EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0589-20110921

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Notifikata bid-dokument numru C(2007) 3416) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2007/589/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/589/2011-09-21

2007D0589 — MT — 21.09.2011 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Lulju 2007

li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Notifikata bid-dokument numru C(2007) 3416)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/589/KE)

(ĠU L 229, 31.8.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Diċembru 2008

  L 24

18

28.1.2009

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ April 2009

  L 103

10

23.4.2009

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Ġunju 2010

  L 155

34

22.6.2010

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Awwissu 2011

  L 244

1

21.9.2011




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Lulju 2007

li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Notifikata bid-dokument numru C(2007) 3416)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/589/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-monitoraġġ u r-rapportaġġ sħiħ, konsistenti, trasparenti u eżatt ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond il-linji ta' gwida stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma fundamentali għat-tħaddim ta' l-iskema għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kienet ġiet stabbilita fid-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Matul l-ewwel ċiklu ta' konformità ta' l-iskema għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li jkopri s-sena 2005, l-operaturi, il-verifikaturi u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġabru l-ewwel esperjenza tal-monitoraġġ, tal-verifikazzjoni u tar-rapportaġġ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

(3)

Wara li r-reviżjoni tad-Deċiżjoni 2004/156/KE, deher ċar li l-linji ta' gwida stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ħtieġu bosta bidliet sabiex isiru aktar ċari u effikaċi mil-lat ta' l-infiq. Minħabba n-numru sostanzjali ta' emendi huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2004/156/KE tiġi ssostitwita.

(4)

Huwa xieraq li tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tal-linji ta' gwida għall-installazzjonijiet bl-emissjonijiet medji li ġew ivverifikati u rrapportati ta' inqas minn 25 000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili fis-sena matul il-perjodu ta' skambju preċedenti, kif ukoll biex tinkiseb aktar armonizzazzjoni u biex jiġu ċċarati l-kwistjonijiet tekniċi.

(5)

Fejn meħtieġ, ġiet meqjusa l-gwida dwar il-monitoraġġ tal-gassijiet serra kif ġiet żviluppata mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni (ISO), l-Inizjattiva tal-Protokoll tal-Gassijiet Serra tal-Kunsill Dinji tan-Negozju dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD) u l-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI).

(6)

L-informazzjoni provduta mill-operaturi skond din id-Deċiżjoni għandha tiffaċilita l-attribuzzjoni inkroċjata ta' emissjonijiet li huma rrapportati taħt id-Direttiva 2003/87/KE ma' l-emissjonijiet li huma rrapportati lir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR) li ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE ( 3 ) kif ukoll ma' l-emissjonijiet li ġew irrapportati f'inventarji nazzjonali billi ntużaw il-kategoriji tas-sors differenti tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC).

(7)

Billi tiżdied l-effikaċja fin-nefqa ġenerali tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ, mingħajr ma' tkun kompromessa l-preċiżjoni tad-data dwar l-emissjoni rrapportata u l-integrità ġenerali tas-sistemi ta' monitoraġġ, l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom b'mod ġenerali jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2003/87/KE bi spejjeż imnaqqsa b'mod sinifikanti. Dan japplika b'mod partikolari għal impjanti li jużaw karburanti tal-bijomassa puri u għal emittenti żgħar.

(8)

Ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ ġew allinejati ma' dawk taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(9)

Ir-rekwiżiti għall-pjan ta' monitoraġġ ġew iċċarati u saru aktar stretti sabiex jirriflettu aħjar l-importanza tiegħu biex ikun żgurat rapportaġġ tajjeb u riżultati sodi ta' verifikazzjoni.

(10)

It-tabella 1 li tispeċifika r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I għandha tkun għal użu permanenti. L-annotazzjonijiet speċifiċi f'dik it-Tabella ġew riveduti fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura minn Stati Membri, operaturi u verifikaturi, fejn tqiesu l-bidliet li saru lid-dispożizzjonijiet dwar l-emissjonijiet tal-kombustjoni mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u għal-linji ta' gwida li huma speċifiċi għal attivitajiet u issa għandhom jirriflettu bilanċ xieraq bejn l-effikaċja fin-nefqa u l-preċiżjoni.

(11)

Ġie introdott metodu ta' rimedju (fall-back approach) b'limiti minimi ta' inċertezzi sabiex tkun provduta rotta alternattiva għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet minn installazzjonijiet speċifiċi jew kumplessi ħafna minbarra dawk l-installazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq saffi (tier based approach) u li jippermetti li titfassal metodoloġija ta' monitoraġġ maħluqa kompletament apposta.

(12)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ic-CO2 ittrasferit u inerenti li jidħol fi jew li jħalli l-installazzjonijiet li huwa kopert mid-Direttiva 2003/87/KE bħala sustanza pura jew fjuwil pur ġew iċċarati u saru aktar stretti, sabiex titjieb il-konsistenza mar-rekwiżiti tar-rapportaġġ ta' l-Istati Membri taħt il-Protokoll ta' Kyoto lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika.

(13)

Il-lista ta' fatturi ta' emissjoni ta' referenza ġiet imwessa' u aġġornata billi ntużat informazzjoni mil-Linji ta' gwida tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima ta' l-2006, li minn hawn 'il quddiem se jissejħu “il-linji ta' gwida IPCC”. Il-lista ġiet ukoll estiża b'valuri ta' referenza għal valuri kalorifiċi netti għal firxa wiesgħa ta' fjuwils ibbażati fuq il-Linji ta' Gwida IPCC.

(14)

It-Taqsima dwar il-kontroll u l-verifikazzjoni ġiet riveduta sabiex il-konsistenza konċettwali u lingwistika tittejjeb bi gwida żviluppata mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament (EA), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), u l-ISO.

(15)

Rigward id-determinazzjoni tal-proprjetajiet tal-fjuwil u tal-proprjetajiet materjali, ġew iċċarati r-rekwiżiti għall-użu tar-riżultati minn laboratorji analitiċi u minn analizzaturi tal-gass onlajn billi tqieset l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rispettivi minn Stat Membru għall-ieħor matul l-ewwel perjodu ta' skambju. Kienu provduti wkoll rekwiżiti addizzjonali dwar metodi ta' teħid ta' kampjuni u frekwenzi.

(16)

Biex tittejjeb l-effikaċja fin-nefqa għal installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali ta' inqas minn 25 000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili ġew miżjuda ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti speċifiċi li japplikaw għall-installazzjonijiet b'mod ġenerali.

(17)

L-użu ta' fatturi ta' ossidazzjoni minħabba l-metodoloġiji ta' monitoraġġ sar fakultattiv għall-proċessi ta' kombustjoni. Għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-karbonju iswed u għat-terminali li jipproċessaw il-gass ġie miżjud metodu ta' bilanċ tal-massa. Ir-rekwiżiti ta' inċertezza għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet minn flares tnaqqsu sabiex jirriflettu l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi ta' dawn il-faċilitajiet.

(18)

Il-metodu ta' bilanċ tal-massa m'għandux ikun parti mil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività għar-raffineriji taż-żejt minerali kif ġie elenkat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE minħabba problemi li ġew irrapportati matul l-ewwel rapportaġġ fejn għandha x'taqsam il-preċiżjoni li tista' tintlaħaq. Il-gwida għar-riġenerazzjoni ta' sustanza katalitika li taqsam l-idrokarboni (catalytic cracker regeneration), u għar-riġenerazzjoni ta' katalisti oħrajn u l-emissjonijiet ta' flexi-cokers ġiet riveduta biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi ta' dawk il-faċilitajiet.

(19)

Id-dispożizzjonijiet u l-limiti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-bilanċ tal-massa saru aktar stretti għall-installazzjonijiet li jipproduċu kokk, sinter, ħadid u azzar. Ġew miżjuda l-fatturi ta' emissjoni mil-linji ta' gwida IPCC.

(20)

It-terminoloġija u l-metodoloġiji għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-laqx (clinker) tas-siment u għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-ġir ġew allinejati mal-prattiki kummerċjali tas-setturi li huma koperti minn din id-Deċiżjoni. L-użu tad-data dwar l-attività, tal-fattur ta' emissjoni u tal-fattur ta' konverżjoni sar konsistenti ma' l-attivitajiet l-oħra li huma koperti taħt id-Direttiva 2003/87/KE.

(21)

Fl-Anness IX għall-installazzjonijiet mill-industrija tal-ħġieġ ġew provduti l-fatturi ta' emissjoni addizzjonali.

(22)

Ir-rekwiżiti ta' inċertezza għall-emissjonijiet mill-kalċinazzjoni tal-materja prima għall-installazzjonijiet mill-industrija taċ-ċeramika saru inqas stretti sabiex jirriflettu aħjar sitwazzjonijiet fejn it-tafal joriġina direttament mill-barrieri. Il-metodu bbażat purament fuq il-produzzjoni m'għandux jintuża aktar minħabba li għandu applikazzjoni limitata kif ġie osservat matul l-ewwel ċiklu ta' rapportaġġ.

(23)

Għandhom jiġu miżjuda linji ta' gwida speċifiċi għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta' sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontwinwi biex ikun iffaċilitat l-użu konsistenti ta' metodi ta' monitoraġġ ibbażati fuq il-kejl li huma proporzjonati għall-Artikoli 14 u 24 u għall-Anness IV għad-Direttiva 2003/87/KE.

(24)

Ir-rikonoxximent ta' attivitajiet li huma relatati mal-qbid u mal-ħażna tal-karbonju mhuwiex ipprovdut f'din id-Deċiżjoni, iżda se jiddependi fuq emenda tad-Direttiva 2003/87/KE jew fuq l-inklużjoni ta' dawk l-attivitajiet skond l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.

(25)

Il-linji ta' gwida li jinsabu fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni jistabbilixxu l-kriterji ddettaljati li ġew riveduti għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Dawn huma speċifikati f'relazzjoni ma' dawk l-attivitajiet, ibbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ li ġew stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva li għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

(26)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rapporti li jiġu sottomessi mill-operaturi jkunu vverifikati skond il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(27)

Huwa previst li reviżjoni oħra tal-linji ta' gwida li ġew stabbiliti f'din id-Deċiżjoni se titwettaq fi żmien sentejn mid-data ta' l-applikabbilità tagħha.

(28)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li kien stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE ( 4 ),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M4

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u ta’ attivitajiet inklużi skont l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma stabbiliti fl-Annessi I sa XIV u XVI sa XXIV għal din id-Deċiżjoni.

Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dejta dwar tunnellati għal kull kilometru minn attivitajiet tal-avjazzjoni għall-fini ta’ applikazzjoni skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE huma stabbiliti fl-Anness XV. Dawk il-linji gwida huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.

▼B

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/156/KE hija rrevokata mid-data li tissemma fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




TABELLA TA' L-ANNESSI

L-Anness I

Il-Linji ta' Gwida Ġenerali

▼M4

L-Anness II

Linji gwida għal emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet

▼B

L-Anness III

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Raffineriji taż-Żejt Minerali kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼M4

L-Anness IV

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-kokk kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness V

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ inkaljar u sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-ħadid kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness VI

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness VII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ gagazza kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness VIII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ġir jew tal-kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness IX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ materjal ta’ iżolament ta’ suf minerali kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness X

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XI

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XII

Linji gwida għal determinazzjoni ta’ emissjonijiet jew ta’ ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’sistemi ta’ kejl kontinwu

▼M1

L-ANNESS XIII

Linji gwida speċifiċi għal attività partikolari għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ossidu nitruż (N2O) mill-produzzjoni ta’ aċidu nitriku, aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku

▼M2

Annex XIV

Linji gwida speċifiċi għall-attività għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE

Annex XV

Linji gwida speċifiċi għall-attività għad-determinazzjoni tad-data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għall-iskop ta’ applikazzjoni skont l-Artikoli 3e u 3f tad-Direttiva 2003/87/KE

▼M3

Anness XVI

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2 bil-għan li jinġarr u jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 )

Anness XVII

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-ġarr tas-CO2 permezz ta’ pajpijiet biex jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

Anness XVIII

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex is-CO2 jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

▼M4

L-Anness XIX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u ta’ bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XXI

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-idroġenu u gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XXII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XXIII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

L-Anness XXIV

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B




L-ANNESS I

Il-Linji ta' Gwida Ġenerali

WERREJ

1.

Introduzzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Prinċipji ta' Monitoraġġ u ta' Rapportaġġ

4.

Monitoraġġ ta' l-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra

4.1.

Limiti

4.2.

Metodoloġiji Bbażati fuq Kalkulazzjoni u Kejl

4.3.

Il-Pjan ta' Monitoraġġ

5.

Metodoloġiji għall-Emissjonijiet tas-CO2 Ibbażati fuq Kalkulazzjoni

5.1.

Formuli tal-Kalkulazzjoni

5.2.

Saffi ta' Metodi

5.3.

Approċċi ta’ rimedju għall-installazzjonijiet weqfin

5.4.

Data dwar l-attività tal-installazzjonijiet weqfin

5.5.

Fatturi ta' emissjoni

5.6.

Fatturi ta' Ossidazzjoni u ta' Konverżjoni

5.7.

CO2Ttrasferit

6.

Metodoloġiji bbażati fuq il-miżuri għall-installazzjonijiet weqfin

6.1.

Ġenerali

6.2.

Saffi għal Metodoloġiji Bbażati fuq Kejl

6.3.

Aktar Proċeduri u Rekwiżiti

7.

Valutazzjoni ta' l-Inċertezzi

7.1.

Kalkulazzjoni

7.2.

Kejl

8.

Rapportaġġ

9.

Żamma ta' Informazzjoni

10.

Kontroll u Verifikazzjoni

10.1.

Akkwist u Mmaniġġjar tad-Data

10.2.

Sistema ta' Kontroll

10.3.

Attivitajiet ta' Kontroll

10.3.1.

Proċeduri u Responsabbiltajiet

10.3.2.

Assigurazzjoni tal-Kwalità

10.3.3.

Reviżjonijiet u Validazzjoni tad-Data

10.3.4.

Proċessi li Jingħataw Barra

10.3.5.

Korrezzjonijiet u Azzjoni Korrettiva

10.3.6.

Rekords u Dokumentazzjoni

10.4.

Verifikazzjoni

10.4.1.

Prinċipji Ġenerali

10.4.2.

Metodoloġija ta' Verifikazzjoni

11.

Fatturi ta' emissjoni

12.

Lista ta' Bijomassa Newtrali għas-CO2

13.

Determinazzjoni ta' data u fatturi speċifiċi għal attività

13.1.

Determinazzjoni ta' Valuri Kalorifiċi Netti u ta' Fatturi ta' Emissjoni għall-Fjuwils

13.2.

Determinazzjoni ta' Fatturi ta' Ossidazzjoni Speċifiċi għal Attività

13.3.

Determinazzjoni ta' Fatturi ta' Emissjoni, Fatturi ta' konverżjoni u ta' Data tal-Kompożizzjoni ta' Proċess

13.4.

Determinazzjoni ta' Frazzjoni tal-Bijomassa

13.5.

Rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta’ fjuwil u materjali, u kejl kontinwu ta’ emissjonijiet

13.5.1.

Użu ta’ laboratorji akkreditati

13.5.2.

Użu ta' Laboratorji li Mhumiex Akkreditati

13.5.3.

Analizzaturi tal-Gass Onlajn u Kromatografi tal-Gass

13.6.

Metodi ta' Teħid ta' Kampjuni u Frekwenza ta' l-Analiżijiet

14.

Format tar-Rapportaġġ

14.1.

Identifikazzjoni ta' Installazzjoni

14.2.

Deskrizzjoni Qasira u Ġenerika ta' l-Attivitajiet

14.3.

Emissjonijiet mill-Kombustjoni (Kalkulazzjoni)

14.4.

Emissjonijiet mill-Proċessi (Kalkulazzjoni)

14.5.

Metodu tal-Bilanċ tal-Massa

14.6.

Metodu ta' Kejl

14.7.

Rapportaġġ ta’ emissjonijiet N2O għall-impjanti tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku

14.8.

Rappurtaġġ Dwar Emissjonijiet Ta’ Pfc Għall-Produzzjoni Ta’ Aluminju Primarju

15.

Kategoriji ta' Rapportaġġ

15.1.

Format tar-Rapportaġġ IPCC

15.2.

Kodiċi tal-Kategorija tas-Sors

16.

Rekwiżiti għall-Installazzjonijiet b'Emissjonijiet Baxxi

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness fih il-linji ta' gwida ġenerali għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' emissjonijiet mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE ta' gassijiet serra li huma speċifikati f'relazzjoni għal dawk l-attivitajiet. Il-linji ta' gwida addizzjonali dwar emissjonijiet speċifiċi għal attività ġew stabbiliti ►M4  Annessi II sa XI u Annessi XIII sa XXIV ◄ .

2.   DEFINIZZJONIJIET

▼M2

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness u ►M4  L-Annessi II sa XXIV ◄ għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, “operatur” tfisser operatur kif irreferut f’punt (f) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif irreferut f’punt (o) ta’ dak l-Artikolu.

▼B

(1) Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet bażiċi li ġejjin:

a) “attivitajiet” tfisser l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

b) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M2

c) “sors tal-emissjoni” tfisser parti separatament identifikabbli (punt jew proċess) ta’ installazzjoni li minnha joħorġu gassijiet serra relevanti jew, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inġenju tal-ajru individwali;

▼B

d) “fluss mis-sors” tfisser tip speċifiku ta' fjuwil, materja prima jew prodott li jagħti lok għal emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti f'sors ta' emissjoni wieħed jew aktar bħala riżultat tal-konsum jew tal-produzzjoni tiegħu;

▼M2

e) “metodoloġija tal-monitoraġġ” tfisser is-somma tal-approċċi użati minn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jiddetermina l-emissjonijiet ta’ installazzjoni jew attività tal-avjazzjoni partikolari;

▼B

f) “pjan ta' monitoraġġ” tfisser dokumentazzjoni dettaljata, kompleta u trasparenti dwar il-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' ►M2  installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru ◄ speċifika, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-akkwist tad-data u l-attivitajiet ta' mmaniġġjar tad-data, u s-sistema biex tkun ikkontrollata l-verità tagħha;

▼M2

g) “livell” tfisser element speċifiku ta’ metodoloġija sabiex tkun determinata d-data dwar l-attività, il-fatturi tal-emissjonijiet, l-emissjonijiet annwali, il-medja annwali ta’ emissjonijiet fis-siegħa u l-fatturi ta’ ossidazzjoni jew konverżjoni, kif ukoll għat-tagħbija;

▼B

h) “annwali” tfisser perjodu ta' żmien li jkopri sena kalendarja mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru;

▼M2

i) “perjodu ta’ rappurtar” ifisser sena tal-kalendarju waħda li matulha l-emissjonijiet jew id-data dwar it-tunnellati-kilometru jridu jiġu mmonitorjati u rrapportati;

▼B

j) “perjodu ta' skambju” tfisser fażi ta' aktar minn sena waħda ta' l-iskema ta' skambju ta' l-emissjonijiet (eż. 2005-2007 jew 2008-2012) li għaliha nħareġ pjan nazzjonali ta' kwoti mill-Istat Membru skond l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE ►M2   għall-perjodu ta’ kummerċ tal-attivitajiet tal-avjazzjoni jfisser il-perjodu rreferut fl-Artikolu 3c(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva. ◄

(2) Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw f'relazzjoni għal emissjonijiet, fjuwils u materjali:

a) “emissjonijiet mill-kombustjoni” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra li jseħħu matul ir-reazzjoni esotermika ta' fjuwil ma' l-ossiġnu;

b) “emissjonijiet minn proċess” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra ħlief għal emissjonijiet mill-kombustjoni li jirriżultaw reazzjonijiet intenzjonali u mhux intenzjonali bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, inkluż it-tnaqqis kimiku jew elettrolitiku ta' metalli mhux maħduma, id-dekompożizzjoni termali ta' sustanzi, u l-formazzjoni ta' sustanzi biex jintużaw bħala prodott jew bħala materja prima;

ċ) “CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fjuwil;

d) “konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet ikun iddefinit sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda sotto-valutazzjoni ta' l-emissjonijiet annwali;

e) “grupp” tfisser ammont ta' fjuwil jew materjal li minnu ttieħdu kampjuni b'mod rappreżentattiv u li ġie kkaratterizzati u ttrasferiti bħala kunsinna waħda jew kontinwament tul perjodu ta' żmien speċifiku;

f) “fjuwils skambjati b'mod kummerċjali” tfisser fjuwils ta' kompożizzjoni speċifikata li huma skambjati b'mod frekwenti u b'mod ħieles, jekk il-grupp speċifiku ġie skambjat bejn partijiet li huma ekonomikament indipendenti, inklużi l-fjuwils kummerċjali standard kollha, il-gass naturali, iż-żejt tal-fjuwil ħafif u tqil, il-faħam, il-kokk tal-petroleum;

g) “materjali skambjati b'mod kummerċjali” tfisser materjali ta' kompożizzjoni speċifikata li huma skambjati b'mod frekwenti u b'mod ħieles, jekk il-grupp speċifiku ġie skambjat bejn partijiet li huma ekonomikament indipendenti;

▼M2

h) “karburant kummerċjali standard” tfisser il-karburanti kummerċjali standard internazzjonali li juru intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % ta’ mhux aktar minn ± 1 % tal-valur kalorifiku speċifikat tagħhom, inkluż iż-żejt tal-gass, iż-żejt tal-karburant ħafif, il-gażolina, iż-żejt tal-lampi, il-pitrolju, l-etan, il-propan, il-butan, il-pitrolju tal-ġett (Jet A1 jew Jet A), il-gażolina tal-ġett (Jet B) u l-gażolina tal-avjazzjoni (AvGas).

▼B

(3) Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw f'relazzjoni għall-kejl:

a) “preċiżjoni” tfisser kemm ikun viċin il-qbil bejn ir-riżultat ta' kejl u l-valur veru tal-kwantità partikolari (jew valur ta' referenza li huwa ddeterminat b'mod empiriku billi jintużaw materjali ta' kalibrazzjoni aċċettati internazzjonalment u traċċabbli u metodi standard), fejn jitqiesu kemm fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;

b) “inċertezza” tfisser parametru, li huwa assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza t-tixrid tal-valuri li b'mod raġonevoli jistgħu jkunu attribwiti għall-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji u li jiġi espress bħala persentaġġ u li jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti fejn titqies kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni ta' valuri;

ċ) “il-medja aritmetika” tfisser it-total tal-membri kollha ta' sett ta' valuri diviżi bin-numru ta' oġġetti fis-sett;

d) “kejl” tfisser sett ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità;

e) “strument ta' kejl” tfisser għodda maħsuba biex tintuża biex jittieħdu qisien, waħdu jew flimkien ma' għodda (għodod) oħra;

f) “sistema ta' kejl” tfisser sett komplut ta' strumenti tal-kejl u apparat ieħor, bħal apparat għat-teħid ta' kampjuni u għall-iproċessar tad-data, li jintuża għad-determinazzjoni ta' varjabbli bħad-data dwar l-attività, il-kontenut ta' karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur ta' emissjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2;

g) “kalibrazzjoni” tfisser is-sett ta' operazzjonijiet, li jistabbilixxu, f'kundizzjonijiet speċifikati, ir-relazzjonijiet bejn il-valuri indikati minn strument tal-kejl jew minn sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew minn materjal ta' referenza u l-valuri korrispondenti ta' kwantità rrealizzata minn standard ta' referenza;

h) “kejl ta' emissjonijiet kontinwi” tfisser sett ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità billi jittieħdu qisien perjodiċi (diversi kull siegħa), billi jkunu applikati jew qisien fil-post fis-sistema taċ-ċmieni jew proċeduri ta' estrazzjoni bi strument tal-kejl li jinsab viċin tas-sistema ta' ċmieni; ma jinkludix metodi ta' kejl ibbażati fuq il-ġbir ta' kampjuni individwali mis-sistema ta' ċmieni;

i) “kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K (jiġifieri 0 oC) u kundizzjonijiet ta' pressjoni ta' 101,325 Pa li jiddefinixxu metri kubi normali (Nm3);

▼M3

(j) “il-punt tal-kejl” ifisser is-sors tal-emissjoni li għalih jintużaw is-sistemi ta’ kejl kontinwu tal-emissjonijiet (is-“CEMS”) għall-kejl tal-emissjonijiet, jew il-profil trasversali (“cross-section”) ta’ sistema tal-pajpijiet li għaliha l-fluss tas-CO2 jitkejjel permezz ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu.

▼B

(4) Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin li huma relatati ma' metodoloġiji bbażati fuq kalkulazzjoni u ma' metodoloġiji bbażati fuq kejl għall-emissjonijiet tas-CO2:

a) “Spejjeż li mhumiex raġonevoli” tfisser spejjeż ta' kejl sproporzjonat għall-benefiċċji ġenerali li jwasslu kif ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fejn għandha x'taqsam l-għażla tal-livelli tas-saffi, il-limitu jista' jkun iddefinit bħala l-valur tal-kwoti li jikkorrispondu għal titjib fil-livell ta' preċiżjoni. Għal miżuri li jżidu l-kwalità ta' l-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq il-preċiżjoni, spiża mhux raġonevoli tista' tikkorrispondi għal frazzjoni li taqbeż limitu indikattiv ta' 1 % tal-valur medju tad-data disponibbli dwar l-emissjonijiet li ġiet irrapportata għall-perjodu ta' skambju preċedenti. ►M2  Għall-installazzjonijiet jew operaturi tal-inġenji tal-ajru mingħajr dan it-tagħrif storiku, id-data mill-installazzjonijiet rappreżentattivi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li qed jagħmlu l-istess attivitajiet jew simili jintużaw bħala referenza u mqassma skont il-kapaċità tagħhom; ◄

b) “Teknikament vijabbli” tfisser li r-riżorsi tekniċi li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sistema proposta jistgħu jiġu akkwistati mill-operatur fiż-żmien meħtieġ;

▼M2

c) “flussi tas-sors de minimis” tfisser grupp ta’ flussi tas-sors minuri magħżula mill-operatur u li flimkien jarmu 1 kilotunnellata ta’ CO2 fossili jew inqas fis-sena, jew li jikkontribwixxu inqas minn 2 % (sa kontribuzzjoni massima totali ta’ 20 kilotunnellata ta’ CO2 fossili kull sena) tal-emissjonijiet totali annwali ta’ CO2 fossili ta’ dik l-installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru qabel jitnaqqas is-CO2 ttrasferit, liema jkun l-ogħla f’termini ta’ emissjonijiet assoluti;

▼B

d) “Flussi mis-sors maġġuri” tfisser grupp ta' flussi mis-sors li ma jappartjenux għall-grupp ta' “flussi mis-sors minuri”;

▼M2

e) “flussi tas-sors de minimis” tfisser dawk il-flussi tas-sors magħżula mill-operatur sabiex flimkien joħorġu 5 kilotunnellata ta’ CO2 fossili jew inqas fis-sena jew li jikkontribwixxu inqas minn 10 % (sa kontribuzzjoni massima totali ta’ 100 kilotunnellata ta’ CO2 fossili kull sena), lill-emissjonijiet totali annwali ta’ CO2 fossili ta’ installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru qabel jitnaqqas is-CO2 ttrasferit, liema jkun l-ogħla f’termini ta’ emissjonijiet assoluti;

▼B

f) “Bijomassa” tfisser materjal organiku li mhuwiex fossilizzat u li huwa bijodegradabbli li joriġina minn pjanti, annimali u mikro-organiżmi, inklużi prodotti, prodotti sekondarji, residwi u skart mill-agrikoltura, mill-foresterija u minn industriji relatati kif ukoll il-frazzjonijiet organiċi li mhumiex fossilizzati u li huma bijodegradabbli ta' skart industrijali u muniċipali, inklużi gassijiet u likwidi li jiġu rkuprati mid-dekompożizzjoni ta' materjal organiku li mhuwiex fossilizzat u li huwa bijodegradabbli;

g) “Pura” meta tkun relatata ma' sustanza tfisser li materjal jew fjuwil jikkonsisti f'mill-inqas 97 % (relatat għall-massa) tas-sustanza speċifikata jew ta' l-element speċifikat – li jikkorrispondi għall-klassifikazzjoni kummerċjali ta' “purum”. Għall-bijomassa din hija relatata mal-frazzjoni ta' karbonju tal-bijomassa fl-ammont totali ta' karbonju fil-fjuwil jew fil-materjal;

h) “Metodu ta' bilanċ ta' l-enerġija” tfisser metodu biex ikun stmat l-ammont ta' enerġija li ntużat bħala fjuwil f'bojler, ikkalkulata bħala s-somma ta' sħana li tista' tintuża u t-telf kollu ta' enerġija rilevanti bir-radjazzjoni, bit-trażmissjoni u bil-flue gas.

(5) Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin li huma relatati ma' kontroll u ma' verifikazzjoni:

a) “Riskji tal-kontroll” tfisser is-suxxettibilità ta' parametru fir-Rapport Annwali dwar l-Emissjonijiet għad-dikjarazzjonijiet żbaljati materjali li mhux se jkunu prevenuti jew skoperti u korretti f'waqthom mis-sistema ta' kontroll;

b) “Riskju ta' skoperta” tfisser ir-riskju li l-verifikatur mhux se jiskopri dikjarazzjoni materjalment żbaljata jew nuqqas ta' konformità materjali;

ċ) “Riskju Inerenti” tfisser is-suxxettibilità ta' parametru fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet għal dikjarazzjonijiet żbaljati materjali, meta wieħed jassumi li ma kien hemm l-ebda attività ta' kontroll relatata;

d) “Riskju ta' verifikazzjoni” tfisser ir-riskju li l-verifikatur jesprimi opinjoni ta' verifikazzjoni li mhijiex xierqa. Ir-riskju ta' verifikazzjoni huwa funzjoni ta' riskji inerenti, ta' riskji ta' kontroll, u tar-riskju ta' skoperta;

▼M2

e) “assigurazzjoni raġonevoli” tfisser livell għoli imma mhux assolut ta’ assigurazzjoni, espress pożittivament fl-opinjoni ta’ verifika, jekk ir-rapport tal-emissjonijiet suġġett għall-verifika huwa ħieles mid-dikjarazzjoni żbaljata tal-materjal u jekk l-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru m’għandux nuqqas ta’ konformità tal-materjali;

▼B

f) “Livell ta' materjalità” tfisser il-limitu kwantitattiv jew il-punt ta' waqfien li għandu jintuża biex tkun iddeterminata l-opinjoni ta' verifikazzjoni xierqa dwar id-data dwar l-emissjoni li tkun irrapportata fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet;

▼M2

g) “livell tal-assigurazzjoni” ifisser il-grad ta’ kemm il-verifikatur huwa kunfidenti fil-konklużjonijiet tal-verifika li tkun ingħatat prova ta’ jekk jew le t-tagħrif irrapportat fir-rapport tal-emissjonijiet annwali għal installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru huwa ħieles minn stqarrija materjali żbaljata;

h) “Nuqqas ta’ konformità” tifisser kwalunkwe att jew ommisjoni ta’ att minn mill-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li qiegħed taħt verifika, intenzjonat jew mhux intenzjonat, li huwa kuntrarju għall-ħtiġijiet fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti skont il-permess tal-installazzjoni jew skont l-Artikolu 3 g tad-Direttiva 2003/87/KE;

i) “Nuqqas ta’ konformità materjali” tfisser nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġijiet fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti skont il-permess tal-installazzjoni jew skont l-Artikolu 3 g tad-Direttiva 2003/87/KE, li jista’ jwassal għal trattament differenti tal-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-awtorità kompetenti;

▼B

j) “Dikjarazzjoni materjalment żbaljata” tfisser dikjarazzjoni żbaljata (ommissjonijiet, rappreżentazzjonijiet żbaljati u żbalji, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli) fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li, fil-fehma professjonali tal-verifikatur, tista' taffettwa t-trattament tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet mill-awtorità kompetenti eż. meta d-dikjarazzjoni żbaljata teċċedi l-livell ta' materjalità;

k) “Akkreditament” fil-kuntest ta' verifikazzjoni tfisser il-ħruġ ta' dikjarazzjoni minn korp ta' akkreditament li huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tiegħu wara li tkun saret valutazzjoni dettaljata li tkun relatata ma' verifikatur li jagħti dimostrazzjoni formali tal-kompetenza u ta' l-indipendenza tiegħu biex iwettaq verifikazzjoni skond rekwiżiti speċifikati;

l) “Verifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet imwettqa minn verifikatur sabiex ikun jista' jipprovdi opinjoni ta' verifikazzjoni kif ġie deskritt fl-Artikolu 15 u fl-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE;

m) “Verifikatur” tfisser korp jew persuna ta' verifikazzjoni kompetenti, independenti u akkreditat/a li bír-responsabbiltà biex twettaq u tirrapporta dwar il-proċess ta' verifikazzjoni, skond ir-rekwiżiti dettaljati li ġew stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE.

▼M2

(6) It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw f’relazzjoni mal-emissjonijiet tad-data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitatjiet tal-avjazzjoni:

(a) “l-ajrudrom tat-tluq” ifisser l-ajrudrom ta’ meta titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tibda;

(b) “l-ajrudrom tal-wasla” ifisser l-ajrudrom ta’ meta titjira li tikostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tintemm;

(ċ) “par tal-ajrudorm” ifisser par magħmul mill-ajrudrom tat-tluq u ajrudrom tal-wasla;

(d) “id-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ” tfisser id-dokumentazzjoni kif speċifikata fl-implimentazzjoni internazzjonali u nazzjonali tal-Istandards u Prattiċi Rakkomandati (SARPs) kif stabbiliti fl-Anness 6 (l-Operazjoni tal-Inġenju tal-Ajru) tal-Konvenzjoni ta’ Chicago ( 6 ), li jinkludi kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3922/91 (“UE-OPS”), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008, fl-Anness III Sottoparti J, jew regolamenti ekwivalenti internazzjonali;

(e) “passiġġieri” tfisser il-persuni abbord l-inġenju tal-ajru matul titjira li teskludi l-membri tal-ekwipaġġ;

(f) “tagħbija” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, posta, passiġġieri u bagalji li qed jinġarru abbord l-inġenju tal-ajru matul titjira;

(g) “distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km;

(h) “tunnellata-kilometru” tfisser tunnellata ta’ tagħbija li qed tinġarr għal distanza ta’ kilometru wieħed.

▼M3

(7) Għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra li ġejjin mill-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet b’effett tas-serra.

(a) “il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2” tfisser “il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(b) “sit tal-ħżin” tfisser “sit tal-ħżin” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(c) “kumpless tal-ħżin” tfisser “kumpless tal-ħżin” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(d) “il-ġarr tas-CO2” tfisser il-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet biex jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(e) “netwerk tat-trasport” tfisser “netwerk tat-trasport” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(22) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(f) “il-qbid tas-CO2” tfisser l-attività tal-qbid tas-CO2 min-nixxiegħat tal-gass, CO2 li mill-bqija jintrema fl-arja, bil-għan li jinġarr u jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(g) “stallazzjoni tal-qbid” tfisser stallazzjoni li fiha jinqabad is-CO2;

(h) “emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet mhux regolari jew ta’ bla ħsieb minn sorsi li mhumiex lokalizzati jew li jvarjaw wisq jew li huma żgħar wisq biex jiġu mmonitorjati b’mod individwali, bħall-emissjonijiet minn siġilli li mill-bqija jkunu intatti, minn valvijiet, stazzjonijiet tal-kumpressuri intermedjarji u faċilitajiet tal-ħżin intermedjarji;

(i) “emissjonijiet irrilaxxati apposta” (“vented”) tfisser emissjonijiet irrilaxxati apposta mill-istallazzjoni permezz ta’ punt speċifiku tal-emissjoni;

(j) “kolonna tal-ilma” tfisser “kolonna tal-ilma” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(k) “l-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju” tfisser l-irkupru tal-idrokarboni minbarra dawk estratti bl-injezzjoni tal-ilma jew b’mezzi oħrajn;

(l) “tnixxija” fil-kuntest tal-ħżin ġeoloġiku tfisser “tnixxija” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/31/KE.

▼B

3.   PRINĊIPJI TA' MONITORAĠĠ U TA' RAPPORTAĠĠ

Sabiex ikun żgurat monitoraġġ u rapportaġġ preċiż u verifikabbli ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt id-Direttiva 2003/87/KE, il-monitoraġġ u r-rapportaġġ għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

▼M1

Kompletezza.Għal ►M2  installazzjoni u operatur tal-inġenji tal-ajru ◄ , il-monitoraġġ u r-rapportaġġ għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha minn proċessi u kombustjoni, mis-sorsi ta’ emissjonijiet u l-flussi kollha li jappartjenu għall-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u l-attivitajiet l-oħrajn rilevanti inklużi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva u tal-gassijiet serra kollha li ġew speċifikati relatati ma’ dawk l-attivitajiet filwaqt li jkun evitat għadd doppju.

▼B

Konsistenza.L-emissjonijiet immonitorjati u rrapportati għandhom jkunu komparabbli maż-żmien, billi jintużaw l-istess metodoloġiji ta' monitoraġġ u l-istess settijiet ta' data. Il-metodoloġiji ta' monitoraġġ jistgħu jitbiddlu skond id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida jekk il-preċiżjoni tad-data rrapportata titjieb. Il-bidliet fil-metodoloġiji ta' monitoraġġ għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti u għandhom ikunu ddokumentati b'mod sħiħ skond dawn il-linji ta' gwida.

Trasparenza.Id-data dwar il-monitoraġġ, inklużi s-suppożizzjonijiet, ir-referenzi, id-data dwar l-attività, il-fatturi ta' emissjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni u l-fatturi ta' konverżjoni għandhom jinkisbu, jiġu rreġistrati, ikkompilati, analizzati u ddokumentati b'mod li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti.

