali mill-istruttura operattiva, dawn ma jiġux immodifikati b'mod sostanzjali.

Artikolu 173

L-intensitajiet ta' l-assistenza u r-rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1.  Għall-iskopijiet ta' dan il-komponent, in-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 38(1) għandha tiġi kkalkolata abbażi tan-nefqa pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 2.

2.  Fi prinċipju in-nefqa m'għandhiex tiżboq limitu ta' 50 % ta' l-ispiża eligġibbli totali ta' l-investiment. Madankollu, dak il-limitu għandu jiżdied sa:

(a) 55 % għal investimenti li jsiru minn bdiewa żagħażagħ f'azjendi agrikoki;

(b) 60 % għal investimenti fi propjetà agrikola f'żoni ta' muntanja;

(ċ) 65 % għal investimenti li ssir minn bdiewa żagħażagħ f' azjendi agrikoli f'żoni ta' muntanja;

(d) 75 % għal investimenti msemmija fil-paragrafu 4(d) u għal investimenti f'azjendi agrikoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE ( 15 ), soġġetti għall-eżistenza ta' strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tagħha;

(e) 100 % għal investimenti f'infrastruttura li ma jkunux ta' natura li jiġġeneraw dħul nett sostanzjali;

(f) 100 % għal miżuri msemmija taħt l-Artikolu 182.

3.  Sabiex tiġi stabbilita r-rata ta' nefqa pubblika għall-iskopijiet tat-tieni paragrafu, m'għandhiex tiġi kkunsidrata l-għajnuna finanzjarja li tiffaċilita l-aċċess għal self mogħti mingħajr kwalunkwe kontribuzzjoni Komunitarja mogħtija taħt ir-Regolament ta' l-IPA.

4.  Il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha fi prinċipju ma tiżboqx il-limitu ta' 75 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, dak il-limitu għandu jiżdied sa:

(a) 80 % tal-miżuri koperti mit-tieni ass prijoritarju msemmi fl-Artikolu 171 (3);

(b) 80 % fil-każ ta' attivitajiet koperti mill-Artikolu 182, fejn dawk l-attivitajiet ma jittieħdux fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;

(ċ) 100 % fil-każ ta' attivitajiet koperti mill-Artikolu 182, fejn dawk l-attivitajiet ma jittieħdux fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;

(d) 85 % fil-każ ta' proġetti ta' investiment mwettqa f'reġjuni fejn il-Kummissjoni tiddetermina li jkunu seħħu diżastri naturali eċċezzjonali.



Taqsima 3

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi għal Assistenza taħt l-Ass Prijoritarju 1

Artikolu 174

Investimenti f'azjendi agrikoli

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(2)(a) għandha tkun garantita għal investiment tanġibbli jew intanġibbli f'azjendi agrikoli sabiex iġġibhom konformi għall-istandards Komunitarji u ttejjeb ir-rendiment ġenerali tagħhom.

2.  L-assistenza taħt din il-miżura tista' tingħata lil azjendi agrikoli:

(a) li fi tmiem it-twettiq ta' l-investiment ikunu jistgħu juru prospett ta' vijabilità ekonomika;

(b) li jokkonformaw ma' standards minimi nazzjonali dwar il-ħarsien ambjentali, is-saħħa pubblika, is-saħħa ta' annimali u pjanti, il-benesseri ta' l-annimali u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni sabiex jingħata l-appoġġ.

3.  Permezz tad-deroga minn punt (b) tat-tieni paragrafu, fejn l-istandards minimi nazzjonali abbażi ta' standards Komunitarji ġew introdotti mill-ġdid fiż-żmien meta l-applikazzjoni tkun irċevuta, l-assistenza tista' tingħata indipendentement minn jekk ikunx hemm konformità ma' dawk l-istandards bil-kundizzjoni li l-azjenda tilħaq l-istandards il-ġodda sa tmiem it-twettiq ta' l-investiment.

3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista', abbażi ta' talbiet issostanzjati mill-pajjiż benefiċjarju, tippermetti deroga mill-punt (b) tat-tieni paragrafu dwar in-nuqqas ta' konformità ma' l-istandards minimi nazzjonali bbażati fuq standards Komunitarji introdotti fil-liġi nazzjonali sa sena waħda qabel id-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni.

4.  L-assistenza għandha tingħata fuq il-kundizzjoni li l-investimenti jkunu konformi ma' l-istandards Komunitarji relevanti fi tmiem it-twettiq tagħhom.

5.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jistabbilixxu limiti għall-investiment totali eliġibbli għall-assistenza. Huma għandhom jistabbilixxu standards xierqa dwar il-ħila tax-xogħol tal-bdiewa u l-kompetenza li l-bdiewa ser jeħtieġ li jkollhom sabiex ikunu eliġibbli għal assistenza.

Artikolu 175

L-appoġġ għall-ħolqien ta' gruppi ta' produtturi

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(2)(b) tista' tingħata sabiex tiffaċilita l-ħolqien u l-ħidma amministrattiva ta' gruppi ta' produtturi, bl-iskop li:

(a) jadattaw il-produzzjoni u l-prodott tal-membri ta' gruppi ta' produtturi għall-ħtiġijiet tas-suq;

(b) b'mod konġunt iqiegħdu prodotti fis-suq, li jinkludi t-tħejjija għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-forniment lix-xerrejja li jixtru bil-kwantità;

(ċ) l-istabbiliment ta' regoli komuni dwar l-informazzjoni dwar il-produzzjoni, partikolarment fir-rigward tal-ħsad u d-disponibbiltà.

2.  L-assistenza taħt din il-miżira mhix ser tingħata lil gruppi ta' produttri li jkunu ġew irrikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali relevanti tal-pajjiż benefiċjarji qabel l- ta' Jannar 2007 u/jew qabel l-approvazzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 184.

2.  Organizzazzjoni professjonali jew inter-professjonai li jirrapreżentaw settur wieħed jew iżjed ma jikkwalifikawx bħala gruppi ta' produtturi.

3.  Is-sostenn għandu jingħata permezz ta' pagamenti annwali għall-ewwel ħames snin wara d-data li fiha kien ġie rikonoxxut il-grupp ta' produtturi. Dan għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata fis-sena tal-grupp għandu jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-ammont, għall-ewwel, it-tieni, t-tielet, ir-raba u l-ħames sena, għal 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % rispettivament tal-valur ta' produzzjoni kumerċjalizzata sa miljun euro,

(b) l-ammont, għall-ewwel, it-tieni, t-tielet, ir-raba u l-ħames sena, għal 2,5 %, 2,5 %, 2,0 %, 1,5 % u 1,5 % rispettivament tal-valur ta' produzzjoni kumerċjalizzata li tiżboq il-miljun euro,

(ċ) għandha tkun soġġetta għal limitu għal kull organizzazzjoni ta' produtturi ta'

 100 000 euro għall-ewwel sena

 100 000 euro għall-ewwel sena

 80 000 euro għat-tielet sena

 60 000 euro għar-raba' sena

 50 000 euro għall-ħames sena.

Artikolu 176

Investimenti fl-ipproċessar u l-ikkumerċjalizzar ta' prodotti agrikoli u tas-sajd

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(2) għandha tingħata għal investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-ipproċessar u l-ikkumerċjalizzar ta' prodotti agrikolu u tas-sajd, koperti mill-Anness I tat-Trattat. Din l-assistenza għandha jkollha l-għan li tassisti intrapriżi sabiex jikkonformaw ma' standards Komunitarji u jtejbu r-rendiment tagħhom. L-Investimenti għandhom jikkontribwixxu għal titjib fis-sitwazzjoni tal-produzzjoni bażika fis-settur agrikolu in kwistjoni.

1.  L-investimenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut għandhom jiġu esklużi mill-għajnuna.

2.  L-assistenza taħt din il-miżura tista' tingħata għal investimenti f'intrapriżi:

(a) li fi tmiem it-twettiq ta' l-investiment ikunu jistgħu juru prospett ta' vijabilità ekonomika, u

(b) li jokkonformaw ma' l-standards minimi nazzjonali dwar il-ħarsien ambjentali, is-saħħa pubblika, is-saħħa ta' annimali u pjanti, il-benesseri ta' l-annimali u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni sabiex jingħata l-appoġġ.

3.  Permezz tad-deroga minn punt (b) tat-tieni paragrafu, fejn l-istandards minimi nazzjonali abbażi ta' standards Komunitarji ġew introdotti mill-ġdid fiż-żmien meta l-applikazzjoni tkun irċevuta, l-assistenza tista' tingħata indipendentement minn jekk ikunx hemm konformità ma' dawk l-istandards bil-kundizzjoni li l-intrapriża tilħaq l-istandards il-ġodda sa tmiem it-twettiq ta' l-investiment.

3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista', abbażi ta' talba issostanzjata mill-pajjiż benefiċjarju, tippermetti deroga mill-punt (b) tat-tieni paragrafu dwar in-nuqqas ta' konformità ma' l-istandards minimi nazzjonali bbażati fuq standards Komunitarji introdotti fil-liġi nazzjonali sa sena waħda qabel id-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni.

4.  Tista' tingħata assistenza għal investiment fi stabbilimenti li jagħmlu parti minn intrapriżi:

(a) li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom qligħ annwali li ma jiżboqx il-ħamsin miljun euro, u/jew karta tal-bilanċ annwali totali li ma tiżboqx it-tlieta u erbgħin miljun euro, li jagħtu prijorità lil investimenti li jimmiraw lejn il-konformità ta' l-istabbiliment ma' l-istandards Komunitarji relevanti kollha; jew

(b) li jimpjegaw inqas minn 750 persuna jew li għandhom qligħ annwali li ma jiżboqx il-mitejn miljun euro, fejn l-għan ta' l-investiment huwa li jikkonforma l-istabbiliment ma' l-istandards Komunitarji relevanti.

5.  Il-Kummissjoni tista', abbażi ta' talba issostanzjata mill-pajjiż benefiċjarju, tiddeċiedi li l-assistenza tista' tingħata wkoll lil intrapriżi li mhumiex koperti mir-raba' paragrafu għal investimenti meħtieġa għall-ilħuq ta' standards Komunitarji speċifiċi li jinvolvu speċjalment investiment ta' valur għoli. Dan l-appoġġ jista' jingħata biss lil intrapriżi identifikati fil-pjan nazzjonali li għandhom jiġi kkonformati ma' standards Komunitarji intiżi speċifikament sabiex jikkonverġu l-istabbiliment ma' istandards Komunitarji relevanti fit-totalità tagħhom. F'dawn il-każi l-assistenza għandha tingħata b'nofs ir-rata ta' għajuna disponibbli għall-intrpriżi koperti mir-raba' paragrafu.