▼M2

Verità.Għandu jkun żgurat li d-determinazzjoni tal-emissjoni hija sistematikament mhux iktar jew inqas mill-veru emissjonijiet. Is-sorsi ta’ inċertezzi se jkunu identifikati u mnaqqsa sa fejn huwa prattikabbli. Għandha tkun eżerċitata kura xierqa sabiex ikun żgurat li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet ikunu juru l-ogħla eżatezza li tista’ tintlaħaq. L-operatur għandu jagħmel possibbli l-assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tar-rappurtar tal-emissjonijiet li se tkun determinata. L-emissjonijiet għandhom ikunu determinati bl-użu tal-metodoloġiji x-xierqa tal-monitoraġġ stipulati f’dawn il-Linji Gwida. Il-metraġġ jew apparat ieħor tal-kejl kif użat għar-rappurtar tad-data tal-monitoraġġ għandu jkun applikat b’mod xieraq, miżmum u kkalibrat, u vverifikat. Spreadsheets u għodod oħrajn użati għall-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data għandhom ikunu ħielsa mill-iżbalji. L-emissjonijiet irrapportati u l-iżvelar relatat għandu jkun ħieles minn stqarrijiet materjali żbaljati, jevita l-preġudizzju fil-għażla u l-preżentazzjoni tat-tagħrif, u jipprovdi akkont kredibbli u bilanċjat tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼B

L-effikaċja fin-nefqa.Meta tingħażel metodoloġija ta' monitoraġġ, it-titjib li jiġi minn aktar preċiżjoni għandhom ikunu bbilanċjati ma' l-ispejjeż addizzjonali. Għalhekk, il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet għandhom jimmiraw għall-ogħla livell ta' preċiżjoni li jista' jintlaħaq, ħlief jekk ma jkunx vijabbli teknikament jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq. ►M2  Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ infisha għandha tiddeskrivi l-istruzzjonijiet lill-operatur f’manjera loġika u sempliċi, tevita d-duplikazzjoni tal-isforz u tqis is-sistemi eżistenti fis-seħħ fl-installazzjoni jew użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru. ◄

Fedeltà.L-utenti għandhom ikunu jistgħu jserħħu moħħhom li rapport dwar l-emissjonijiet li ġie vverifikat jirrappreżenta b'mod fidili dak li jew kien intenzjonat li jirrappreżenta jew li raġonevolment wieħed jista' jistenna li jirrappreżenta.

Titjib fir-rendiment tal-monitoraġġ u tar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet.Il-proċess biex ikunu vverifikati r-rapporti dwar l-emissjonijiet għandu jkun għodda effettiva u affidabbli fl-appoġġ tiegħu għall-proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, fejn tkun provduta informazzjoni li fuqha jista' jaġixxi operatur biex jittejjeb ir-rendiment tiegħu fil-monitoraġġ u fir-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet.

4.   MONITORAĠĠ TA' L-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

4.1.   LIMITI

▼M2

Il-proċess ta’ monitoraġġ u rappurtar għall-installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kollha relevanti mis-sorsi kollha ta’ emissjonijiet u/jew flussi ta’ sorsi li jappartjenu għal attivitajiet li saru fl-installazzjoni jew minn operatur tal-inġenji tal-ajru u elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll mill-attivitajiet u gassijiet serra inklużi minn Stat Membru skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ukoll jiżguraw li l-proċeduri dokumentati qedgħin fis-seħħ u jżommu kont ta’ kwalunkwe bidliet fil-lista tas-sorsi tal-emissjonijiet bħal kiri jew ix-xiri ta’ inġenji tal-ajru, u b’hekk jiżguraw id-data kompluta tal-emissjonijiet u jevitaw l-għadd doppju.

▼B

L-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 2003/87/KE jeħtieġ li l-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-installazzjoni. ►M2  Għalhekk, is-sorsi kollha tal-emissjoni u l-flussi tas-sorsi minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għandhom ikunu monitorjati u rrapportati għandhom ikunu elenkati fil-permess jew, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, koperti bil-pjan ta’ monitoraġġ. ◄ L-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva 2003/87/KE jesiġi li l-permessi ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jinkludu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ, u għandhom jispeċifikaw il-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ.

▼M3

F’każ fejn ikunu identifikati tnixxijiet minn kumpless tal-ħżin skont id-Direttiva 2009/31/KE u f’każ li dawn iwasslu għal emissjonijiet jew għal rilaxxi tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma, dawn għandhom ikunu inklużi bħala sorsi tal-emissjonijiet għall-istallazzjoni rispettiva u għandhom ikunu mmonitorjati kif xieraq hekk kif meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XVIII. It-tnixxija tista’ tkun eskluża milli titqies bħala sors ta’ emissjoni suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija ma jibqgħux jinsabu iktar.

▼M2

L-emissjonijiet minn magni tal-kombustjoni interni mobbli għal skopijiet tat-trasportazzjoni għandhom ikunu esklużi mill-estimi tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet.

▼B

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet għandu jinkludi l-emissjonijiet minn operazzjonijiet regolari u minn avvenimenti anormali inklużi meta jinxtegħlu u jintfwew il-magni u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza matul il-perjodu ta' rapportaġġ.

Jekk il-kapaċitajiet jew ir-riżultati tal-produzzjoni separata jew ikkombinata ta'attività waħda jew ta' diversi attivitajiet li jappartjenu għall-istess sottointestatura ta' l-attività fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jaqbżu l-limitu rispettiv li ġie definit f'dak l-Anness f'installazzjoni waħda jew f'sit wieħed, l-emissjonijiet kollha mis-sorsi ta' emissjoni u/jew mill-flussi mis-sorsi kollha ta' l-attivitajiet kollha li ġew elenkati f'dak l-Anness fl-installazzjoni jew fis-sit rispettiv għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati.

Jekk installazzjoni ta' kombustjoni addizzjonali, bħal installazjoni ta' sħana u enerġija kkombinati, titqies bħala parti minn installazzjoni li qed twettaq attività oħra ta' l-Anness I jew bħala installazzjoni separata jiddependi miċ-ċirkostanzi lokali u għandu jkun stabbilit fil-permess ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' l-installazzjoni.

L-emissjonijiet kollha minn installazzjoni għandhom ikunu assenjati lil dik l-installazzjoni, ikunu xi jkunu l-esportazzjonijiet tas-sħana jew ta' l-elettriku lejn installazzjonijiet oħra. L-emissjonijiet li jkunu assoċjati mal-produzzjoni tas-sħana jew ta' l-elettriku importati minn installazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu assenjati lill-installazzjoni li qed timporta.

4.2.   METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ KALKULAZZJONI U KEJL

▼M2

L-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE jippermetti determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet li jużaw jew:

▼B

 metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni, li tiddetermina l-emissjonijiet minn flussi mis-sors li jkunu bbażati fuq data dwar l-attività miksuba permezz ta' sistemi ta' kejl u ta' parametri addizzjonali minn analiżijiet tal-laboratorju jew minn fatturi standard.

 metodoloġija bbażata fuq il-kejl, li tiddetermina l-emissjonijiet minn sors ta' emissjoni permezz ta' kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti tal-flue gas u tal-fluss tal-flue gas.

L-operatur jista' jipproponi li tintuża metodoloġija bbażata fuq kejl jekk jista' juri li:

 tirriżulta b'mod affidabbli f'valur aktar preċiż ta' emissjonijiet annwali ta' l-installazzjoni minn metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni alternattiva, filwaqt li jiġu evitati spejjeż li mhumiex raġonevoli; u

 il-paragun bejn metodoloġija bbażata fuq kejl u dik ibbażata fuq kalkulazzjoni hija bbażata fuq settijiet identiċi ta' sorsi ta' emissjoni u ta' flussi mis-sorsi.

L-użu ta' metodoloġija bbażata fuq kejl għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti. Għal kull perjodu ta' rapportaġġ l-operatur għandu jikkorrobora l-emissjonijiet imkejla permezz ta' metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6.3c.

L-operatur jista', bl-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, jikkombina l-metodoloġija bbażata fuq kejl u l-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni għal sorsi ta' emissjoni u għal flussi mis-sorsi differenti li jappartjenu lil installazzjoni waħda. L-operatur għandu jiżgura ruħu u juri li ma jkun hemm la lakuni u lanqas għadd doppju fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjonijiet.

4.3.   IL-PJAN TA' MONITORAĠĠ

Skond l-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva 2003/87/KE l-permessi ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jinkludu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ, u għandhom jispeċifikaw il-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ. ►M2   Skont l-Artikolu 3 g ta’ dik id-Direttiva, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ li jistipula l-miżuri għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet u dwar it-tunnellati-kilometru lill-awtorità kompetenti. ◄

Il-metodoloġija ta' monitoraġġ hija parti mill-pjan ta' monitoraġġ li għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti skond il-kriterji li ġew stabbiliti f'din it-taqsima u fis-sotto-taqsimiet tagħha. L-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandu jiżgura ruħu li l-metodoloġija ta' monitoraġġ li għandha tkun applikata mill-installazzjonijiet tkun speċifikata jew fil-kundizzjonijiet tal-permess jew, fejn ikun konsistenti mad-Direttiva 2003/87/KE, skond regoli ġenerali li jorbtu.

▼M2

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika u tapprova l-pjan ta’ monitoraġġ ippreparat mill-operatur qabel il-bidu tal-perjodu tar-rappurtar, u wkoll wara kwalunkwe tibdil sostanzjali fil-metodoloġija tal-monitoraġġ li jiġi applikat ma’ installazzjoni jew minn operatur tal-inġenji tal-ajru. Fejn ikun meħtieġ minn Anness tal-attività speċifika, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkun sottomess sa ġurnata speċifika bl-użu ta’ mudell standard.

▼B

Bla ħsara għat-taqsima 16, il-pjan ta' monitoraġġ għandu jkun fih il-kontenut li ġej:

a) id-deskrizzjoni ta' l-installazzjoni u l-attivitajiet imwettqa mill-installazzjoni li jridu jkunu mmonitorjati;

b) informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ i ħdan l-installazzjoni;

ċ) lista ta' sorsi ta' emissjoni u ta' flussi mis-sorsi li għandhom ikunu mmonitorjati għal kull attività mwettqa fi ħdan l-installazzjoni;

d) deskrizzjoni tal-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni jew tal-metodoloġija bbażata fuq kejl li għandha tintuża;

▼M4

e) lista u deskrizzjoni tas-saffi ta’ dejta ta’ attivitá, kontenut ta’ karbonju (fejn ikunu applikati bilanċ tal-massa jew approċċi oħra li jkunu jeħtieġu direttament kontenut ta’ karbonju għal kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet), fatturi ta’ emissjoni, ossidazzjoni u fatturi ta’ konverżjoni għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkollhom jiġu mmonitorjati;

▼B

f) deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl, u l-ispeċifikazzjoni u l-lok eżatt ta' l-istrumenti tal-kejl li għandhom jintużaw għal kull wieħed mill-flussi mis-sors li għandhom jiġu mmonitorjati;

▼M1

g) evidenza li turi konformità mal-limiti ta’ inċertezza għal dejta dwar attività u l-parametri l-oħrajn (fejn applikabbli) għal-livelli applikati għal kull fluss minn sors u/jew sors ta’ emissjoni;

▼B

h) jekk ikun applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għat-teħid ta' kampjuni ta' fjuwil u ta' materjali għad-determinazzjoni tal-valur kalorifiku nett, tal-kontenut ta' karbonju, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fattur ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni u tal-kontenut ta' bijomassa għal kull wieħed mill-flussi mis-sors;

i) deskrizzjoni tas-sorsi intenzjonati jew tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi netti, tal-kontenut ta' karbonju, tal-fattur ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni, tal-fattur ta' konverżjoni jew tal-frazzjoni ta' bijomassa għal kull wieħed mill-flussi mis-sors;

j) jekk ikun applikabbli, lista u deskrizzjoni tal-laboratorji li mhumiex akkreditati u tal-proċeduri analitiċi rilevanti inkluża lista tal-miżuri ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità kollha li huma rilevanti eż. paraguni bejn il-laboratorji kif ġie deskritt fit-taqsima 13.5.2;

k) jekk ikun applikabbli, deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ta' sors ta' emissjoni, jiġifieri l-punti tal-kejl, il-frekwenza tal-kejl, l-apparat użat, il-proċeduri ta' kalibrazzjoni, il-proċeduri tal-ġbir u taż-żamma tad-data u l-metodu biex il-kalkulazzjoni tkun ikkorroborata u r-rapportaġġ tad-data dwar l-attività, tal-fatturi ta' emissjoni u ta' affarijiet simili;

l) jekk ikun applikabbli, fejn jiġi applikat dak li jissejjaħ il-“metodu ta' rimedju” (it-taqsima 5.3): deskrizzjoni komprensiva tal-metodu u l-analiżi ta' inċertezza, jekk mhux diġà koperti mill-punti a) sa k) ta' din il-lista;

▼M1

m) deskrizzjoni tal-proċeduri għall-akkwist ta’ dejta, għall-attivitajiet ta’ tħaddim u l-attivitajiet ta’ kontroll kif ukoll deskrizzjoni tal-attivitajiet (ara t-Taqsima 10.1-3 u l-Anness XIII, it-Taqsima 8);

▼B

n) fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar il-konnessjonijiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa taħt l-iskema Komunitarja ta' eko-ġestjoni u ta' verifika (EMAS) u sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali (eż. ISO14001:2004), b'mod partikolari dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

▼M3

o) fejn ikun applikabbli, il-post fejn ikun it-tagħmir għall-kejl tat-temperatura u tal-pressjoni f’netwerk tat-trasport;

p) fejn ikun applikabbli, il-proċeduri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-avvenimenti tat-tnixxija min-netwerks tat-trasport;

q) fil-każ tan-netwerks tat-trasport, proċeduri li jiżguraw b’mod effettiv li s-CO2 ikun ittrasferit biss għal ġo stallazzjonijiet li għandhom permess validu għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, jew fejn kwalunkwe CO2 li joħroġ ikun immonitorjat u meqjus b’mod effettiv skont it-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness;

r) meta s-CO2 ikun ittrasferit skont it-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness, identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu qed jirċevuh u ta’ dawk minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit. Għal stallazzjonijiet li għandhom permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, din hija l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istallazzjoni kif iddefinit bir-Regolament skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE;

s) fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kejl kontinwu użati fil-punti tat-trasferiment tas-CO2 bejn stallazzjonijiet li jkunu qed jittrsferixxu s-CO2 skont it-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness;

t) fejn ikun applikabbli, approċċi għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet jew tar-rilaxxi tas-CO2 mit-tnixxijiet potenzjali għal ġol-kolonna tal-ilma kif ukoll l-approċċi għall-kwantifikazzjoni applikati u possibbilment adattati għall-emissjonijiet reali jew għar-rilaxxi reali tas-CO2 mit-tnixxijiet għal ġol-kolonna tal-ilma, kif speċifikat fl-Anness XVIII;

▼M4

u) fejn japplika, id-dati meta jkun sar il-kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6, u skeda għal ripetizzjonijiet fil-ġejjieni ta’ din id-determinazzjoni;

v) fejn japplika, il-protokoll li jiddeskrivi l-proċedura użata biex ikunu determinati l-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6, li juru wkoll li l-kejl ikun sar jew ikun ser isir għal żmien biżżejjed twil biex valuri mkejla jikkonverġu, iżda mill-anqas għal 72 siegħa;

w) fejn japplika, il-metodoloġija biex tkun determinata l-effiċjenza tal-ġbir ta’ emissjonijiet li jaħarbu f’installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ aluminju primarju.

▼B

Il-metodoloġija ta' monitoraġġ għandha tinbidel jekk din ittejjeb il-preċiżjoni tad-data rrapportata, ħlief jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew ikun iwassal għal spejjeż għoljin wisq.

▼M3

Bidla sostanzjali fil-metodoloġija tal-monitoraġġ bħala parti mill-pjan tal-monitoraġġ għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk din ikollha x’taqsam ma’:

 bidla fil-klassifikazzjoni tal-istallazzjoni kif imniżżel fit-Tabella 1;

 bidla bejn il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu u dik ibbażata fuq il-kejl li tintuża biex ikunu kkalkulati l-emissjonijiet;

 żieda fl-inċertezza tad-dejta dwar l-attività jew ta’ parametri oħra (fejn ikun applikabbli) li timplika saff differenti;

 l-applikazzjoni jew l-adattament tal-approċċ għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet mit-tnixxijiet fis-siti tal-ħżin.

▼B

Il-bidliet l-oħra kollha u l-bidliet proposti l-oħra kollha fil-metodoloġija ta' monitoraġġ jew fil-settijiet sottostanti tad-data għandhom ikunu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed wara li l-operatur ikun sar konxju minnhom jew bir-raġonevolezza kollha seta' sar konxju minnhom, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-pjan ta' monitoraġġ.

Il-bidliet fil-pjan ta' monitoraġġ għandhom ikunu ddikjarati, iġġustifikati u ddokumentati b'mod sħiħ u b'mod ċar fir-reġistri interni ta' l-operatur.

Awtorità kompetenti għandha teħtieġ li l-operatur ibiddel il-pjan ta' monitoraġġ tiegħu jekk il-pjan ta' monitoraġġ tiegħu m'għadux konformi mar-regoli stabbiliti f'dawn il-Linji ta' Gwida.

Sabiex ikun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ, ir-rapportaġġ u l-verifikazzjoni taħt dawn il-linji ta' gwida u l-applikazzjoni koerenti tagħha l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw proċess annwali ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' evalwazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportaġġ u tal-verifikazzjoni mibdija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.   METODOLOĠIJI GĦALL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 IBBAŻATI FUQ KALKULAZZJONI

5.1.   FORMULI TAL-KALKULAZZJONI

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tkun ibbażata jew fuq il-formula li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' ossidazzjoni

jew fuq metodu alternattiv jekk ikun iddefinit fil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività.

L-espressjonijiet fi ħdan din il-formula huma speċifikati għal emissjoni mill-kombustjoni u għal emissjonijiet minn proċessi kif ġej:

Emissjonijiet mill-kombustjoni:

▼M2

Id-data tal-attività għandha tkun ibbażata fuq il-konsum tal-karburanti. Il-kwantità ta’ karburant użat għandha tkun espressa f’termini ta’ kontenut ta’ enerġija bħala TJ, sakemm ma jkunx indikat xorta oħra f’dawn il-linji gwida. L-użu ta’ valur nett kalorifiku għandu jitqies bħala wieħed li mhuwiex meħtieġ għal xi attivitajiet speċifiċi jekk l-Annessi tal-attività speċifika tagħhom jindikaw li l-fatturi tal-emissjoni espressi bħala t CO2 għal kull tunnellata ta’ karburant jistgħu jintużaw f’livell simili ta’ preċiżjoni. Il-fattur tal-emissjoni se jkun espress bħala t CO2/TJ, sakemm ma jkunx indikat xorta oħra f’dawn il-linji gwida. Meta karburant huwa kkunsmat mhux il-karbonju kollu fil-karburant jossidizza għal CO2. L-ossidazzjoni mhux kompluta sseħħ minħabba ineffiċjenzi fil-proċess tal-kombustjoni li jħalli xi karbonju mhux maħruq jew ossidizzat parzjalment bħala ġmied jew irmied. Il-karbonju mhux jew parzjalment ossidizzat jitqiss fil-fattur tal-ossidazzjoni li għandu jkun espress bħala frazzjoni. Il-fattur tal-ossidazzjoni għandu jkun espress bħala frazzjoni ta’ wieħed. Il-formula tal-kalkolu li tirriżulta hija:

▼B

Emissjonijiet tas-CO2 = fluss ta' fjuwil [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett [TJ/t jew TJ/Nm3] * fattur ta' emissjoni [tCO2/TJ] * fattur ta' ossidazzjoni

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-kombustjoni hija speċifikata aktar fl-Anness II.

Emissjonijiet minn proċessi:

Id-data dwar l-attività għandha tkun ibbażata fuq il-konsum materjali, fuq l-ammont ipproċessat jew fuq il-kwota ta' produzzjoni u espressa f't jew Nm3. Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun espress f'[t CO2/t jew t CO2/Nm3. Il-karbonju li jinstab f'materjali ta' input li mhuwiex ikkonvertit f'CO2 matul il-proċess, jitqies fil-fattur ta' konverżjoni li għandu jkun espress bħala frazzjoni. Fil-każ li fattur ta' konverżjoni jitqies fil-fattur ta' emissjoni, m'għandux ikun applikat fattur ta' konverżjoni separat. Il-kwantità ta' materjal ta' input li jintuża għandu jkun espress f'termini ta' massa jew ta' volum [t jew Nm3. Il-formula ta' kalkulazzjoni li tirriżulta hija:

▼M4

Il-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess hija speċifikata ulterjorment fil-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet fl-Annessi II sa XI u XVI sa XXIV. Mhux il-metodi kollha ta’ kalkulazzjoni fl-Annessi II sa XI u XVI sa XXIV jużaw fattur ta’ konverżjoni.

▼B

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet minn proċessi hija speċifikata aktar fil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività ►M3  l-Annessi II sa XI u XVI, XVII u XVIII ◄ . Mhux il-metodi ta' kalkulazzjoni kollha li hemm ►M3  l-Annessi II sa XI u XVI, XVII u XVIII ◄ jużaw fattur ta' konverżjoni.

5.2.   SAFFI TA' METODI

►M2  Il-linji gwida skont l-attività speċifika stipulati ►M4  l-Annessi II sa XI u XIV sa XXIV ◄ fihom metodoloġiji speċifiċi għad-determinazzjoni ta’ dawn il-varjabbli li ġejjin: data dwar l-attività (li tikkonsisti minn żewġ varjabbli flussi ta’ karburant/materjal u l-valur nett kalorifiku), fatturi tal-emissjoni, data tal-kompożizzjoni, ossidazzjoni u fatturi tal-konverżjoni u t-tagħbija. ◄ Dawn il-metodi differenti huma jissejħu saffi. Iż-żjieda fin-numru li jingħataw lis-saffi mill-1 'il fuq tirrifletti żjieda fil-livelli ta' preċiżjoni, bis-saff li għandu l-ogħla numru jkun is-saff ippreferut.

L-operatur jista' japplika livelli differenti ta' saffi li huma approvati lill-varjabbli differenti l-fluss ta' fjuwil/materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fatturi ta' emissjoni, id-data ta' kompożizzjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni li jintużaw fi ħdan kalkulazzjoni waħda. L-għażla tas-saffi għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti (ara t-taqsima 4.3).

Is-saffi ekwivalenti jissejħu bl-istess numru tas-saff u b'ittra speċifika ta' l-alfabett (eż.: Saff 2a u 2b). Għal dawk l-attivitajiet fejn jiġu provduti metodi ta' kalkulazzjoni alternattivi fi ħdan dawn il-Linji ta' Gwida (eż. fl-Anness VII: “Metodu A – Ibbażat fuq l-Input fil-Kalkara” u “Metodu B – Ibbażat fuq Produzzjoni tal-Laqx”) operatur jista' jbiddel biss minn metodu għall-ieħor jekk jista' juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li bidla bħal din se twassal għal monitoraġġ u rapportaġġ ta' l-emissjonijiet ta' l-attività rilevanti aktar preċiżi.

Il-metodu ta' l-ogħla saff għandu jiġi użat mill-operaturi kollha biex ikunu ddeterminati l-varjabbli kollha għall-flussi mis-sors kollha għall-installazzjonijiet kollha ta' kategorija B jew C. Huwa biss jekk jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-metodu ta' l-ogħla saff mhuwiex teknikament vijabbli jew li se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, li jista' jintuża l-livell aktar baxx li jmiss għal dak il-varjabbli fi ħdan metodoloġija ta' monitoraġġ. Għal installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' aktar minn 500 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili annwali (jiġifieri “l-installazzjonijiet tal-Kategorija C”) l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummisjoni, skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-applikazzjoni ta' kombinazzjoni tal-metodi ta' l-ogħla saff għall-flussi mis-sors maġġuri kollha ma ssirx.

Bla ħsara għat-taqsima 16 l-Istati Membri jridu jiżguraw irwieħhom li għall-flussi mis-sors maġġuri kollha, l-operaturi japplikaw bħala minimu s-saffi kif ġew stabbiliti fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel, ħlief jekk dan ma jkunx vijabbli teknikament.

It-tnejn bla ħsara għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jagħżel bħala minimu l-livell tas-saff 1 għall-varjabbli li jintużaw biex ikunu kkalkulati l-emissjonijiet minn flussi mis-sors minuri u japplika metodi għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ billi juża l-metodu ta' stima bla ebda saff tiegħu għal flussi mis-sors de-minimis.

Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jipproponi bidliet għas-saffi applikati meta:

 id-data aċċessibbli tkun inbidlet, biex b'hekk ikun hemm lok għal livell ogħla ta' preċiżjoni fid-deteriminazzjoni ta' l-emissjonijiet;

 tibda emissjoni li qabel ma kinitx teżisti;

 il-firxa ta' fjuwils jew ta' materja prima rilevanti inbidlet b'mod sostanzjali;

 ġew skoperti żbalji fid-data li rriżultaw mill-metodoloġija ta' monitoraġġ;

 l-awtorità kompetenti talbet li jkun hemm bidla.

Għall-fjuwil u għall-materjali tal-bijomassa li jikkwalifikaw bħala puri, għall-installazzjonijiet, jew għall-partijiet li jistgħu jiġu identifikati teknikament tagħhom, jistgħu jkunu applikati l-metodi bla ebda saff, sakemm il-valur rispettiv irid jintuża għat-tnaqqis tas-CO2 li ġej mill-bijomassa mill-emissjonijiet li ġew iddeterminati permezz ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwu. Dawn il-metodi bla ebda saff jinkludu l-metodu tal-bilanċ ta' l-enerġija. L-emissjonijiet tas-CO2 minn kontaminati fossili għal fjuwils u l-materjali li jikkwalifikaw bħala bijomassa pura għandhom ikunu rrapportati taħt il-fluss mis-sors tal-bijomassa u jistgħu jkunu stmati billi jintużaw metodi bla ebda saff. Il-fjuwils u l-materjali mħalltin li fihom il-bijomassa għandhom ikunu kkaratterizzati billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13.4 ta' dan l-Anness, ħlief jekk il-fluss mis-sors jikkwalifika bħala de-minimis.

▼M4

Għal fjuwil kummerċjali standard jistgħu jkunu applikati wkoll għal attivitajiet oħra approċċi ta’ saffi minimi kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II dwar attivitajiet ta’ kombustjoni.

▼B

Jekk il-metodoloġija ta' l-ogħla saff, jew is-saff miftiehem li huwa speċifiku għall-varjabbli mhux vijabbli temporanjament għal raġunijiet tekniċi, operatur jista' japplika l-ogħla saff li jista' jintlaħaq sakemm tali żmien meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-saff ta' l-ewwel reġgħu ġew irrestawrati. Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jipprovdi provi tal-ħtieġa għal bidla fis-saffi lill-awtorità kompetenti u dettalji tal-metodoloġija ta' monitoraġġ interim. L-operatur għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa kollha biex jippermetti r-restawr fil-pront tas-saff oriġinali għal raġunijiet ta' monitoraġġ u rapportaġġ.

Il-bidliet tas-saffi għandhom ikunu ddokumentati b'mod sħiħ. It-trattament tal-lakuni minuri tad-data li jirriżultaw miż-żminijiet meta s-sistemi ta' kejl ma jkunux qed jitħaddmu għandu jsegwi prattika professjonali tajba li tiżgura stima konservattiva ta' l-emissjonijiet, meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Dokument ta' Referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ ta' Lulju 2003 tal-Kontroll u l-Prevenzjoni Integrat tat-Tniġġiż (IPPC) ( 7 ). Meta fi ħdan perjodu ta' rapportaġġ is-saffi jinbidlu, ir-riżultati għall-attività affetwata għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati bħala taqsimiet separati tar-rapport annwali lill-awtorità kompetenti għall-partijiet rispettivi tal-perjodu ta' rapportaġġ.

▼M4

Tabella 1

Rekwiżiti Minimi

(“n.a.” tfisser “mhux applikabbli”)

Il-Kolonna A għal “installazzjonijiet ta’ kategorija A” (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati tul il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) ugwali għal jew anqas minn 50 elf tunnellata metrika ta’ CO2-eq mingħajr ma jkun inkluż CO2 bijoġeniku u qabel ma jitnaqqas CO2 trasferit)

Il-Kolonna B għal “installazzjonijiet ta’ kategorija B” (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati fuq il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) akbar minn 50 elf tunnellata metrika u ugwali għal jew anqas minn 500 elf tunnellata metrika ta’ CO2-eq mingħajr ma jkun inkluż CO2 bijoġeniku qabel ma jitnaqqas CO2 trasferit)

u l-Kolonna C għal “installazzjonijiet ta’ kategorija C” (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati fuq il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) akbar minn 500 elf tunnellata metrika ta’ CO

2-eq

mingħajr ma jkun inkluż CO

2

bijoġeniku u qabel ma jitnaqqas CO

2

tras



 

Dejta ta’ Attività

Fattur ta’ Emissjoni

Dejta ta’ Kompożizzjoni

Fattur ta’ Ossidazzjoni

Fattur ta’ Konverżjoni

Fluss ta’ Fjuwil

Valur Kalorifiku Nett

Anness/Attivitá

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

II:  Kombustjoni

Fjuwil kummerċjali standard

2

3

4

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Gassijiet oħra u fjuwil likwifikat

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil solidu

1

2

3

2a/2b

3

3

2a/2b

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Approċċ ta’ Bilanċ tal-Massa għall-Produzzjoni ta’ Iswed tal-Karbonju u t-Terminali ta’ Proċessar ta’ Gassijiet

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Tubi bi fjamma

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

2a/b

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Tindif ta’ Gassiijiet

Karbonat

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

 

Ġipsum

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

ferit).



 

Dejta ta’ Attività

Fattur ta’ Emissjoni

Dejta ta’ Kompożizzjoni

Fattur ta’ Konverżjoni

Fluss ta’ Materjal

Valur Kalorifiku Nett

 

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

III:  Raffineriji

Riġenerazzjoni Katalitika ta’ Crackers

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Produzzjoni ta’ Idroġenu

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

IV:  Fran tal-Kokk

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil bħala input ta’ proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

V:  Inkaljar u Sinterizzazzjoni ta’ Minerali tal-ħadid

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Input ta’ Karbonat

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

VI:  Ħadid u Azzar

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil bħala input ta’ proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

VII:  Siment

Abbażi tal-materjali fid-dħul tal-forn

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Gagazza Prodotta

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

CKD

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Karbonju Mhux Karbonat

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

VIII:  Lime, Dolomite and Magnesite

Karbonati

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Ossidu Alkaliterren

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

IX:  Ħġieġ, Suf Minerali

Karbonati

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

X:  Ċeramika

Inputs ta’ Karbonju

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1.

1

2

Ossidu Alkali

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Tindif ta’ Gassiijiet

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XI:  Polpa u Karta

Metodu standard

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XIX:  Karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XX:  Ammonja

Fjuwil bħala input ta’ proċess

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XXI:  Idroġenu u gass ta’ sinteżi

Fjuwil bħala input ta’ proċess

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XXII:  Sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XXIII:  Produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet minn proċess

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

XXIV:  Produzzjoni ta’ aluminju

Bilanċ tal-massa għal emissjonijiet ta’ CO2

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet ta’ PFC (metodu tal-pendil)

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet ta’ PFC (metodu ta’ vultaġġ żejjed)

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

▼M2

5.3.   APPROĊĊI TA’ RIMEDJU GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET WEQFIN

▼B

F'każijiet fejn mhux vijabbli teknikament jew li kieku jwaslu għal spejjeż li mhumiex raġonevoli biex ikunu applikati għall-inqas ir-rekwiżiti tas-saff 1 għall-flussi mis-sors kollha (ħlief id-de-minimis), l-operatur għandu japplika dak li jissejjaħ “metodu ta' rimedju”. Dan jeżenta lill-operatur mill-applikazzjoni tat-taqsima 5.2 ta' dan l-Anness u jippermetti t-tfassil ta' metodoloġija ta' monitoraġġ li hija għalkollox adattata għall-ħtiġijiet. L-operatur għandu juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li billi tkun applikata din il-metodoloġija ta' monitoraġġ alternattiva għall-installazzjoni kollha, qed jiġu sodisfatti l-limiti ta' inċertezza ġenerali mogħtija fit-Tabella 2 għall-livell annwali ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-installazzjoni kollha.

L-analiżi ta' inċertezza għandha tikkwantifika l-inċertezzi tal-varjabbli u tal-parametri kollha li jkunu użati għall-kalkulazzjoni tal-livell annwali ta' l-emissjonijiet filwaqt li jitqies l-ISO – il-Gwida għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl (1995) ( 8 ) u l-ISO 5168:2005. L-analiżi għandha titwettaq qabel ma jiġi approvat il-pjan ta' monitoraġġ mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tad-data tas-sena preċedenti u għandha tkun aġġornata fuq bażi annwali. Dan l-aġġornament annwali għandu jkun ippreparat flimkien mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u jrid ikun soġġett għal verifikazzjoni.

L-installazzjonijiet rispettivi li japplikaw il-metodi ta' rimedju għandhom ikunu nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummisjoni skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE. L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, id-data fejn din tkun disponibbli, jew l-aħjar stimi tad-data dwar l-attività, tal-valuri kalorifiċi netti, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni u ta' parametri oħra – billi juża analiżijiet tal-laboratorju fejn ikun xieraq. Il-metodi rispettivi għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ u għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. It-Tabella 2 ma tapplikax għall-installazzjonijiet li jiddeterminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom billi jużaw sistemi ta' monitoraġġ ta' l-emissjonijiet kontinwu li japplikaw l-Anness XII.



Tabella 2

Limiti ta' Inċertezza Ġenerali ta' Rimedju

Kategorija ta' l-Installazzjoni

Limitu ta' Inċertezza li għandu jintlaħaq għall-valur totali annwali ta' l-emissjoni

A

± 7,5 %

B

± 5,0 %

C

± 2,5 %

▼M2

5.4.    DATA DWAR L-ATTIVITÀ TAL-INSTALLAZZJONIJIET WEQFIN

▼B

Id-data dwar l-attività tirrappreżenta informazzjoni dwar il-fluss tal-materjal, il-konsum tal-fjuwil, il-materjal ta' input jew il-kwota ta' produzzjoni espressa bħala enerġija [TJ] (f'każijiet eċċezzjonali anki bħala massa jew volum [t jew Nm3], ara t-taqsima 5.5) fil-każ tal-fjuwils u massa jew volum fil-każ ta' materja prima jew prodotti [t jew Nm3].

Id-determinazzjoni tad-data dwar l-attività mill-operatur tista' tkun ibbażata fuq l-ammont li għalih inħarġet fattura ta' fjuwil jew ta' materjal determinata f'konformità ma' l-Anness I u s-saffi approvati ta' ►M4  l-Annessi II sa XXIV ◄ .

Fejn id-data dwar l-attività għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet ma tistax tkun iddeterminata direttament, id-data dwar l-attività għandha tkun iddeterminata permezz ta' valutazzjoni tal-bidliet fl-istokk:

Materjal C = Materjal P + (Materjal S – Materjal E) – Materjal O

fejn:

Materjal C

:

Materjal ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal P

:

Materjal mixtri matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal S

:

Stokk ta' materjal fil-bidu tal-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal E

:

Stokk ta' materjal fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal O

:

Materjal użat għal skopijiet oħra (trasport jew bejgħ mill-ġdid)

F'każijiet fejn teknikament mhuwiex vijabbli jew kieku jwassal għal spejjeż għoljin wisq biex ikun iddeterminat il-“Materjal S” u l-“Materjal E” permezz ta' kejl dirett, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawn iż-żewġ kwantitajiet fuq il-bażi ta'

  data mis-snin preċedenti u korrelazzjoni mal-produzzjoni għall-perjodu ta' rapportaġġ

 jew

 metodi ddokumentati u data rispettiva fi prospetti finanzjarji vverifikati għall-perjodu ta' rapportaġġ.

F'każijiet fejn id-determinazzjoni tad-data dwar l-attività annwali għal preċiżament sena kalendarja sħiħa teknikament mhix vijabbli jew kieku twassal għal spejjeż li mhumiex raġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-ġurnata tax-xogħol li jmiss li tkun xierqa biex jissepara sena ta' rapportaġġ minn dik li jmiss. Id-devjazzjonijiet li jistgħu japplikaw għal fluss mis-sors wieħed jew għal diversi, għandhom ikunu rreġistrati b'mod ċar, għandhom jifformaw il-bażi ta' valur li huwa rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u għandhom jitqiesu b'mod konsistenti għas-sena ta' wara.

5.5.   FATTURI TA' EMISSJONI

▼M4

Fatturi ta’ emissjoni għal emissjonijiet ta’ CO2 huma bbażati fuq il-kontenut ta’ karbonju ta’ fjuwil jew ta’ materjali ta’ input u huma espressi bħala tCO2/TJ (emissjonijiet mill-kombustjoni), jew tCO2/t jew tCO2/Nm3 (emissjonijiet minn proċess). Għal gassijiet mhux CO2 b’effett ta’ serra, fatturi adatti ta’ emissjonijiet huma ddefiniti fl-Annessi rilevanti li huma speċifiċi għal attività ta’ dawn il-Linji gwida.

▼M2

Sabiex tintlaħaq l-ogħla trasparenza u l-usa’ konsistenza possibbli mal-inventorji nazzjonali tal-gassijiet serra, l-użu ta’ fatturi tal-emissjonijiet għal karburant espressi bħala t CO2/t minflok t CO2/TJ għal emissjonijiet tal-kombustjoni hija ristretta għal każijiet fejn l-ispejjeż mhux raġonevoli inkella se jaqgħu fuq l-operatur, u għal każijiet definiti fl-Annessi tal-attività speċifika ta’ dawn il-linji gwida.

▼B

Għall-konverżjoni tal-karbonju fil-valur rispettiv għas-CO2 għandu jintuża l-fattur ( 9 ) ta' 3,664 [t CO2/t C].

Il-fatturi ta' emissjoni u d-dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-attività ġew stabbiliti aktar 'l isfel fit-taqsimiet 11 u 13 ta' dan l-Anness.

Il-bijomassa titqies bħala newtrali fejn għandu x'jaqsam is-CO2. Għall-bijomassa għandu ikun applikat fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/TJ jew t jew Nm3]. Lista eżemplari ta' tipi differenti ta' materjali li jiġu aċċettati bħala bijomassa tingħata fit-taqsima 12 ta' dan l-Anness.

Għal fjuwils jew materjali li fihom kemm karbonju fossili kemm karbonju tal-bijomassa, għandu jkun applikat fattur ta' emissjoni mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi), ibbażat fuq il-proporzjoni ta' karbonju fossili fil-kontenut totali ta' karbonju tal-fjuwil. Din il-kalkulazzjoni għandha tkun trasparenti u ddokumentata skond ir-regoli u l-proċeduri tat-taqsima 13 ta' dan l-Anness.

Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit fi ħdan installazzjoni taħt l-UE-ETS bħala parti minn fjuwil (eż. gass tal-kalkara ta' funderija, gass tal-forn tal-kokk jew gass naturali) għandu jkun inkluż fil-fattur ta' emissjoni għal dak il-fjuwil.