6.  Il-pajjiżi benefiċjari għandhom jistabbilixxu l-limiti għall-investiment totali eliġibbli għall-appoġġ taħt din il-miżura.

7.  L-assistenza għal investimenti fl-intrpriżi msemmija fil-punt (a) tar-raba' paragrafu għandha tingħata bil-kundizzjoni li dan l-investiment ikun konformi ma' l-istandards Komunitaji relevanti fi tmiem it-twettiq tagħhom.



Taqsima 4

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi taħt l-Ass Prijoritarju 2

Artikolu 177

It-tħejjija għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet relatati ma' l-ambjent u l-kampanja

1.  Sabiex il-pajjiżi benefiċjarji jitħejjew għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet msemmija fl-Ass 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, l-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(3)(a), għandha tingħata għal proġetti pilota koperti mill-Artikoli 39 u 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

2.  Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jiżviluppaw esperjenza prattika ta' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet għat-titjib ta' l-ambjent u tal-kampanja, kemm fuq il-livell amministrattiv kif ukoll fuq il-livell ta' rziezet.

Artikolu 178

It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp rurali lokali

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(3)(b) għandha tingħata sakond l-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

2.  L-assistenza għandha tgħin:

(a) l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni mal-prijoritajiet imsemmija fl-artikolu 171(1) u fl-iskop tat-tifsira ta' l-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005;

(b) il-ġestjoni tas-sħubijiet provati-pubbliċi lokali, magħrufa wkoll bħala “gruppi lokali ta' azzjoni”, l-akkwist tal-ħiliet, attivitajiet li jżidu l-għarfien u attivijtaijet ta' promozzjoni b'ħarsa lejn il-kisba ta' l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 171(1).

3.  Dispożizzjonijiet iddettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-miżura għandhom ikunu miftiehma mal-pajjiż benefiċjarju. Huma għandhom ikunu konsistenti mar-regoli relevanti applikabbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.



Taqsima 5

L-Eliġibilità u r-Rekwiżiti Speċifiċi taħt l-Ass Prijoritarju 3

Artikolu 179

It-titjib u l-iżvilupp ta' infrastruttura rurali

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(4)(a), tista' tingħata għal investimenti mmirati lejn it-titjib u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura rurali billi:

(a) jiġu indirizzati d-diskrepanzi reġjonali u billi tiżdied il-kapaċità ta' żoni rurali sabiex jiġbdu lejhom individwi privati u attività imprenditorjali;

(b) jipprovdu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta' l-ekonomiji rurali.

2.  Għandha tingħata prijorità għal investimenti għall-forniment ta' l-ilma u l-enerġija, il-ġestjoni ta' l-iskart, l-aċċess lokali għat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-aċċess lokali għal toroq ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ekonomiku lokali, u, infrastruttura ta' ħarsien min-nirien fejn dan ikun iġġustifikat mir-riskju ta' nirien fil-foresti.

3.  Fejn strateġiji ta' żvilupp rurali lokali kif imsemmi fl-Artikolu 171(3)(b) jkunu ġew stabbiliti, l-investimenti appoġġjati taħt dan l-Artikolu jridu jkunu konformi ma' dawk l-istrateġiji.

Artikolu 180

Id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi rurali

1.  L-assistenza msemmija fl-Artikolu 171(4)(b), tista' tingħata għal investimenti mmirati lejn id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi rurali billi:

(a) żżid l-attività ekonomika;

(b) toħloq opportunitajiet ta' xogħol;

(ċ) tiddiversifika f'attivititajiet non-agrikoli.

2.  Għadha tingħata prijorità għal investiment għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi mikro u żgħar, l-artiġjanat u t-turiżmu rurali, b'ħarsa lejn il-promozzjoni ta' l-imprenditorija u l-iżvilupp tat-tessut ekonomiku.

3.  Fejn strateġiji ta' żvilupp rurali lokali kif imsemmi fl-Artikolu 171(3)(b) jkunu ġew stabbiliti, l-investimenti appoġġjati taħt dan l-Artikolu jridu jkunu konformi ma' dawk l-istrateġiji.

Artikoklu 181

Titjib fit-taħriġ

1.  Tista' tingħata assistenza li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħiliet fix-xogħol u l-kompetenezi tal-persuni impenjati fis-setturi ta' l-agrikotura, ta' l-ikel u tal-forestrija u atturi ekonomiċi oħrajn li joperaw fl-oqsma koperti minn dan il-komponent.

1.  M'għandha tingħata l-ebda assistenza għal korsijiet ta' istruzzjoni jew taħriġ li jifformaw parti minn programmi normali jew sistemi ta' edukazzjoni f'livelli sekondarji jew ogħla.

▼M1

2.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jelaboraw strateġija ta’ taħriġ għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet previsti taħt l-ewwel paragrafu. Din l-istrateġija għandha tinkludi valutazzjoni kritika tal-istrutturi eżistenti ta’ taħriġ, analiżi tal-ħtiġijiet u l-għanijiet tat-taħriġ. Għandha tistabbilixxi wkoll sett ta’ kriterji għall-għażla ta’ fornituri tat-taħriġ. Deskrizzjoni tal-istrateġija tat-taħriġ se tkun inkluża fil-programm.

▼B



Taqsima 6

Assistenza Teknika

Artikolu 182

L-iskop u l-implimentazzjoni

1.  L-assistenza tista' tingħata għal attivitajiet relatati ma' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u kontroll li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm. Dawn l-attivitjiet għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a) laqgħat u attivitajiet oġrajn meħtieġa għar-rilaxx tar-responsabbiltajiet tal-kumitat ta' monitoraġġ settorajli għal dan il-komponent, bħal ma huma studji mogħtija b'kuntratt u mwettqa permezz ta' assistenza esperta;

(b) kampanji ta' informazzjoni u pubbliċità.

(ċ) it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni, li ma tinkludix dawk meħtieġa skond l-applikazzjoni tal-ftehimiet ta' qafas, settorjali u ta' finanzjament;

(d) żjajjar u seminars;

(e) attivitajiet relatati mat-tħejjija ta' miżuri fil-programm li jiżguraw l-effikaċja tagħhom, bl-inklużjoni ta' dawk il-miżuri li l-applikazzjoni tkun prevista fi stadju iktar tard;

(f) l-evalwazzjoni interim tal-programm;

(g) l-istabbiliment u l-ħidma ta' netwerk nazzjonali għal attivitajiet ta' koordinazzjoni żviluppati taħt l-Artikolu 178 kif ukoll ta' netwerk ta' żvilupp rurali nazzjonali ġejjieni konsistenti ma' l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

▼M1

2.  Il-kumitat settorjali ta’ monitoraġġ għal dan il-komponent għandu jkun ikkonsultat dwar l-attivitajiet ta’ assistenza teknika. Għandu japprova kull sena pjan ta’ azzjoni annwali għall-implimentazzjoni ta’ attivijatjiet ta’ għajnuna tekniċi.

▼B

3.  Kull żjara u seminar imsemmi fil-paragrafu 1(d) li ma jsirx fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandu jirrikjedi s-sottomissjoni ta' rapport miktub lill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għal dan il-komponent.

Artikolu 183

In-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

Pajjiżi benefijarji u organizzazzjonijiet stabbiliti fil-pajjiżi benefiċjarji u amministrazzjonijiet ta' pajjiżi benefiċjarji fil-qasam ta' l-iżvilupp rurali għandu jkollhom aċċess għan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali stabbilit mill-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. Dispożizzjonijiet iddettaljati rilevanti għandhom jiġu miftiehma mal-pajjiżi benefiċjarji.



KAPITOLU II

L-Ipprogrammar

Artikolu 184

Il-Programmi

1.  Miżuri taħt il-komponent ta' l-iżvilupp rurali għandhom ikunu s-suġġetti ta' programm imħejji fuq livell nazzjonali għal żvilupp agrikolu u rurali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”) li jkopri l-perjodu kollu ta' l-implimentazzjoni ta' l-IPA. Il-programm għandu jitħejja mill-awtoritajiet relevanti magħżula mill-pajjiż benefiċjarju u għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati kkonċernati.

▼M1

2.  Kull programm għandu jinkludi:

(a) deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali li turi d-diskrepanzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjal għal żvilupp, ir-riżultati ewlenin tal-ħidmiet preċedenti mwettqa bl-assistenza Komunitarja u minn assistenza bilaterali jew multilaterali oħra, ir-riżorsi finanzjarji użati u l-evalwazzjoni tar-riżultati disponibbli;

(b) deskrizzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp rurali proposta, ibbażata fuq l-analiżi tas-sitwazzjoni attwali fiż-żoni rurali;

(c) deskrizzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-programm, ibbażata fuq l-istrateġija nazzjonali ghall-iżvilupp rurali u fuq analiżi tas-setturi kkonċernati, li jinvolvu kompetenza indipendenti. L-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp rurali għandha tinkludi wkoll għanijiet ikkwantifikati, li jindikaw kull fus prijoritarju stipulat taħt l-Artikolu 171(1) il-monitoraġġ adattat u l-indikaturi ta’ evalwazzjoni;

(d) spjegazzjoni ta’ kif il-metodu strateġiku ġenerali u l-istrateġiji settorjali identifikati fid-dokument ta’ ppjanar indikattiv multiannwali tal-pajjiż benefiċjarju jistgħu jwasslu għal azzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-komponent tal-iżvilupp rurali;

(e) tabella finanzjarja ta’ indikazzjoni ġenerali li tagħti sommarju tar-riżorsi finanzjarji nazzjonali, Komunitarji u, fejn xieraq, dawk privati mogħtija għal, u li jikkorrisspondu għal, kull miżura ta’ żvilupp rurali, kif ukoll ir-rata ta’ kofinanzjament tal-UE skont il-fus;

(f) deskrizzjoni tal-miżuri magħżula mill-Artikolu 171 bl-inklużjoni ta’:

 id-definizzjoni tal-benefiċjarji finali,

 l-iskop ġeografiku,

 il-kriterji ta’ eliġibbiltà,

 il-kriterji tal-klassifikazzjoni għall-proġetti magħżula,

 l-indikaturi ta’ monitoraġġ,

 l-indikaturi ta’ miri kkwantifikati;

(g) deskrizzjoni tal-istruttura operattiva għall-implimentazzjoni tal-programm, bl-inklużjoni tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(h) l-ismijiet tal-awtoritajiet u l-entitajiet responsabbli mit-twettiq tal-programm;

(i) ir-riżultati ta’ konsultazzjonijiet u dispożizzjonijiet addottati għal assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet u korpi rilevanti kif ukoll ta’ sħab ekonomiċi, soċjali u ambjentali xierqa;

(j) ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante tal-programm, flimkien mad-deskrizzjoni tas-segwitu mwettaq mill-pajjiżi benefiċjarji dwar ir-rakkomandazzjonijiet.