Bla ħsara għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, is-CO2 inerenti li joriġina minn fluss mis-sors iżda li wara jkun ittrasferit barra minn installazzjoni bħala parti minn fjuwil jista' jitnaqqas mill-emissjonijiet ta' dik l-installazzjoni – indipendentement minn jekk ikun fornut lil installazzjoni UE-ETS oħra jew le. Fi kwalunkwe każ, għandu jkun irrapportat bħala punt f'memorandum. L-installazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummisjoni taħt l-obbligi ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.6.   FATTURI TA' OSSIDAZZJONI U TA' KONVERŻJONI

Għandu jintuża fattur ta' ossidazzjoni għal emissjonijiet mill-kombustjoni jew fattur ta' konverżjoni għal emissjonijiet minn proċessi biex jirrifletti l-proprozjon ta' karbonju li mhuwiex ossidizzat jew ikkonvertit fil-proċess. Għall-fatturi ta' ossidazzjoni r-rekwiżit biex ikun applikat l-ogħla saff ġie rinunzjat. Jekk fi ħdan installazzjoni jintużaw fjuwils differenti u jiġu kkalkulati fatturi ta' ossidazzjoni speċifiċi għal attività, bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jiddetermina fattur ta' ossidazzjoni aggregat wieħed għall-attività u japplikah għall-fjuwils kollha, jew sakemm il-bijomassa tintuża, jattribwixi ossidazzjoni li mhix kompluta lil fluss tal-fjuwil maġġuri wieħed u juża valur ta' 1 għall-oħrajn.

▼M3

5.7.   CO2 TTRASFERIT

Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jnaqqas mil-livelli kkalkulati tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni kwalunkwe CO2 li ma joħroġx mill-istallazzjoni, iżda li jkun ittrasferit mill-istallazzjoni ‘l barra:

▼M4

 bħala sustanza pura, jew użata direttament u mgħaqqda fi prodotti jew bħala materja prima, sakemm ma japplikawx rekwiżiti oħra kif stabbiliti fl-Annessi XIX sa XXII, jew

▼M3

 lejn stallazzjoni oħra li għandha permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, sakemm ma japplikawx rekwiżiti oħrajn kif imniżżel fl-Annessi XVII jew XVIII,

dejjem jekk dan it-tnaqqis ikun rifless fi tnaqqis rispettiv tal-attività u tal-istallazzjoni, li jkun irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fit-tressiq tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-ammonti rispettivi tas-CO2 għandhom ikunu rrappurtati għal kull stallazzjoni li lejha jkun ġie ttrasferit is-CO2 jew li minnha jkun irċevut, bħala nota fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll f’dak tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih.

Fil-każ ta’ trasferiment lejn stallazzjoni oħra, l-istallazzjoni li tkun qed tirċevih trid tgħodd is-CO2 li tkun irċeviet mal-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tagħha, sakemm ma jkunux japplikaw rekwiżiti oħrajn kif imniżżel fl-Annessi XVII ►M4  sa XXII ◄ .

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istallazzjonijiet rispettivi minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 kif ukoll b’dawk li jkunu qed jirċevuh skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-każ ta’ trasferiment lejn stallazzjoni li taqa’ fi ħdan dik id-Direttiva, l-istallazzjoni li minnha jkun qed jiġi ttrasferit is-CO2 għandha tidentifika l-istallazzjoni li tkun qed tirċevih fir-rapport annwali tagħha dwar l-emissjonijiet billi tagħti l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih kif iddefinit bir-Regolament skont l-Artikolu 19 ta’ dik id-Direttiva. L-istallazzjoni li tkun qed tirċevih għandha tidentifika l-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit bl-istess mod.

Il-każijiet potenzjali ta’ CO2 ttrasferit ‘il barra minn stallazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn:

 CO2 pur użat għall-karbonizzazzjoni tax-xorb;

 CO2 pur użat bħala silġ niexef għall-finijiet tat-tkessiħ;

 CO2 pur użat bħala aġent tat-tifi tan-nar, bħala refriġerant jew bħala gass tal-laboratorju;

 CO2 pur użat fid-diżinfestazzjoni tal-qmuħ;

 CO2 pur użat bħala solvent fl-industrija tal-ikel jew tal-kimika;

 CO2 użat u integrat fi prodotti jew bħala materja prima fl-industrija tal-kimika u tal-kartolerija (“pulp industry”) (per eż. għall-urea jew għall-karbonati ssolidifikati minn soluzzjoni);

 karbonati integrati b’mod dirett fi prodott ta’ assorbiment li jitnixxef bi sprej (“spray-dried absorption product”) (SDAP) mit-tindif b’mod nofsu niexef tal-gassijiet li joħorġu mit-trombi taċ-ċmieni (“flue gases”);

 CO2 ttrasferit lejn stallazzjonijiet tal-qbid;

 CO2 mill-istallazzjonijiet tal-qbid ittrasferit lejn in-netwerks tat-trasport;

 CO2 min-netwerks tat-trasport ittrasferit lejn is-siti tal-ħżin.

Sakemm ma jkunux japplikaw rekwiżiti oħrajn fl-Annessi speċifiċi għal attività partikulari, il-massa ta’ CO2 jew ta’ karbonat ittrasferit kull sena għandha tkun ikkalkulata b’inċertezza massima ta’ inqas minn 1.5 % jew direttament billi jintużaw miters li jkejlu l-fluss tal-volum jew tal-massa, billi jiżnu, jew indirettament mill-massa tal-prodott rispettiv (per eż. l-karbonati jew l-urea) fejn ikun rilevanti u jekk ikun xieraq.

F’każ li l-ammonti tas-CO2 ttrasferit jitkejlu kemm fl-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll fl-istallazzjoni li tkun qed tirċevih, l-ammonti rispettivi tas-CO2 ttrasferit u li jkun irċevut għandhom ikunu ndaqs. Jekk id-differenza bejn il-valuri mkejla tkun f’firxa li tista’ tiġi spjegata bl-inċertezza tas-sistemi tal-kejl, il-medja aritmetika taż-żewġ valuri mkejla għandha tintuża kemm fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 kif ukoll f’dak tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih. Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jinkludi dikjarazzjoni li dan il-valur ġie allinjat mal-valur tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 u ta’ dik li tkun qed tirċevih rispettivament. Il-valur imkejjel għandu jiddaħħal bħala nota.

F’każ li d-differenza bejn il-valuri mkejla ma tistax tiġi spjegata mill-firxa tal-inċertezza tas-sistemi tal-kejl, l-operaturi tal-istallazzjonijiet ikkonċernati għandhom jallinjaw il-valuri mkejla billi japplikaw aġġustamenti konservattivi (jiġifieri billi jevitaw stima baxxa żżejjed tal-emissjonijiet). Dan l-allinjament għandu jkun ivverifikat mill-verifikaturi tal-istallazzjonijiet minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 u ta’ dawk li jkunu qed jirċevuh, u għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

F’każijiet fejn parti mis-CO2 ttrasferit kien iġġenerat mill-bijomassa, jew kull meta stallazzjoni tkun koperta mid-Direttiva 2003/87/KE b’mod parzjali biss, l-operatur għandu jnaqqas biss il-frazzjoni rispettiva tal-massa tas-CO2 ttrasferit li joriġina mill-fjuwils u mill-materjali fossili f’attivitajiet li huma koperti mid-Direttiva. Il-metodi rispettivi ta’ attribuzzjoni għandhom ikunu konservattivi u huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

Fil-każ li jkun applikat approċċ tal-kejl fl-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2, l-ammont totali ta’ CO2 ttrasferit jew li jkun irċevut li jirriżulta mill-użu tal-bijomassa għandu jkun irrappurtat bħala nota kemm mill-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll mill-istallazzjoni li tkun qed tirċevih. L-istallazzjoni li tkun qed tirċevih ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-kejl tagħha stess għal dan il-għan, iżda għandha tirrapporta l-ammont ta’ CO2 tal-bijomassa kif miksub mingħand l-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit.

▼M2

6.   METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-MIŻURI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET WEQFIN

▼B

6.1.   ĠENERALI

▼M1

Kif stipulat fit-Taqsima 4.2, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu jiġu ddeterminati permezz ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl li tuża sistemi ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet (CEMS) mis-sorsi ta’ emissjonijiet kollha jew minn dawk magħżula billi jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati ladarba l-operatur ikun irċieva approvazzjoni mill-awtorità kompetenti qabel il-perjodu ta’ rapportaġġ li l-użu tas-CEMS jilħaq preċiżjoni akbar mill-kalkolu tal-emissjonijiet li juża l-metodu tal-livell l-aktar preċiż. Il-metodi speċifiċi għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl huma stipulati fl-Anness XII u XIII. Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni dwar l-istallazzjonijiet li japplikaw is-CEMS bħala parti mis-sistema ta’ monitoraġġ tagħhom.

▼B

Il-proċeduri li ġew applikati għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet, kif ukoll għall-flussi tal-massa jew tal-volum, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-Istandards CEN (jiġifieri dawk maħruġa mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni). Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO xierqa (jiġifieri dawk maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida għall-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-istandards ta' l-ISO rilevanti jinkludu, fost l-oħrajn:

 ISO12039:2001 Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx – Determinazzjoni tal-monossidu tal-karbonju, tad-dijossidu tal-karbonju u ta' l-ossiġnu – Karatteristiċi tar-rendiment u kalibrazzjoni ta' metodu ta' kejl awtomatizzat,

 ISO 10396:2006 “Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx – Teħid ta' kampjuni għad-determinazzjoni awtomatizzata tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet”,

 ISO 14164: 1999 Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx. Determinazzjoni tar-rata tal-fluss tal-volum tal-flussi tal-gass fit-tubi – metodu awtomatizzat.

Il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-emissjonijiet tas-CO2 imkejla għandhom jitnaqqsu fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkulazzjoni u għandha tkun irrapportata bħala punt f'memorandum (ara t-taqsima 14 ta' dan l-Anness).

6.2.   SAFFI GĦAL METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ KEJL

▼M1

L-operatur ta’ stallazzjoni għandu juża l-ogħla livelli stipulati fl-Annessi XII u XIII, għal kull sors ta’ emissjonijiet li huwa elenkat fil-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li għalih l-emissjonijiet rilevanti tal-gassijiet serra jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni tas-CEMS.

▼B

Huwa biss jekk jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-metodu ta' l-ogħla saff teknikament mhuwiex vijabbli jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, li jista' jinuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors ta' emissjoni rilevanti. Għaldaqstant, għal kull sors ta' emissjoni, is-saff magħżul għandu jirrifletti l-ogħla livell ta' preċiżjoni li huwa teknikament vijabbli u li ma jwassalx għal spejjeż għoljin wisq. L-għażla tas-saffi għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti (ara t-taqsima 4.3).

▼M1

Għall-perjodi ta’ rapportaġġ 2008-2012 bħala minimu għandhom jiġu applikati l-livell 2 fl-Anness XII għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-livelli minimi ddefiniti fl-Anness XIII għall-emissjonijiet tal-N2O għajr jekk dan ma jkunx teknikament possibbli.

▼B

6.3.   AKTAR PROĊEDURI U REKWIŻITI

▼M1

a)   Rati ta’ teħid ta’ kampjuni

Il-medji ta’ kull siegħa (siegħa valida ta’ dejta) għandhom jiġu kkalkulati għall-elementi kollha tad-determinazzjoni tal-emissjoni (kif applikabbli) – kif stipulat fl-Anness XII u XIII – billi jintużaw il-punti ta’ dejta kollha li jkun hemm disponibbli għal dik is-siegħa speċifika. F’każ ta’ tagħmir li ma jkunx taħt kontroll jew ma jkunx qiegħed jitħaddem għal parti minn dik is-siegħa, il-medja fis-siegħa għandha tkun ikkalkulata pro rata għall-punti ta’ dejta li jkun għad fadal għal dik is-siegħa speċifika. F’każ li siegħa valida ta’ dejta ma tkunx tista’ tiġi kkalkulata għal element ta’ determinazzjoni tal-emissjoni, minħabba li inqas minn 50 % tal-għadd massimu ta’ punti ta’ dejta fis-siegħa ikunu disponibbli, is-siegħa tintilef. Għal kull każ fejn siegħa valida ta’ dejta ma tkunx tista’ tiġi kkalkulata, għandhom jiġu kkalkulati l-valuri ta’ sostituzzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

▼B

b)   Data Nieqsa

Fejn siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tiġi provduta għal element tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni wieħed jew aktar minħabba li l-apparat ma jkunx taħt kontroll (eż. f'każ ta' żbalji fil-kalibrazzjoni jew fl-interferenza) jew ma kienx qed jitħaddem, l-operatur għandu jiddetermina l-valuri ta' sostituzzjoni għal kull siegħa ta' data nieqsa kif jintwera aktar 'l isfel.

i)   Konċentrazzjonijiet

F'każ li siegħa valida ta' data ma tistax tkun ipprovduta għal parametru li tkejjel direttament bħala konċentrazzjoni (eż. GHGs, O2), valur ta' sostituzzjoni C*subst għal dik is-siegħa għandu ikun ikkalkulat kif ġej:

image

bi

image

il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku,

σ C_ l-aħjar stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku.

Il-medja aritmetika u d-devjazzjoni standard għandhom ikunu kkalkulati fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportaġġ mis-sett kollu tad-data dwar l-emissjoni li ġie mkejjel matul il-perjodu ta' rapportaġġ. Jekk perjodu bħal dan mhuwiex applikabbli minħabba bidliet tekniċi essenzjali fl-installazzjoni, perjodu ta' żmien rappreżentattiv, jekk ikun possibbli b'tul ta' sena, għandu ikun miftiehem ma' l-awtorità kompetenti.

Il-kalkulazzjoni tal-medja aritmetika u tad-devjazzjoni standard għandhom jkunu ppreżentati lill-verifikatur.

ii)   Parametri Oħra

F'każ li siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tiġi provduta għall-parametri li ma tkejlux direttament bħala konċentrazzjonijiet, il-valuri sostituti ta' dawn il-parametri għandhom jinkisbu permezz ta' mudell ta' bilanċ tal-massa jew tal-metodu tal-bilanċ ta' l-enerġija ta' proċess. L-elementi mkejla li jifdal tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni għandhom jintużaw biex ikunu validati r-riżultati.

Il-mudell tal-bilanċ tal-massa jew ta' l-enerġija u s-suppożizzjonijiet sottostanti għandhom jkunu ddokumentati u ppreżentati b'mod ċar lill-verifikatur flimkien mar-riżultati kkalkulati.

ċ)   Kalkulazzjoni ta' l-Emissjonijiet Ikkorroborata

▼M1

B’mod parallel għad-determinazzjoni tal-emissjoni permezz ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl skont l-Annessi XII u XIII, l-emissjonijiet fis-sena ta’ kull GHG meqjus għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ kalkolu bbażat fuq waħda mill-għażliet li ġejjin:

▼B

a) Kalkulazzjoni ta' emissjonijiet kif ġie stabbilit fl-Annessi rispettivi għall-attivitajiet rispettivi. Għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet, ġeneralment jistgħu ikunu applikati s-saffi l-aktar baxxi (jiġifieri saff 1 bħala minimu) jew

b) Kalkulazzjonijiet ta' emissjonijiet kif ġie stabbilit fil-Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006, eż. jistgħu jintużaw il-metodi tas-saff 1.

Jista' jkun hemm devjazzjonijiet bejn ir-riżultati mill-metodu tal-kejl u dak tal-kalkulazzjoni. L-operatur għandu jesplora l-korrelazzjoni bejn ir-riżultati mill-metodu tal-kejl u minn dak tal-kalkulazzjoni, fejn iqis li tista' teżisti devjazzjoni ġenerika li tirriżulta miż-żewġ metodi differenti. Meta jqis din il-korrelazzjoni, l-operatur għandu juża r-riżultati tal-metodu tal-kalkulazzjoni biex jagħmel kontroll inkroċjat tar-riżultati mill-metodu tal-kejl.

L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, id-data rilevanti, fejn tkun disponibbli, jew l-aħjar stimi tad-data dwar l-attività, tal-valuri kalorifiċi netti, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni u ta' parametri oħra li ntużaw għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet skond ►M3  l-Annessi II sa XI u XVI ►M4   sa XXIV ◄  ◄ – billi, fejn ikun xieraq, jintużaw l-analiżijiet tal-laboratorju. Il-metodi rispettivi kif ukoll il-metodu magħżul għall-kalkulazzjoni li tikkorrobora għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ u għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

▼M1

Fejn paragun mar-riżultati tal-metodu tal-kalkolu jindika b’mod ċar li r-riżultati tal-metodu tal-kejl mhumiex validi, l-operatur għandu juża l-valuri ta’ sostituzzjoni kif ġie deskritt f’din it-Taqsima (eskluż il-monitoraġġ skont l-Anness XIII).

▼B

7.   VALUTAZZJONI TA' L-INĊERTEZZI

7.1.   KALKULAZZJONI

Din it-taqsima hija soġġetta għat-Taqsima 16 ta' dan l-Anness. L-operatur għandu jkollu fehim tas-sorsi prinċipali ta' inċertezza meta jikkalkula l-emissjonijiet.

▼M2

Permezz tal-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu abbażi tad-dispożizzjonijiet fit-Taqsima 5.2, l-awtorità kompetenti għandha tkun approvat il-kombinazzjoni tal-livelli għal kull fluss ta’ sors f’installazzjoni filwaqt li tkun approvat id-dettalji l-oħrajn kollha tal-metodoloġija tal-monitoraġġ għal dik l-installazzjoni kif speċifikat fi ħdan il-permess tal-istallazzjoni jew, il-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni. Meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat l-inċertezza li tirriżulta direttament mill-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija approvata tal-monitoraġġ, u l-evidenza ta’ dik l-approvazzjoni fil-kontenut tal-permess jew, il-kontenut tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni. Stqarrija dwar it-tagħqida tal-livelli fir-rapport tal-emissjonijiet għandha tikkostitwixxi l-inċertezza tar-rappurtar għall-iskopijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk ma hemm l-ebda ħtieġa oħra ta’ rapport dwar l-inċertezzi jekk il-metodoloġija ibbażata fuq il-kalkolu tkun applikata.

▼B

L-inċertezza li ġiet iddeterminata għas-sistema ta' kejl fi ħdan is-sistema ta' saffi għandha tinkludi l-inċertezza speċifikata ta' l-istrumenti tal-kejl applikati, l-inċertezza assoċjata mal-kalibrazzjoni u kwalunkwe inċertezza addizzjonali li hija konnessa ma' kif l-istrumenti tal-kejl jintużaw fil-prattika. Il-valuri tal-limitu ddikjarati fi ħdan is-sistema tas-saffi jirreferu għall-inċertezza li hija assoċjata mal-valur għal perjodu wieħed ta' rapportaġġ.

Rigward il-fjuwil jew il-materjali li ġew skambjati b'mod kummerċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu d-determinazzjoni tal-fluss annwali ta' fjuwil/materjal mill-operatur fuq il-bażi biss ta' l-ammont ta' fjuwil jew materjal li għalih inħarġet fattura mingħajr aktar provi individwali ta' l-inċertezzi assoċjati, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-applikazzjoni murija ta' l-istandards rilevanti nazzjonali jew internazzjonali tiżgura li, għal tranżazzjonijiet kummerċjali, jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rispettivi ta' l-inċertezza għad-data dwar l-attività.

►M2  Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur għandu jipprovdi prova bil-miktub tal-livell ta’ inċertezza assoċjat mad-determinazzjoni tad-data tal-attività għal kull fluss ta’ sors sabiex juri konformità mal-livelli aċċettati ta’ inċertezza definiti ►M3  l-Annessi II sa XI u XIV sa ►M4  XXIV ◄  ◄ ta’ dawn il-Linji Gwida. ◄ L-operatur għandu jibbaża l-kalkulazzjoni fuq l-ispeċifikazzjonijiet kif ġew provduti mill-fornitur ta' l-istrumenti tal-kejl. Jekk l-ispeċifikazzjonijiet mhumiex disponibbli, l-operatur għandu jipprovdi għal valutazzjoni ta' l-inċertezza ta' l-istrument tal-kejl. Fiż-żewġ każijiet, għandu jqis il-korrezzjonijiet meħtieġa ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet mill-effetti li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ta' l-użu effettiv bħal mogħdija taż-żmien, il-kundizzjonijiet ta' l-ambjent fiżiku, il-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni. Dawn il-korrezzjonijiet jistgħu jinvolvu ġudizzju espert konservattiv.

Jekk ikunu applikati sistemi ta' kejl, l-operatur għandu jqis l-effett kumulattiv tal-komponenti kollha tas-sistema ta' kejl fuq l-inċertezza tad-data dwar l-attività annwali billi juża l-liġi tal-propagazzjoni ta' l-iżbalji ( 10 ), li tipprovdi żewġ regoli konvenjenti biex ikunu kkombinati l-inċertezzi li mhumiex korrelati taħt l-addizzjoni u l-multiplikazzjoni jew aprossimazzjonijiet konservattivi rispettivi jekk ikun hemm inċertezzi interdependenti:

a)   Għall-inċertezza ta' somma (eż. ta' kontribuzzjonijiet individwali għal valur annwali)

għal inċertezzi li mhumiex korrelati:

image

għal inċertezzi interdependenti:

image

Fejn:

Utotali huwa l-inċertezza tas-somma espress bħala persentaġġ;

xi u Ui huma l-kwantitajiet inċerti u l-persentaġġi ta' l-inċertezzi li huma assoċjati magħhom, rispettivament.

b)   Għall-inċertezza ta' prodott (eż. ta' parametri differenti li jintużaw biex ikun ikkonvertit qari ta' miter għal data ta' fluss tal-massa)

għal inċertezzi li mhumiex korrelati:

image

għal inċertezzi interdependenti:

image

Fejn:

Utotal huwa l-inċertezza tal-prodott, espress bħala persentaġġ;

Ui huma l-persentaġġ ta' l-inċertezzi li huma assoċjati ma' kull wieħed mill-kwantitajiet.

L-operatur, permezz ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-proċess ta' kontroll, għandu jiġġestixxi u jnaqqas il-bqija ta' l-inċertezzi tad-data dwar l-emissjonijiet fir-rapport dwar l-emissjonijiet tiegħu. Matul il-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni t-tajba tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija ta' l-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll ta' l-operatur.

7.2.   KEJL

▼M1

Kif stipulat fit-Taqsima 4.2, operatur jista’ jiġġustifika l-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq kejl jekk b’mod affidabbli tirriżulta f’livell aktar baxx ta’ inċertezza mill-metodoloġija rilevanti bbażata fuq kalkolu (qabbel mat-Taqsima 4.2) jew jeħtieġ li juża metodu bbażat fuq kejl skont l-Anness XIII. Sabiex din il-ġustifikazzjoni tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jirrapporta r-riżultati kwantitattivi ta’ analiżi tal-inċertezzi aktar komprensiva li tikkunsidra s-sorsi ta’ inċertezza li ġejjin billi jitqies l-EN 14181:

▼B

 l-inċertezza speċifikata ta' apparat ta' kejl kontinwu;

 inċertezzi assoċjati mal-kalibrazzjoni;

 inċertezza addizzjonali konnessa ma' kif l-apparat ta' monitoraġġ qed jintuża fil-prattika.

Fuq il-bażi tal-ġustifikazzjoni ta' l-operatur, l-awtorità kompetenti tista' tapprova l-użu li jagħmel l-operatur minn sistema ta' kejl ta' l-emissjoni kontinwu għal sorsi ta' l-emissjoni magħżula jew għas-sorsi ta' l-emissjoni kollha f'installazzjoni kif ukoll tapprova d-dettalji l-oħra kollha tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal dawk is-sorsi ta' emissjoni, ħalli jkunu inklużi fi ħdan il-permess ta' l-installazzjoni. Billi tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat l-inċertezza li tirriżulta direttament mill-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u l-evidenza ta' dik l-approvazzjoni hija l-kontenut tal-permess.

L-operatur għandu jiddikjara l-figura ta' l-inċertezza li tirriżulta minn din l-analiżi komprensiva ta' l-inċertezza tal-bidu fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet tiegħu lill-awtorità kompetenti għas-sorsi ta' l-emissjoni u għall-flussi mis-sorsi rilevanti, sakemm jintlaħaq tali punt li l-awtorità kompetenti tirrivedi l-għażla ta' kejl fuq il-kalkulazzjoni u titlob li l-figura ta' l-inċertezza terġa' tkun ikkalkulata. Id-dikjarazzjoni ta' din il-figura ta' l-inċertezza fir-rapport dwar l-emissjonijiet għandha tikkostitwixxi r-rapportaġġ ta' inċertezza għall-iskopijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-operatur, permezz tal-proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll, għandu jiġġestixxi u jnaqqas il-bqija ta' l-inċertezzi tad-data dwar l-emissjonijiet fir-rapport dwar l-emissjonijiet tiegħu. Matul il-proċess ta' verifikazzjoni il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija ta' l-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' kontroll ta' l-operatur.

8.   RAPPORTAĠĠ

▼M2

L-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi l-ħtiġijiet tar-rappurtar għall-istallazzjonijiet u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-format tar-rappurtar stipulat fit-Taqsima 14 ta’ dan l-Anness u t-tagħrif meħtieġ fih għandu jintuża bħala bażi għar-rappurtar tad-data kwantitattiva sakemm ma jkunx ġie ppubblikat protokol ta’ standard elettroniku ekwivalenti mill-Kummissjoni tal-UE. Fejn huwa speċifikat format tar-rappurtar f’Anness ta’ attività speċifika, dan il-format ta’ rappurtar u t-tagħrif meħtieġ fih għandu jintuża għar-rappurtar.

▼B

Ir-rapport dwar l-emissjoni jkopri l-emissjonijiet annwali ta' sena kalendarja f'perjodu ta' rapportaġġ.

Ir-rapport għandu jkun ivverifikat skond ir-rekwiżiti dettaljati li ġew stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE. L-operatur għandu jissottometti r-rapport verifikat lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Marzu ta' kull sena għall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti.

Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn dik l-awtorità bla ħsara għar-regoli li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE ( 11 ). Rigward l-applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni li ġiet stabbilita fl-Artikolu 4(2)(d) ta' dik id-Direttiva, l-operaturi jistgħu jindikaw fir-rapport tagħhom liema informazzjoni jqisu li hija sensittiva kummerċjalment.

Kull operatur għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rapport għal installazzjoni:

(1)  Data li tidentifika l-installazzjoni, kif ġie speċifikat fl-Anness IV għad- Direttiva 2003/87/KE, u n-numru tal-permess uniku tagħha;

(2) Għas-sorsi ta' l-emissjonijiet kollha u/jew għall-flussi mis-sors it-totali ta' l-emissjonijiet, il-metodu magħżul (kejl jew kalkulazzjoni), is-saffi magħżula u l-metodu (jekk ikun applikabbli), id-data dwar l-attività ( 12 ), il-fatturi ta' emissjoni ( 13 ), u l-fatturi ta' ossidazzjoni/konverżjoni ( 14 ). Il-punti li ġejjin, li mhumiex spjegati f'termini ta' emissjonijiet, għandhom ikunu rrapportati bħala punti f'memorandum: l-ammonti ta' bijomassa maħruqa [TJ] jew użata fi proċessi [t jew Nm3; l-emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] minn bijomassa fejn il-kejl jintuża biex ikunu ddeterminati l-emissjonijiet; is-CO2 ittrasferit minn installazzjoni [t CO2]; is-CO2 inerenti li jħalli l-installazzjoni bħala parti minn fjuwil;

(3) Jekk il-fatturi ta' emissjoni u f'data dwar l-attività għall-fjuwil huma relatati mal-massa minnflok ma' l-enerġija, l-operatur għandu jirrapporta data alternattiva (proxy-data) supplementari għall-valur kalorifiku nett medju annwali u l-fattur ta' emissjoni għal kull fjuwil. “Data alternattiva (proxy data)” tfisser valuri annwali – issostanzjati b'mod empiriku jew b'sorsi aċċettati – użati biex jissostitwixxu data għal varjabbli (jiġifieri fluss ta' fjuwil/materjal, valur kalorifiku nett jew emissjoni, fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni) meħtieġa fil-metodi ta' kalkulazzjoni tan-nuqqas skond l-Annessi I-XI sabiex ikun żgurat rapportaġġ komplut meta l-metodoloġija ta' monitoraġġ ma tiġġenerax il-varjabbli kollha li huma meħtieġa;

(4) Jekk jiġi applikat metodu ta' bilanċ tal-massa l-operaturi għandhom jirrapportaw il-fluss tal-massa, il-kontenut ta' karbonju u ta' enerġija għal kull fjuwil u fluss ta' materjal fi ħdan jew barra mill-installazzjoni u l-istokks tagħhom;

(5) Jekk jiġi applikat il-monitoraġġ kontinwu ta' l-emissjonijiet (l-Anness XII), l-operatur għandu jirrapporta l-emissjonijiet annwali tas-CO2 fossili kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu tal-bijomassa. Barra minn hekk, l-operatur għandu jirrapporta data alternattiva (proxy-data) supplementari għall-valur kalorifiku nett medju annwali u l-fattur ta' emissjoni għal kull fjuwil jew rispettiv għal parametri oħra rilevanti rispettivi għal materjali u prodotti kif ġie derivat permezz tal-kalkulazzjoni korroboranti;

(6) Jekk jiġi applikat metodu ta' rimedju skond it-taqsima 5.3, l-operatur għandu jirrapporta d-data alternattiva (proxy-data) supplementari għal kull parametru fejn il-metodu ma jipproduċix id-data meħtieġa skond ►M3  l-Annessi I sa XI u XVI, ►M4  sa XXIV ◄  ◄ ;

(7) Fejn ikun hemm l-użu tal-fjuwil, iżda l-emissjonijiet jiġu kkalkulati bħala emissjonijiet minn proċess, l-operatur għandu jirrapporta d-data alternattiva (proxy-data) supplimentari għall-varjabbli rispettivi tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni tan-nuqqas għal emissjonijiet mill-kombustjoni għal dawn il-fjuwils;

(8) Il-bidliet fis-saffi temporali jew permanenti, ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet, id-data tal-bidu għal dawn il-bidliet, u d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-bidliet temporali;

(9) Kwalunkwe bidla oħra fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ li tista' tkun rilevanti għar-rapport dwar l-emissjonijiet;

▼M3

(10) fejn ikun applikabbli, l-ammonti ta’ CO2 ttrasferit lejn stallazzjonijiet oħra jew li jkun irċevut mingħandhom, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istallazzjoni kif iddefinit bir-Regolament skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M4

(11) fejn japplika, il-livell ta’ produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, jew id-dejta ta’ vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, kif ukoll ir-riżultati tad-determinazzjoni l-aktar reċenti tal-fatturi speċifiċi ta’ emissjonijiet għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 kif ippjanati fl-Anness XXIV, u tad-determinazzjoni l-aktar reċenti tal-effiċjenza tat-tubi fil-ġbir.

▼M3

L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operaturi tas-siti tal-ħżin tas-CO2 li, wara li jingħalqu, iressqu rapporti ssimplifikati dwar l-emissjonijiet li jkun fihom tal-anqas l-elementi mniżżlin fis-sottoparagrafi (1) u (9), jekk il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra ma jkun jinkludi l-ebda sors tal-emissjonijiet.

▼B

L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta taħt (8) u (9) u l-informazzjoni supplementari li għandha tkun ipprovduta ►M4  taħt (2) u (11) ◄ mhijiex xierqa biex tkun ippreżentata fil-forma ta' tabella tal-format tar-rapportaġġ u għalhekk għandha tkun inkluża fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet bħala test sempliċi.

Il-fjuwils u l-emissjonijiet li jirriżultaw għandhom ikunu rrapportati billi jintużaw il-kategoriji tal-fjuwil IPCC (ara t-taqsima 11 ta' dan l-Anness) li huma bbażati fuq id-definizzjonijiet ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija. Fil-każ li l-Istat Membru rilevanti għall-operatur ippubblika lista ta' kategoriji tal-fjuwil inklużi d-definizzjonijiet u l-fatturi ta' emissjoni li huma konsistenti ma' l-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li ġie sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima għandhom jintużaw dawn il-kategoriji u l-fatturi ta' emissjoni tagħhom, jekk ikunu approvati taħt il-metodu ta' monitoraġġ rilevanti.

Barra minn hekk, għandhom ikunu rrapportati t-tipi ta' skart u ta' emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu tagħhom bħala fjuwils jew bħala materjali ta' input. It-tipi ta' skart għandhom ikunu rrapportati billi tintuża l-klassifikazzjoni tal-lista ta' skart Komunitarja li ġiet speċifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż ( 15 ). Il-kodiċijiet rispettivi b'sitt numri għandhom ikunu miżjuda ma' l-ismijiet tat-tipi ta' skart rilevanti li jintużaw fl-installazzjoni.

L-emissjonijiet li jkun hemm minn sorsi ta' emissjonijiet differenti jew minn flussi mis-sors ta' l-istess tip ta' installazzjoni waħda li jappartjenu lill-istess tip ta' attività jistgħu jkunu rrapportati b'mod aggreagat għat-tip ta' attività.

▼M1

L-emissjonijiet għandhom jiġu rrappurtati bħala tunnellati mqarrba lejn l-eqreb tunnellata ta’ CO2 jew CO2(e) (pereżempju 1 245 978 tunnellata). Id-dejta dwar attività, il-fatturi tal-emissjonijiet u l-fatturi ta’ ossidazzjoni jew ta’ konverżjoni għandhom jitqarrbu lejn l-eqreb numru sħiħ biex jinkludu biss ċifri sinifikanti kemm għall-kalkolu tal-emissjonijiet kif ukoll għal skopijiet ta’ rapportaġġ.

▼M2

Sabiex tkun akkwistata konsistenza bejn id-data rrapportata skont id-Direttiva 2003/87/KE u d-data rrapportata mill-Istati Membri skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u data oħra tal-emissjonijiet irraportata għar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx tat-Tniġġiż u t-Trasferiment (EPRTR), kull attività mwettqa minn installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ittikettata bl-applikazzjoni tal-kodiċi, fejn huwa applikabbli, minn dawn iż-żewġ skemi ta’ rappurtar li ġejjin:

▼B

a) il-Format Komuni ta' Rapportaġġ għal sistemi ta' inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra kif ġie approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ara t-taqsima 15.1. ta' dan l-Anness);

b) il-kodiċi ta' l-IPPC ta' l-Anness I tar-Regolament 166/2006 dwar ir- Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR) (ara t-taqsima 15.2 t'aktar 'l isfel).

9.   ŻAMMA TA' INFORMAZZJONI

▼M2

Operatur għandu jiddokumenta u jarkivja d-data ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet tal-installazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru mis-sorsi kollha tal-emissjoni u/jew flussi ta’ sorsi li jappartjenu għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-gassijiet serra speċifikati marbuta ma’ dawk l-attivitajiet.

Id-data tal-monitoraġġ iddokumentata u arkivjata għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti il-verifika tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta’ installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru sottomessi mill-operatur skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, b’konformità mal-kriterja stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

▼B

Id-data li mhijiex parti mir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet m'għandux ikun meħtieġ li tkun irrapportata jew issir pubblika b'mod ieħor.

Biex tkun permessa r-riproduċibilità tad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-verifikatur jew minn parti terza oħra, ►M2  operatur ◄ għandu jżomm l-informazzjoni li ġejja għal mill-inqas għaxar snin wara s-sottomissjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena ta' rapportaġġ:

Għal metodoloġiji bbażati fuq kalkulazzjoni:

 il-lista tal-flussi mis-sors kollha li huma mmonitorjati;

 id-data dwar l-attività li tintuża għal kwalunkwe kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet għal kull fluss mis-sors, ikkategorizzata skond il-proċess u t-tip ta' fjuwil jew materjal;

 id-dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew li mhumiex temporali ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u ta' saffi li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;

 id-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u r-riżultati mill-iżvilupp ta' fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal attività u ta' frazzjonijiet tal-bijomassa għal fjuwils speċifiċi, u fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni, u l-provi rispettivi ta' l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

▼M2

 dokumentazzjoni tal-proċess tal-ġbir tad-data tal-attività għall-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-flussi ta’ sorsi tiegħu;

▼B

 id-data dwar l-attività, l-emissjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni li ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti għall-pjan ta' kwoti nazzjonali għal snin ta' qabel il-perjodu ta' żmien koperti mill-iskema ta' skambju;

 id-dokumentazzjoni tar-responsabbiltajiet b'konnessjoni mal-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet;

 ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet; u

 kwalunkwe informazzjoni oħra li ġiet identifikata, kif inhu meħtieġ, għall-verifikazzjoni tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet.

Għall-metodoloġiji li huma bbażati fuq kejl għandha tkun miżmuma l-informazzjoni addizzjonal li ġejja:

 il-lista tas-sorsi ta' l-emissjonijiet kollha li huma mmonitorjati;

 id-dokumentazzjoni li tiġġustifika l-għażla ta' metodoloġija bbażata fuq kejl;

 id-data li tintuża għall-analiżi ta' l-inċertezza ta' emissjonijiet minn kull sors ta' emissjoni, ikklassifikata skond il-proċess;

 id-data użata għall-kalkulazzjonijiet korroboranti;

 deskrizzjoni teknika ddettaljata tas-sistema ta' kejl kontinwu inkluża d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

 id-data mhux analizzata u dik aggregata mis-sistema ta' kejl kontinwu, inkluża d-dokumentazzjoni tal-bidliet maż-żmien, il-ġurnal iddettaljat dwar it-testijiet, il-ħinijiet meta l-magni ma jkunux qed jitħaddmu, il-kalibrazzjoni, l-għoti ta' servis u l-manutenzjoni;

 id-dokumentazzjoni ta' kwalunkwe bidla fis-sistema ta' kejl kontinwu.

▼M2

Dan it-tagħrif addizzjonali li ġej għandu jinżamm għall-attivitajiet tal-avjazzjoni:

 il-lista tal-inġenji tal-ajru mikrija jew tal-operatur, u t-tagħrif meħtieġ sabiex dik il-lista tkun kompluta;

 il-lista tat-titjiriet koperti f’kull xahar irrapportat, u l-evidenza meħtieġa sabiex dik il-lista tkun kompluta;

  data użata sabiex tkun determinata t-tagħbija u d-distanza relevanti għal dawk is-snin għal liema kienet irrapportata d-data dwar it-tunnellati-kilometru;

 dokumentazzjoni dwar l-approċċ għad-data nieqsa jekk applikabbli, u d-data użata għall-għeluq tad-data nieqsa fejn din ġrat.

▼M3

Għall-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 għandu jinżamm it-tagħrif addizzjonali li ġej:

 fejn ikun applikabbli, dokumentazzjoni dwar l-ammont ta’ CO2 mitfugħ fil-kumpless tal-ħżin mill-istallazzjonijiet li jkunu qed jaħżnu s-CO2 b’mod ġeoloġiku;

 fejn ikun applikabbli, dejta miġbura b’mod rappreżentattiv dwar il-pressjoni u t-temperatura minn netwerk tat-trasport;

 fejn ikun applikabbli, kopja tal-permess tal-ħżin, inkluż il-pjan approvat tal-monitoraġġ, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/31/KE;

 fejn ikun applikabbli, ir-rapporti mressqin skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/31/KE;

 fejn ikun applikabbli, ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqin skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/31/KE;

 fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE.