▼B

3.  Fil-programm tagħhom, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw li tingħata prijorità lil miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-istandards Komunitarji u għat-titjib ta' l-effiċjenza tas-suq, u miżuri għall-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol fiż-żoni rurali.

4.  Fil-programm tagħhom, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali.

5.  Sakemm mhux miftiehem b'mod ieħor mal-Kummissjoni, il-pajjiżi benefiċjarji għandhom iressqu il-proposti tagħhom tal-programm sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 185

L-adozzjoni u l-emendi ta' programmi

1.  Il-programmi taħt il-komponent ta' l-iżvilupp rurali gġandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mis-sottomissjoni tal-proposta tal-programm, jekk l-informazzjoni relevanti tkun disponibbli. Il-Kummissjoni għandha partikolarment tevalwa l-programm propost sabiex tiddetermina jekk dan ikunx konsistenti ma dan ir-Regolament.

2.  Il-programm jista', jekk ikun hemm il-ħtieġa, jkun emendat sabiex jikkunsidra dan li ġej:

(a) informazzjoni ġdida relevanti u r-riżultati marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet ikkonċernati, bl-inklużjoni tar-riżultati ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jkunu aġġustati l-ammonti ta' għajnuna disponibbli;

(b) il-progress tal-pajjiż benefiċjarju lejn l-adeżjoni kif indikat fid-dokumenti ewlenija ta' adeżjoni, bl-inklużjoni tad-dokument ta' ppjanar indikattiv multi-annwali.

3.  Kwalunkwe proposta għal emendi għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni mill-pajjiż benefiċjarju u għandha tkun issostanzjata, u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir-raġunijiet ta' l-emendi proposti;

(b) l-effetti mistennija mill-emenda;

(ċ) tabelli finanzjarji u ta' miżuri emendati, fejn l-emendi proposti jkunu ta' natura finanzjarja.

4.  Tibdil sostanzjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 14(4) tar-Regolament dwar l-IPA jinkludi emendi li jinvolvu tibdil fl-analiżi finanzjarji fost l-assi prijoritarji kif imsemmi fl-Artikolu 171(1) jew ir-rata ta' ko-finanzjament skond l-ass jew l-inklużjoni ta' miżuri ġodda.

5.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-pajjiżi benefiċjarji sabiex jippreżentaw proposta għall-emenda tal-programm fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti tkun ġiet emendata.



KAPITOLU III

L-Implimentazzjoni



Taqsima 1

Il-Prinċipji u l-Ġestjoni Finanzjarja

Artikolu 186

Il-prinċipji ta' l-implimentazzjoni

1.  L-implimentazzjoni ta' dan il-komponent għandha ssir mill-pajjiżi benefiċjarji abbażi ta' ġestjoni deċentralizzata mingħajr kontrolli ex ante kif imsemmi fl-Artikolu 18.

2.  Dispożizzjonijiet ulterjuri jistgħu jiġu stabbiliti fil-ftehimiet settorjali u ta' finanzjament, imsemmija fl-Artikolu 7 u 8.

2.  Id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mar-regoli relevanti applikabbli għal programmi ta' żvilupp rurali fl-Istati Membri.

Artikolu 187

Il-kalkolu tal-Pagamenti

Permezz tad-deroga mill-Artikolu 44, il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programmi taħt dan il-komponent għandha tiġi kkalkolata permezz ta' l-applikazzjoni tar-rata ta' ko-finanzjament għal kull ass prijoritarju fid-deċiżjoni ta' finanzjament għan-nefqa eliġibbli ċċertifikata f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa, soġġetta għall-kontribuzzjoni Komunitarja massima marbuta ma' kull ass prijoritarju.

Artikolu 188

Pre-finanzjament

▼M2

1.  Għall-iskopijiet ta’ dan il-komponent, il-pagamenti ta’ pre-finanzjament jistgħu jammontaw għal 30 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għat-tliet snin l-aktar riċenti tal-programm ikkonċernat. Soġġett għad-disponibilità ta’ approprjazzjonijiet baġitarji, il-pre-finanzjament jista’ jitħallas f’żewġ kambjali jew iżjed.

▼B

2.  F'każi fejn l-ammonti mħallsa għal pre-finanzjament imsemmija fl-ewwel paragrafu ma jkunux biżżejjed sabiex jiġi żgurat pagament ħlas fil-ħin ta' talbiet minn benefiċjarji finali, dawn l-ammonti jistgħu jiġu miżjuda skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet settorjali u ta' finanzjament matul il-perjodu ta' l-implimentazzjoni sabiex ikopru dawn il-ħtiġijiet, jekk l-ammont kumulattiv ta' pagamenti għal pre-finanzjament ma jiżboqx it-30 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-iktar tliet snin reċenti kif stabbilit fid-deċiżjoni ta' finanzjament li tadotta l-programmi multi-annwali.