▼M4

L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tinżamm għall-produzzjoni ta’ aluminju primarju:

 dokumentazzjoni ta’ riżultati minn kampanji ta’ kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi speċifiċi ta’ emissjonijiet għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6,

 dokumentazzjoni ta’ riżultati tad-determinazzjoni tal-effiċjenza fil-ġbir ta’ emissjonijiet li jaħarbu,

 id-dejta rilevanti kollha dwar il-produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-frekwenza u d-durata tal-effetti ta’ anodi jew dejta dwar vultaġġ żejjed.

▼B

10.   KONTROLL U VERIFIKAZZJONI

Il-kontroll u l-verifikazzjoni ta' l-emissjonijiet huma soġġetti għat-taqsima 16 ta' dan l-Anness.

10.1.   AKKWIST U MMANIĠĠJAR TAD-DATA

L-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm attivitajiet effettivi ta' akkwist u mmaniġġjar tad-data (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu attivitajiet tal-fluss tad-data) għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond il-pjan ta' monitoraġġ approvat, il-permess u dawn il-linji ta' gwida. Dawn l-attivitajiet tal-fluss tad-data jinkludu l-kejl, il-monitoraġġ, l-analiżi, ir-reġistrazzjoni, l-ipproċessar u l-kalkulazzjoni tal-parametri sabiex ikun jista' jsir rapport dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

10.2.   SISTEMA TA' KONTROLL

L-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta' kontroll effettiva biex ikun żgurat li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, li jirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fih dikjarazzjonijiet żbaljati u jkun konformi mal-pjan ta' monitoraġġ approvat, mal-permess u ma' dawn il-linji ta' gwida.

Is-sistema ta' kontroll ta' l-operatur hija magħmula mill-proċessi li huma mmirati għal monitoraġġ u rapportaġġ effettiv kif imfassal u implimentat minn dawk li huma responsabbli mir-rapportaġġ annwali ta' l-emissjonijiet. Is-sistema ta' kontroll tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

a) il-proċess ta' valutazzjoni ta' l-operatur stess tar-riskji inerenti u ta' kontroll għal żbalji, rappreżentazzjonijiet żbaljati jew omissjonijiet (dikjarazzjonijiet żbaljati) fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, u n-nuqqasijiet ta' konformità mal-pjan ta' monitoraġġ approvat, mal-permess u ma' dawn il-linji ta' gwida;

b) attivitajiet ta' kontroll li jgħinu biex ikunu mmitigati r-riskji identifikati.

L-operatur għandu jevalwa u jtejjeb is-sistema ta' kontroll tiegħu biex jiżgura li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ma jkunx fih dikjarazzjonijiet materjali żbaljati jew ma jkunx fih nuqqas ta' konformità materjali. L-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu l-verifiki interni tas-sistema ta' kontroll u tad-data rrapportata. Is-sistema ta' kontroll tista' tagħmel referenza għal proċeduri u dokumenti oħrajn, inklużi dawk f'sistemi ta' ġestjoni ta' l-Iskema ta' l-UE ta' Eko-Ġestjoni u ta' Verifika (EMAS), ISO 14001:2004 (“Sistemi ta' ġestjoni ambjentali – Speċifikazzjoni bi gwida għall-użu”), ISO 9001:2000 u sistemi ta' kontroll finanzjarju. Meta tkun saret referenza bħal din, l-operatur għandu jiżgura li jkunu saru arranġamenti għar-rekwiżiti fil-pjan ta' monitoraġġ approvat, fil-permess u f, dawn il-linji ta' gwida fis-sistema applikabbli rispettiva.

10.3.   ATTIVITAJIET TA' KONTROLL

Għall-iskopijiet ta' kontroll u ta' mitigazzjoni tar-riskji inerenti u tar-riskji ta' kontroll skond il-Kapitolu 10.2, l-operatur għandu jidentifika u jimplimenta attivitajiet ta' kontroll skond it-taqsimajiet 10.3.1 sa 10.3.6 li ġejjin.

10.3.1.   PROĊEDURI U RESPONSABBILTAJIET

L-operatur għandu jassenja responsabbiltajiet lill-attivitajiet ta' fluss ta' data kollha u lill-attivitajiet ta' kontroll kollha. Id-dmirijiet konfliġġenti għandhom ikunu ssegregati, inklużi l-attivitajiet ta' maniġġjar u ta' kontroll, fejn ikun possibbli u b'mod ieħor il-kontrolli alternattivi għandhom jitqiegħdu f'posthom.

L-operatur għandu jiddokumenta l-attivitajiet ta' fluss ta' data skond t-taqsima 10.1 u l-attivitajiet ta' kontroll skond it-taqsimiet 10.3.2 sa 10.3.6 fi proċeduri bil-miktub, inklużi:

 is-sekwenza u l-interazzjoni ta' l-attivitajiet ta' akkwist u ta' mmaniġġjar tad-data skond 10.1, inklużi l-metodi ta' kalkulazzjonijiet jew ta' kejl li jintużaw;

 valutazzjoni tar-riskju tad-definizzjoni u evalwazzjonijiet tas-sistema ta' kontroll skond 10.2;

 ġestjoni tal-kompetenzi meħtieġa għar-responabbiltajiet assenjati skond 10.3.1;

 assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-apparat tal-kejl u tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni li jintużaw (jekk ikun applikabbli) skond 10.3.2;

 reviżjonijiet interni ta' data rrapportati skond 10.3.3;

 proċessi li jingħataw barra skond 10.3.4;

 korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva skond 10.3.5;

 rekords u dokumentazzjoni skond 10.3.6.

Kull waħda minn dawn il-proċeduri għandha tindirizza (fejn ikun xieraq) l-elementi li ġejjin:

 responsabbiltajiet;

 rekords (elettroniċi u fiżiċi, dak kollu li huwa applikabbli u xieraq);

 sistemi ta' informazzjoni użati (jekk ikun applikabbli);

  input u produzzjoni, u konnessjoni ċara ma' attività preċedenti u ma' dik li jmiss;

 frekwenza (jekk ikun applikabbli);

Il-proċeduri għandhom ikunu xierqa biex ikunu mitigati r-riskji identifikati.

10.3.2.   ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ

L-operatur għandu jiżgura li l-apparat tal-kejl rilevanti huwa kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f'intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u kkontrollat skond standards ta' kejl traċċabbli għall-istandards ta' kejl internazzjonali fejn ikunu disponibbli, skond ir-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Fil-pjan ta' monitoraġġ, l-operatur għandu jidentifika jekk il-komponenti ta' l-istrument tal-kejl ma jistgħux ikunu kkalibrati, u għandu jipproponi attivitajiet ta' kontroll alternattivi, li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti. Meta l-apparat jinstab li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti, l-operatur għandu jieħu l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa fil-pront. Ir-rekords tar-riżultati tal-kalibrazzjoni u ta' l-awtentifikazzjoni għandhom jinżammu għal perjodu ta' 10 snin.

Jekk l-operatur juża teknoloġija ta' l-informazzjoni, inkluża teknoloġija tal-kompjuter li jikkontrolla l-proċessi, għandha tkun imfassla, iddokumentata, ittestjata, implimentata, ikkontrollata u miżmuma f'kundizzjoni tajba b'mod li tiżgura pproċessar ta' data affidabbli, preċiż u f'waqtu f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Dan jinkludi l-użu xieraq ta' formuli ta' kalkulazzjoni li jinsabu fil-pjan ta' monitoraġġ. Il-kontroll tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għandha tinkludi kontroll ta' l-aċċess, appoġġ (back up), irkupru, ippjanar ta' kontinwità u sikurezza.

10.3.3.   REVIŻJONIJIET U VALIDAZZJONI TAD-DATA

Għall-ġestjoni tal-fluss ta' data, l-operatur għandu jfassal u jimplimenta reviżjonijiet u validazzjoni tad-data f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Dawn il-validazzjonijiet jistgħu jsiru jew bl-idejn jew b'mod elettroniku. Għandhom ikunu mfassla b'mod li l-limiti biex id-data tkun rifjutata jkunu ċari mill-bidunett, fejn ikun possibbli.

Jistgħu jsiru reviżjonijiet tad-data sempliċi u effettivi fil-livell operattiv permezz ta' paraguni tal-valuri mmonitorjati billi jintużaw metodi vertikali u orizzontali.

Metodu vertikali jipparaguna d-data dwar l-emissjonijiet li ġiet immonitorjata għall-istess ►M2  installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru ◄ fi snin differenti. Żball ta' monitoraġġ huwa probabbli jekk id-differenzi bejn id-data annwali ma tistax tkun spjegata minn:

 bidliet fil-livelli ta' attività;

 bidliet li jikkonċernaw fjuwils jew materjal ta' input;

 bidliet li jikkonċernaw il-proċessi ta' emissjoni (eż. titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija).

Metodu orizzontali jipparaguna valuri li jirriżultaw minn sistemi ta' ġbir ta' data operattiva differenti, inklużi:

 paragun ta' data dwar xiri ta' fjuwil jew ta' materjal ma' data dwar bidliet fl-istokk (ibbażata fuq informazzjoni dwar stokk tat-tmiem u stokk tal-bidu) u data dwar il-konsum għall-flussi mis-sors applikabbli;

 paragun ta' fatturi ta' emissjoni li kienu analizzati, ikkalkulati jew miksuba mill-fornitur tal-fjuwil, ma' fatturi ta' emissjoni ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' fjuwils komparabbli;

 paragun ta' fatturi ta' emissjoni li huma bbażati fuq analiżijiet tal-fjuwil ma'. fatturi ta' emissjoni ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' fjuwils komparabbli;

 paragun ta' emissjonijiet imkejla u kkalkulati.

10.3.4.   PROĊESSI LI JINGĦATAW BARRA

Fejn operatur jagħżel li jibgħat barra kwalunkwe proċess fil-fluss tad-data, l-operatur għandu jikkontrolla l-kwalità ta' dawn il-proċessi f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. L-operatur għandu jiddefinixxi r-rekwiżiti xierqa għall-produzzjonijiet u għall-metodi u jirrivedi l-kwalità kkunsinnata.

10.3.5.   KORREZZJONIJIET U AZZJONI KORRETTIVA

Meta kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' fluss tad-data jew mill-attivitajiet ta' kontroll (għodda, apparat, membru ta' l-istaff, fornitur, proċedura jew oħrajn) jinstab li ma jiffunzjonax b'mod effettiv jew li jiffunzjona barra limiti ffissati, l-operatur għandu jieħu korrezzjonijiet xierqa fil-pront u d-data rifjutata għandha tkun ikkoreġuta. L-operatur għandu jivvaluta l-validità tal-produzzjonijiet tal-passi applikabbli, jiddetermina l-għerq tal-kawża tal-funzjonament ħażin jew ta' l-iżball u jieħu azzjoni korrettiva xierqa.

L-attivitajiet f'din it-taqsima għandhom jitwettqu skond il-Kapitolu 10.2 (metodu bbażat fuq riskju).

10.3.6.   REKORDS U DOKUMENTAZZJONI

Sabiex ikun jista' juri u jiużgura ruħu mill-konformità u biex ikun jista' jibni mill-ġdid id-data dwar l-emissjonijiet irrapportata, l-operatur għandu jżomm rekords ta' l-attivitajiet ta' kontroll kollha (inklużi Assigurazzjoni tal-Kwalità/Kontroll tal-Kwalità ta' l-apparat u tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, reviżjoni u validazzjoni tad-data u tal-korrezzjonijiet) u l-informazzjoni kollha li ġiet elenkata taħt it-taqsima 9 ta' dan l-anness għal mill-inqas 10 snin.

L-operatur għandu jiżgura ruħu li d-dokumenti rilevanti jkunu disponibbli meta u fejn ikunu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet ta' fluss tad-data kif ukoll l-attivitajiet ta' kontroll. L-operatur għandu jkollu proċedura biex jidentifika, jipproduċi, jiddistribwixxi u jikkontrolla l-verżjoni ta' dawn id-dokumenti.

L-attivitajiet f'din it-taqsima għandhom jitwettqu f'konformità mal-metodu bbażat fuq riskju skond 10.2.

10.4.   VERIFIKAZZJONI

10.4.1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

L-għan tal-verifikazzjoni huwa li jkun żgurat li l-emissjonijiet kienu mmonitorjati skond il-linji ta' gwida u li, skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, se tkun irrapportata data dwar l-emissjonijiet affidabbli u korretta. L-Istati Membri għandhom iqisu l-gwida rispettiva maħruġa mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditatament (EA).

Bla ħsara għall-Kapitolu 10.4.2 e) verifikazzjoni għandha tasal għal opinjoni ta' verifikazzjoni li tiddikjara, b'assigurazzjoni raġonevoli, jekk id-data fir-rapport dwar l-emissjonijiet hiex ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali u jekk mhemm l-ebda nuqqas ta' konformità materjali.

▼M2

L-operatur għandu jissottometti lill-verifikatur rapport dwar l-emissjonijiet, kopja tal-pjan jew pjanijiet tal-monitoraġġ tiegħu approvat/i, u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor.

▼B

L-ambitu tal-verifikazzjoni huwa ddefinit mill-kompiti li l-verifikatur jeħtieġ li jwettaq biex jilħaq l-għan imsemmi aktar 'il fuq. Mill-inqas, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet skond it-taqsima sussegwenti 10.4.2.

10.4.2.   METODOLOĠIJA TA' VERIFIKAZZJONI

Il-verifikatur għandu jippjana u jwettaq verifikazzjoni b'attitudni ta' xettiċiżmu professjonali, fejn jirrikonoxxi li jistgħu jeżistu ċirkostanzi li jikkawżaw li l-informazzjoni li tinsab fir-Rapport Annwali dwar l-Emissjonijiet jkun fiha dikjarazzjonijiet żbaljati materjali.

Bħala parti mill-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jwettaq il-passi li ġejjin:

a)   Analiżi Strateġika

Il-verifikatur għandu:

 jivverifika jekk il-pjan ta' monitoraġġ ġiex approvat mill-awtorità kompetenti u jekk hux il-verżjoni t-tajba. Jekk dan mhuwiex il-każ, il-verifikatur m'għandux ikompli bil-verifikazzjoni ħlief għal elementi li ovvjament mhumiex affettwati minn nuqqas ta' approvazzjoni;

▼M2

 jifhem kull attività li qed issir mill-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, is-sorsi tal-emissjonijiet, il-flussi tas-sorsi fi ħdan l-installazzjoni jew l-attivitajiet tal-avjazzjoni relevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, it-tagħmir tal-metraġġ użat għall-monitoraġġ jew il-kejl tad-data tal-attività, l-oriġini u l-applikazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni jew l-ossidazzjoni/konverżjoni, kwalunkwe data oħra użata sabiex tikkalkula jew tkejjel l-emissjonijiet, u l-ambjent li fih topera l-installazzjoni jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru;

▼B

 jifhem il-pjan ta' monitoraġġ ta' l-operatur, il-fluss tad-data, kif ukoll is-sistema ta' kontroll tiegħu, inkluża l-organizzazzjoni ġenerali fejn għandhom x'jaqsmu l-monitoraġġ u r-rapportaġġ;

 japplika l-livell ta' materjalità kif ġie definit fit-Tabella 3 t'aktar 'l isfel.

 

▼M2



Tabella 3

 

Livell tal-Materjalità

Installazzjonijiet tal-Kategoriji A u B, jew operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-emissjonijiet annwali daqs jew inqas minn 500 kilotunnellata CO2

5 %

Installazzjonijiet tal-Kategoriji C, jew operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-emissjonijiet annwali ta’ iktar minn 500 kilotunnellata CO2

2 %

▼B

Il-verifikatur għandu jwettaq l-analiżi strateġika b'tali mod li l-verifikatur ikun jista' jmexxi l-analiżi tar-riskju kif ġie stabbilit aktar 'l isfel. Meta jkun meħtieġ dan għandu jinkludi żjara fis-sit.

b)   Analiżi tar-Riskju

Il-verifikatur għandu:

 janalizza r-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll li huma relatati ma' l-ambitu u mal-komplessità ta' l-attivitajiet ta' l-operatur u mas-sorsi ta' emissjoni u mal-flussi mis-sors, u li jistgħu jwasslu għal dikjarazzjonijiet żbaljati u materjali u għal nuqqasijiet ta' konformità materjali;

 ifassal pjan ta' verifikazzjoni li huwa proporzjonat għal din l-analiżi tar-riskju. Il-pjan ta' verifikazzjoni jiddeskrivi l-mod li bih l-attivitajiet ta' verifikazzjoni għandhom jitwettqu. Fih programm ta' verifikazzjoni u pjan għat-teħid ta' kampjuni tad-data. Il-programm ta' verifikazzjoni jiddeskrivi n-natura ta' l-attivitajiet, f'liema ħinijiet iridu jsiru u l-ambitu tagħhom sabiex il-pjan ta' verifikazzjoni jkun ikkompletat. Il-pjan għat-teħid ta' kampjuni tad-data jistabbilixxi liema data għandha tkun ittestjata sabiex tintlaħaq opinjoni ta' verifikazzjoni.

ċ)   Verifikazzjoni

Fit-twettiq tal-verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fis-sit, meta jkun xieraq, biex jispezzjona t-tħaddim tal-miters u tas-sistemi ta' monitoraġġ, iwettaq intervisti, u jiġbor biżżejjed informazzjoni u evidenza.

Barra dan, il-verifikatur għandu:

 iwettaq il-pjan ta' verifikazzjoni billi jiġbor data skond metodi ta' teħid ta' kampjuni, testijiet bi spjegazzjoni dettaljata (walkthrough tests), reviżjonijiet ta' dokumenti, proċeduri analitiċi u proċeduri ta' reviżjoni tad-data, inkluża kwalunkwe evidenza addizzjonali rilevanti, li fuqha se tkun ibbażata l-opinjoni ta' verifikazzjoni tal-verifikatur;

 jikkonferma l-validità ta' l-informazzjoni li ntużat biex ikun ikkalkulat il-livell ta' inċertezza kif ġie ffissat fil-pjan ta' monitoraġġ approvat;

 jivverifika li l-pjan ta' monitoraġġ approvat qed jiġi implimentat u jfittex biex jifhem jekk il-pjan ta' monitoraġġ huwiex aġġornat;

 jitlob lill-operatur biex jipprovdi kwalunkwe data li tkun nieqsa jew jimla taqsimiet neqsin ta' metodi ta' verifika, jispjega varjazzjonijiet fid-data dwar l-emissjonijiet, jew jirrivedi kalkulazzjonijiet, jew jaġġusta d-data rrapportata, qabel ma jilħaq opinjoni ta' verifikazzjoni finali. Il-verifikatur, fi kwalunkwe forma, għandu jirrapporta n-nuqqasijiet ta' konformità u d-dikjarazzjonijiet żbaljati kollha li ġew identifikati lill-operatur.

L-operatur għandu jikkoreġi kwalunkwe dikjarazzjoni żbaljata li ġiet irrapportat. Għandha tkun ikkoreġuta l-popolazzjoni sħiħa li minnha ttieħed kampjun.

Matul il-proċess ta' verifikazzjoni kollu, il-verifikatur għandu jiddetermina f-dikjarazzjonijiet żbaljati u n-nuqqasijiet ta' konformità billi jivvaluta jekk:

 il-pjan ta' monitoraġġ ġiex implimentat biex jappoġġja d-determinazzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità;

 hemmx evidenza ċara u oġġettiva miksuba permezz tal-ġbir tad-data biex tkun appoġġjata d-determinazzjoni tad-dikjarazzjonijiet żbaljati.

d)   Rapport ta' Verifikazzjoni Interna

Fit-tmiem tal-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jipprepara rapport ta' verifikazzjoni interna. Ir-rapport ta' verifikazzjoni għandu jirreġistra evidenza li turi li l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskju u l-pjan ta' verifikazzjoni twettqu b'mod sħiħ, u għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni biex jappoġġja opinjonijiet ta' verifikazzjoni. Ir-rapport ta' verifikazzjoni interna għandu wkoll jiffaċilita evalwazzjoni potenzjali tal-verifika mill-awtorità kompetenti, u mill-korp ta' akkreditament.

Fuq il-bażi tas-sejbiet inklużi fir-rapport ta' verifikazzjoni interna, il-verifikatur għandu jieħu deċiżjoni rigward jekk ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet fihx kwalunkwe dikjarazzjoni materjalment żbaljata meta pparagunat mal-limitu ta' materjalità, u jekk hemmx nuqqasijiet ta' konformità jew kwistjonijiet rilevanti oħrajn għall-opinjoni ta' verifikazzjoni.

e)   Rapport ta' Verifikazzjoni

Il-verifikatur għandu jippreżenta l-metodoloġija ta' verifikazzjoni, is-sejbiet tiegħu u opinjoni ta' verifikazzjoni f'rapport ta' verifikazzjoni, li jkun indirizzat lill-operatur, li għandu jkun sottomess mill-operatur mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet lill-awtorità kompetenti. Rapport annwali dwar l-emissjonijiet jkun ivverifikat bħala sodisfaċenti jekk l-emissjonijiet totali m'għandhomx dikjarazzjonijiet żbaljati, u jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, mhemm l-ebda nuqqas ta' konformità materjali. Fil-każ ta' nuqqasijiet ta' konformità li mhumiex materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati li mhumiex materjali, il-verifikatur jista' jinkludi dawn fir-rapport ta' verifikazzjoni (“ivverifikat bħala sodisfaċenti b'nuqqasijiet ta' konformità li mhumiex materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati li mhumiex materjali”). Il-verifikatur jista' wkoll jirrapporta dawn f'ittra ta' ġestjoni separata.

Il-verifikatur jista' jikkonkludi li rapport annwali dwar l-emissjonijiet mhuwiex ivverifikat bħala sodisfaċenti, jekk il-verifikatur isib nuqqasijiet ta' konformità materjali jew dikjarazzjonijiet materjalment żbaljati (b'nuqqasijiet ta' konformità materjali jew mingħajrhom). Il-verifikatur jista' jikkonkludi li rapport annwali dwar l-emissjonijiet mhuwiex ivverifikat meta jkun hemm limitu għall-ambitu (meta ċ-ċirkostanzi ma jħallux, jew kienet imposta restrizzjoni li ma tħallix, li l-verifikatur jikseb evidenza li hija meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju ta' verifikazzjoni għal livell raġonevoli) u/jew inċertezzi materjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-operatur jindirizza n-nuqqasijiet ta' konformità u d-dikjarazzjonijiet żbaljati wara konsultazzjoni ma' l-awtorità kompetenti f'perjodu ta' żmien ffissat mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, id-diverġenzi ta' opinjoni kollha bejn operaturi, verifikaturi u awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jaffettwaw rapportaġġ xieraq u għandu jintlaħaq ftehim dwarhom skond id-Direttiva 2003/87/KE, skond dawn il-linji ta' gwida, u skond ir-rekwiżiti li ġew stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Anness V għal dik id-Direttiva, u skond il-proċeduri nazzjonali rilevanti.

11.   FATTURI TA' EMISSJONI

Din it-taqsima fiha fatturi ta' emissjoni ta' referenza għal-livell tas-saff 1 li jippermetti l-użu ta' fatturi ta' emissjoni li mhumiex speċifiċi għal attività għall-kombustjoni tal-fjuwil. Jekk fjuwil ma jappartjenix lil kategorija ta' fjuwil eżistenti, l-operatur għandu juża l-ġudizzju espert tiegħu biex jassenja l-fjuwil użat lil kategorija ta' fjuwil relatata, bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti.



Tabella 4

Fatturi ta' emissjoni tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u għall-valuri kalorifiċi netti skond il-massa tal-fjuwil

Deskrizzjoni tat-tip ta' fjuwil

Fattur ta' emissjoni

(tCO2/TJ)

Valur Kalorifiku Nett

(TJ/Gg)

 

Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006

(minbarra l-bijomassa)

Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006

Żejt Mhux Raffinat

73,3

42,3

Orimulsion

76,9

27,5

Likwidi tal-Gass Naturali

64,1

44,2

Gażolina tal-Magni

69,2

44,3

Pitrolju

71,8

43,8

▼M2

Gażolina tal-avjazzjoni (AvGas)

70,0

44,3

Gażolina tal-ġett (Jet B)

70,0

44,3

Pitrolju tal-ġett (Jet A1 jew Jet A)

71,5

44,1

▼B

Żejt mix-Shale tal-Bitum

73,3

38,1

Żejt tal-Gass/tad-Diżil

74,0

43,0

Żejt tal-Fjuwil Residwali

77,3

40,4

Gassijiet tal-Petroleum Likwifikati

63,0

47,3

Etanu

61,6

46,4

Nafta

73,3

44,5

Bitum

80,6

40,2

Lubrikanti

73,3

40,2

Kokk tal-Petroleum

97,5

32,5

Materja Prima tar-Raffineriji

73,3

43,0

Gass tar-Raffineriji

51,3

49,5

Xamgħat tal-Paraffina

73,3

40,2

Spirtu Abjad u SBP

73,3

40,2

Prodotti tal-Petroleum Oħrajn

73,3

40,2

Antraċite

98,2

26,7

Faħam għall-Kokk

94,5

28,2

Faħam Bituminuż Ieħor

94,5

25,8

Faħam Sotto-Bituminuż

96,0

18,9

Linjite

101,1

11,9

Shale taż-żejt u ramel tal-qatran

106,6

8,9

Fjuwil Ibbrevettat

97,5

20,7

Kokk tal-Forn tal-Kokk u Kokk tal-Linjite

107,0

28,2

Kokk f'forma ta'Gass

107,0

28,2

Qatran tal-Faħam

80,6

28,0

Gass tal-Gas Works

44,7

38,7

Gass tal-Forn tal-Kokk

44,7

38,7

Gass tal-Kalkara ta' Funderija

259,4

2,5

Gass ta' Forn ta' l-Azzar bl-Ossiġnu

171,8

7,1

Gass Naturali

56,1

48,0

Skart Industrijali

142,9

m, a,

Żjut Użati

73,3

40,2

Pît

105,9

9,8

Injam/Skart ta' Injam

0

15,6

Bijomassa Solida Primarja Oħra

0

11,6

Faħam tal-Kannol

0

29,5

Bijogażolina

0

27,0

Bijodiżils

0

27,0

Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

0

27,4

Gass mill-Miżbliet

0

50,4

Gass minn Effluwent Imtajjen

0

50,4

Bijogass Ieħor

0

50,4

 

Sorsi Oħrajn:

Sorsi Oħrajn:

Tajers Użati

85,0

m.a.

Monossidu tal-Karbonju

155,2

10,1.

Metanu

54,9

50,0

12.   LISTA TA' BIJOMASSA NEWTRALI GĦAS-CO2

Din il-lista fiha materjali, li jitqiesu bħala bijomassa għall-applikazzjoni ta' dawn il-Linji ta' Gwida u għandhom jkunu mgħobbija b'fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/TJ jew t jew Nm3. Il-frazzjonijiet tal-pît u tal-fossili tal-materjali li ġew elenkati t'aktar 'l isfel, m'għandhomx jitqiesu bħala bijomassa. Ħlief jekk tkun apparenti kontaminazzjoni minn materjali jew fjuwils oħrajn fuq il-bażi ta' evidenza viżwali jew olfattiva, mhemmx għalfejn tiġi applikata l-ebda proċedura analitika biex tintwera l-purità tal-membri tal-Gruppi 1 u 2 t'hawn taħt:

Grupp 1 – Pjanti u partijiet ta' pjanti:

 tiben;

 ħuxlief u ħaxix;

 weraq, injam, għeruq, zkuk tas-siġra, qoxra ta' siġra;

 uċuh tar-raba', eż. qamħirrum u tritikale.

Grupp 2 – Skart, prodotti u prodotti sekondarji tal-bijomassa:

 skart ta' injam industrijali (skart ta' injam minn operazzjonijiet tax-xogħol ta' l-injam u ta' l-ipproċessar ta' l-injam u skart ta' injam minn operazzjonijiet fl-industrija tal-materjali ta' l-injam);

 injam użat (prodotti użati magħmula mill-injam, materjali ta' l-injam) u prodotti u prodotti sekondarji minn operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ta' l-injam;

 skart b'bażi ta' injam mill-industriji tal-polpa tal-karta u tal-karta, eż. sustanza sewda tat-taħlit (black liquor) (b'bijomassa tal-karbonju biss);

 żejt twil mhux raffinat, żejt twil u żejt taż-żift mill-produzzjoni tal-polpa tal-karti;

 residwi tal-foresterija;

 linjin mill-iproċessar tal-pjanti li fihom il-linjo-ċelluloża;

 pasti ta' l-annimali, tal-ħut u ta' l-ikel, xaħam, żejt u xaħam ta' dam;

 residwi primarji mill-produzzjoni ta' l-ikel u tax-xorb;

 żjut u xaħmijiet mill-pjanti;

 demel;

 residwi tal-pjanti agrikoli;

 effluwent imtajjen tad-dranaġġ;

 bijogass prodott mid-diġestjoni, mill-fermentazzjoni jew mill-gassifikazzjoni tal-bijomassa;

 effluwent imtajjen tal-portijiet u effluwenti mtajna ta' waterbodies (jiġifieri kwalunkwe żona li f'sena normali jkollha ilma li jiċċirkola jew li jkun 'il fuq mill-art sa tali punt li l-evidenza ta' marka ta' l-ilma għolja ordinarja tiġi stabbilita) u sedimenti oħrajn;

 gass mill-miżbliet;

 faħam tal-kannol;

Grupp 3 – Frazzjonijiet tal-bijomassa ta' materjali mħallta:

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' bċejjeċ jgħumu f'wiċċ l-ilma mill-ġestjoni tal-waterbodies;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' residwi mħallta mill-produzzjoni ta' l-ikel u tax-xorb;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' sustanzi komposti li fihom l-injam;

 il-frazzjoni tal-bijomassa mill-iskart tat-tessuti;

 il-frazzjoni tal-bijomassa tal-karta, tal-kartun u tal-kartellun;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-iskart muniċipali u industrijali;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' sustanza sewda tat-taħlit (black liquor) li fiha l-faħam fossili;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-iskart muniċipali u industrijali ipproċessat;

 il-frazzjoni tal-bijomassa ta' ethyl-tertiary-butyl-ether (ETBE),

 il-frazzjoni tal-bijomassa tal-butanol.

Grupp 4 – Fjuwils li l-komponenti u l-prodotti intermedji tagħhom kollha ġew prodotti mill-bijomassa:

 bijoetanol;

 bijodiżil;

 bijoetanol li ġie eterizzat;

 bijometanol;

  biodimethylether;

 żejt bijoloġiku (fjuwil ta' żejt bil-piroliżi) u bijogass.

13.   DETERMINAZZJONI TA' DATA U FATTURI SPEĊIFIĊI GĦAL ATTIVITÀ

Din it-taqsima hija mandatorja biss għal dawk il-partijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida li għandhom referenza espliċita għat-“t-taqsima 13” ta' l-Anness I. Id-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima huma soġġetti għal dawk li ġew stabbiliti fit-taqsima 16 ta' dan l-Anness.

13.1.   DETERMINAZZJONI TA' VALURI KALORIFIĊI NETTI U TA' FATTURI TA' EMISSJONI GĦALL-FJUWILS

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal tip ta' fjuwil speċifiku, għandu jintlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri li jiġu applikati biex jittieħdu kampjuni tal-fjuwil u biex ikunu ddeterminati l-valur kalorifiku nett tiegħu, il-kontenut ta' karbonju u l-fattur ta' emissjoni, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita t-teħid ta' kampjuni u x-xaqliba fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-istandards CEN rilevanti huma dawn li ġejjin:

 EN ISO 6976:2005 Gass naturali – Kalkulazzjoni tal-valuri kalorifiċi, tad-densità, tad-densità relattiva, u ta' l-indiċi Wobbe mill-kompożizzjoni;

 EN ISO 4259:1996 Prodotti tal-Petroleum – Determinazzjoni u applikazzjoni tad-data ta' preċiżjoni f'relazzjoni għall-metodi ta' test.

L-istandards ISO rilevanti huma dawn li ġejjin:

 ISO 13909-1,2,3,4:2001 Faħam iebes u kokk – Teħid ta' kampjuni mekkaniku;

 ISO 5069-1,2:1983: Faħam kannella u linjite; Prinċipji tat-teħid ta' kampjuni;

 ISO 625:1996 Fjuwils minerali solidi – Determinazzjoni ta' karbonju u ta' idroġenu – il-metodu Liebig;

 ISO 925:1997 Fjuwils minerali solidi – Determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju karbonat – metodu Gravimetriku;

 ISO 9300:1990: Kejl ta' fluss ta' gass permezz taż-żennuni ta' Venturi tal-fluss kritiku;

 ISO 9951:1993/94: Kejl ta' fluss ta' gass f'katusi magħluqin – Miters bit-turbini.

L-istandards nazzjonali supplementari għall-karatterizzazzjoni tal-fjuwils huma kif ġej:

 DIN 51900-1:2000 Ittestjar ta' fjuwils solidi u likwidi – Determinazzjoni tal-valur kalorifiku gross bill-bomb calorimeter u kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku nett – Parti 1: Prinċipji, apparat, metodi;

 DIN 51857:1997 Fjuwils f'forma ta' gass u gassijiet oħrajn – Kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku, tad-densità, tad-densità relattiva u ta' l-indiċi Wobbe ta' gassijiet puri u ta' taħlitiet ta' gassijiet;

 DIN 51612:1980 Ittestjar ta' gassijiet tal-petroleum likwifikati; kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku nett;

 DIN 51721:2001 Ittestjar ta' fjuwils solidi – Determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju u ta' idroġenu (applikabbli wkoll għall-fjuwils likwidi).

Il-laboratorju li jintuża biex ikunu ddeterminatI l-fattur ta' emissjoni, il-kontenut ta' faħam u l-valur kalaorifiku nett għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Huwa importanti li wieħed jinnota li biex tintlaħaq il-preċiżjoni xierqa tal-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività (flimkien mal-preċiżjoni tal-proċedura analitika għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju u tal-valur kalorifiku nett) il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni, il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjun huma kritiċi. Jiddependu ħafna fuq l-istat u l-omoġeneità tal-fjuwil/materjal. In-numru meħtieġ ta' kampjuni se jkun akbar għal materjali li huma eteroġeni ħafna bħall-iskart muniċipali solidu u se jkun ħafna iżgħar għall-parti l-kbira tal-fjuwils kummerċjali f'forma ta' gass jew li huma likwidi.

Il-proċedura għat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju, il-valuri kalorifiċi netti u l-fatturi ta' emissjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati fil-laboratorju rispettiv għad-determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni u s-sett komplut ta' riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.2.   DETERMINAZZJONI TA' FATTURI TA' OSSIDAZZJONI SPEĊIFIĊI GĦAL ATTIVITÀ

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fatturi ta' ossidazzjoni speċifiku għal attività, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal tip ta' fjuwil speċifiku u għal installazzjoni speċifika għandha jintlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri li jiġu applikati biex ikunu ddeterminati l-fatturi ta' ossidazzjoni speċifiċi għal attività rappreżentattivi (eż. permezz tal-kontenut ta' karbonju tan-nugrufun, ta' l-irmied, ta' l-effluwenti u ta' skart ieħor jew prodotti sekondarji oħra) għal attività speċifika, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-laboratorju li jintuża biex ikun determinat il-fatturi ta' ossidazzjoni jew id-data sottostanti għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-varjabbli rilevanti (eż. il-kontenut ta' karbonju ta' l-irmied) li jintużaw għall-kalkulazzjoni tal-fatturi ta' ossidazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati mill-organizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-fattur ta' ossidazzjoni u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.3.   DETERMINAZZJONI TA' FATTURI TA' EMISSJONI, FATTURI TA' KONVERŻJONI U TA' DATA TAL-KOMPOŻIZZJONI TA' PROĊESS

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività, il-fattur ta' konverżjoni jew id-data tal-kompożizzjoni, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal materjal speċifiku għandu jkun intlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel il-bidu tal-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fiha se tkun applikata.

Il-proċeduri applikati biex jittieħdu kampjuni minn u tkun iddeterminata il-kompożizzjoni tal-materjal rilevanti jew biex ikun idderivat fattur ta' emissjoni ta' proċess, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimta x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta'standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-laboratorju li jintuża għandu ikun konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati mill-organizzazzjoni u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.4.   DETERMINAZZJONI TA' FRAZZJONI TAL-BIJOMASSA

It-terminu “frazzjoni tal-bijomassa” għall-iskopijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida jirreferi għall-persentaġġ tal-massa ta' karbonju ta' bijomassa skond id-definizzjoni ta' bijomassa (ara t-taqsimiet 2 u 12 ta' dan l-Anness) mill-massa totali ta' karbonju f'kampjun.

Fjuwil jew materjal għandu jikkwalifika bħala bijomassa pura b'dispożizzjonijiet issemplifikati għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ kif ġew stabbiliti fit-taqsima 5.2, jekk il-kontenut li mhuwiex bijomassa ikun mhux aktar minn 3 % tal-kwantità totali tal-fjwuil jew tal-materjal ikkonċernat.

Il-proċedura speċifika biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa ta' fjuwil jew materjal speċifiku, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għandu jkun intlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri applikati biex jittieħdu kampjuni mill-fjuwil jew mill-materjal u biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u jkollu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-metodi li japplikaw biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa fi fjuwil jew f'materjal jistgħu jvarjaw mill-għażla manwali tal-komponenti ta' materjali mħalltin, sa metodi differenzjali li jiddeterminaw il-valuri tat-tisħin ta' taħlita binarja u ż-żewġ komponenti puri tagħha għal analiżi isotopika tal-karbonju-14 – jiddependi min-natura speċifika tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva. Għall-fjuwils jew għall-materjali li joriġinaw minn proċess ta' produzzjoni bi flussi ta' input li huma definiti u traċċabbli, l-operatur jista' b'mod alternattiv jibbaża d-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa fuq bilanċ tal-massa ta' karbonju fossili u tal-bijomassa li jidħol fi u jħalli l-proċess. Il-metodi rispettivi għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-laboratorju użat biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness.

Il-proċedura ta' teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwils u tal-materjali għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati fil-laboratorju rispettiv għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

Jekk id-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa fi fjuwil imħallat teknikament mhijiex vijabbli jew kieku twassal għal spejjeż għoljin wisq, l-operatur għandu jew jassumi sehem tal-bijomassa ta' 0 % (jiġifieri oriġini għalkollox fossili tal-karbonju kollu f'dak il-fjuwil partikolari) jew jipproponi metodu ta' stima għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

▼M1

13.5.   REKWIŻITI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PROPRJETAJIET TA’ FJUWIL U MATERJALI, U KEJL KONTINWU TA’ EMISSJONIJIET

13.5.1.   UŻU TA’ LABORATORJI AKKREDITATI

Il-laboratorju (inklużi l-fornituri ta’ servizzi oħrajn) użat biex jiddetermina l-fattur tal-emissjonijiet, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-kontenut ta’ karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa jew id-dejta ta’ kompożizzjoni għandu jkun akkreditat skont l-EN ISO 17025:2005 (“Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni”).

▼B

13.5.2.   UŻU TA' LABORATORJI LI MHUMIEX AKKREDITATI

Il-preferenza hija biex jintużaw laboratorji li ġew akkreditati skond l-EN ISO 17025:2005. L-użu ta' laboratorji li mhumiex akkreditati għandu jkun limitat għal sitwazzjonijiet fejn l-operatur jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-laboratorju jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk li ġew stabbiliti fl-EN ISO 17025:2005. ►M2  Il-laboratorji rispettivi u l-proċeduri analitiċi relevanti għandhom ikunu elenkati fil-pjan ta’ monitoraġġ. ◄ L-ekwivalenza rigward il-ġestjoni ta' kwalità setgħet tintwera b'ċertifikazzjoni akkreditata tal-laboratorju skond l-EN ISO 9001:2000. Għandha tkun ipprovduta evidenza addizzjonali li l-laboratorju huwa teknikament kompetenti u jista' jiġġenera riżultati li jkunu teknikament validi billi jintużaw proċeduri analitiċi rilevanti.

Taħt ir-responsabbiltà ta' l-operatur, kull laboratorju li mhuwiex akkreditat li jintuża mill-operatur biex ikunu ddeterminati r-riżultati użati għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet għandu jieħu l-miżuri li ġejjin:

a)   Validazzjoni

Laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025:2005 għandu jwettaq validazzjoni ta' kull metodu analitiku rilevanti li għandu jitwettaq mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat mal-metodu ta' referenza. Il-proċedura ta' validazzjoni titwettaq qabel jew fil-bidu tar-relazzjoni b'kuntratt bejn l-operatur u l-laboratorju. Tinkludi numru biżżejjed ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' sett ta' mill-inqas ħames kampjuni rappreżentattivi għall-firxa ta' valuri mistennija inkluż kampjun vojt għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti sabiex tkun ikkaratterizzata r-ripetibbiltà tal-metodu u biex tkun derivata l-kurva tal-kalibrazzjoni ta' l-istrument;

b)   Inter-paragun

Darba fis-sena għandu jitwettaq inter-paragun tar-riżultati tal-metodi analitiċi minn laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005 li jinvolvi mill-inqas ripetizzjoni ta' ħames darbiet ta' l-analiżi ta' kampjun rappreżentattiv billi juża l-metodu ta' referenza għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti;

L-operatur għandu japplika aġġustamenti konservattivi (jiġifieri jevita sotto-stima ta' emissjonijiet) lid-data rilevanti kollha tas-sena rispettiva f'każijiet fejn tiġi osservata differenza bejn ir-riżultati derivati mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat u dak li huwa akkreditat li jista' jwassal għal sotto-stima ta' l-emissjonijiet. Kwalunkwe differenza statistikament sinifikanti (2σ) bejn ir-riżultati aħħarija (eż. id-data tal-kompożizzjoni) li huma derivati mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat u minn dak li huwa akkreditat għandha tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti u għandha tkun solvuta immedjatament taħt is-superviżjoni ta' laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005.

13.5.3.   ANALIZZATURI TAL-GASS ONLAJN U KROMATOGRAFI TAL-GASS

L-użu ta' kromatografi tal-gass onlajn u ta' analizzaturi tal-gass estrattivi jew mhux estrattivi għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet taħt dawn il-Linji ta' Gwida hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-użu ta' dawn is-sistemi huwa limitat għad-determinazzjoni tad-data tal-kompożizzjoni tal-fjuwils u tal-materjali f'forma ta' gass. L-operatur li qed iħaddem is-sistemi għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-EN ISO 9001:2000. L-evidenza li s-sistema qed tissodisfa dawk ir-rekwiżiti tista' tintwera permezz ta' ċertifikazzjoni akkreditata tas-sistema. Is-servizzi ta' kalibrazzjoni u l-fornituri tal-gassijiet ta' kalibrazzjoni għandhom ikunu akkreditati skond l-EN ISO 17025:2005.

Fejn ikun applikabbli, laboratorju akkreditat għandu jwettaq validazzjoni inizjali u ripetuta kull sena ta' l-istrument skond l-EN ISO 17025:2005 billi jintuża l-EN ISO 10723:1995 “Gass naturali – Evalwazzjoni tar-rendiment għal sistemi analitiċi onlajn”. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur għandu jikkommissjona validazzjoni inizjali u inter-paragun annwali:

a)   Validazzjoni inizjali

Il-validazzjoni għandha titwettaq qabel il-31 ta' Jannar 2008 jew bħala parti mill-ikkommissjonar ta' sistema ġdida. Tinkludi numru xieraq ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' sett ta' mill-inqas ħames kampjuni rappreżentattivi għall-firxa ta' valuri mistennija inkluż kampjun vojt għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti sabiex tkun ikkaratterizzata r-ripetibbiltà tal-metodu u biex tkun derivata l-kurva ta' kalibrazzjoni ta' l-istrument;

b)   Inter-paragun annwali

Darba fis-sena, laboratorju akkreditat għandu jwettaq l-inter-paragun tar-riżultati tal-metodi analitiċi skond l-EN ISO 17025: 2005 li jinvolvi numru xieraq ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' kampjun rappreżentattiv billi jintuża l-metodu ta' referenza għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti;

L-operatur għandu japplika aġġustamenti konservattivi (jiġifieri jevita sotto-stima ta' l-emissjonijiet) għad-data rilevanti kollha tas-sena rispettiva f'każijiet fejn tiġi osservata differenza bejn ir-riżultati derivati mir-riżultati ta' l-analizzatur tal-gass jew mill-kromatografu tal-gass u l-laboratorju akkreditat li jista' jwassal għal sotto-stima ta' l-emissjonijiet. Kwalunkwe differenza statistikament sinifikanti (2σ) bejn ir-riżultati aħħarija (eż. id-data tal-kompożizzjoni) ta' l-analizzatur tal-gass jew tal-kromatografu tal-gass u l-laboratorju akkreditat għandha tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti u għandha tkun solvuta immedjatament taħt is-superviżjoni ta' laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005.

13.6.   METODI TA' TEĦID TA' KAMPJUNI U FREKWENZA TA' L-ANALIŻIJIET

Id-determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni, tal-valur kalorifiku nett, tal-fattur ta' ossidazzjoni, tal-fattur ta' konverżjoni, tal-kontenut ta' karbonju, tal-frazzjoni tal-bijomassa jew tad-data tal-kompożizzjoni rilevanti għandha ssegwi prattika ġeneralment aċċettata għal teħid ta' kampjuni rappreżentattivi. L-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-kampjuni derivati huma rappreżentattivi u ħielsa minn xaqliba. Il-valur rispettiv għandu jintuża biss għall-perjodu ta' kunsinna jew għall-grupp ta' fjuwil jew materjal li għalih kien intenzjonat li jkun rappreżentattiv.

Ġeneralment, l-analiżi se titwettaq fuq kampjun li huwa taħlita ta' numru akbar (eż. 10-100) ta' kampjuni miġbura fuq perjodu ta' żmien (eż. minn ġurnata sa diversi xhur) sakemm il-fjuwil jew il-materjal li minnu ttieħed il-kampjun jista' jinħażen mingħajr bidliet fil-kompożizzjoni tiegħu.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-medja annwali tal-parametru rilevanti tkun iddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn 1/3 ta' l-inċertezza massima li hija meħtieġa mil-livell tas-saff approvat għad-data dwar l-attività għall-istess fluss mis-sors.

Jekk l-operatur ma jistax jissodisfa l-inċertezza massima permessa għall-valur annwali jew ma jistax juri konformità mal-limiti, għandu japplika l-frekwenza ta' l-analiżijiet kif ġie stabbilit fit-tabella 5 bħala minimu, jekk ikun applikabbli. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi l-frekwenza ta' l-analiżijiet.



Tabella 5

Frekwenza Minima Indikativa ta' l-Analiżijiet

Fjuwil/materjal

Frekwenza ta' Analiżijiet

Gass naturali

Mill-inqas darba fil-ġimgħa

Gass ta' proċess (gass imħallat tar-raffineriji, gass tal-forn tal-kokk, gass ta' kalkara tal-funderija u gass konvertitur)

Mill-inqas kuljum – jintużaw proċeduri xierqa f'partijiet differenti tal-ġurnata

Żejt tal-fjuwil

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Faħam, faħam għall-kokk, kokk tal-petroleum

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Skart solidu (fossili pur jew fossili tal-bijomassa mħallat)

Kull 5 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Skart likwidu

Kull 10 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Minerali karbonati (eż. ġebla tal-ġir u dolomit)

Kull 50 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Tafal u shales

Ammonti ta' materjali li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata metrika ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Flussi oħrajn ta' input u ta' produzzjoni fil-bilanċ tal-massa (mhux applikabbli għal fjuwils jew ta' l-aġenti tat-tnaqqis)

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas darba fix-xahar.

Materjali oħrajn

Jiddependi mit-tip ta' materjal u mill-varjazzjoni, ammonti ta' materjal li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata metrika ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

14.   FORMAT TAR-RAPPORTAĠĠ

►M2  Sakemm ma jkunx hemm proviżjonijiet oħra minn Anness ta’ attività speċifika, it-tabelli li ġejjin għandhom ikunu użati bħala bażi għar-rappurtar u jistgħu jkunu adattati bi qbil mal-għadd ta’ attivitajiet, it-tip ta’ installazzjoni, il-karburanti u l-proċessi mmonitorjati. ◄ Il-kaxxi li kkuluriti bil-griż jimmarkaw oqsma fejn għandha timtela l-informazzjoni.

14.1.   IDENTIFIKAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI



Identifikazzjoni ta' installazzjoni

Risposta

1.  Isem il-kumpannija

 

2.  Operatur ta' l-installazzjoni

 

3.  Installazzjoni:

 

3.1  Isem

 

3.2  Numru tal-permess (1)

 

3.3  Meħtieġ rapportaġġ taħt l-EPRTR?

Iva/Le

3.4  Numru ta' identifikazzjoni ta' l-EPRTR (2)

 

3.5  Indirizz/belt ta' l-installazzjoni

 

3.6  Kodiċi postali/pajjiż

 

3.7  Koordinati tal-post

 

4.  Persuna ta' Kuntatt:

 

4.1  Isem

 

4.2  Indirizz/belt/kodiċi postali/pajjiż

 

4.3  Telefon

 

4.4  Fax

 

4.5  email

 

5.  Sena tar-rapportaġġ

 

6.  Tip ta' attivitajiet ta' l-Anness I li twettqu (3)

 

Attività 1

 

Attività 2

 

Attività N

 

(1)   In-numru ta' identifikazzjoni se jkun ipprovdut mill-awtorità kompetenti fil-proċess ta' l-għoti tal-permess.

(2)    ►M4   ◄

(3)   Eż. “Raffineriji ta' żejt minerali”

14.2.   DESKRIZZJONI QASIRA U ĠENERIKA TA' L-ATTIVITAJIET



Emissjonijiet ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I

Kategoriji

Emissjonijiet mill-Kombustjoni tal-Kategorija CRF ta' l-IPCC (1)

Emissjonijiet mill-Proċessi tal-Kategorija CRF ta' l- IPCC (2)

Kodiċi ta' l-IPPC tal-Kategorija EPRTR

Saffi mibdula?

Iva/Le

Emissjonijiet t CO2

Attivitajiet

 
 
 
 
 

Attività 1

 
 
 
 
 

Attività 2

 
 
 
 
 

Attività N

 
 
 
 
 

Total

 
 

(1)   Eż. “1A2f Kombustjoni ta' fjuwil f'industriji oħrajn”

(2)   Eż. “2A2 Proċessi Industrijali – Produzzjoni ta' Ġir”



Punti f'Memorandum

 

CO2 ittrasferit jew inerenti

Emissjonijiet tal-bijomassa (1)

Ammont ittrasferit jew inerenti

Materjal jew fjuwil ittrasferit

Tip ta' trasferiment (inerenti fi/barra mill-installazzjoni, trasferiment fi/barra minn installazzjoni)

Unità

[tCO2]

 
 

[tCO2]

Attività 1

 
 
 
 

Attività 2

 
 
 
 

Attività N

 
 
 
 

(1)   Għandha timtela biss jekk l-emissjonijiet ġew iddeterminati permezz ta' kejl.

14.3.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI (KALKULAZZJONI)



Attività

 

Tip ta' fjuwil:

 

Kategorija IEA

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli):

 

Parametru

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

Ammont ta' fjuwil ikkonsmat

t jew Nm3

 
 
 

Valur kalorifiku nett tal-fjuwil

TJ/t jew TJ/Nm3

 
 
 

Fattur ta' emissjoni

t CO2/TJ jew

t CO2/t jew

t CO2/Nm3

 
 
 

Fatturi ta' ossidazzjoni

 
 
 
 

Fossili tas-CO2

t CO2

t CO2

 
 

Bijomassa użata

TJ jew t jew Nm3

 
 
 

14.4.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI (KALKULAZZJONI)



Attività

 

Tip ta' materjal:

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli):

 

Parametru

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

data dwar l-attività

t jew Nm3

 
 
 

Fattur ta' emissjoni

t CO2/t jew

t CO2/Nm3

 
 
 

Fattur ta' konverżjoni

 
 
 
 

Fossili tas-CO2

t CO2

t CO2

 
 

Bijomassa użata

t jew Nm3

 
 
 

14.5.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA



Parametru

 

Isem il-fjuwil jew il-materjal

 

Kategorija IEA (fejn ikun applikabbli)

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli)

 
 

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

Data dwar l-attività (massa jew volum): għall-flussi tal-produzzjoni uża valuri negattivi

t jew Nm3

 
 
 

NCV (fejn ikun applikabbli)

TJ/t jew

TJ/Nm3

 
 
 

Data dwar l-attività (input ta' sħana) = massa jew volum * NCV

(fejn ikun applikabbli)

TJ

 
 
 

Kontenut ta' karbonju

t C/t jew t C/Nm3

 
 
 

Fossili tas-CO2

t CO2

 
 
 

14.6.   METODU TA' KEJL



Attività

 

Tip ta' sors ta' emissjoni

 

Parametru

Unitajiet permessi

Valur

Saff applikat

Inċertezza

Fossili tas-CO2

t CO2

 
 
 

CO2 mill-bijomassa

t CO2

 
 
 

▼M1

14.7   RAPPORTAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET N2O GĦALL-IMPJANTI TAL-AĊIDU NITRIKU, L-AĊIDU ADIPIKU, IL-KAPROLAKTAM, IL-GLIJOSSAL U L-AĊIDU GLIJOSSILIKU



Emissjonijiet tal-attivitajiet fl-Anness I – aċidu nitriku, aċidu adipiku eċċ.

Kategoriji

Emissjonijiet mill-Proċessi tal-Kategorija CRF tal-IPCC

Kodiċi tal-IPPC tal-Kategorija EPRTR

Il-metodu ta’ monitoraġġ u l-livell applikat

Livelli mibdula?

Iva/Le

Ir-rata tal-produzzjoni t/sena u t/siegħa

Inċertezza tal-fluss ta’ gass fit-tubu (medja fis-siegħa fis-sena jew total fis-sena)

%

Inċertezza tal-konċentrazzjoni ta’ (medja fis-siegħa fis-sena jew total fis-sena)

%

Inċertezza totali tal-emissjonijiet fis-sena (jekk meħtieġa)

%

Inċertezza tal-medja ta’ emissjonijiet fis-siegħa fis-sena fis-sena

%

Emissjoni

t/sena

Medja ta’ emissjonijiet fis-siegħa fis-sena

(kg/siegħa)

Il-GWP applikat

Emissjonijiet

tCO2(e) u CO2/sena

Attivitajiet

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Attività 1

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Attività 2

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Attività N

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Emissjonijiet totali f’tCO2(e) u tCO2 kull sena

 
 

▼M4

14.8.   RAPPURTAĠĠ DWAR EMISSJONIJIET TA’ PFC GĦALL-PRODUZZJONI TA’ ALUMINJU PRIMARJU



 

Attivitá

 

Tip ta’ ċellola

 

Metodu tal-pendil (A) jew metodu ta’ vultaġġ żejjed (B)?

 

Parametri

Unità

Valur

Saff applikat

Produzzjoni ta’ aluminju primarju

T

 
 

Metodu A

Għadd ta’ effetti ta’ anodi

 
 
 

Durata medja tal-effetti ta’ anodi

min

 
 

Minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola

min/jum ta’ ċellola

 
 

SEF CF4 … Fattur ta’ emissjoni f’pendil

(kg CF4/t Al)/(min/jum ta’ ċellola)

 
 

Metodu B

AEO … Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu għal kull ċellola

mV

 
 

CE … medja ta’ effiċjenza attwali

%

 
 

AEO/CE

mV

 
 

OVC … Koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed

kg CF4/ (t Al mV)

 
 
 

FC2F6 … Frazzjoni ta’ piż ta’ C2F6

t C2F6/t CF4

 
 

Emissjonijiet ta’ CF4

T

 
 

Emissjonijiet ta’ C2F6

T

 
 

GWPCF4 applikat

t CO2(e)/t

 
 

GWPC2F6 applikat

t CO2(e)/t

 
 
 

Emissjonijiet totali

t CO2(e)

 
 

▼B

15.   KATEGORIJI TA' RAPPORTAĠĠ

L-emissjonijiet għandhom ikunu rrapportati skond il-kategoriji li ġejjin tal-Format tar-Rapportaġġ u l-kodiċi IPPC ta' l-Anness I tar-Regolament EPRTR KE 166/2006 (ara t-taqsima 15.2 ta' dan l-Anness). Il-kategoriji speċifiċi taż-żewġ formati tar-rapportaġġ jintwerew aktar 'l isfel. Fejn attività tista' tkun ikklassifikata taħt żewġ kategoriji jew aktar, il-klassifikazzjoni magħżula għandha tirrifletti l-iskop primarju ta' l-attività.

15.1.   FORMAT TAR-RAPPORTAĠĠ IPCC

It-tabella t'aktar 'l isfel hija silta mill-Format Komuni tar-Rapportaġġ (CRF) li huwa parti mill-linji ta' gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventorji annwali ( 16 ). Fis-CRF l-emissjonijiet jiġu attribwiti lil seba' kategoriji maġġuri:

(1) enerġija;

(2) proċessi industrijali;

(3) użu ta' solventi u ta' prodotti oħrajn;

(4) agrikoltura;

(5) bidla fl-użu ta' l-art u l-foresterija;

(6) skart;

(7) oħrajn.

Il-kategoriji 1 u 2 u 6 tat-tabella li ġejja tas-CRF, li huma l-kategoriji li huma rilevanti għad-Direttiva 2003/87/KE, ġew riprodotti aktar 'l isfel flimkien mas-sottokategoriji rilevanti tagħhom.



1.  RAPPORT SETTORJALI GĦALL-ENERĠIJA

A.  Attivitajiet ta' Kombustjoni ta' Fjuwil (Metodu Settorjali)

1.  Industriji ta' l-Enerġija

a.  Produzzjoni ta' l-Elettriku Pubbliku u tas-Sħana

b.  Raffinar tal-Petroleum

c.  Manifattura ta' Fjuwils Solidi u Industriji ta' l-Enerġija Oħrajn

2.  Industriji tal-Manifattura u tal-Kostruzzjoni

a.  Ħadid u Azzar

b.  Metalli li Ma Fihomx Ħadid

c.  Kimiċi

d.  Polpa tal-karti, Karta u Stampar

e.  Ipproċessar ta' l-Ikel, Xorb u Tabakk

f.  Oħrajn

▼M2

3.  Trasport

(a)  Avjazzjoni Ċivili

▼B

4.  Setturi Oħrajn

a.  Kummerċjali/Istituzzjonali

b.  Reżidenzjali

c.  Agrikoltura/Foresterija/Sajd

5.  Oħrajn (1)

a.  Ma jiċċaqalqux

b.  Mobbli

B.  Emissjonijiet Fuġittivi mill-Fjuwils

1.  Fjuwils Solidi

a.  Tħaffir fil-Minjieri għall-Faħam

b.  Trasformazzjoni tal-Fjuwils Solidi

c.  Oħrajn

2.  Żejt u Gass Naturali

a.  Żejt

b.  Gass Naturali

c.  Ivventjar u Flaring

Ivventjar

Flaring

d.  Oħrajn

2.  RAPPORT SETTORJALI GĦALL-PROĊESSI INDUSTRIJALI

A.  Prodotti Minerali

1.  Produzzjoni tas-Siment

2.  Produzzjoni tal-Ġir

3.  Użu tal-Ġebla tal-Ġir u tad-Dolomit

4.  Produzzjoni u Użu ta' l-Irmied tas-Soda

5.  Saqaf ta' l-Asfalt

6.  Kisi tat-Toroq bl-Asfalt

7.  Oħrajn

B.  Industrija Kimika

1.  Produzzjoni ta' l-Ammonja

2.  Produzzjoni ta' l-Aċidu Nitriku

3.  Produzzjoni ta' l-Aċidu Adipiku

4.  Produzzjoni tal-Karburi

5.  Oħrajn

C.  Produzzjoni tal-Metall

1.  Produzzjoni tal-Ħadid u ta' l-Azzar

2.  Produzzjoni tal-Ligi tal-Ħadid

3.  Produzzjoni ta' l-Aluminju

4.  SF6 Użat fil-Funderiji ta' l-Aluminju u tal-Manjeżju

5.  Oħrajn)

6.  RAPPORT SETTORJALI GĦALL-ISKART

C.  Inċinerazzjoni ta' l-Iskart (1)

PUNTI F'MEMORANDUM

Emissjonijiet tas-CO2 mill-bijomassa

▼M2

Bunkers Internazzjonali, Avjazzjoni

▼B

(1)   Mhux inklużi l-faċilitajiet ta' enerġija mill-iskart. L-emissjonijiet minn skart li jinħaraq għall-enerġija jiġu rrapportati taħt il-Modulu ta' l-Enerġija, 1A. Ara l-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima; Greenhouse Gas Inventory Reporting Instructions. Revised 1996 IPCC Guidelines for national greenhouse gas inventories; 1997. (Istruzzjonijiet għar-Rapportaġġ ta' l-Inventarju tal-Gassijiet Serra. Linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-inventorji nazzjonali tal-gassijiet serra Riveduti fl-1996; 1997).

15.2.   KODIĊI TAL-KATEGORIJA TAS-SORS

Il-kodiċijiet tal-kategorija tas-sors li ġejjin għandhom jintużaw biex tkun irrapportata d-data.



Nu.

Attività

1

Settur ta' l-Enerġija

a)

Raffineriji ta' żejt minerali u ta' gass

b)

Installazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u għal-likwefazzjoni

ċ)

Impjanti għall-enerġija termali u installazzjonijiet oħrajn tal-kombustjoni

d)

Fran tal-Kokk

e)

Mtieħen li Jdawru l-Faħam

f)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti tal-faħam u għall-fjuwil solidu li ma jgħamilx duħħan

2.

Produzzjoni u pproċessar ta' metalli

a)

Installazzjonijiet għax-xiwi jew għas-sinterizzazzjoni tal-metalli mhux maħduma (inkluż il-metall mhux maħdum tas-sulfid)

b)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid jew ta' l-azzar mill-funderija mingħajr mhuwa maħdum (taħlil primarju jew sekondarju) inkluż l-iffondar kontinwu

ċ)

Installazzjonijiet għall-iproċessar tal-metalli li fihom il-ħadid:

(i)  Mtieħen li Jduru fis-Sħana

(ii)  Ferreriji li jaħdmu bil-mazez

(iii)  Applikazzjoni ta' kisja protettiva bil-metall imdewweb

d)

Funderiji tal-Metalli li Fihom il-Ħadid

e)

Installazzjonijiet:

(i)  Għall-produzzjoni ta' metalli mhux maħduma li ma fihomx ħadid minn metalli mhux maħduma, konċentrati jew materja prima sekondarja minn proċessi matellurġiċi, kimiċi jew elettrolittiċi

(ii)  Għat-tidwib (smelting), inkluż l-illigar, ta' metalli li ma fihomx il-ħadid, inklużi l-prodotti rkuprati (raffinar, iffondar f'funderija, eċċ.)

f)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje tal-metalli u tal-materjali tal-plastik billi jintuża proċess elettrolittiku jew kimiku

3.

Industrija Minerali

a)

Tħaffir fil-minjieri taħt l-art u operazzjonijiet relatati

b)

Tħaffir fil-minjieri fil-miftuħ

ċ)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta':

— Laqx tas-siment f'kalkarijiet rotatorji

— Ġir f'kalkarijiet rotatorji

— Laqx tas-siment jew ġir fi fran oħrajn

d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' l-asbestos u għall-manifattura ta' prodotti bbażati fuq l-asbestos

e)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ, inkluża l-fibra tal-ħġieġ

f)

Installazzjonijiet għat-taħlil tas-sustanzi minerali, inkluża l-produzzjoni tal-fibri minerali

g)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika permezz ta' ħami, b'mod partikolari madum tas-soqfa, briks, briks refrattorji, madum, prodotti tal-ġebel jew porċellana

4.

Industrija Kimika

a)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi organiċi bażiċi, bħal:

(i)  Idrokarboni sempliċi (linejari jew ċikliċi, saturati jew mhux saturati, alifatiċi jew aromatiċi)

(ii)  Idrokarboni li fihom l-ossiġnu bħall-alkoħolijiet, l-aldeħidi, il-ketonijiet, l-aċidi karboxiliċi, l-esteri, l-aċetati, l-eteri, il-perossidi, epoxi reżini

(iii)  Idrokarboni sulferużi

(iv)  Idrokarboni nitroġeniċi bħall-amini, l-amidi, il-komposti nitrużi, il-komposti nitro jew il-komposti nitrati, in-nitrili, iċ-ċjanati, l-isoċjanati

(v)  Idrokarboni li fihom il-Fosfru

(vi)  Idrokarboni aloġeniċi

(vii)  Komposti Organometalliċi

(viii)  Materjali tal-plastik bażiċi (polimeri, fibri sintetiċi u fibri bbażati fuq iċ-ċelluloża)

(ix)  Laskti sintetiċi

(x)  Żebgħat u pigmenti

(xi)  Aġenti attivi fis-superfiċje u sustanzi li jnaqqsu t-tensjoni tas-superfiċje

b)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi inorganiċi bażiċi, bħal:

(i)  Gassijiet, bħall-ammonja, il-kloru jew il-klorur ta' l-idroġenu, il-fluworin jew l-idrofluworu, l-ossidi tal-karbonju, il-komposti tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, l-idroġenu, id-diossidu tal-kubrit, karbonil kloridu

(ii)  Aċidi, bħall-aċidu kromiku, l-aċidu idrofluworiku, l-aċidu fosforiku, l-aċidu nitriku, l-aċidu idrokloriku, l-aċidu sulfuriku, l-oleum, l-aċidi sulferużi

(iii)  Bażi (sustanzi li jingħaqdu ma' l-aċidu biex jagħmlu melħ), bħall-ammonju idrossidu, il-potassju idrossidu, is-sodju idrossidu

(iv)  Imluħa, bħall-ammonja klorika, il-potassju klorat, il-karbonat tal-potassju, il-karbonat tas-sodju, il-perborat, u n-nitrat tal-fidda

(v)  Sustanzi li mhumiex metalli, ossidi ta' metall jew komposti inorganiċi oħra bħall-karbidu tal-kalċju, is-silikon, il-karbidu tas-silikon

ċ)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' fertilizzanti bbażati fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti)

d)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta' bijoċidi

e)

Installazzjonijiet li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi

f)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' splussivi u prodotti pirotekniċi

5.

Ġestjoni ta' l-iskart u ta' l-ilma tad-dranaġġ

a)

Installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni, għall-piroliżi, għall-irkupru, għat-trattament kimiku jew għat-tfigħ f'miżbla ta' skart perikoluż

b)

Installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali

ċ)

Installazzjonijiet għar-rimi ta' skart li mhuwiex perikoluż

d)

Miżbliet (esklużi l-miżbliet ta' l-iskart inerti)

e)

Installazzjonijiet għar-rimi jew għar-riċiklaġġ ta' karkassi ta' l-annimali u ta'skart ta' l-annimali

f)

Impjanti għat-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ muniċipali

g)

Impjanti għat-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ industrijali mħaddma b'mod indipendenti li jaqdu attività waħda jew aktar ta' dan l-anness

6.

Produzzjoni u pproċessar tal-karti u ta' l-injam

a)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-polpa tal-karti mill-injam jew minn materjali fibrużi simili

b)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karti u tal-bord u prodotti primarji ta' l-injam oħrajn (bħaċ-ċipbord, il-fiberbord u l-plajwudd

ċ)

Impjanti industrijali għall-preżervazzjoni ta' l-injam u tal-prodotti ta' l-injam bil-kimiċi

7.

Produzzjoni intensiva tal-bhejjem u akwakultura

a)

Installazzjonijiet għat-trobbija intensive tat-tjur jew tal-ħnieżer

b)

Akwakultura intensiva

8.

Prodotti ta' l-annimali u veġetali mis-settur ta' l-ikel u tax-xorb

a)

Biċċeriji

b)

Trattament u proċessar intenzjonat għall-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb minn:

— Materja prima mill-annimali (ħlief għall-ħalib)

— Materja prima veġetali

ċ)

Trattament u pproċessar tal-ħalib

9.

Attivitajiet Oħrajn

a)

Impjanti għall-pre-trattament (operazzjonijiet bħall-ħasil, l-ibbliċjar, il-merċerizzazzjoni) jew il-kolorazzjoni tal-fibri jew tat-tessuti

b)

Impjanti għall-ikkonzar tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud

ċ)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje ta' sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta' solventi organiċi, b'mod partikolari għat-tilbiż, l-istampar, il-kisi, it-tneħħija tal-griż, it-trattament għar-reżistenza kontra l-ilma, l-użu ta' sustanza li twaħħal biex twebbes it-tessuti (sizing), l-għoti ta' żebgħa, it-tindif jew l-impregnazzjoni

d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-karbonju (faħam maħruq sew) jew ta' l-elettro-grafita permezz ta' inċinerazzjoni jew grafitazzjoni

e)

Installazzjonijiet għall-bini ta', u għall-għoti ta' żebgħa ta' jew għat-tneħħija taż-żebgħa mill-vapuri

16.   REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET B'EMISSJONIJIET BAXXI

Għat-taqsimiet t'aktar 'il fuq 4.3, 5.2, 7.1, 10 u 13 għandhom japplikaw l-eżenzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet irrapportati u verifikati medji ta' inqas minn 25,000 tunnellata metrika ta' CO2 fis-sena matul il-perjodu ta' skambju ta' qabel. Jekk id-data rrapportata dwar l-emissjonijiet m'għadhiex aktar applikabbli minħabba l-bidliet fil-kundizzjonijiet operattivi jew fl-installazzjoni nfisha jew jekk hija nieqsa storja ta' emissjonijiet ivverifikati, l-eżenzjonijiet japplikaw jekk l-awtorità kompetenti approvat projezzjoni ta' emissjonijiet konservattiva għall-ħames snin li ġejjin b'inqas minn 25,000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili għal kull sena. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa mandatorja għal żjarat annwali fis-sit mill-verifikatur fil-proċess ta' verifikazzjoni u jħallu li l-verifikatur jieħu d-deċiżjoni fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-analiżi tar-riskju tiegħu.

 Fejn ikun neċessarju, l-operatur jista' juża informazzjoni, kif ġiet speċifikata mill-fornitur ta' strumenti tal-kejl rilevanti irrispettivament mill-kundizzjonijiet ta' l-użu speċifiċi biex tkun tingħata stima ta' l-inċertezza tad-data dwar l-attività.

 L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta' prova ta' konformità mar-rekwiżiti rigward il-kalibrazzjoni fit-taqsima 10.3.2 ta' dan l-Anness.

 L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' metodi ta' saff aktar baxx (b'saff 1 bħala l-livell minimu) għall-flussi mis-sors u għall-varjabbli rilevanti kollha.

 L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' pjanijiet ta' monitoraġġ issemplifikati li fihom mill-inqas l-elementi li ġew elenkati taħt il-punti a), b), ċ), e), f), k) u l) kif ġew elenkati fit-taqsima 4.3 ta' dan l-Anness.

 L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għar-rekwiżiti rigward l-akkreditament kontra EN ISO 17025:2005 jekk il-laboratorju konċernat.

 

 jipprovdi evidenza konklużiva li huwa teknikament kompetenti u jista' jiġġenera riżultati teknikament validi billi jintużaw il-proċeduri analitiċi rilevanti u

 jipparteċipa kull sena f'paraguni bejn il-laboratorji u wara jwettaq miżuri korrettivi jekk ikun meħtieġ.

 L-użi ta' fjuwils jew ta' materjali jistgħu jkunu ddeterminati fuq bażi ta' ir-rekords tax-xiri u fuq il-bidliet fl-istokk li ġew stmati mingħajr aktar konsiderazzjoni ta' inċertezzi.




ANNESS II

▼M4

Linji gwida għal emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

▼M4

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn attivitajiet ta’ kombustjoni kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet u ddefiniti skont l-Artikolu 3(t) u biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet oħra kif elenkati f’dak l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fejn hemm referenza għalihom fl-Annessi III sa XI u XVI sa XXIV għal dawn il-Linji gwida. Barra minn hekk, dan l-Anness għandu jintuża biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jagħmlu parti minn kull attivitá elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li għaliha ma japplika ebda Anness ieħor għal dawn il-linji gwida speċifiċi għal attività.

▼B

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet mill-proċessi ta' kombustjoni għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils kollha fl-installazzjoni kif ukoll l-emissjonijiet mill-proċessi ta' scrubbing pereżempju biex jitneħħa s-SO2 mill-flue gas. L-emissjonijiet mill-magni b'kombustjoni interna għal skopijiet ta' trasport m'għandhomx ikunu mmonitorjati u rrapportati. L-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni għandhom ikunu assenjati lill-installazzjoni, irrispettivament mill-esportazzjonijiet tas-sħana jew ta' l-elettriku lil installazzjonijiet oħra. L-emissjonijiet li huma assoċjati mal-produzzjoni tas-sħana jew ta' l-elettriku li tiġi importata minn installazzjonijiet oħrajn m'għandhomx ikunu assenjati lill-installazzjoni li qiegħda timporta.

L-emissjonijiet ta' installazzjoni tal-kombustjoni fil-qrib u li tiġbed il-fjuwil prinċipali tagħha minn impjant ta' l-azzar integrat iżda li jitħaddem taħt permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra separat jistgħu jiġu kkalkulati bħala parti mill-konsiderazzjoni tal-bilanċ tal-massa ta' dan l-impjant ta' l-azzar jekk l-operatur jista' jipprova lill-awtorità kompetenti li metodu bħal dan se jnaqqas l-inċertezza ġenerali tad-determinazzjoni ta' l-emissjoni.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Is-sorsi ta' emissjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn ►M4  attivitajiet ◄ jinkludu:

 bojlers

 berners

 turbini

 ħîters

 fran

 inċineraturi

 kalkari

 fran

  dryer

 magni

  flares

  scrubbers (emissjonijiet mill-proċessi)

 kwalunkwe apparat jew makkinarju ieħor li juża l-fjuwil, eskluż l-apparat jew il-makkinarju b'magni tal-kombustjoni li jintuża għal skopijiet ta' trasport.

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

2.1.1.1.   ATTIVITAJIET ĠENERALI TA' KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet tas-CO2 minn ►M4  attivitajiet tal-kombustjoni ◄ għandhom ikunu kkalkulati billi jkun immultiplikat il-kontenut ta' l-enerġija ta' kull fjuwil li jintuża b'fattur ta' emissjoni u b'fatturi ta' ossidazzjoni. Għal kull fjuwil għandha ssir il-kalkulazzjoni li ġejja għal kull attività:

Emissjonijiet tas-CO2 = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fatturi ta' ossidazzjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività ġeneralment tkun espressa bħala l-kontenut nett ta' enerġija tal-fjuwil ikkonsmat [TJ] matul il-perjodu ta' rapportaġġ. Il-kontenut ta' l-enerġija tal-konsum ta' fjuwil għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

Kontenut ta' enerġija tal-konsum tal-fjuwil [TJ] = fjuwil ikkonsmat [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett tal-fjuwil [TJ/t jew TJ/Nm3] ( 17 )

F'każ li jintuża fattur ta' emissjoni relatat ma' massa jew volum [t CO2/t jew t CO2//Nm3], id-data dwar l-attività tiġi espressa bħala l-ammont ta' fjuwil ikkonsmat [t jew Nm3].

Bi

a1)   Fjuwil ikkonsmat

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

a2)   Valur Kalorifiku Nett

Għal kull fjuwil jintużaw il-valuri ta' referenza skond kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I

Għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-operatur japplika valuri kalorifiċi netti li jkunu speċifiċi għall-pajjiż.

Għall-fjuwils li ġew skambjati b'mod kummerċjali, jintuża l-valur kalorifiku nett kif kien derivat mir-rekords tax-xiri għall-fjuwil rispettiv li kienu provduti mill-fornitur tal-fjuwil, sakemm kien derivat fuq il-bażi ta' standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għall-fjuwil f'installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju b'kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

b)   Fattur ta' emissjoni

Għal kull fjuwil jintużaw il-valuri ta' referenza skond kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I

Għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-operatur japplika valuri kalorifiċi netti li jkunu speċifiċi għall-pajjiż.

L-operatur iġib il-fatturi ta' emissjoni għall-fjuwil fuq il-bażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin:

 kejl tad-densità ta' żjut jew ta' gassijiet speċifiċi komuni eż. lill-industrija tar-raffineriji jew ta' l-azzar, u

 valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam,

flimkien ma' korrelazzjoni empirika kif ġie ddeterminat mill-inqas darba fis-sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I. L-operatur għandu jiżgura ruħu li l-korrelazzjoni tissoddisfa r-rekwiżiti ta' prattika ta' inġinerija tajba u li qed tiġi applikata biss lil valuri ta' l-alternattiva (proxy) li jaqgħu fi ħdan il-firxa li għaliha kienet stabbilita.

Il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal attività għall-fjuwil jiġu ddeterminati mill-operatur, minn laboratorju estern jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fattur ta' ossidazzjoni

L-operatur jista' jagħżel is-saff xieraq għall-metodoloġija ta' monitoraġġ tiegħu.

Jintuża fattur ta' ossidazzjoni ta' 1,0 ( 18 ).