3.  L-ewwel pagament tal-pre-finanzjament għandu jitħallas mill-Kummissjoni meta jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 42(1). Pagamenti addizzjonali jistgħu jitħallsu fuq rikjesta mill-pajjiż benefiċjarju b'konformità mar-rekwiżiti previsti fl-ewwel u t-tieni paragrafu.

Artikolu 189

L-approvazzjoni tal-kontijiet

Dispożizzjonijiet iddettaljati għall-approvazzjoni tal-kontijiet għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet settorjali u ta' finanzjament, rispettivament imsemmija fl-Artikoli 7 u 8. Dawn għandhom ikunu konsistenti mar-regoli relevanti applikabbli fuq il-Fond Agrikolu Ewopew għall-Iżvilupp Rurali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 ( 16 ) u r-regolamenti li jistabbilixxu regoli ddetaljati għall-applikazzjoni tiegħu. Dawn jistgħu partikolarment jipprovdu għal konsultazzjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

Artikolu 190

Il-kriterji għal korrezzjonijiet finanzjarji

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni għandha tapplika, skond is-sejbiet, korrezzjonijiet b'rata fissa, jew korrezzjonijiet puntwali jew korrezzjonijiet abbażi ta' estrapolazzjoni tas-sejbiet.



Taqsima 2

L-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

Artikolu 191

Evalwazzjonijiet ex ante, interim u ex post

1.  Skond l-Artikolu 57, il-programm għandu jkun soġġett għal evalwazzjonijet ex ante, ex post u, fejn xieraq, evalwazzjonijiet interim imwettqa minn evalwaturi indipendenti tħat ir-responsasbbiltà tal-pajjiż benefiċjarju.

2.  L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programm lejn lilħuq ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar l-IPA.

3.  Jistgħu jiġu stabbiliti modalitajiet iddettaljati ta' dawn l-evalwazzjonijiet fil-ftehimiet settorjali u ta' finanzjament, rispettivament imsemmija fl-Artikolu 7 u 8. Dawn il-modalitajiet għandhom ikunu konsistenti mar-regoli relevanti applikabbli fuq programmi għall-iżvilupp rurali fl-Istati Membri.

Artikolu 192

Kumitat settorjali ta' monitoraġġ

1.  B'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 59, kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jiġi stabbilit mill-pajjiż benefiċjarju.

2.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' awtoritajiet u entitajiet relevanti, u msieħba ekonomiċi, soċjali u ambjentali xierqa. Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jfassal u japprova r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3.  Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-pajjiż benefiċjarju. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat settorjali ta' monitoraġġ.

4.  Il-progress, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-programm fir-rigward ta' l-għanijiet tiegħu għandhom jitkejlu permezz ta' indikaturi relati mas-sitwazzjoni bażi kif ukoll ma' l-eżekuzzjoni finanzjarja, il-prodotti, ir-riżultati u l-impatt tal-programmi.

Artikolu 193

Rapporti settorjali annwali

▼M1

1.  Taħt dan il-komponent, ir-rapporti settorjali annwali msemmija fl-Artikolu 61(1) għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni u l-koordinatur nazzjonali tal-IPA fi żmien sitt xhur mit-tmiem ta’ kull sena kalendarja sħiħa tal-implimentazzjoni tal-programm.

▼B

(a) Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni, li partikolarment tkopri, l-ilħuq ta' l-għanijiet stabbiliti, il-problemi li jkunu nqalgħu fil-ġestjoni tal-programm, u l-miżuri meħuda, l-eżekuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-attivitajiet ta' monitoraġġ u l-evalwazzjoni li jitwettqu.

(b) Ir-rapporti settorjali annwali għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ qabel is-sottomissjoni tagħhom.

2.  Rapport settorjali finali għandu, wara eżami mill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ, jitressaq quddiem il-Kummissjoni u l-koordinatur nazzjonali ta' l-IPA, sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data finali ta' l-eliġibilità tan-nefqa taħt il-programm.

Artikolu 194

Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-monitoraġġ u l-irrappurtar

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ulterjuri għall-monitoraġġ u l-irrappurtar fil–ftehimiet settorjali u ta' finanzjament imsemmija fl-Artikoli 7 u 8. Dawn għandhom ikunu konsistenti mar-regoli rilevanti applikabbli fuq programmi ta' żvilupp rurali fl-Istati Membri.



PARTI III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 195

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS:

IL-KRITERJI TA' L-AKKREDITAZZJONI

Il-lista standard ta' l-oqsma u r-rekwiżiti relatati msemmija fl-Artikolu 11(2)

1.   L-Ambjent ta' Kontroll (il-ħolqien u l-ġestjoni ta' l-organizzazzjoni u tal-persunal)

(a) Politiki ta' etika u integrità

 sabiex jiġi żgurat li l-kultura għall-organizzazzjoni meħtieġa mill-ogħla amministrazzjoni tiġi mifhuma fl-organizzazzjoni kollha.