L-operatur japplika fatturi ta' ossidazzjoni għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-Istati Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Għall-fjuwils, il-fatturi speċifiċ għal attività jkunu derivati mill-operatur fuq il-bażi ta' kontenuti ta' karbonju rilevanti ta' l-irmied, ta' l-effluwenti u ta' skart ieħor u ta' prodotti sekondarji oħrajn u forom oħra rilevanti ta' karbonju bħala gass li mhumiex għalkollox ossidizzati li ġew rilaxxati. Id-data tal-kompożizzjoni għandha tkun iddeterminata skond id-dispożizzjonijiet li ġew speċifikati fit-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.1.1.2.   METODU TA' BILANĊ TAL-MASSA: PRODUZZJONI TA' KARBONJU ISWED U TERMINALI LI JIPPROĊESSAW IL-GASS

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa jista' jkun applikat għall-produzzjoni tal-karbonju iswed u għal terminali li jipproċessaw il-gass. Għandu jqis il-karbonju kollu fl-inputs, fl-istokks, fil-prodotti u f'esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex jingħata rendikont ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi

  Input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-konfini ta' l-installazzjoni.

  Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

  Esportazzjoni [tC]: il-karbonju esportat mill-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

  Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-konfini ta' l-installazzjoni.

Għaldaqstant, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonju prodotti) – Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi ħdan u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali kollha rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

Għall-fjuwils jew għall-materjali li ġew elenkati fit-taqsima 11 ta' l-Anness I jew ►M4  f'Annessi oħra speċifiċi għal attivita', ◄ il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew tal-flussi tal-produzzjoni għandu jkun derivat minn fatturi ta' emissjoni standard. Il-kontenut ta' karbonju ikun derivat kif ġej:

image

Il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew tal-flussi ta' produzzjoni għandu jkun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsam it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.1.3.   FLARES

L-emissjonijiet mill-flares għandhom jinkludu l-flaring ta' rutina u l-flaring operattiv (trips, bidu tat-tħaddim u t-tifi tal-magni kif ukoll waqfien f'emerġenza).

L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu kkalkulati mill-ammont ta' gass flared [Nm3] u l-kontenut ta' karbonju tal-gass flared [t CO2/Nm3] (inkluż is-CO2 inerenti).

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fatturi ta' ossidazzjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-ammont ta' flare gas użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ± 17,5 %.

L-ammont ta' flare gas użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ± 12,5 %.

L-ammont ta' gass tal-flares użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ± 7,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Jintuża fattur ta' emissjoni ta' referenza ta' 0,00393 t CO2/m3 (f'kundizzjonijiet standard) li jkun derivat mill-kombustjoni ta' l-etanu pur li jintuża bħala alternattiva (proxy) konservattiva għall-flare gases.

L-operatur japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni huma derivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss mill-flare, billi jintuża mmudellar tal-proċess li jkun ibbażat fuq mudelli ta' standard ta' l-industrija. Billi jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta' kull wieħed mill-flussi kontributorji, tiġi derivata figura medja annwali mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) għall-piż molekolari tal-flare gas.

Il-fattur ta' emissjoni [t CO2/Nm3 gass tal-flares ] ikkalkulat mill-kontenut ta' karbonju ta' gass flared billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fatturi ta' Ossidazzjoni

Jistgħu jiġu applikati saffi aktar baxxi.

Għandu jintuża valur ta' 1,0.

L-operatur japplika fattur ta' ossidazzjoni kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet tas-CO2 minn proċessi mill-użu ta' karbonat għall-iscrubbing tas-SO2 mill-fluss tal-gass żejjed għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-karbonat mixtri (Metodu ta' kalkulazzjoni is-saff 1a) jew tal-ġibs prodott (Metodu ta' kalkulazzjoni is-saff 1b). Dawn iż-żewġ metodi ta' kalkulazzjoni huma ekwivalenti. Il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t] = Data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni

Bi:

Metodu tal-Kalkulazzjoni A “Ibbażat fuq il-Karbonat”

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet hija bbażata fuq l-ammont ta' karbonat użat:

a)   Data dwar l-attività

Tunnellati ta' karbonat niexef bħala input ta' proċess ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxata għal kull tunnellata metrika ta' karbonat. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi, kif intwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel, biex tkun ikkonvertita d-data tal-kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaCO3 u MgCO3 f'kull materjal ta input rilevanti ta' kalkara titwettaq billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.



Tabella 1

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Karbonat

Proporzjon [t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f'[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku ta' CO3 2- = 1

Metodu tal-Kalkulazzjoni B “Ibbażat fuq il-Ġibs”

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet hija bbażata fuq l-ammont ta' ġibs prodott:

a)   Data dwar l-attività

Tunnellati ta' ġibs niexef (CaSO4 · 2H2O) bħala l-produzzjoni ta' proċess fis-sena ddeterminat mill-operatur jew mill-proċessur tal-ġibs b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Proporzjon stojkjometriku ta' ġibs niexef (CaSO4· 2H2O) u ta' CO2 fil-proċess: 0,2558 t CO2/t ġibs.

2.2.   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness XII.




ANNESS III

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għar-Raffineriji ta' Żejt Minerali kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet minn installazzjoni għandu jinkludi l-emissjonijiet kollha mill-proċessi ta' kombustjoni u ta' produzzjoni kif iseħħu fir-raffineriji. L-emissjonijiet mill-proċessi li jitwettqu f'installazzjonijiet fil-qrib ta' l-industrija kimika li mhumiex inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li mhumiex parti mill-katina ta' produzzjoni tar-raffinar m'għandhomx ikunu meqjusa.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Is-sorsi ta' emissjoni potenzjali għas-CO2 jinkludu:

a) Kombustjoni relatat ma' l-enerġija:

 Bojlers

  Process heaters/treaters

 Magni b'kombustjoni interna/turbini

 Ossidaturi katalitiċi u termali

 Kalkari li jikkalċinaw il-kokk

 Firewater pumps

 Ġeneraturi ta' l-emerġenza/ta' stand-by

 Flares

 Inċineraturi

 Crackers

b) Proċess

 Installazzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-idroġenu

 Riġenerazzjoni katalitika (minn proċessi ta' qsim u minn proċessi katalitiċi oħra)

 Apparati li jipproduċu l-kokk (flexi-coking, produzzjoni ta' kokk b'dewmien)

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Il-proċessi speċifiċi li jwasslu għall-emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

1.   Riġenerazzjoni ta' Sustanza Katalista li Taqsam l-Idrokarboni, Riġenerazzjoni Katalista Oħra u Flexi-cokers

Il-kokk li ġie ddepożitat fuq il-katalista bħala prodott sekondarju tal-proċess ta' qsim jinħaraq fir-riġeneratur sabiex tkun irrestawrata l-attività tal-katalista. Proċessi ta' raffinerija oħrajn jużaw katalista li jeħtieġ li jkun riġenerat, eż. riforma katalista.

L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati permezz ta' bilanċ tal-materjal, fejn jitqies l-istat ta' l-arja ta' input u l-flue gas. Is-CO kollu fil-flue gas għandu jitqies bħala CO2. ( 19 )

L-analiżi ta' l-arja ta' input u l-flue gases u l-għażla tas-saffi għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I. Il-metodu speċifiku ta' kalkulazzjoni għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u tal-metodoloġija ta' monitoraġġ inkluża fih.

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 10 %.

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 7,5 %.

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 5 %.

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 2,5 %.

2.   Produzzjoni ta' Idroġenu f'Raffineriji

Is-CO2 emess ġej mill-kontenut ta' karbonju tal-gass tat-twassil. Għandha titwettaq kalkulazzjoni bbażata fuq l-input ta' l-emissjonijiet tas-CO2.

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività input * fattur ta' emissjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-ammont ta' twassil ta' idrokarboni (hydrocarbon feed) [t tat-twassil] ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, derivat b'inċertezza massima ta' ± 7,5 %.

L-ammont tat-twassil ta' idrokarboni (hydrocarbon feed) [t tat-twassil] ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, derivat b'inċertezza massima ta' ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni:

Uża valur ta' referenza ta' 2,9 t CO2 għal kull t tat-twassil pproċessat b'mod konservattiv ibbażat fuq l-etanu.

L-użu ta' fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività [CO2/t tat-twassil] ikkalkulat mill-kontenut ta' karbonju tal-gass tat-twassil, li ġie ddeterminat skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII.




ANNESS IV

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-kokk kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

▼M4

Fran tal-kokk jistgħu jagħmlu parti minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ attivitajiet ta’ sinterizzazzjoni u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (pereżempju gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk) li jseħħ f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss il-forn tal-kokk, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ wkoll isirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom, billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa speċifikat Fit-Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.

▼B

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq scrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta’ l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Fil-fran tal-kokk, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

 materja prima (faħam jew kokk tal-petrol)

 fjuwils konvenzjonali (eż. gass naturali)

 gassijiet tal-proċessi (eż. gass tal-kalkara tal-funderija (BFG))

 fjuwils oħrajn

  scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F’każ li l-forn tal-kokk ikun parti minn impjanti ta’ l-azzar integrati, l-operatur jista’ jikkalkula emissjonijiet:

a) għall-impjanti ta’ l-azzar integrati kollu, billi jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b) għall-forn tal-kokk bħala attività individwali ta’ l-impjanti ta’ l-azzar integrati.

2.1.1.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokk, prodotti u esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta’ rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Bi:

  Input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti ta' l-installazzjoni.

  Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f’materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li qed iħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

  Esportazzjoni [tC]: karbonju li ġie esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitati f’miżbla jew permezz ta’ telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

  Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta’ karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] =(Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta’ karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) –Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) –Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta’ karbonju bidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti kollha b’mod separat. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat mal-kontenut ta’ l-enerġija (fjuwils), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju li jkun relatat mal-kontenut ta’ l-enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 7,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 2,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 1,5 %.

b)   Kontenut ta’ Karbonju

▼M4

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

▼B

image

It-termini li jidhru fl-ekwazzjoni t’hawn fuq: Or = jew; emission factor = fattur ta’ emissjoni

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju tal-flussi ta’ input jew ta’ produzzjoni għandu jkun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I fejn għandu x’jaqsam it-teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi ta’ fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta’ karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta’ kombustjoni li jsiru fl-ifran tal-kokk fejn il-fjuwils (eż. kokk, faħam, u gass naturali) mhumiex inklużi fil-metodu tal-bilanċ tal-massa għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Matul il-karbonizzazzjoni fil-kompartiment tal-kokk tal-forn tal-kokk, il-faħam jiġi kkonvertit bl-esklużjoni ta’ l-arja għal kokk u għal gass tal-forn tal-kokk mhux raffinat (COG mhux raffinat). Il-materjal ta’ input/flussi ta’ input prinċipali li fih il-karbonju huwa l-faħam, iżda jista’ jkun ukoll slack tal-kokk, kokk tal-petrol, żejt u gassijiet tal-proċessi bħall-gass tal-kalkara tal-funderija. Il-gass tal-forn tal-kokk mhux raffinat, bħala parti mill-produzzjoni tal-proċess, fih ħafna komponenti li fihom il-karbonju, fost oħrajn id-dijossidu tal-karbonju (CO2), il-monossidu tal-karbonju (CO), il-metanu (CH4), l-idrokarboni (CxHy).

L-emissjoni totali tas-CO2 mill-fran tal-kokk għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ (data dwar l-attività INPUT * fattur ta’ emissjoni INPUT ) – Σ (data dwar l-attivitàPRODUZZJONI * fattur ta’ emissjoniPRODUZZJONI)

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività INPUT tista’ tinkludi l-faħam bħal materja prima, is-slack tal-kokk, il-kokk tal-petrol, iż-żejt, il-gass tal-kalkara ta’ funderija, il-gass tal-forn tal-kokk u oħrajn bħalhom. Id-data dwar l-attivitàPRODUZZJONI tista’ tinkludi: il-kokk, il-qatran, iż-żejt ħafif, il-gass tal-forn tal-kokk u oħrajn bħalhom.

a1)   Fjuwil li jintuża bħala input ta’ proċess

Il-fluss tal-massa tal-fjuwils fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 7,5 %.

Il-fluss tal-massa tal-fjuwils fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 5,0 %.

Il-fluss tal-massa tal-fjuwil fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 2,5 %.

Il-fluss tal-massa tal-fjuwil fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 1,5 %.

a2)   Valur kalorifiku nett

għal kull fjuwil, jintużaw il-valuri ta’ referenza kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta’ l-Anness I.

L-operatur japplika valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għal kull grupp ta’ fjuwil f’installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju taħt kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I.

b)   Fattur ta’ Emissjoni

Użu ta’ fatturi ta’ referenza mit-taqsima 11 ta’ l-Anness I.

L-operatur japplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi jiġu ddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I.

2.2.   KEJL TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta’ gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII.




ANNESS V

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ inkaljar u sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-ħadid kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

▼M4

Inkaljar ta’ minerali tal-ħadid, sinterizzazzjoni jew attivitajiet ta’ pelitizzazzjoni jistgħu jifformaw parti integrali minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ fran tal-kokk u ma’ attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu. B’hekk jinħoloq skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (eż. gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-ġir) f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss l-attività ta’ inkaljar jew sinterizzazzjoni, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ jsirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa (Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness).

▼B

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, dawn għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

 materja prima (il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka, tad-dolomit u tal-ħadid karbonatiku li mhux maħdum, eż. FeCO3)

 fjuwils konvenzjonali (gass naturali u kokk/riħ tal-kokk)

 gassijiet ta' proċessi (eż. gass tal-forn tal-kokk (COG) u gass tal-kalkara tal-funderija (BFG))

 residwi ta' proċessi li jintużaw bħala materjal ta' input inkluż it-trab iffiltrat mill-impjant ta' sinterizzazzjoni, il-konvertitur u l-kalkara ta' funderija.

 fjuwils oħrajn

  scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'każ li installazzjoni fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma tkun parti minn impjanti ta' l-azzar integrati, l-operatur jista' jikkalkula l-emissjonijiet:

a) għall-impjanti ta' l-azzar integrati kollha, billi juża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b) għall-installazzjoni fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma bħala attività individwali ta' l-impjanti ta' l-azzar integrati.

2.1.1   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f'inputs, fi stokk, fi prodotti u f'esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta' rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi:

  Input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

  Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

  Esportazzjoni [tC]: karbonju li ġie esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

  Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ(data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonjuprodotti) – Σ(data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attivitàbidliet fl-istokk* kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

▼M4

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

▼B

image

It-termini li jidhru fl-ekwazzjoni t'hawn fuq:

Emission factor = fattur ta' emissjoni

L-operatur japplika kontenut ta' karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew ta' produzzjoni għandu ikun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsum it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi mill-kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma fejn il-fjuwils ma jintużawx bħala aġenti tat-tnaqqis jew mhumiex ġejjin minn reazzjonijiet metallurġiċi, għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Waqt il-kalċinazzjoni fuq il-gradilja is-CO2 jiġi rilaxxat mill-materjali ta' input, jiġifieri it-taħlita ta' materjal mhux maħdum (raw mix) (l-aktar komuni mill-karbonat tal-kalċju) u minn residwi ta' proċessi li reġgħu intużaw. Għal kull tip ta' materjal ta' input li jintuża l-ammont tas-CO2 għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

image

a)   Data dwar l-attività

L-ammonti [t] ta' materjal karbonat ta' input [tCaCO3, tMgCO3 jew tCaCO3-MgCO3] u r-residwi tal- proċessi li ntużaw bħala materjal ta' input fil-proċess matul perjodu ta' rapportaġġ mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammonti [t] ta' materjali karbonat ta' input [tCaCO3, tMgCO3 jew tCaCO3-MgCO3] u r-residwi tal-proċessi li ntużaw bħala materjal ta' input li ntuża fil-proċess matul perjodu ta' rapportaġġ mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Għall-karbonati: l-użu ta' proporzjonijiet stojkjometriċi mogħtija fit-tabella 1 li ġejja:



Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Fattur ta' emissjoni

CaCO3

0,440 t CO2/t CaCO3

MgCO3

0,522 t CO2/t MgCO3

FeCO3

0,380 t CO2/t FeCO3

Dawn il-valuri għandhom ikunu aġġustati għall-irtuba rispettiv u għall-kontenut ta' gangue tal-materjal karbonat applikat.

Għar-residwi tal-proċessi: il-fatturi speċifiċi għal attività għandhom jkunu ddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fattur ta' Konverżjoni

Fattur ta' konverżjoni: 1,0

Il-fatturi speċifiċi għal attività li ġew iddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I, li jiddeterminaw l-ammont ta' karbonju fis-sinter prodott u fit-trab iffiltrat. F'każ li t-trab iffiltrat jerġa' jintuża fil-proċess, l-ammont ta' karbonju [t] li jkun hemm fih m'għandux jitqies sabiex ikun evitat l-għadd doppju.

2.2   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u Anness XII.




ANNESS VI

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

▼M4

Il-linji gwida f’dan l-Anness jistgħu jkunu applikati għal emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u minn attivitajiet tal-azzar, inklużi attivitajiet ta’ ikkastjar kontinwu. Jirreferu partikolarment għall-produzzjoni primarja tal-azzar (kalkara ta’ funderija (KF) u għal kalkara ta’ ossiġenu bażika (KOB)) u għal kalkara b’ark tal-elettriku (KAE).

Attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar. Inkluż ikkastjar kontinwu, huma ġeneralment partijiet integrali ta’ xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika ma’ attivitajiet ta’ forn tal-kokk u ta’ sinterizzazzjoni. B’hekk jinħoloq skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (eż. gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-ġir) f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss il-kalkara tal-funderija, l-emissjonijiet ta’ CO2jista’ jsirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa kif ippreżentat Fit-Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.

▼B

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum inkluż l-iffondar kontinwu, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjonijiet u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

 materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka, tad-dolomit u tal-ħadid karbonatiku mhux maħdum, eż. FeCO3)

 fjuwils konvenzjonali (gass naturali, faħam u kokk)

 aġenti tat-tnaqqis (kokk, faħam, plastik, eċċ.)

 gassijiet tal-proċessi (gass ta' forn tal-kokk/COG, gass tal-kalkara tal-funderija/BFG u gass ta' forn ta' l-ossiġnu bażiku/BOFG)

 konsum ta' l-elettrodi tal-grafita

 fjuwils oħrajn

  scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'każ li l-installazzjoni għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum tkun parti minn impjanti ta' l-azzar integrati, l-operatur jista' jikkalkula l-emissjonijiet:

a) għall-impjanti ta' l-azzar integrati kollha, billi juża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b) l-installazzjoni għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum bħala attività individwali ta' l-impjanti ta' l-azzar integrati.

2.1.1.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu ta' bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f'inputs, fi stokk, fi prodotti u f'esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta' rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi

  input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

  prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

  esportazzjoni [tC]: karbonju li jiġi esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

  bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonjuprodotti) – Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi

a)   Data dwar l-Attività:

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali kollha rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

▼M4

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

▼B

image

L-operatur japplika l-kontenut ta' karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta' karbonju ta' fluss ta' input jew ta' produzzjoni għandu jkun iderivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsmu t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

Il-kontenut ta' karbonju tal-prodotti jew tal-prodotti nofshom irfinuti (semi-finished) jista' jkun iddeterminat fuq il-bażi ta' l-analiżijiet annwali skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I jew ikun derivat mill-valuri tal-kompożizzjoni ta' nofs il-firxa kif ġie speċifikat mill-istandards internazzjonali jew nazzjonali rilevanti.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi tal-kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum, inkluż l-iffondar kontinwu, fejn il-fjuwils (eż. kokk, faħam, u gass naturali) ma jintużawx bħala aġenti tat-tnaqqis jew mhumiex ġejjin minn reazzjonijiet metallurġiċi għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum, inkluż l-iffondar kontwinu, normalment ikunu kkaratterizzati minn sekwenza ta' faċilitajiet (eż. kalkara ta' funderija, forn ta' l-ossiġnu bażiku,) u dawn il-faċilitajiet ta' spiss ikollhom konnessjonijiet tekniċi ma' installazzjonijiet oħrajn (eż. forn tal-kokk, installazzjoni tas-sinter, installazzjoni ta' l-enerġija). Fi ħdan installazzjonijiet bħal dawn, numru ta' fjuwils differenti jintużaw bħala aġenti tat-tnaqqis. Ġeneralment dawn l-installazzjonijiet jipproduċu wkoll gassijiet ta' proċessi b'kompożizzjonijiet differenti, eż. gass tal-forn tal-kokk/COG, gass tal-kalkara tal-funderija/BFG, gass tal-forn ta' l-ossiġnu bażiku/BOFG).

L-emissjonijiet totali tas-CO2 minn installazzjonijiet tal-ħadid mhux raffinat u ta' l-azzar inkluż l-iffondar kontinwu, għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ (data dwar l-attività INPUT * fattur ta' emissjoni INPUT ) – Σ (data dwar l-attivitàPRODUZZJONI * fattur ta' emissjoniPRODUZZJONI)

Bi:

a)   Data dwar l-attività

a1)   Il-flussi tal-massa rilevanti

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 %.

a2)   Valur kalorifiku nett (jekk ikun applikabbli)

Għal kull fjuwil, jintużaw il-valuri ta' referenza kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I.

L-operatur japplika l-valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għal kull grupp ta' fjuwil f'installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju taħt kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fattur ta' emissjoni għad-data dwar l-attivitàPRODUZZJONI jirreferi għall-ammont ta' karbonju li mhux CO2 fil-produzzjoni tal-proċess, li jkun espress bħala tCO2/t produzzjoni biex tittejjeb il-komparabilità.

Għall-materjal ta' input u ta' produzzjoni jintużaw il-fatturi ta' referenza, ara t-Tabella 1 t'aktar 'l isfel u t-taqsima 11 ta' l-Anness I).



Tabella 1

Referenza għall-fatturi ta' emissjoni (1)

Fattur ta' emissjoni

Valur

Unità

Sors tal-fattur ta' emissjoni

CaCO3

0,440

t CO2/t CaCO3

Proporzjon stojkjometriku

CaCO3-MgCO3

0,477

t CO2/t CaCO3-MgCO3

Proporzjon stojkjometriku

FeCO3

0,380

t CO2/t FeCO3

Proporzjon stojkjometriku

Ħadid Imnaqqas Dirett (DRI)

0,07

t CO2/t

IPCC GL 2006

Elettrodi tal-Karbonju EAF

3,00

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ċarġ tal-Karbonju EAF

3,04

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ħadid Magħmul f'Maltunelli Meta Jaħraq (Hot Briquetted Iron)

0,07

t CO2/t

IPCC GL 2006

Gass tal-Forn ta' l-Azzar bl-Ossiġnu

1,28

t CO2/t

IPCC GL 2006

Kokk tal-Petroleum

3,19

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ħadid mill-Funderija Mingħajr Mhu Maħdum Mixtri

0,15

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ruttam ta' Ħadid (scrap iron)

0,15

t CO2/t

IPCC GL 2006

Azzar

0,04

t CO2/t

IPCC GL 2006

(1)   Ara l-IPCC; 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra ta' l-); 2006. Il-valuri bbażati fuq l-IPCC ġejjin minn fatturi espressi f'tC/t, immultiplikati b'fattur tal-konverżjoni ta' CO2/C ta' 3,664.

L-operatur japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Għall-materjali ta' input u ta' produzzjoni, jintużaw il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi (t CO2/t INPUT jew tPRODUZZJONI), li ġew żviluppati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII.




ANNESS VII

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ gagazza kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar il-limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

▼M4

F’attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ siment, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:

▼B

 kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka fil-materja prima

 fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

 fjuwils tal-kalkara alternattivi bbażati fuq il-fossili u materja prima

 fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara (skart tal-bijomassa)

 fjuwils li mhumiex tal-kalkara

 kontenut ta' karbonju organiku tal-ġebla tal-franka u shales

 materja prima li tintuża għall-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta' kombustjoni li jinvolvu tipi differenti ta' fjuwils (eż. faħam, kokk tal-petroleum, żejt tal-fjuwil, gass naturali u l-firxa wiesgħa tal-fdal tal-fjuwils) li jsiru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-laqx tas-siment għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-proċessi jseħħu mill-kalċinazzjoni tal-karbonati fil-materja prima li tintuża biex għall-produzzjoni tal-laqx (clinker) (2.1.2.1), mill-kalċinazzjoni parzjali jew sħiħa tat-trab ta' kalkara tas-siment jew tat-trab sekondarju (bypass dust) li tneħħa mill-proċess (2.1.2.2) u f'uħud mill-każijiet mill-kontenut ta' karbonju mhux karbonat tal-materja prima (2.1.2.3).

2.1.2.1.   CO2 MILL-PRODUZZJONI TAL-LAQX

L-emissjonijiet għandhom ikunu ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut ta' karbonat ta' l-input tal-proċess (metodu ta' kalkulazzjoni A) jew fuq il-bażi ta' l-ammont ta' laqx prodott (metodu ta' kalkulazzjoni B). Dawn il-metodi jitqiesu li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw b'mod reċiproku mill-operatur biex ikunu validati r-riżultati tal-metodu l-ieħor rispettivament.

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kontenut ta' karbonat ta' l-inputs tal-proċess (inkluż l-irmied li jtir jew il-fdalijiet tal-metall imdewweb tal-kalkara ta' funderija) bi-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) u t-trab sekondarju mnaqqsa mill-konsum tal-materja prima u l-emissjonijiet rispettivi kkalkulati skond t-taqsima 2.1.2.2., fil-każ li s-CKD u t-trab sekondarju iħallu s-sistema tal-kalkara. Il-karbonju mhux karbonat jinqabad b'dan il-metodu; għaldaqstant 2.1.2.3 ma japplikax.

Is-CO2 għandu jkun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

image

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Ħlief jekk is-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma (raw meal) bħala tali tkun ikkaratterizzata, dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatment għal kull wieħed mill-inputs tal-kalkara għandu l-karbonju rilevanti (ħlief għall-fjuwils) eż. franka jew shale, fejn ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet minn materjali rritornati jew maqbuża. L-ammont nett tas-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma jista' jkun iddeterminat permezz ta' proporzjon ta' sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma/laqx emipriku li jkun speċifiku għal sit li għandu jkun aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi jkunu applikati l-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull input tal-kalkara rilevanti. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont tal-karbonati rilevanti inklużi CaCO3 u MgCO3 f'kull materjal ta' input tal-kalkara rilevanti titwettaq skond t-taqsima 13 ta' l-Anness I. Dan jista' jsir permezz ta' metodi termogravimetriċi.



Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Sustanza

Proporzjonijiet stojkjometriċi

CaCO3

0,440 [t CO2/t CaCO3]

MgCO3

0,522 [t CO2/t MgCO3]

FeCO3

0,380 [t CO2/t FeCO3]

C

3,664 [t CO2/t C]

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati li jħallu l-kalkara jkunu żero, jiġifieri fejn wieħed jassumi kalċinazzjoni sħiħa u fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Il-karbonati u l-karbonju l-ieħor li tħalli l-kalkara fil-laqx jitqiesu permezz ta' fattur ta' konverżjoni, li għandhom valur bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompleta għal wieħed jew għal diversi inputs tal-kalkara u jattribwixxi karbonati li mhumiex ikkonvertiti jew karbonju ieħor lill-bqija ta' l-input(s) tal-kalkara. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Dan il-metodu ta' kalkulazzjoni huwa bbażat fuq l-ammont ta' laqx prodott. Is-CO2 għandu ikun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2laqx = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fattur ta' Konverżjoni

Is-CO2 rilaxxat mill-kalċinazzjoni tat-trab tal-kalkara tas-siment u tat-trab sekondarju jeħtieġ li jitqies għall-installazzjonijiet fejn trab bħal dan iħalli s-sistema tal-kalkara (ara 2.1.2.2) flimkien ma' l-emissjonijiet potenzjali mill-karbonju mhux karbonat fis-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma (ara 2.1.2.3). L-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-laqx u mit-trab tal-kalkara tas-siment u mit-trab sekondarju u mill-karbonju mhux karbonat fil-materjali ta' input għandhom ikunu kkalkulati separatament u miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet:

Emissjonijiet tas-CO2total tal-proċess [t] = Emissjonijiet tas-CO2laqx [t] + Emissjonijiet tas-CO2trab [t] + Emissjonijiet tas-CO2karbonju mhux karbonat

a)   Data dwar l-attività

Il-produzzjoni tal-laqx [t] matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata jew

 bl-użin dirett tal-laqx jew

 fuq il-bażi tal-kunsinni ta' siment billi tintuża l-formula li ġejja (il-bilanċ tal-materjal billi jitqiesu d-dispaċċ tal-laqx, il-provvisti tal-laqx kif ukoll varjazzjoni fl-istokk ta' laqx):

laqx prodott [t] = ((kunsinni ta' siment [t] - varjazzjoni fl-istokk tas-siment [t])* proporzjon ta' laqx/siment [t laqx/t siment]) - (laqx fornut [t]) + (laqx mibgħut [t]) - (varjazzjoni fl-istokk ta' laqx [t])

Il-proporzjon ta' siment/laqx għandu jew ikun derivat għal kull wieħed mill-prodotti differenti tas-siment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I jew ikun ikkalkulat mid-differenza tal-kunsinni tas-siment u tal-bidliet fl-istokk u l-materjali kollha li jintużaw bħala addittivi għal mas-siment inklużi t-trab sekondarju u t-trab tal-kalkara tas-siment.

L-ammont ta' laqx prodott [t] matul perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammont ta' laqx prodott [t] matul perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Fattur ta' emissjoni: 0,525 t CO2/t laqx

L-operatur japplika fattur ta' emissjoni speċifiku għal pajjiż kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaO u MgO fil-prodott titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 2 biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni billi wieħed jassumi li s-CaO u l-MgO kollha huma derivati mill-karbonati rispettivi.



Tabella 2

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Oxide

Proporzjonijiet stojkjometriċi

[t CO2 ]/[t Earth Alkali Oxide]

CaO

0,785

MgO

1,092

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-ammont ta' CaO u MgO (mhux karbonat) fil-materja prima jkun żero jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca u l-Mg kollu fil-prodott oriġinaw minn materja prima .karbonata, li jiġi rifless minn fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' 1.

L-ammont ta' CaO u MgO (mhux karbonat) fil-materja prima huwa rifless permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa tal- materja prima karbonata f'ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I. Dan jista' jsir permezz ta' metodi termo-gravimetriċi.

2.1.2.2.   EMISSJONIJIET RELATATI MA' TRAB IMWARRAB

Is-CO2 mit-trab sekondarju jew mit-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li jħalli s-sistema tal-kalkara għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammonti tat-trab li jħallu s-sistema tal-kalkara u l-fattur ta' emissjoni kkalkulat bħallikieku għall-laqx (iżda b'kontenuti potenzjalment differenti ta' CaO u MgO), ikkoreġut għall-kalċinazzjoni parzjali tas-CKD. L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2trab = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-ammont [t] ta' CKD jew ta' trab sekondarju (jekk ikun rilevanti) li jħalli s-sistema tal-kalkara matul perjodu ta' rapportaġġ li jkun stmat billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-ammont [t] ta' CKD jew ta' trab sekondarju (jekk ikun rilevanti) li jħalli s-sistema tal-kalkara matul perjodu li jkun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

b)   Fattur ta' emissjoni

L-użu ta' valur ta' referenza ta' 0,525 t CO2 għal kull tunnellata metrika ta' laqx anki għas-CKD jew għat-trab sekondarju li jħalli s-sistema tal-kalkara.

Il-fattur ta' emissjoni [t CO2/t] għas-CKD jew għat-trab sekondarju li jħalli s-sistema tal-kalkara għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-grad ta' kalċinazzjoni u kompożizzjoni. Il-grad ta' kalċinazzjoni u kompożizzjoni għandu jkun iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Ir-relazzjoni bejn il-grad ta' kalċinazzjoni tas-CKD u l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull tunnellata metrika ta' CKD mhijiex linejari. Għandha tiġi approssimata billi tintuża l-formula li ġejja:

image

fejn

EFCKD

=

fattur ta' emissjoni ta' trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD]

EFCli

=

fattur ta' emissjoni, speċifiku għal installazzjoni tal-laqx ([CO2/t laqx]

D

=

grad ta' kalċinazzjon tas-CKD (CO2 rilaxxat bħala % tas-CO2 karbonat totali fit-taħlita ta' materjal mhux maħdum)

2.1.2.3.   EMISSJONIJIET MINN KARBONJU MHUX KARBONAT FIS-SUSTANZA GRANULARI PRODOTTA BIT-TĦIN U MHUX MAĦDUMA

L-emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-ġebla tal-franka, fix-shale jew f'materja prima alternattiva (eż. rmied li jtir) li ntużaw fis-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma fil-kalkara għandhom ikunu ddeterminati billi tintuża l-espressjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2mhux karbonat mhux maħdum = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fattur ta' konverżjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-ammont ta' materja prima rilevanti [t] ikkonsmata matul perjodu ta' rapportaġġ derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 15 %.

L-ammont ta' materja prima rilevanti [t] ikkonsmata matul perjodu ta' rapportaġġ derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

b)   Fatturi ta' Emissjoni

Il-kontenut ta' karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun stmat billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika fl-industrija.

Il-kontenut ta' karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun iddeterminat mill-inqas kull sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Fattur ta' konverżjoni: 1,0.

Il-fattur ta' konverżjoni jiġi kkalkulat billi tkun applikata l-aħjar prattika fl-industrija.

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.




ANNESS VIII

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ġir jew tal-kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

▼M4

Fil-produzzjoni tal-ġir jew kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:

 kalċinazzjoni ta’ ġebla tal-ġir, dolomit jew manjeżit fil-materja prima

▼B

 fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

 fjuwils alternattivi tal-kalkara bbażati fuq il-fossili u materja prima

 fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara (skart tal-bijomassa)

 fjuwils oħrajn

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

▼M4

Proċessi ta’ kombustjoni li jinvolvu tipi differenti ta’ fjuwil (eż. faħam, “petcoke”, żejt kombustibbli, gass naturali u l-firxa wiesgħa ta’ fjuwil mormi) li jsiru f’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ġir jew kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

▼B

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

▼M4

Emissjonijiet rilevanti jseħħu waqt kalċinazzjoni u mill-ossidazzjoni ta’ karbonju organiku fil-materja prima. Waqt il-kalċinazzjoni fil-forn, CO2 minn karbonati jinħareġ mill-materja prima. CO2 minn kalċinazzjoni għandu rabta diretta mal-ġir, ġir dolomitiku jew il-produzzjoni ta’ manjeżja. Fuq livell ta’ installazzjoni, CO2 minn kalċinazzjoni jista’ jkun ikkalkulat b’żewġ modi: abbażi tal-ammont ta’ kalċju u karbonat tal-manjeżju mill-materja prima (l-aktar ġebla tal-ġir, dolomit u manjeżit) mibdul fil-proċess (metodu A ta’ kalkulazzjoni), jew abbażi tal-ammont ta’ kalċju u ossidi tal-manjeżju fil-prodotti (metodu B ta’ kalkulazzjoni). Iż-żewġ approċċi jitqiesu li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw il-wieħed jew l-ieħor mill-operatur għall-validazzjoni tar-riżultati tal-metodu l-ieħor rispettiv.

▼B

Metodu ta' Kalkulazzjoni A – Karbonati

▼M4

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta’ karbonat tal-kalċju u karbonat tal-manjeżju — u fejn ikun rilevanti, ta’ karbonati oħra — fil-materja prima kkunsmata. Għandha tintuża l-formula li ġejja:

▼B

image

a)   Data dwar l-attività

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatament għal kull wieħed mill-inputs rilevanti tal-kalkara li għandu l-karbonju (ħlief għall-fjuwils) eż. ġibs jew ġebla tal-franka, biex ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet mill-materjali rritornati jew maqbuża.

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' emissjoni

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull input rilevanti tal-kalkara jekk wieħed jassumi konverżjoni sħiħa. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni. ►M4  Fejn ikun rilevanti, valuri ta’ kontenut ta’ karbonat għandhom ikunu aġġustati għall-umdità u għall-kontenut ta’ mineral grezz rispettivi tal-materjal applikat ta’ karbonat, u jittieħed kont ta’ minerali li jkollhom il-manjeżju minbarra karbonati. ◄

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaCO3, MgCO3 u ta' karbonju organiku (fejn ikun rilevanti) f'kull materjal rilevanti ta' input tal-kalkara titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.



Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Karbonat

Proporzjon[t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali: XY(CO3)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2- ]}

X = alkaliterreni jew metall alkali

Mx = piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekulari ta’ CO3 2- = 60 [g/mol]

Y Ynumru stojkjometriku ta’ X= 1 (għal metalli alkaliterreni)= 2 (għal metalli alkali) numru stojkjometriku ta’ X

= 1 (għal metalli alkaliterreni)= 2 (għal metalli alkali)

Z = numru stojkjometriku ta’ CO3 2- = 1

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati li jħallu l-kalkara jkunu żero jiġifieri fejn wieħed jassumi kalċinazzjoni sħiħa u fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Il-karbonati li jħallu l-kalkara fil-ġir jitqiesu permezz ta' fattur ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompluta għal wieħed jew diversi mill-inputs tal-kalkara u jattribwixxi karbonati li mhumiex ikkonvertiti lill-bqija ta' l-input(s) tal-kalkara. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Metodu ta' Kalkulazzjoni B – Alkali Earth Oxides

▼M4

Emissjonijiet ta’ CO2 joriġinaw mill-kalċinazzjoni ta’ karbonati u għandhom ikunu kkalkulati abbażi tal-ammonti ta’ kontenuti ta’ CaO u MgO fil-ġir, ġir dolomitiku jew manjeżja prodotti. Ca u Mg kalċinati diġà li jidħlu fil-forn, pereżempju permezz ta’ rmied li jtir jew fjuwil u materja prima b’kontenut rilevanti ta’ CaO jew MgO, kif ukoll minerali oħra li jkollhom il-manjeżju minbarra karbonati, għandhom jitqiesu b’mod xieraq permezz tal-fattur ta’ konverżjoni. Trab ta’ forn li jħalli s-sistema tal-forn għandu jitqies b’mod xieraq.

▼B

Emissjonijiet mill-Karbonati

Għandha tintuża l-formula ta' kalkulazzjoni li ġejja:

image

a)   Data dwar l-attività

L-ammont ta' ġir [t] prodott matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammont ta' ġir [t] prodott matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fatturi ta' Emissjoni

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaO u MgO fil-prodott titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 2 għandhom jintużaw biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni jekk wieħed jassumi li s-CaO u l-MgO kollu huma derivati mill-karbonati rispettivi.