(b) Ġestjoni irregolari u l-irrappurtar

 sabiex jiġi żgurat li irregolitajiet possibbli nnutati fl-iktar livelli baxxi ta' l-organizzazzjoni jiġu rrappurtati u segwiti, flimkien mal-protezzjoni għal “min jiġbed l-attenzjoni”

(ċ) L-ippjanar ta' l-istaff, l-impjegar, it-taħriġ u l-valutazzjoni (inkluża l-ġestjoni għal postijiet sensittivi)

 sabiex jiġi żgurat li jkun hemm numru xieraq u ta' kwalità ta' l-istaff fil-livelli kollha

(d) Il-funzjonijiet sensittivi u l-kunflitti ta' interess

 sabiex jiġi żgurat li l-persunal f' “postijiet sensittivi” jiġu identifikati (jiġifieri dawk fejn il-persunal ikun iktar vulnerabbli għal influwenza li ma tkunx permessa minħabba n-natura tal-kuntatti tagħhom ma' partijiet terzi jew l-informazzjoni li jkollhom);

 sabiex jġi żgurat li kontrolli xierqa (li jinkludu, fejn xieraq, politiki ta' rotazzjoni) jiġu applikati għal postijiet sensittivi;

 sabiex jiġi żgurat li jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni u sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

(e) Il-ħolqien ta' bażi legali għal entitajiet u individwi

 ssabiex jiġi żgurat li entitajiet u individwi jkollhom awtorità legali sħiħa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

(f) Il-ħolqien formali ta' responsasbbiltà, responsabbiltà ddelegata, u kwalunkwe awtorità neċessarja relata ma' l-awtorità għall-ħidmiet u l-pożizzjonijiet kollha fl-organizzazzjoni kollha:

 sabiex jiġi żgurat li l-ebda membru tal-persunal ma jkollu dubju dwar il-limiti tar-responsabbiltajiet tiegħu. Għal impenji u pagament lil partijiet terzi, maniġer wieħed għandu jkun responsabbli mill-aspetti kollha tat-tranżazzjoni;

 Dikjarazzjonijiet tal-missjoni, deskrizzjonijiet tax-xogħol eċċ. għandhom ikunu aġġornati u magħrufa.

2.   L-ippjanar/il-ġestjoni tar-riskju (l-ippjanar ta' interventi)

(a) L-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

 sabiex jiġi żgurat li r-riskji jiġu identifikati u ġestiti, partikolarment li riżorsi xierqa ta' kontroll jiġu applikati fl-oqsma kollha, fil-funzjoni ta' l-importanza ta' riskji differenti li jimmitigaw.

(b) Il-preskrizzjoni ta' l-għanijiet u l-allokazzjoni ta' riżorsi għal għanijiet

 sabiex jiġi żgurat li għanijiet xierqa (u li jkunu jistgħu jitkejlu) fuq il-livell tar-riżultat u l-impatt jiġu stabbiliti fil-livelli kollha u jkunu mifhuma fl-organizzazzjoni kollha;

 sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jiġu allokati b'mod xieraq għal dawk l-għanijiet u fir-rispett tal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja trasparenti u tajba;

 sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltà għal dawk l-għanijiet tkun ċara.

(ċ) L-ippjanar tal-proċess ta' l-implimentazzjoni

 sabiex jiġi żgurat li ppjanar ċar tal-passi meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet – bl-inklużjoni, fejn meħtieġ, taż-żmien u r-responsabbiltà għal kull pass, u analiżi tal-partijiet kritiċi.

3.   L-Attivitajiet ta' Kontroll (l-implimentazzjoni ta' interventi)

(a) Proċeduri ta' verifika

 sabiex jiġi żgurat li jsiru verifiki doppji tal-passi kollha fi tranżazzjoni (ex ante u, fejn xieraq, ex post).

(b) Proċeduri għas-superviżjoni minn amministrazzjoni responsabbli ta' ħidmiet iddelegati lil subordinati (inklużi d-dikjarazzjonijiet annwali ta' assigurarzzjoni minn atturi subordinati)

 sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltà tiġi megħjuna minn superviżjoni attiva – u mhux meqjusa biss bħala kunċett passiv jew teoretiku.

(ċ) Regoli għal kull tip ta' sejħiet għal akkwisti pubbliċi u għoti.

 sabiex jiġi żgurat qafas legali xieraq għal kull proċess ta' impenn bħal dawn.

(d) Proċeduri (inklużi listi ta' verifika) għal kull pass ta' sejħiet ta' akkwisti pubbliċi u għoti (eż. Speċifiċi Tekniċi, Kumitati ta' Evalwazzjoni, l-irrappurtar ta' eċċezzjonijiet eċċ)

 sabiex jiġi żgurat li kull membru tal-persunal ikun ċar dwar ir-responsabbiltà tal-ħidma tiegħu f'dawk l-oqsma.

(e) Regoli u proċeduri ta' pubbliċità

 li jżguraw li dawn ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni jiġu sodisfatti.

(f) Proċeduri ta' pagament (li jinkludu proċeduri għall-konferma tat-tlestija tal-prodott, u/jew il-kundizzjonijiet ta' l-eliġibilità, “fuq il-post” fejn ikun meħtieġ).

 sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti jsiru biss għal applikazzjonijiet ta' pagament iġġustifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti kuntrattwali kollha.

(g) Proċeduri għall-monitoraġġ ta' l-għoti tal-ko-finanzjament

 li jżguraw li dawn ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni jiġu sodisfatti.