Tabella 2

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Ossidu

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Rimarki

CaO

0,785 [tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull tunnellata metrika ta’ Ossidu]

 

MgO

1,092 [tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull tunnellata metrika ta’ Ossidu]

 

ġenerali: XY(O)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z * [MO]}

X = alkaliterreni jew metall alkali

Mx = piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 = 44 [g/mol]

MO = piż molekulari ta’ O = 16 [g/mol]

Y Ynumru stojkjometriku ta’ X= 1 (għal metalli alkaliterreni)= 2 (għal metalli alkali) numru stojkjometriku ta’ X

= 1 (għal metalli alkaliterreni)= 2 (għal metalli alkali)

Z = numru stojkjometriku ta’ O = 1

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li s-CaO u l-MgO fil-materja prima jkunu żero, jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca u l-Mg kollu fil-prodott oriġinaw minn materja prima karbonata, rifless b'fatturi ta' konverżjoni ta' valur 1.

L-ammont ta' CaO u MgO li diġà hemm fil-materja prima huwa rifless permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa ta' materja prima karbonata f'ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.




ANNESS IX

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ materjal ta’ iżolament ta’ suf minerali kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

Dan l-anness japplika wkoll għal installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-water glass u tal-laqx tal-blat/tal-ġebel (stone/rock wool).

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

▼M4

Fil-produzzjoni tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:

▼B

 dekompożizzjoni ta' l-alkali-karbonati u tal-karbonati ta' l-earth alkalis matul it-taħlil tal-materja prima

 fjuwils fossili konvenzjonali

 fjuwils alternattivi bbażati fuq il-fossili u materja prima

 fjuwils tal-bijomassa (skart tal-bijomassa)

 fjuwils oħrajn

 addittivi li fihom il-karbonju inklużi l-kokk u t-trab tal-faħam

 l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

▼M4

2.1.1.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Proċessi ta’ kombustjoni li jseħħu f’installazzjonijiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II. Dan jinkludi emissjonijiet minn karbonju li jkollu addittivi (kokk u trab tal-faħam, kisjiet organiċi ta’ fibri tal-ħġieġ u suf minerali) u minn tindif ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija (wara l-kombustjoni).

▼B

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Is-CO2 jiġi rilaxxat matul it-taħlil fil-forn, minn karbonati li jinsabu fil-materja prima, u min-newtralizzazzjoni ta' l-HF, tal-HCl u tas-SO2 fil-flue gases mal-ġebla tal-franka jew ma'karbonati oħrajn. Kemm l-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati fil-proċess tat-taħlil kif ukoll dawk mill-iscrubbing għandhom ikunu parti mill-emissjonijiet ta' l-installazzjoni. Għandhom ikunu miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet iżda jekk ikun possibbli għandhom ikunu rrapportati separatament.

▼M4

CO2 minn karbonati fil-materja prima li joħorġu matul it-tidwib fil-kalkara għandu rabta diretta mal-produzzjoni tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali u għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kwantità konvertita ta’ karbonati minn materja prima — l-aktar karbonat tas-sodju, ġir/ġebla tal-ġir, dolomit u karbonati oħra alkali u alkaliterreni b’suppliment ta’ ħġieġ riċiklat ħieles minn karbonat (frak tal-ħġieġ miżjud ma’ materjal ieħor).

▼B

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta' karbonati, kkonsmati. Għandha tintuża l-formula li ġejja:

image

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività hija l-ammont [t] ta' materja prima karbonata jew ta' addittivi karbonati assoċjat ma' l-emissjonijiet tas-CO2, kif ġie kkunsinnat (bħad-dolomit, il-ġebla tal-franka, is-soda, u karbonati oħrajn) u pproċessat għall-produzzjoni tal-ħġieġ fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Il-massa totali [t] tal-materja prima karbonata jew ta' l-addittivi li fihom il-karbonju li ġiet ikkonsmata fil-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata skond it-tip ta' materja prima mill-operatur jew mill-fornitur tiegħu b'inċertezza massima ta' ± 2,5 %.

Il-massa totali [t] tal-materja prima karbonata jew ta' l-addittivi li fihom il-karbonju li ġiet ikkonsmata fil-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata skond it-tip ta' materja prima mill-operatur jew mill-fornitur tiegħu b'inċertezza massima ta' ± 1,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull materja prima karbonata. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif intwerew fit-tabella 1 t“aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni.

Il-purità tal-materjali rilevanti ta' input tiġi ddeterminata permezz ta' l-aħjar prattika fl-industrija. Il-valuri derivati għandhom ikunu aġġustati skond l-irtuba u l-kontenut gangue tal-materjali karbonati applikati.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' karbonati rilevanti f'kull materjal rilevanti ta' input titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.



Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Karbonat

Fattur ta' emissjoni

[t CO2/t Karbonat]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

Na2CO3

0,415

 

BaCO3

0,223

 

Li2CO3

0,596

 

K2CO3

0,318

 

SrC03

0,298

 

NaHCO3

0,524

 

ġenerali:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni =

[MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f”[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta'X

= 1 (għall-alkali earth metals)= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku tas-CO3 2-= 1

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.




ANNESS X

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

►M4  Fil-manifattura ◄ tal-prodotti taċ-ċeramika, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

 fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

 fjuwils alternattivi tal-kalkara bbażati fuq il-fossili

 fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara

 kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka/tad-dolomit u karbonati oħra fil-materja prima

 ġebla tal-franka u karbonati oħra biex jitnaqqsu l-pollutanti ta' l-arja u tindif ieħor tal-flue gases

 addittivi fossili/tal-bijomassa użati biex jikkaġunaw il-porożità, eż. polystyrol, residwi mill-produzzjoni tal-karta jew taċ-ċana

 materjal organiku fossili fit-tafal u materja prima oħrajn

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta' kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Is-CO2 jiġi rilaxxat matul il-kalċinazzjoni tal-materja prima fil-kalkara u l-ossidazzjoni tal-materjal organiku tat-tafal u ta' l-addittivi, u min-newtralizzazzjoni ta' l-HF, tal-HCl u tas-SO2 fil-flue gases bil-ġebla tal-franka u b'karbonati oħrajn u minn proċessi tat-tindif tal-flue gases oħrajn. L-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati u ta' l-ossidazzjoni tal-materjal organiku fil-kalkara u mit-tindif tal-flue gas għandhom ilkoll ikunu inklużi fl-emissjonijiet ta' l-installazzjoni. Għandhom ikunu miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet iżda jekk ikun possibbli għandhom ikunu rrapportati separatament. Il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2totali [t] = Emissjonijiet tas-CO2materjal ta' input [t] + Emissjonijiet tas-CO2tindif tal-flue gas [t]

2.1.2.1   CO2 MILL-MATERJAL TA' INPUT

Is-CO2 mill-karbonati u mill-karbonju li jinsab f'materjali ta' input oħrajn għandu jkun ikkalkulat billi jintuża jew metodu ta' kalkulazzjoni bbażat fuq l-ammont ta' karbonju inorganiku u organiku fil-materja prima (eż. karbonati differenti, il-kontenut organiku tat-tafal u ta' l-addittivi) li ġie kkonvertit fil-proċess (metodu ta' kalkulazzjoni A), jew metodoloġija bbażata fuq l-alkali earth oxides fiċ-ċeramika prodotta (metodu ta' kalkulazzjoni B). Iż-żewġ metodu jitqiesu li huma ekwivalenti għaċ-ċeramika bbażata fuq tafal purifikat jew sintetiku. Il-metodu ta' kalkulazzjoni A għandu jkun applikat għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fua tafal li mhuwiex ipproċessat u kulmeta jintuża tafal jew jintużaw addittivi b'kontenut organiku sinifikanti.

Il-kalkulazzjoni hija bbażata fuq l-input ta' karbonju (organiku u inorganiku) f'kull waħda mill-materja prima rilevanti eż. tipi differenti ta' tafal, taħlitiet ta' tafal jew addittivi. Il-kwarz/is-silika, il-feldspar, kaolina u t-talk minerali komunement ma jikkostitwixxux sorsi sinifikanti ta' karbonju.

Id-data dwar l-attività, il-fattur ta' emissjoni u l-fattur ta' konverżjoni għandhom jirreferu għal stat komuni tal-materjal, preferibbilment l-istat niexef.

Għandha tintuża l-formula tal-kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ {data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' konverżjoni }

bi:

a)   Data dwar l-attività

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatament għal kull waħda mill-materja prima rilevanti li għandha l-karbonju (ħlief għall-fjuwils) eż. tafal jew addittivi, biex ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet minn materjali rritornati jew maqbuża.

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Fattur ta' emissjoni aggregat wieħed li jinkludi karbonju organiku u inorganiku (“karbonju totali (TC)”) jista' jkun applikat għall kull fluss mis-sors (jiġifieri taħlita ta' materja prima jew addittiv rilevanti). Inkella, jista' jkun applikat żewġ fatturi ta' emissjoni differenti għall-“karbonju inorganiku totali (TIC)” u għall-“karbonju organiku totali (TOC)” għal kull fluss mis-sors. Fejn ikun applikabbli, għandhom ikunu applikati l-proporzjonijiet stojkjometriċi biex tkun ikkonvertita d-data tal-kompożizzjoni għall-karbonati individwali kif intwera fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel. Id-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-addittivi li ma tikkwalifikax bħala bijomassa pura għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13.4 ta' l-Anness I.



Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Karbonati

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

 

CaCO3

0,440 [t CO2/t CaCO3]

 

MgCO3

0,522 [t CO2/t MgCO3

 

BaCO3

0,223 [t CO2/t BaCO3

 

Ġeneral:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f’[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku tas-CO3 2- = 1

Għall-kalkulazzjoni tal-fattur ta' emissjoni, jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,2 tunnellati metriċi ta' CaCO3 (li jikkorrispondu għal 0,08794 tunnellata metrika ta' CO2) għal kull tunnellata metrika ta' tafal niexef minflok ir-riżultati ta' l-analiżijiet.

Fattur ta' emissjoni għal kull fluss mis-sors ikun derivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi tintuża l-aħjar prattika fl-industrija li tiriffletti kundizzjonijiet speċifiċi għal sit u t-taħlita tal-prodotti ta' l-installazzjoni.

Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima rilevanti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati u l-karbonju l-ieħor li jħallu l-kalkara fil-prodotti jkunu żero, fejn wieħed jassumi li kalċinazzjoni u ossidazzjoni sħiħa tkun riflessa b'fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Il-karbonati u l-karbonju li jħallu l-kalkara jinqabdu permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa ta' karbonati jew ta' karbonju ieħor. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Is-CO2 tal-kalċinazzjoni jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammonti taċ-ċeramika prodotti u s-CaO, l-MgO u l-kontenuti l-oħra ta' (earth) alkali oxide taċ-ċeramika (data dwar l-attivitàO PRODUZZJONI). Il-fattur ta' emissjoni jiġi kkoreġut għas-Ca, għall-Mg u għal kontenuti oħra ta' alkali earth/alkali li diġà ġew ikkalċinati li jiħlu fil-kalkara (data dwar l-attivitàO INPUT ), pereżempju fjuwils u materja prima alternattivi b'kontenut rilevanti ta' CaO jew MgO. Għandha tintuża l-formula ta' kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ{data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' konverżjoni }

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività tal-prodotti hija relatata mal-produzzjoni grossa inklużi l-prodotti rifjutati u l-iskart tal-ħġieġ miksur mill-kalkari u mill-kunsinna bil-baħar.

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5 %.

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5,0 %.

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Fattur ta' emissjoni aggregat wieħed għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut ta' l-ossidi metalliċi rilevanti eż. CaO, MgO u BaO fil-prodott billi jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi fit-Tabella 2.



Tabella 2

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Oxide

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Rimarki

CaO

0,785 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

MgO

1,095 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

BaO

0,287 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

ġeneral:

XY(O)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MO]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f’[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MO = piż molekolari ta' O = 16 [g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku ta' O = 1

Għall-kalkulazzjoni tal-fattur ta' emissjoni jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,123 tunnellata metrika ta' CaO (jikkorrispondi għal 0,09642 tunnellata metrika ta' CO2) għal kull tunnellata metrika ta' prodott minflok ir-riżultati ta' l-analiżijiet.

Fattur ta' emissjoni ikun derivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi tintuża l-aħjar prattika fl-industrija li tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi għal sit u t-taħlita tal-prodotti ta' l-installazzjoni.

Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-ossidi rilevanti fil-materja prima jkunu żero, jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca, l-Mg, il-Ba u l-alkali oxides rilevanti l-oħra kollha fil-prodott oriġinaw minn materja prima karbonata, li jkun rifless b'fatturi ta' konverżjoni ta' valur ta' 1.

L-ossidi rilevanti fil-materja prima jiġu riflessi permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1, fejn valur ta' 0 jikkorrispondi għall-kontenut sħiħ ta' l-ossidu rilevanti li diġà qiegħed fil-materja prima. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.1.2.2   CO2 MILL-ĠEBLA TAL-FRANKA GĦAT-TNAQQIS TAL-POLLUTANTI TA' L-ARJA U TINDIF IEĦOR TAL-FLUE GASES

Is-CO2 mill-ġebla tal-franka għat-tnaqqis tal-pollutanti ta' l-arja u għal tindif ieħor tal-flue gases għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' input ta' CaCO3. Għandu jkun evitat l-għadd doppju mill-ġebla tal-franka użat li jiġi riċiklat bħala materja prima fl-istess installazzjoni.

Għandha tintuża l-formula tal-kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni bi

a)   Data dwar l-attività

L-ammont [t] ta' CaCO3 niexef ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ li ġie ddeterminat bl-użin mill-operaturi jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 7,5.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Proporzjonijiet stojkjometriċi ta' CaCO3 kif jintwerew fit-tabella 1.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.




ANNESS XI

▼M4

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

▼B

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, jekk l-installazzjoni tesporta CO2 derivat mill-fjuwils fossili, pereżempju lil installazzjoni tal-karbonat tal-kalċju .ppreċipitat (PCC) li tinsab fil-qrib, dawn l-esportazzjonijiet m'għandhomx ikunu inklużi fl-emissjonijiet ta' l-installazzjoni.

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Il-proċessi tal-fabbrika tal-polpa tal-karti u tal-karta bil-potenzjal li jirrilaxxaw emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

 bojlers ta' l-enerġija, turbini tal-gass, u apparati ta' kombustjoni oħra li jipproduċu stim jew enerġija għall-fabbrika

 bojlers ta' rkupru u apparati oħra li jaħarqu s-sustanzi tat-taħlit biex jagħmlu l-polpa tal-karti li ntużaw

 inċineraturi

 kalkari tal-ġir u kalċinaturi

  scrubbing tal-gassijiet ta' skart

  dryers li jaħdmu bil-fjuwil fossili (bħal dryers infraħomor)

It-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ u tal-miżbliet, inkluż it-trattament anejrobiku ta' l-ilma tad-dranaġġ jew l-operazzjonijiet tad-diġestjoni ta' effluwent imtajjen u l-miżbliet li ntużaw biex jintrema l-iskart tal-fabbriki, mhumiex elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, l-emissjonijiet tagħhom jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet mill-proċessi ta'kombustjoni li jsiru fl-installazzjonijiet tal-polpa tal-karti u tal-karta għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Anness II.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet huma kkawżati mill-użu ta' karbonati bħala kimiċi ta' l-għamla fil-fabbriki tal-polpa tal-karti. Għalkemm it-telf tas-sodju u tal-kalċju mis-sistema ta' rkupru u miż-żona ta' kawstiċizzjoni ġeneralment jiġu kkumpensati billi jintużaw kimiċi li mhumiex karbonati, ġieli jintużaw ammonti żgħar ta' Karbonat tal-Kalċju (CaCO3) u ta' Karbonat tas-Sodju (Na2CO3), li jirriżultaw f'emissjonijiet tas-CO2. Il-karbonju li jinsab f'dawn il-kimiċi ġeneralment ikun ta' oriġini fossili, għalkemm f'ċerti każijiet (eż. Na2CO3 mixtri minn fabbriki semi-kimiċi bbażati fuq is-soda) jista' jkun derivat mill-bijomassa.

Wieħed jassumi li l-karbonju f'dawn il-kimiċi jiġi emess bħala CO2 mill-kalkara tal-ġir jew mill-forn ta' rkupru. Dawn l-emissjonijiet jiġu ddeterminati billi wieħed jassumi li l-karbonju kollu fis-CaCO3 u fin-Na2CO3 li jintużaw fiż-żoni ta' rkupru u ta' kawstiċizzjoni jiġi rilaxxat fl-atmosfera.

L-għamla tal-kalċju hija meħtieġa minħabba t-telf miż-żona ta' kawstiċizzjoni, li l-parti l-kbira minnu jkun fil-forma ta' karbonat tal-kalċju.

L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 = S {(Data dwar l-attività Karbonat * Fattur ta' emissjoni)}

Bi:

a)   Data dwar l-Attività

Id-data dwar l-attivitàKarbonat hija l-ammonti ta' CaCO3 u Na2CO3 ikkonsmati fil-proċess.

L-ammonti [t] ta' CaCO3 u Na2CO3 li ġew ikkonsmati fil-proċess kif ġie ddeterminat mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 2,5 %.

L-ammonti [t] ta' CaCO3 u Na2CO3 li ġew ikkonsmati fil-proċess kif ġie ddeterminat mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 1,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-proporzjonijiet stojkojmetriċi [tCO2/t CaCO3] u [tCO2/t Na2CO3] għall-karbonati li mhumiex tal-bijomassa kif ġie indikat fit-Tabella 1. Il-karbonati tal-bijomassa huma mgħobbija b'fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/t Karbonat].



Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Tip u oriġini ta' Karbonat

Fattur ta' emissjoni

[t CO2/t Karbonat]

CaCO3 ta' l-għamla tal-fabbrika tal-polpa tal-karti

0,440

Na2CO3 ta' l-għamla tal-fabbrika tal-polpa tal-karti

0,415

Dawn il-valuri għandhom ikunu aġġustati skond l-irtuba u l-kontenut tal-gangue tal-materjali karbonati applikati.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linjigwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

▼M3




ANNESS XII

▼M4

Linji gwida għal determinazzjoni ta’ emissjonijiet jew ta’ ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’sistemi ta’ kejl kontinwu

▼M3

1.    IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. F’istallazzjoni, l-emissjonijiet jistgħu jseħħu f’diversi sorsi tal-emissjonijiet.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għas-sistemi ta’ kejl kontinwu użati biex jiġu kkalkulati l-flussi tas-CO2 fil-pajpijiet, b’mod partikulari meta dawn jintużaw għat-trasferiment tas-CO2 bejn l-istallazzjonijiet bħal meta dan iseħħ biex is-CO2 jinqabad, jinġarr jew jinħażen b’mod ġeoloġiku. Għal dan il-għan, ir-referenzi għall-emissjonijiet fit-Taqsimiet 6 u 7.2 tal-Anness I għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-ammont ta’ CO2 ttrasferit f’konformità mat-Taqsima 5.7 tal-Anness I.

2.    IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET B’EFFETT TAS-SERRA

Is-saff nru 1:

Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 10 %.

Is-saff nru 2:

Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 7,5 %.

Is-saff nru 3:

Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 5 %.

Is-saff nru 4:

Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 2,5 %.

L-approċċ ġenerali:

L-emissjonijiet totali tal-gass b’effett tas-serra (il-GHG) minn sors ta’ emissjoni jew l-ammont tas-CO2 li jgħaddi mill-punt tal-kejl matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formola ta’ hawn taħt. F’każ li jkun hemm diversi sorsi tal-emissjonijiet fi stallazzjoni waħda u f’każ li dawn ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed, l-emissjonijiet minn dawn is-sorsi tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu b’mod separat u għandhom jingħaddu flimkien mal-emissjonijiet totali tal-gass speċifiku matul il-perjodu ta’ rrappurtar fl-istallazzjoni kollha.

image

Il-parametri tal-konċentrazzjoni tal-GHGs u tal-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni għandhom jiġu kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 tal-Anness I. Għall-kejl tas-CO2 ttrasferit fil-pajpijiet, it-Taqsima 6 tal-Anness I għandha tapplika daqslikieku l-punt tal-kejl kien sors tal-emissjonijiet, kif xieraq. Għat-tali punti tal-kejl ma għandu jkun meħtieġ l-ebda kalkolu li jikkorroborah skont it-Taqsima 6.3(c).

Il-konċentrazzjoni tal-GHGs

Il-konċentrazzjoni tal-GHGs fil-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni tiġi kkalkulata permezz tal-kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv. Il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ titkejjel b’żewġ modi:

Il-konċentrazzjoni tal-GHGs titkejjel b’mod dirett.

Fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ferm tal-GHGs, bħal fil-każ tan-netwerks tat-trasport, il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ tiġi kkalkulata billi jintuża bilanċ tal-massa, filwaqt li jitqiesu l-valuri mkejla tal-konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħrajn kollha tan-nixxiegħa tal-gass kif imniżżel fil-pjan tal-monitoraġġ tal-istallazzjoni:

image

Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni

Il-fluss tal-gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni jista’ jkun ikkalkulat billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin.

Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz ta’ metodu tal-bilanċ tal-massa, li jqis il-parametri sinifikanti kollha bħall-piżijiet tal-materjal tad-dħul, il-fluss tal-arja tad-dħul, l-effiċjenza tal-proċess, u, fuq in-naħa tal-produzzjoni, il-produzzjoni tal-prodott, il-konċentrazzjoni tal-O2, u l-konċentrazzjonijiet tas-SO2 u tan-NOx.

Il-metodu speċifiku tal-kalkolu għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan tal-monitoraġġ u tal-metodoloġija tal-monitoraġġ inkluża fih.

Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f’punt rappreżentattiv.

▼M1




L-ANNESS XIII

Linji gwida speċifiċi għal attività partikolari għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ossidu nitruż (N2O) mill-produzzjoni ta’ aċidu nitriku, aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku

1.   LIMITAZZJONIJIET U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attività partikolari li jinsabu f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku fi stallazzjonijiet rilevanti inklużi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Għal kull attività li minnha jkun hemm emissjonijiet tal-N2O, is-sorsi kollha li jirrilaxxaw N2O minn proċessi ta’ produzzjoni għandhom ikunu koperti, inkluż fejn l-emissjonijiet ta’ N2O minn produzzjoni jiġu inkanalati minn ġo kwalunkwe tagħmir li jnaqqashom. Dan jinkludi:

 il-produzzjoni ta’ aċidu nitriku – emissjonijiet tal-N2O mill-ossidazzjoni katalitika tal-ammonja u/jew mill-unitajiet ta’ tnaqqis tal-NOx/N2O;

 il-produzzjoni ta’ aċidu adipiku - emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjoni ta’ ossidazzjoni, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll ta’ emissjonijiet;

 il-produzzjoni tal-glijossal u l-aċidu glijossiliku – emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjonijiet tal-proċessi, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

 il-produzzjoni tal-kaprolaktam – emissjonijiet tal-N2O inklużi dawk mir-reazzjonijiet tal-proċessi, kwalunkwe proċess dirett ta’ ċirkolazzjoni tal-arja u/jew kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikaw għall-ebda emissjoni tal-N2O minn kombustjoni ta’ fjuwils.

Kwalunkwe emissjoni rilevanti ta’ CO2 assoċjata direttament mal-proċess ta’ produzzjoni (u li mhijiex diġà koperta mill-EU ETS) li hija diġà inkluża fil-permess tal-emissjoni tal-gassijiet serra tal-istallazzjoni għandha tiġi mmonitorjata skont dawn il-Linji gwida.

L-Anness I, it-Taqsima 16 ma tapplikax għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet N2O.

2.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET CO2(e) u N2O

2.1.   EMISSJONIJIET TA’ N2O FIS-SENA

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku għandhom jitkejlu permezz ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet (bl-esklużjoni ta’ sorsi de minimis – it-Taqsima 6.3).

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet għal emissjonijiet imnaqqsa u l-metodu ta’ kalkolu (ibbażat fuq metodu ta’ miżien tal-piż (it-Taqsima 2.6)) għal okkorrenzi temporanji ta’ emissjonijiet imnaqqsa.

It-total fis-sena ta’ emissjonijiet ta’ N2O mill-istallazzjoni huwa l-għadd tal-emissjonijiet fis-sena ta’ N2O mis-sorsi kollha tagħha ta’ emissjonijiet.

Għal kull sors ta’ emissjonijiet fejn jiġi applikat il-metodu ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet, l-emissjonijiet totali fis-sena huma l-għadd tal-emissjonijiet kollha fis-siegħa bl-użu ta’ din il-formula:

image

Fejn:

emissjonijiet ta’ N2Ofis-sena

=

emissjonijiet totali ta’ N2O fis-sena mis-sors tal-emissjonijiet f’tunellati ta’ N2O

N2O konċ konċ fis-siegħa

=

konċentrazzjonijiet ta’ N2O fis-siegħa f’mg/Nm3 fil-fluss ta’ gass fit-tubu mkejla waqt it-tħaddim

Fluss ta’ gass fit-tubu

=

il-fluss ta’ gass fit-tubu kif ikkalkulat hawn taħt f’Nm3/siegħa għal kull konċentrazzjoni f’kull siegħa

2.2.   EMISSJONIJIET TA’ N2O FIS-SIEGĦA

Il-medja fis-sena ta’ emissjonijiet ta’ N2O fis-siegħa għal kull sors fejn jiġi applikat il-metodu ta’ kejl kontinwu ta’ emissjonijiet għandha tiġi kkalkulata bil-formula li ġejja:

image

Fejn:

emissjonijiet ta’ N2O medja fis-siegħa

=

medja ta’ emissjonijiet ta’ N2O fis-siegħa fis-sena f’kg/siegħa mis-sors

konċentrazzjoni ta’ N2O fis-siegħa

=

konċentrazzjonijiet ta’ N2O fis-siegħa f’mg/Nm3 fil-fluss ta’ gass fit-tubu mkejla waqt it-tħaddim

Fluss ta’ gass fit-tubu

=

il-fluss ta’ gass fit-tubu kif ikkalkulat hawn taħt f’Nm3/siegħa għal kull konċentrazzjoni f’kull siegħa

L-inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena għal kull sors ta’ emissjonijiet ma għandhiex taqbeż il-valuri tal-livelli ddefiniti hawn taħt. Il-metodu bbażat fuq l-ogħla livell għandu jintuża mill-operaturi kollha. F’każ biss li jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-metodu bbażat fuq l-ogħla livell mhuwiex teknikament vijabbli jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, jista’ jintuża l-livell aktar baxx li jmiss. Għall-perjodu ta’ rapportaġġ 2008-2012 bħala minimu għandu jiġi applikat il-Livell 2 għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli.

F’każijiet fejn l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-livell 1 għal kull sors ta’ emissjonijiet mhijiex teknikament vijabbli jew twassal għal spejjeż għoljin wisq (għajr sorsi de minimis), l-operatur għandu japplika u juri konformità mal-livell xieraq għall-emissjonijiet totali fis-sena għas-sors tal-emissjonijiet imsemmi fit-Taqsima 2, l-Anness XII. Għall-perjodu ta’ rapportaġġ 2008-2012 ir-rekwiżit minimu huwa l-Livell 2, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli. L-istallazzjonijiet rispettivi li japplikaw dan il-metodu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummisjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Livell 1:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn 10 %.

Il-Livell 2:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn 7.5 %.

Il-Livell 3:

Għal kull sors ta’ emissjonijiet għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-medja tal-emissjonijiet fis-siegħa fis-sena ta’ inqas minn ± 5 %.

2.3.   KONĊENTRAZZJONIJIET TA’ N2O FIS-SIEGĦA

Il-konċentrazzjonijiet tal-N2O fis-siegħa [mg/Nm3] fil-gass fit-tubu minn kull sors ta’ emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati b’kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv, wara li jkunu għaddew mit-tagħmir li jnaqqashom (jekk jintuża tali tagħmir).

Tekniki ta’ kejl adegwati jinkludu l-Ispektroskopija IR, iżda jistgħu jintużaw oħrajn skont il-paragrafu 2 tat-Taqsima 6.1 tal-Anness I, basta jilħqu l-livell ta’ inċertezza meħtieġ għall-emissjonijiet tal-N2O. It-tekniki li jintużaw għandu jkollhom il-kapaċità li jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta’ N2O ta’ kull sors ta’ emissjonijiet f’kundizzjonijiet fejn ikun intuża tagħmir ta’ tnaqqis u wkoll meta tali tagħmir ma jkunx intuża (pereżempju f’perjodi meta t-tagħmir ta’ tnaqqis ikun bil-ħsara u l-konċentrazzjonijiet jiżdiedu). Jekk l-inċertezzi jiżdiedu matul tali perjodi, dawn għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.4.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-FLUSS TA’ GASS FIT-TUBU

Il-metodi għall-monitoraġġ tal-fluss ta’ gass fit-tubu ddefiniti fl-Anness XII għandhom jintużaw għall-kejl tal-fluss ta’ gass fit-tubu għal skopijiet ta’ monitoraġġ ta’ emissjonijiet ta’ N2O.

Għall-produzzjoni tal-aċidu nitriku, għandu jiġi applikat il-metodu A għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli, f’liema każ jista’ jintuża metodu alternattiv, bħal pereżempju metodu li juża miżien tal-piż ibbażat fuq parametri sinifikanti (bħal pereżempju l-piż tal-input ta’ ammonja) jew id-determinazzjoni tal-fluss b’kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet, basta tali metodu jkun approvat mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoliġija tal-monitoraġġ inkluża fih.

Għal attivitajiet oħrajn, jistgħu jintużaw metodi oħrajn għall-monitoraġġ tal-fluss ta’ gass fit-tubu deskritti fl-Anness XII, basta jkunu approvati mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija tal-monitoraġġ inkluża fih.

Il-Metodu A – Il-produzzjoni tal-Aċidu Nitriku

Il-fluss ta’ gass fit-tubu għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

image

Fejn:

Varja

=

fluss totali ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

O2 arja

=

il-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fl-arja niexfa [= 0.2095];

O2 gass fit-tubu

=

il-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fil-gass fit-tubu.

Il-Varja għandu jiġi kkalkulat bħala l-għadd tal-flussi kollha ta’ arja li jidħlu fl-unità ta’ produzzjoni tal-aċidu nitriku.

L-istallazzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja, sakemm fil-pjan ta’ monitoraġġ tagħha ma jkunx speċifikat mod ieħor:

Varja = Vprimarju + Vsekondarju + Vsiġill

Fejn:

Vprimarju

=

Fluss primarju ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Vsekondarju

=

Fluss sekondarju ta’ arja ta’ input f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Vsiġill

=

Fluss ta’ arja ta’ input fis-siġill f’Nm3/siegħa f’kundizzjonijiet standard;

Il-Vprimarju jiġi ddeterminat b’kejl kontinwu ta’ fluss qabel ma jsir it-taħlit mal-ammonja. Il-Vsekondarju jiġi ddeterminat b’kejl kontinwu ta’ fluss pereżempju qabel l-unità tal-irkupru tas-sħana. Il-Vsiġill huwa il-fluss ta’ arja mnaddaf fil-proċess ta’ produzzjoni tal-aċidu nitriku (jekk ikun rilevanti).

Għal kurrenti ta’ arja ta’ input li flimkien jammontaw għal anqas minn 2,5 % tal-fluss totali tal-arja, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta metodi ta’ kalkolu għad-determinazzjoni ta’ din ir-rata ta’ fluss tal-arja proposta mill-operatur ibbażati fuq l-aqwa prattiki tal-industrija.

L-operatur għandu jipprovdi evidenza permezz ta’ kejliet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim li l-fluss ta’ gass fit-tubu mkejjel huwa omoġenju biżżejjed biex ikun jista’ jintuża l-metodu ta’ kejl propost. Jekk permezz ta’ dawn il-kejliet jiġi kkonfermat fluss li mhuwiex omoġenju, dan għandu jitqies waqt id-determinazzjoni ta’ metodi xierqa ta’ monitoraġġ u meta tiġi kkalkulata l-inċertezza fl-emissjonijiet tal-N2O.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.5.   L-OSSIĠNU (O2)

Il-konċentrazzjonijiet ta’ ossiġnu fil-gass fit-tubu għandhom jitkejlu jekk ikunu meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-fluss tal-gass fit-tubu skont it-Taqsima 2.4. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-kejliet tal-konċentrazzjonijiet fit-Taqsima 6 tal-Anness I. Tekniki ta’ kejl adegwati jinkludu: pressjoni paramanjetika li talterna, miżien manjetiku tal-liwi u sonda tad-diossidu taż-żirkonju. L-inċertezza tal-kejliet tal-konċentrazzjonijiet tal-O2 għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-inċertezza tal-emissjonijiet tal-N2O.

Il-kejliet kollha għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ gass niexef u għandhom jiġu rrappurtati b’mod konsistenti.

2.6.   KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-N2O

Għal emissjonijiet mhux imnaqqsa, speċifiċi u perjodiċi, ta’ N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku (bħal pereżempju emissjonijiet mhux imnaqqsa miċ-ċirkolazzjoni għal raġunijiet ta’ sikurezza u/jew meta l-impjant ta’ tnaqqis ikun bil-ħsara) fejn il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet tal-N2O mhuwiex teknikament vijabbli, il-kalkolu tal-emissjonijiet tal-N2O jista’ jiġi applikat permezz ta’ miżien tal-piż. Il-metodu ta’ kalkolu għandu jiġi bbażat fuq ir-rata massima ta’ emissjonijiet potenzjali ta’ N2O mir-reazzjoni kimika li sseħħ fil-perjodu u l-waqt tal-emissjonijiet. Il-metodu ta’ kalkolu speċifiku għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-metodoloġija ta’ monitoraġġ inkluża fih.

L-inċertezza fi kwalunkwe emissjoni kkalkulata għal sors ta’ emissjonijiet speċifiku għandha titqies fid-determinazzjoni tal-medja tal-inċertezza fis-siegħa fis-sena għas-sors tal-emissjonijiet. Għall-emissjonijiet ikkalkulati jew fejn tintuża kombinazzjoni ta’ kalkolu u kejl kontinwu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-N2O għandhom jiġu applikati l-istess livelli li jintużaw għall-emissjonijiet imkejla totalment b’kejl kontinwu ta’ emissjonijiet.

3.   KALKOLU TA’ EKWIVALENTI TA’ CO2 (CO2(e)) FIS-SENA

It-total tal-emissjonijiet tal-N2O fis-sena mis-sorsi kollha tal-emissjonijiet (imkejla f’tunnellati sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) għandhom jitbiddlu f’emissjonijiet ta’ CO2(e) fis-sena (imqarrba lejn l-eqreb tunnellata) permezz tal-formula li ġejja:

image

Għall-emissjonijiet matul il-perjodu 2008-12, għandu jintuża l-Potenzjal għat-Tisħin Globali GWPN2O = 310 t CO2(e)/t N2O, li huwa l-valur pprovdut fit-Tieni Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (il-valur GWP tal-IPCC, 1995).

L-ammont totali ta’ CO2(e) iġġenerat mis-sorsi kollha tal-emissjonijiet u kwalunkwe emissjoni diretta ta’ CO2 minn sorsi oħrajn ta’ emissjonijiet (jekk ikunu inklużi fil-permess tal-gassijiet serra) għandu jiżdied mat-total tal-emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena ġġenerat mill-istallazzjoni u għandu jintuża għar-rappurtaġġ u ċ-ċediment tal-kwoti.

4.   DETERMINAZZJONI TAR-RATI TA’ ATTIVITÀ TAL-PRODUZZJONI

Ir-rati tal-produzzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta’ rapporti tal-produzzjoni u s-sigħat ta’ tħaddim kuljum.

5.   PJAN TA’ MONITORAĠĠ

Minbarra r-rekwiżiti ddefiniti fl-Anness I, it-Taqsima 4.3 (a), (b), (c), (d), (j), (k), (m) u (n), il-pjanijiet ta’ monitoraġġ għal stallazzjonijiet koperti b’dan l-Anness għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a) il-punti kollha rilevanti ta’ emissjonijiet matul operazzjoni tipika, u matul fażijiet limitati u ta’ tranżizzjoni (eż. perjodi ta’ ħsara jew fażijiet ta’ kummissjunar) murija fuq dijagramma ta’ proċess;

(b) il-metodu u l-parametri li jintużaw biex jiġu ddeterminati l-kwantità ta’ materjali (eż. l-ammonja) użati fil-proċess tal-produzzjoni u l-kwantità massima ta’ materjal li jintuża skont il-kapaċità sħiħa tal-istallazzjoni;

(ċ) il-metodu u l-parametri użati biex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ prodott immanifatturat bħala piż fis-siegħa, espress bħala aċidu nitriku (100 %), aċidu adipiku (100 %), glijossal u aċidu glijossiliku u kaprolaktam fis-siegħa rispettivament;

(d) il-metodu u l-parametri użati biex jiġu ddeterminati l-konċentrazzjoni ta’ N2O fil-gass fit-tubu minn kull sors ta’ emissjoni, il-firxa ta’ operazzjoni tagħha, l-inċertezza tagħha, u dettalji dwar kwalunkwe metodu alternattiv li għandu jiġi applikat jekk il-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux fil-firxa tal-operazzjoni u s-sitwazzjonijiet meta dan jista’ jseħħ;

(e) il-metodu użat biex jiġu ddeterminati r-rata totali tal-fluss ta’ gass fit-tubu (espressa f’Nm3 fis-siegħa) minn kull sors ta’ emissjonijiet, il-firxa ta’ operazzjoni tagħha u l-inċertezza. Jekk ikunu dderivati permezz ta’ kalkolu, għandhom jingħataw id-dettalji għal kull fluss ta’ gass fit-tubu mmonitorjat;

(f) il-metodu ta’ kalkolu użat biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O minn sorsi perjodiċi, mhux imnaqqsa ta’ produzzjoni ta’ aċidu adipiku, kaprolaktam, glijossal u aċidu glijossiliku;

(g) il-mod kif u sa liema livell topera l-istallazzjoni b’piżijiet varjabbli, u l-mod kif titwettaq il-ġestjoni operazzjonali;

(h) il-metodu u kwalunkwe formula ta’ kalkolu li jintużaw biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O fis-sena minn kull sors ta’ emissjonijiet;

(i) il-kundizzjonijiet tal-proċess li jiddevjaw minn operazzjonijiet normali, indikazzjoni tal-frekwenza potenzjali u d-dewma ta’ tali kundizzjonijiet, kif ukoll indikazzjoni tal-volum ta’ emissjonijiet ta’ N2O waqt il-kundizzjonijiet li jiddevjaw mill-proċess (bħal pereżempju ħsara fit-tagħmir);

(j) il-valutazzjoni użata biex turi l-konformità mar-rekwiżiti ta’ inċertezza tal-livell imsemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness u l-livell milħuq;

(k) il-valur espress f’kg/N2O fis-siegħa li jkun ġie ddeterminat skont l-Anness I it-Taqsimiet 6.3 a) u b) biex jintuża f’każ li t-tagħmir ta’ kejl ikun bil-ħsara jew ma jaħdimx kif suppost,

(l) Dettalji ta’ kwalunkwe devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-istandards ġenerali bħal pereżempju l-EN14181 u l-ISO 14956:2002;

Minbarra r-rekwiżiti fl-Anness I, it-Taqsima 4.3, bidla sostanzjali fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ bħala parti mill-pjan ta’ monitoraġġ għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk tikkonċerna:

 bidliet sinifikanti fil-mod kif tiffunzjona l-istallazzjoni li jaffettwaw il-livell totali ta’ emissjonijiet ta’ N2O, il-konċentrazzjoni ta’ N2O, ir-rata tal-fluss jew parametri oħrajn tal-gass fit-tubu, speċjalment jekk jiġu installati jew ssostitwiti miżuri ta’ tnaqqis;

 idliet fil-metodi użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ N2O, inklużi bidliet fil-kejl kontinwu tal-konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet tal-ossiġnu u l-fluss ta’ gass fit-tubu, jew il-metodu ta’ kalkolu li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-inċertezza totali tal-emissjonijiet;

 bidliet fil-parametri użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u/jew il-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-aċidu adipiku, il-kaprolaktam, il-glijossal u l-aċidu glijossiliku fis-sena;

 bidliet fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

6.   ĠENERALI

6.1.   RATA TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI

Medji fis-siegħa validi għandhom jiġu kkalkulati skont it-Taqsima 6.3 (a) tal-Anness I:

 għall-konċentrazzjoni tal-N2O fil-gass fit-tubu;

 għall-fluss totali ta’ gass fit-tubu fejn dan jitkejjel direttament u fejn huwa meħtieġ;

 għall-flussi tal-gassijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-ossiġnu kollha meħtieġa biex jiġi ddeterminat b’mod indirett il-fluss totali tal-gass fit-tubu.