(h) Proċeduri baġitarji li jiżguraw li d-disponibbiltà ta' fondi (bl-inklużjoni ta' fondi meħtieġa sabiex titkompla l-implimentazzjoni jekk il-finanzjament mill-Kummissjoni jiddewwem jew jiġi rrifjutat)

 sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità Nazzjonali tista' tissodisfa l-impenji kontrattwali lokali tagħha indipendentement minn dewmien jew interruzzjonijiet tal-finanzjament mill-Kummissjoni.

(i) Il-proċeduri għat-tkomplija tal-ħidmiet

 sabiex jiġi żgurat li riskji sinifikanti għall-kontiniwità (eż. fir-rigward ta' telf ta' data, in-nuqqas ta' individwi eċċ) jiġu identifikati u fejn possibbli jiddaħħlu fis-seħħ pjanijiet ta' kontinġenza.

(j) Proċeduri ta' kontabilità

 sabiex jiġi żgurat li kontijiet sħasħ u trasparenti skond prinċipji aċċettati tal-kontabilità.

(k) Proċeduri ta' rikonċiljazzjoni

 sabiex jiġi żgurat li kull fejn ikun possibbli il-bilanċi tal-kontijiet jiġu rrikonċiljati ma' informazzjoni minn partijiet terzi.

(l) L-irrappurtar ta' eċċezzjonijiet, inter alia, eċċezzjonijiet għal proċeduri normali apporvati fuq livell xieraq, eċċezzjonijiet mhux approvati u fallimenti fil-kontroll kull fejn dawn ikunu identifikati.

 Sabiex jiġi żgurat li varjazzjonijiet fuq il-prattiċi noramli jiġu dejjem irreġistrati u mniżżla u revisti f'livelli xierqa.

(m) Proċeduri ta' sikurezza (IT u oħrajn)

 sabiex jiġi żgurat li l-assi u d-data jinżammu sikuri mill-interferenza jew dannu fiżiku.

(n) Proċeduri ta' arkivjar

 sabiex jiġi żgurat li dokumenti jkunu disponibbli, għallinqas għar-reviżjoni tal-Kummissjoni matul il-perjodi fejn dawn jenħtieġu li jinżammu.

▼M1

(o) Is-segregazzjoni tad-dmirijiet

 sabiex jiġi żgurat li ħidmiet differenti fil-ħajja tal-istess tranżazzjoni huma allokati lil persunal differenti sabiex jiżguraw livell ta’ kontroll doppju awtomatiku.

▼B

(p) L-irrappurtar ta' dgħjufijiet fil-kontroll intern

 sabiex jiġi żgurat li r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe dgħufija fil-kontroll intern li tkun identifikata minn kwalunkwe sors u r-reazzjonijiet ta' l-amministrazzjoni jiġu rreġistrati u segwiti.

4.   L-Attivitajiet ta' Monitoraġġ (is-superviżjoni ta' interventi)

(a) Verifiki interni li jinkludu l-immaniġġjar ta' rapporti ta' verifika u rakkomandazzjonijiet (NB: distinti minn attivitajiet ta' kontroll u superviżjoni tal-ġestjoni)

 sabiex jiġi żgurat li l-ogħla maniġers jingħataw xi reviżjonijiet indipendenti tal-funzjonament tas-sistemi tagħhom fuq livelli subordinati. Jistgħu jinvolvu xi verifiki ex post iżda għandhom ikunu iktar iffokati fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistema u t-tfassil ta' l-organizzazzjoni.

(b) L-Evalwazzjoni

 sabiex jiġi żgurat li l-ogħla maniġers jingħataw informazzjoni dwar il-valutazzjoni ta' impatt ta' l-interventi (barra minn informazzjoni oħra li jirċievu dwar il-legalità, ir-regolarità u l-proċeduri operattivi).

5.   Il-Komunikazzjoni (sabiex jiġi żgurat li l-atturi kollha jirċievu informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw l-irwol tagħhom)

Laqgħat regolari ta' koordinazzjoni bejn l-entitajiet differenti għall-iskmabju ta' informazzjoni dwar l-aspetti kollha ta' l-ippjanar u l-implimentazzjoni eż.:

(i) L-irrappurtar regolari dwar l-istatus ta' l-ippjanar ta' programmi u proġetti

(ii) L-irrappurtar regolari dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti meta mqabbel mal-pjan ta' l-implimentazzjoni

 Proċessi ta' kuntratti (inter alia)

 

 Il-progress ta' kull proċess ta' appalt meta mqabbel mal-pjan

 L-analiżi sistematika ta' żbalji rrappurtati fuq kwalunkwe livell (eż. minn verifikaturi, kontrolluri ex ante, awdituri eċċ.)

 L-implimentazzjoni ta' kuntratti

 L-ispejjeż ta' kontrolli meta mqabbla mal-benefiċċji

(iii) L-irrappurtar regolari fuq il-livelli xierqa kollha dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontroll intern

 jiġi żgurat li l-persunal kollu fuq il-livelli kollha jirċievi informazzjoni xierqa regolari sabiex iġorr ir-responsabbiltajiet tiegħu.



( 1 ) ĠU L 210, 31.7.2007, p. 82.

( 2 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

( 3 ) ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11.

( 4 ) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73.

( 5 ) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.

( 6 ) ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1.

( 7 ) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1.

( 8 ) GU L 357, 31.12.2002 p. 1.

( 9 ) ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

( 10 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 11 ) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

( 12 ) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

( 13 ) ĠU L 371 27.12.2006, p. 1.

( 14 ) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

( 15 ) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

( 16 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

Top