6.2.   DEJTA NIEQSA

Dejta nieqsa għandha titqies skont l-Anness I it-Taqsima 6.3 (a) u (b). Jekk ikun hemm dejta nieqsa minħabba ħsara fit-tagħmir tat-tnaqqis, wieħed għandu jassumi li l-emissjonijiet matul dik is-siegħa partikolari kollha ma kinux imnaqqsa u għandhom jiġu kkalkulati valuri ta’ sostituzzjoni skont dan.

L-operatur għandu jieħu kull pass prattiku meħtieġ biex jiżgura li t-tagħmir ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ma jdumx bil-ħsara għal aktar minn ġimgħa fi kwalunkwe sena kalendarja. Jekk dan iseħħ, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih.

6.3.   SORSI DE MINIMIS TA’ N2O

“Flussi minn sorsi de minimis” għal sorsi ta’ emissjonijiet ta’ N2O tfisser fluss wieħed jew aktar minuri, mhux imnaqqsa minn sors, magħżul/a mill-operatur u li flimkien jirrilaxxaw 1 000 tunnellata ta’ CO2(e) jew anqas fis-sena, jew li jirrilaxxaw anqas minn 20 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena u jikkontribwixxu għal anqas minn 2 % tal-emissjonijiet totali ta’ CO2(e) ta’ dik l-istallazzjoni.

Soġġett għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ japplika metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ billi juża l-kalkolu tiegħu mingħajr l-użu ta’ livelli għal kurrenti minn sorsi de minimis ta’ N2O.

6.4.   KALKOLU KORROBORATTIV TAL-EMISSJONIJIET

L-Anness I it-Taqsima 6.3(c) għandu japplika għal emissjonijiet ta’ N2O korroborattivi rrappurtati (minn kejl u kalkolu ta’ emissjonijiet kontinwi) u mwettqa bl-użu ta’ dejta tal-produzzjoni, il-Linji gwida tal-IPCC, 2006 u l-metodu speċifikat fl-Anness I, it-Taqsima 10.3.3. “Metodu orizzontali”.

7.   IL-VALUTAZZJONIJIET TAL-INĊERTEZZA

Il-valutazzjonijiet tal-inċertezza meħtieġa biex juru konformità mal-livelli rilevanti fit-Taqsima 2 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ kalkolu ta’ propagazzjoni tal-iżbalji li jqis l-inċertezza tal-elementi kollha tal-kalkolu tal-emissjonijiet. Għall-kejl kontinwu s-sorsi ta’ inċertezza li ġejjin għandhom jiġu vvalutati skont l-EN 14181 u l-ISO 14956:2002:

 l-inċertezza speċifikata ta’ tagħmir ta’ kejl kontinwu inklużi l-kampjuni;

 l-inċertezzi assoċjati mal-kalibrazzjoni, u

 inċertezza addizzjonali relatata ma’ kif it-tagħmir ta’ monitoraġġ qed jintuża fil-prattika.

Għall-kalkolu tal-inċertezza totali li għandha tintuża fit-Taqsima 2.2, għandhom jintużaw il-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ddeterminati skont it-Taqsima 2.3. Għall-iskop tal-kalkolu tal-inċertezza biss, konċentrazzjonijiet ta’ N2O taħt 20 mg/Nm3 għandhom jiġu ssostitwiti b’valur awtomatiku ta’ 20 mg/Nm3.

L-operatur, permezz tal-proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll, għandu jamministra u jnaqqas il-bqija tal-inċertezzi tad-dejta tal-emissjonijiet fir-rapport tiegħu tal-emissjonijiet. Matul il-proċess ta’ verifika, il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija tal-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u ta’ kontroll tal-operatur.

8.   KONTROLL U VERIFIKA

8.1.   KONTROLL

Minbarra r-rekwiżiti fl-Anness I it-Taqsimiet 10.1, 10.2 u 10.3, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li ġejjin:

 l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-N2O u l-ossiġnu għandha titwettaq skont l-EN 14181;

 it-tagħmir ta’ kejl installat għandu jiġi kkalibrat permezz ta’ kejliet paralleli darba kull tliet xhur;

 fejn il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet (ELVs) jintużaw tipikament bħala l-bażi tal-kalibrazzjoni tal-monitoraġġi kontinwi ta’ emissjonijiet, u fejn ma jeżisti l-ebda ELV għall-N2O jew l-O2, għandha tintuża il-medja tal-konċentrazzjoni fis-siegħa fis-sena biex tissostitwixxi l-ELVs ta’ dan it-tip;

 il-QAL 2 għandu jsir ma’ gassijiet ta’ referenza adegwati minbarra mal-gass li jkun qed jintuża bħala kampjun, biex tkun żgurata valutazzjoni ta’ firxa ta’ kalibrazzjoni wiesgħa biżżejjed;

 it-tagħmir ta’ kejl li jkejjel il-volum tal-fluss ta’ gass fit-tubu għandu jiġi kkalibrat kull sena jew meta l-impjant issirlu l-manutenzjoni, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Il-kwalità tal-assigurazzjoni tal-volum tal-fluss ta’ gass fit-tubu ma hemmx bżonn li titwettaq skont l-EN 14181;

 jekk verifiki interni jsibu nuqqas ta’ konformità mal-EN 14181 jew li għandha ssir kalibrazzjoni mill-ġdid, dan għandu jiġi rrappurtat lill-awtorità kompetenti mingħajr l-ebda dewmien.

8.2.   VERIFIKA

Minbarra r-rekwiżiti ta’ verifika ddefiniti fit-Taqsima 10.4, għandhom jiġu ċċekkjati dawn li ġejjin:

 il-korrettezza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsimiet 7 u 8.1 ta’ dan l-Anness;

 metodi ta’ kalkoli u riżultati fejn dejta nieqsa ġiet issostitwita b’valuri kkalkulati.

 kredibbiltà tal-valuri ta’ sostituzzjoni kkalkulati u l-valuri mkejla;

 kwalunkwe valutazzjoni komparattiva li tikkorrobora r-riżultati tal-emissjonijiet u l-metodi bbażati fuq il-kalkoli u r-rapportaġġ ta’ dejta dwar attività, fatturi ta’ emissjonijiet u affarijiet simili.

9.   RAPPURTAĠĠ

L-emissjonijiet totali ta’ N2O fis-sena għandhom jiġu rrappurtati f’tunnellati sa tliet ċifri wara l-punt deċimali u bħala CO2(e) imqarrba lejn l-eqreb tunnellata.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ rapportaġġ iddefiniti fit-Taqsima 8 tal-Anness I l-operaturi ta’ stallazzjonijiet koperti b’dan l-Anness għandhom jirrapurtaw it-tagħrif li ġej għall-istallazzjonijiet tagħhom:

(a) il-ħin ta’ tħaddim tal-unità tal-ipproċessar u l-ħin totali ta’ tħaddim tal-impjant fis-sena;

(b) id-dejta tal-produzzjoni għal kull unità u l-metodu użat biex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ prodott;

(ċ) il-kriterji ta’ kejl użati fil-kwantifikazzjoni ta’ kull parametru;

(d) l-inċertezza għal kull parametru mkejjel u kkalkulat (inklużi l-konċentrazzjonijiet tal-gass, il-fluss ta’ gass fit-tubu, l-emissjonijiet ikkalkulati) u l-inċertezza totali tal-piż fis-siegħa li tirriżulta u/jew iċ-ċifra tal-emissjonijiet fis-sena.

(e) id-dettalji ta’ kwalunkwe ħsara fit-tagħmir li affettwat il-kejl tal-emissjonijiet u l-fluss tal-emissjonijiet/ta’ gass fit-tubu, inkluż l-għadd ta’ drabi, is-sigħat affettwati, id-dewma u d-dati ta’ meta kien hemm il-ħsarat.

(f) id-dettalji dwar meta kien hemm il-ħtieġa li tiġi applikata t-Taqsima 6.2 ta’ dan l-Anness, inklużi l-għadd ta’ drabi, is-sigħat affettwati, il-kalkoli u l-valuri ta’ sostituzzjoni użati;

(g) id-dejta ta’ input li tintuża fi kwalunkwe valutazzjoni korroborattiva skont l-Anness I, it-Taqsimiet 6.3(c) u 4.3 biex jiġu ċċekkjati l-emissjonijiet ta ’ N2O fis-sena.

▼M2




ANNESS XIV

Linji gwida speċifiċi għall-attività għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE

1.   KONFINI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida skont attività speċifika f’dan l-Anness għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. L-Anness II għall-kombustjoni tal-karburanti mhuwiex applikabbli għas-sorsi mobbli bħall-inġenji tal-ajru.

It-titjiriet kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u magħmula minn operatur tal-inġenji tal-ajru matul il-perjodu ta’ rappurtar għandhom ikunu nklużi. Għall-iskop li jkun identifikat l-operatur tal-inġenji tal-ajru uniku kif definit bl-Artikolu 3(o) tad-Direttiva 2003/87/KE responsabbli għal titjira, se jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-iskopijiet tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC). Is-sinjal tas-sejħa huwa d-deżinjatur ICAO fil-kaxxa 7 tal-pjan tat-titjira jew, jekk mhux disponibbli, il-marka ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Jekk l-identità tal-operatur tal-inġenju tal-ajru mhix magħrufa, is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi kkunsidrat bħala l-operatur tal-inġenju tal-ajru sakemm ma jagħtix prova għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta’ min kien l-operatur tal-inġenju tal-ajru.

2.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għandhom ikunu kkalkolati bl-użu tal-formula:

Emissjonijiet tas-CO2 = Komsum tal-karburant * fattur tal-emissjoni

2.1.   L-GĦAŻLA TAL-METODOLOĠIJA

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddefinixxi fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodoloġija ta’ monitoraġġ tintuża għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru. Fil-każ li l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu l-intenzjoni li juża tipi ta’ inġenji tal-ajru mikrija jew oħrajn li għadhom mhumiex inklużi fil-pjan ta’ monitoraġġ fil-mument ta’ sottomissjoni lill-awtorità kompetenti, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi fil-pjan ta’ monitoraġġ deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tintuża sabiex tkun definita l-metodoloġija ta’ monitoraġġ għal dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li l-metodoloġija tal-monitoraġġ, ladarba ntgħażlet, tiġi applikata konsistentament

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddefinixxi l-pjan ta’ monitoraġġ għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru:

(a) liema formula ta’ kalkolu se tintuża (metodu A jew metodu B);

(b) is-sors tad-data li tintuża sabiex tkun determinata d-data dwar l-irfigħ tal-karburant u l-karburant maħżun fit-tank, u l-metodi tat-trażmissjoni, il-ħżin u l-irkupru ta’ dik id-data;

(c) liema metodu jintuża sabiex tkun determinata d-densità, fejn ikun applikabbli. Meta jintużaw it-tabelli ta’ korrelazzjoni tad-densità u t-temperatura, l-operatur għandu jispeċifika s-sors ta’ din id-data.

Għall-punti (b) u (c), din il-lista ta’ metodoloġiji applikati tista’ jkollha lista tad-devjazzjonijiet mill-metodoloġija ġenerali għall-ajrudromi speċifiċi, u kienu meħtieġa minħabba ċirkustanzi speċjali bħall-fornituri tal-karburanti li ma jistgħux jipprovdu d-data kollha meħtieġa għal ċerta metodoloġija.

2.2.   KONSUM TAL-KARBURANT

Il-konsum tal-karburant huwa espress bħala karburant ikkonsmat f’unitajiet tal-massa (tunnellati) matul perjodu ta’ rappurtar.

Il-karburant ikkonsmat għandu jkun mmonitorjat għal kull titjira u għal kull karburant u għandu jinkludi karburant ikkonsmat mill-unità awżiljarja ta’ setgħa kif ipprovdut mill-formuli ta’ kalkolu hawn taħt. L-irfigħ tal-karburant jista’ jkun determinat abbażi tal-kejl tal-fornitur tal-karburant, kif iddokumentat fin-notamenti tat-twassil tal-karburant jew l-irċevuti ta’ kull titjira. L-irfigħ tal-karburant jista’ wkoll ikun determinat bl-użu tas-sistemi tal-kejl abbord l-inġenji tal-ajru. Id-data għandha tittieħed mill-fornitur tal-karburant, jew irreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew tiġi trasmessa elettronikament mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru. L-ammont ta’ karburant ta’ ġot-tank jista’ jkun determinat bl-użu tas-sistemi tal-kejl abbord l-inġenju tal-ajru u rreġistrat fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-ajru jew jiġi trażmess elettronikament mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

L-operatur għandu jagħżel il-metodu li jipprovdi l-iżjed data kompluta u fil-ħin bl-inqas inċertezzi mingħajr ma jidħol fi spejjeż żejda.

2.2.1.   FORMULI TAL-KALKOLU

Il-konsum attwali tal-karburant għandu jkun kkalkulat bl-użu ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ metodi li ġejjin:

IL-METODU A:

Tintuża l-formula li ġejja:

Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira (tunnellati) = Ammont ta’ karburant ġewwa t-tankijiet tal-inġenju tal-ajru meta jitlesta l-irfigħ tal-karburant għat-titjira (tunnellati) – Ammont ta’ karburant ġewwa t-tankijiet tal-inġenju tal-ajru meta jitlesta l-irfigħ tal-karburant għat-titjira sussegwenti (tunnellati) + L-irfigħ tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti (tunnellati)

Fil-każ li ma jkunx hemm irfigħ tal-karburant għat-titjira jew it-titjira sussegwenti, l-ammont tal-karburant ġewwa t-tankijiet tal-inġenju tal-ajru għandu jkun determinat fis-separazzjoni għat-titjira jew it-titjira sussegwenti. Fil-każ eċċezzjonali li l-inġenju tal-ajru jagħmel attivitajiet apparti t-titjira, bħal li jgħaddi minn manutenzjoni fuq skala kbira li tinvolvi t-tbattil tat-tankijiet, wara t-titjira li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konsum tal-karburant tagħha, l-operatur tal-inġenju tal-ajru jista’ jissostitwixxi ċ-ċifri “Ammont ta’ karburant ġewwa it-tankijiet tal-inġenju tal-ajru meta jitlesta l-irfigħ tal-karburant għat-titjira sussegwenti + l-irfigħ tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti” bl-“ammont ta’ karburant li jibqa” fit-tankijiet fil-bidu tal-attività sussegwenti tal-inġenju tal-ajru, kif reġistrat fir-reġistru tekniku.

IL-METODU B:

Tintuża l-formula li ġejja:

Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira (tunnellati) = Ammont tal-karburant li jibqa’ fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru fis-separazzjoni fl-aħħar tat-titjira ta’ qabel (tunnellati) + L-irfigħ tal-karburant għat-titjira (tunnellati) – Ammont ta’ karburant ġewwa t-tankijiet fis-separazzjoni fl-aħħar tat-titjira (tunnellati)

Il-mument tas-separazzjoni jista’ jkun ikkunsidrat ekwivalenti għall-mument tat-tifi tal-magna. Meta inġenju tal-ajru ma jkunx għamel titjira qabel it-titjira li qed jitkejjel il-konsum tal-karburant tagħha, l-operaturi tal-inġenju tal-ajru jistgħu jipprovdu l-ammont ta’ karburant li jibqa’ fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fl-aħħar tal-attività ta’ qabel tal-inġenju tal-ajru, kif reġistrati fir-reġistru tekniku, minflok l-“Ammont tal-karburant li jibqa’ ġewwa t-tankijiet tal-inġenju tal-ajru fis-separazzjoni fl-aħħar tat-titjira ta’ qabel”.

2.2.2.   IL-ĦTIĠIJIET TAL-KWANTIFIKAZZJONI

Livell 1

Il-konsum tal-karburant matul il-perjodu ta’ rappurtar huwa determinat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 5.0 %.

Livell 2

Il-konsum tal-karburant matul il-perjodu ta’ rappurtar huwa determinat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 2.5 %.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrapportati matul il-perjodu ta’ kummerċ preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk l-emissjonijiet irrapportati mhumiex disponibbli jew ma għandhomx applikabbli) daqs jew inqas minn 50 kilotunnellata ta’ CO2 fossili, għandhom japplikaw bħala minimu l-livell 1 għall-flussi tas-sors maġġuri. L-operaturi l-oħrajn kollha tal-inġenji tal-ajru għandhom japplikaw l-livell 2 għall-flussi tas-sors maġġuri.

2.2.3.   ID-DENSITÀ TAL-KARBURANT

Jekk l-ammont tal-irfigħ tal-karburant jew l-ammont tal-karburant li jibqa’ fit-tankijiet huwa determinat f’unitajiet ta’ volum (litri jew m3), l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jikkonverti dan l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri attwali tad-densità. Id-densità attwali tfisser id-densità espressa bħala kg/litru u determinata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. Sakemm ma jistgħux jintużaw sistemi tal-kejl abbord, id-densità attwali se tkun dik imkejla mill-fornitur tal-karburant fl-irfigħ tal-karburant u rreġistrata fuq l-irċevuta tal-karburant jew in-nota tat-twassil. Jekk tagħrif bħal dan mhuwiex disponibbli, id-densità attwali għandha tkun determinata mit-temperatura tal-karburant matul l-irfigħ ipprovduta mill-fornitur tal-karburant għall-ajrudrom fejn isir l-irfigħ tal-karburant, bl-użu ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni standard dwar it-temperatura tad-densità. Fattur standard tad-densità ta’ 0,8 kg/litru għandu jkun applikat f’dawk il-każijiet biss fejn tidher li hija għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-valuri attwali mhumiex disponibbli.

2.3.   FATTUR TAL-EMISSJONI

Il-fatturi ta’ referenza li ġejjin, espressi bħala t CO2/t karburant, ibbażati fuq il-valuri ta’ referenza netti kalorifiċi u l-fatturi tal-emissjoni speċifikat fit-Taqsima 11 tal-Anness I, għandhom jintużaw għal kull karburant tal-avjazzjoni:



It-tabella 1

Fatturi tal-emissjoni għall-karburanti tal-avjazzjoni

Karburant

Fattur tal-emissjoni

(tCO2/t karburant)

Gażolina tal-avjazzjoni (AvGas)

3,10

Gażolina tal-ġett (Jet B)

3,10

Pitrolju tal-ġett (Jet A1 jew Jet A)

3,15

Għall-iskopijiet tar-rappurtar, dan l-approċċ huwa kkunsidrat bħala livell 1.

Għall-karburanti alternattivi li għalihom ma ġewx definiti l-ebda valuri ta’ referenza, il-fatturi ta’ emissjoni skont l-attività speċifika għandhom ikunu determinati kif speċifikat fit-Taqsimiet 5.5 u 13 tal-Anness I. F’każijiet bħal dawn il-valur kalorifiku nett għandu jkun determinat u rrapportat bħala entrata fil-memorandum. Jekk il-karburant alternattiv fih il-bijomassa, għandhom japplikaw il-ħtiġijiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-kontenut tal-bijomassa kif stipulat fl-Anness I.

Għall-karburanti nnegozjati b’mod kummerċjali l-fattur tal-emissjoni jew il-kontenut tal-karbonju, fuq liema huwa bbażat, il-kontenut tal-bijomassa u l-valur kalorifiku nett jistgħu jinġiebu mill-arkivji tax-xiri għall-karburant rispettiv pprovduti mill-fornitur tal-karburant, sakemm inġiebu abbażi ta’ standards internazzjonali aċċettati.

3.   IL-VALUTAZZJONI TAL-INĊERTEZZA

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkollu għarfien tas-sorsi prinċipali ta’ inċertezza meta jikkalkola l-emissjonijiet. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx ikunu obbligati jagħmlu valutazzjoni dettaljata tal-inċertezza kif stipulat fit-Taqsima 7.1 tal-Anness I, sakemm l-operatur tal-inġenji tal-ajru jidentifika s-sorsi ta’ inċertezzi u l-livelli assoċjati tagħhom ta’ inċertezzi. Dan it-tagħrif għandu jintuża meta tintgħażel il-metodoloġija tal-monitoraġġ taħt it-Taqsima 2.2.

Meta l-irfigħ tal-karburanti huwa determinat biss mill-kwantita ta’ karburant fuq l-irċevuta jew tagħrif ieħor xieraq ipprovdut mill-fornitur tal-karburant bħan-notamenti tat-twassil għall-irfigħ tal-karburant għal kull titjira, mhijiex meħtieġa iktar prova tal-livell assoċjat ta’ inċertezza.

Meta jintużaw sistemi abbord għall-kejl tal-irfigħ tal-karburant, il-livell ta’ inċertezza assoċjat mal-kejl tal-karburant għandu jkun appoġġat miċ-ċertifikati ta’ kalibrazzjoni. Jekk ċertifikati bħal dawn mhumiex disponibbli, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom

 jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-inġenji tal-ajru li jiddeterminaw il-livelli ta’ inċertezza tas-sistemi ta’ kejl tal-karburant abbord, u

 jipprovdu evidenza li jagħmlu l-kontrolli rutini tal-operat sodisfaċenti tas-sistemi ta’ kejl tal-karburant.

L-inċertezzi għall-komponenti l-oħra kollha tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jistgħu jkunu bbażati fuq ġudizzju espert konservattiv li jqis l-għadd stmat ta’ titjiriet fi żmien il-perjodu ta’ rappurtar. Ma hemmx ħtieġa li jitqis l-effett kumulattiv tal-komponenti kollha tas-sistema tal-kejl fuq l-inċertezza tad-data annwali tal-attività.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel regolarment il-kontra kontrolli bejn il-kwantità tal-irfigħ kif ipprovduta mill-irċevuti u l-kwantità tal-irfigħ indikata mil-kejl abbord, u jieħu azzjoni korrettiva skont it-Taqsima 10.3.5 jekk ikunu osservati d-devjazzjonijiet.

4.   PROĊEDURI SIMPLIFIKATI GĦAL DAWK LI JIPPRODUĊU EMISSJONIJIET ŻGĦAR

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw inqas minn 243 titjira kull perjodu għal tliet perjodi ta’ erba’ xhur konsekuttivi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet bl-ammont annwali totali ta’ emissjonijiet inqas minn 10 000 tunnellata ta’ CO2 kull sena għandhom ikunu ikkunsidrati bħala inġenji ta’ emissjonijiet żgħar.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għandom inġenji ta’ emissjonijiet żgħar jistgħu jistmaw il-konsum tal-karburant bl-użu ta’ għodod implimentati mill-Eurocontrol jew organizzazzjoni oħra relevanti, li tista’ tipproċessa t-tagħrif kollu relevanti tal-kontroll tal-ajru bħal dak disponibbli għall-Eurocontrol. L-għodod applikabbli għandhom jintużaw biss jekk huma approvati mill-Kummissjoni inkluż l-applikazzjoni tal-fatturi korrettivi sabiex jikkumpensaw għall-iżbalji tal-metodi tal-mudelli.

Operatur tal-inġenji tal-ajru li qed jagħmel użu mill-proċedura simplifikata u li jaqbeż il-livell għall-inġenji tal-emissjonijiet żgħar matul sena ta’ rappurtar għandu jinnotifika dan il-fatt lill-awtorità kompetenti. Sakemm l-operatur tal-inġenji tal-ajru juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-livell mhux se jerġa jinqabeż mill-perjodu ta’ rappurtar li jmiss il-quddiem, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jaġġorna il-pjan ta’ monitoraġġ sabiex ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-monitoraġġ stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3. Il-pjan ta’ monitoraġġ revedut għandu jkun sottomess mingħajr telfien ta’ żmien lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

5.   APPROĊĊI GĦAD-DATA NIEQSA

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jieħu l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex jipprevjeni d-data nieqsa milli tiġri bl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll xierqa kif irreferuti fit-Taqsima 10.2 sa 10.3 tal-Anness I ta’ dawn il-linji gwida.

Jekk awtorità kompetenti, operatur tal-inġenji tal-ajru jew verifikatur jindunaw li għal titjira koperta mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE parti mid-data meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet hija nieqsa b’riżultat taċ-ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ma jistgħux ikunu determinati b’metodu alternattiv definit fil-pjan ta’ monitoraġġ, l-emissjonijiet għal dik it-titjira jistgħu jkunu stmati mill-operatur bl-użu tal-għodod mnsemmija fit-Taqsima 4 hawn fuq. Il-kwantità tal-emissjonijiet li għalihom jintuża approċċ bħal dan għandha tkun speċifikata fir-rapport annwali tal-emissjonijiet.

6.   IL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jissottomettu il-pjan ta’ monitoraġġ tagħhom lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-inqas erba’ xhur qabel il-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rappurtar.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jagħmel reviżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ qabel il-bidu ta’ kull perjodu ta’ kummerċ u jissottometti l-pjan ta’ monitoraġġ rivedut kif jixraq. Sussegwentament wara s-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ għar-rappurtar tal-emissjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010, għandha tidħol fis-seħħ reviżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ qabel il-bidu tal-perjodu ta’ kummerċ li jibda fl-2013.

Fil-prestazzjoni ta’ reviżjoni bħal din, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel valutazzjoni għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk il-metodoloġija tal-monitoraġġ tista’ tinbidel sabiex titjieb il-kwalità tad-data rrapportata mingħajr ma twassal għal spejjeż għoljin iżżejjed. It-tibdiliet proposti għall-metodoloġija tal-monitoraġġ, jekk hemm, għandhom ikunu notifikati lill-awtorità kompetenti. Tibdiliet sostanzjali fil-metodoloġija tal-monitoraġġ li jeħtieġu aġġornament tal-pjan ta’ monitoraġġ għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Tibdiliet sostanzjali jinkudu:

 bidla fil-medja tal-emissjonijiet annwali rapportati li jeħtieġu lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex japplika livell differenti kif stipulat fit-Taqsima 2.2.2;

 bidla fl-għadd ta’ titjiriet jew fl-emissjonijiet totali annwali li jġiegħlu lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jaqbeż il-limitu tal-inġenji ta’ emissjonijiet żgħar kif stipulat fit-Taqsima 4;

 bidliet sostanzjali fit-tipi ta’ karburanti wżati.

B’deroga mit-Taqsima 4.3 tal-Anness I, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkollu t-tagħrif li ġej:

Għall-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru:

(1) identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, sinjal tas-sejħa jew desinjatur ieħor uniku użat għall-iskopijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, id-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ta’ persuna responsabbli fl-operatur tal-inġenji tal-ajru, indirizz ta’ kuntatt;

(2) identifikazzjoni tal-verżjoni tal-Pjan ta’ Monitoraġġ;

(3) lista inizjali ta’ tipi ta’ inġenji tal-ajru fil-flotta tagħhom fil-mument tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-għadd ta’ inġenji tal-ajru għal kull tip, u lista indikattiva tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali mistennija li jintużaw inkluż, fejn disponibbli, stima ta’ għadd ta’ inġenji tal-ajru għal kull tip u kif ukoll il-flussi tal-karburant (tipi ta’ karburant) assoċjati ma’ kull tip ta’ inġenju tal-ajru;

(4) deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati sabiex ikun hemm kont tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjonijiet matul is-sena ta’ monitoraġġ, jiġifieri sabiex jiżguraw il-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-inġenji tal-propjetarju u kif ukoll l-inġenji tal-ajru li huma mikrija;

(5) deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista ta’ titjiriet operati taħt id-desinjatur uniku mill-par tal-ajrudromi, u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni jekk it-titjiriet humiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE; jiżguraw il-kompletezza u jevitaw l-għadd doppju;

(6) deskrizzjoni tal-akkwist tad-data u l-attivitajiet tal-ġestjoni u l-attivitajiet tal-kontroll, il-kontroll tal-kwalità u l-attivitajiet ta’ assigurazzjoni, inkluż il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tat-tagħmir tal-kejl (ara Sezzjoni 10.3 tal-Anness I);

(7) fejn japplika, tagħrif dwar ir-rabtiet relevanti mal-attivitajiet li jsiu skont l-iskema ta’ verifikazzjoni u l-ġestjoni ekonomika tal-Komunità (EMAS) u sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali (eż. ISO 14001:2004), b’mod partikolari dwar proċeduri u kontrolli b’relevanza għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gass serra.

Flimkien mal-punti 1 sa 7, għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha, apparti mill-inġenji ta’ emissjonijiet żgħar li jridu jagħmlu użu mill-proċedura simplifikata definita fit-Taqsima 4 hawn fuq, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkollu:

(8) deskrizzjoni tal-metodi ta’ monitoraġġ għall-konsum tal-karburant kemm fl-inġenji tal-ajru tal-propjetarju kif ukoll dawk mikrija, inkluż:

(a) il-metodoloġija magħżula (metodu A jew metodu B) għall-kalkolu tal-konsum tal-karburant; jekk l-istess metodu mhuwiex applikat għat-tipi kollha ta’ inġenji tal-ajru, trid tkun ipprovduta ġustifikazzjoni għal dan l-approċċ, u kif ukoll lista li tispeċifika liema metodu qed jintuża taħt liema kundizzjonijiet;

(b) proċeduri għal kejl tal-irfigħ tal-karburant u l-karburant fit-tankijiet, inklux l-livelli magħżula, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri għar-reġistrar, l-irkupru, it-trasmissjoni u l-ħżin tat-tagħrif dwar il-kejl, kif japplika;

(c) proċedura sabiex tiżgura li l-inċertezza totali tal-kejl tal-karburant se tkun konformi mal-ħtiġijiet tal-livell magħżul, b’referenza għaċ-ċertifikati ta’ kalibrazzjoni tas-sistemi ta’ kejl, il-liġijiet nazzjonali, il-klawżoli fil-kuntratti tal-konsumaturi jew l-istandards ta’ korretezza tal-fornituri tal-karburant.

(9) proċeduri għall-kejl tad-densità użata fl-irfigħ tal-karburant u l-karburant fit-tankijiet, inkluż deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti, jew jekk il-kejl mhuwiex possibbli, il-valur standard użat u ġustifikazzjoni għal dan l-approċċ;

(10) fatturi tal-emissjoni użati għal kull tip ta’ karburant, jew fil-każ ta’ karburanti alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni, inkluż l-approċċ għall-kampjuni, il-metodi tal-analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati u l-akkredetazzjoni tagħhom u/jew tal-proċeduri tal-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom.

Flimkien mal-punti 1 sa 7, għall-inġenji tal-emissjonijiet żgħar li jridu jagħmlu użu mill-proċedura simplifikata definita fit-Taqsima 4 hawn fuq, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkollu:

(11) Evidenza li l-livelli definiti għall-inġenji ta’ emissjonijiet żgħar fit-Taqsima 4 jintlaħqu;

(12) Konferma ta’ liema għodda kif spjegat fit-Taqsima 4 se tintuża, inkluż deskrizzjoni tal-għodda.

L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex juża mudell elettroniku għas-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika mudell standard elettroniku jew speċifikazzjoni għall-format tal-fajl. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-użu ta’ dan il-mudell jew speċifikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru, sakemm il-mudell tal-awtorità kompetenti ma jkunx jeħtieġ tal-inqas l-istess input tad-data.

7.   FORMAT TAR-RAPPURTAR

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom juzaw il-format stipulat fit-Taqsima 8 hawn isfel għar-rappurtar tal-emissjonijiet annwali tagħhom. L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex juża mudell elettroniku għas-sottomissjoni tar-rapport annwali tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika mudell elettroniku standard jew speċifikazzjoni għall-format tal-fajl. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-użu ta’ dan il-mudell jew speċifikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru, sakemm il-mudell tal-awtorità kompetenti ma jkunx jeħtieġ tal-inqas l-istess input tad-data.

L-emissjonijiet għandhom ikunu rrapportati bħala tunnellati sħaħ ta’ CO2. Il-fatturi tal-emissjoni għandhom ikunu f’ċifri sħaħ sabiex jinkludu biss iċ-ċifri sinifikanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet u l-iskopijiet tar-rappurtar. Il-konsum tal-karburant kull titjira għandu jintuża maċ-ċifri sinifikanti kollha għall-kalkolu.

8.   IL-KONTENUT TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-EMISSJONI

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi dan it-tagħrif li ġej fir-rapport annwali tal-emissjoni tiegħu:

(1)  data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif stipulat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew desinjaturi uniċi oħrajn użati għall-iskopijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll id-dettalji relevanti ta’ kuntatt;

(2) isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport,

(3) is-sena ta’ rappurtar;

(4) referenza għal u numru tal-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ relevanti approvat;

(5) tibdiliet relevanti fl-operat u devjazzjonijiet mill-pjan ta’ monitoraġġ approvat matul il-perjodu ta’ rappurtar;

(6) in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE magħmula mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(7) l-għadd totali tat-titjiriet koperti mir-rapport;

(8) id-data skont it-Tabella 2 hawn taħt;

(9) Oġġetti tal-Memorandum: ammont ta’ bijomassa użat matul sena ta’ rappurtar (f’tunnellati jew m3) elenkati skont kull tip ta’ karburant.



It-tabella 2

Il-format tar-rappurtar għall-emissjonijiet annwali mill-attivitajiet tal-avjazzjoni

Parametru

Unitajiet

Flussi tas-Sors

Total

 

Tip ta’ karburant 1

Tip ta’ karburant 2

Tip ta’ karburant n

 

Isem tal-karburant

 
 
 
 
 

Sorsi ta’ emissjonijiet li jużaw kull tip ta’ fluss tas-sors (Tipi ta’ inġenji tal-ajru ġeneriċi):

 
 
 
 

Il-konsum totali tal-karburant

t

 
 
 
 

Valur Kalorifiku Nett tal-Karburant (1)

TJ/t

 
 
 
 

Fattur tal-Emissjoni ta’ dan il-karburant

t CO2/t jew t CO2/TJ

 
 
 
 

L-emissjonijiet aggregati totali ta’ CO2 mit-titjiriet kollha eliġibbli li jużaw dan il-karburant

t CO2

 
 
 
 

għal liema SM tat-tluq u l-istess SM tal-wasla (titjiriet domestiċi)

t CO2

 
 
 
 

għal liema t-titjiriet l-oħra kollha (titjiriet internazzjonali kemm ġewwa u barra l-UE)

t CO2

 
 
 
 

Emissjonijiet aggregati ta’ CO2 mit-titjiriet kollha għal liema l-Istat Membru tat-tluq huwa l-istess Stat Membru tal-wasla (titjiriet domestiċi):

Stat Membru 1

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru 2

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru n

t CO2

 
 
 
 

Emissjonijiet aggregati ta’ CO2 mit-titjiriet kollha li jitilqu minn kull Stat Membru għal Stat Membru ieħor jew pajjiż terz (2) :

Stat Membru 1

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru 2

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru n

t CO2

 
 
 
 

Emissjonijiet aggregati ta’ CO2 mit-titjiriet kollha li jaslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz (2):

Stat Membru 1

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru 2

t CO2

 
 
 
 

Stat Membru n

t CO2

 
 
 
 

(1)   Mhux applikabbli għal dawk il-karburanti kummerċjali standard elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness użat għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

(2)   Emissjonijiet aggregati għal kull pajjiż terz irrapportati abbażi ta’ pajjiż b’pajjiż.

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi t-tagħrif li ġej bħala anness għar-rapport annwali tal-emissjoni tiegħu:

 Emissjonijiet annwali u l-għadd annwali ta’ titjiriet għal kull par ajrudrom.

L-operatur jista’ jitlob li dan l-anness jiġi ttrattat bħala tagħrif kunfidenzjali.

9.   IL-VERIFIKA

Apparti mill-ħtiġijiet tal-verifika stipulati fit-Taqsima 10.4 tal-Anness I, li ġej se jitqis mill-verifikatur:

 il-kompletezza tad-data tat-titjira u l-emissjonijiet kif imqabbla mad-data tat-traffiku tal-ajru bħal dawk miġbura mill-Eurocontrol;

 il-konsistenza bejn id-data rapportata u d-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ;

 il-konsistenza bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella pprovdut lill-inġenju tal-ajru li qiegħed iwettaq l-attività tal-avjazzjoni.




ANNESS XV

Linji gwida speċifiċi għall-attività għad-determinazzoni tad-data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għall-iskop ta’ applikazzjoni skont l-Artikoli 3e u 3f tad-Direttiva 2003/87/KE

1.   DAĦLA

Dan l-Anness fih il-linji gwida ġenerali għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifikazzjoni tad-data dwar it-tunnellati-kilometru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-Anness I għandu japplika d-data dwar it-tunnellati-kilometru tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifikazzjoni kif jixraq. Għal dan il-għan, ir-referenzi għall-emissjonijiet għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-data dwar it-tunnellati-kilometru. It-Taqsimiet 4.1, 4.2, 5.1, 5.3 sa 5.7, 6 u 7, u 11 sa 16 tal-Anness I mhumiex applikabbli għad-data dwar it-tunnellati-kilometru.

2.   KONFINI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida ta’ attività speċifika ta’ dan l-Anness għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni kif inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. It-titjiriet kollha magħmula minn operatur tal-inġenji tal-ajru u koperti mill-Anness I ta’ dik id-Direttiva matul il-perjodu ta’ rappurtar għandhom ikunu inklużi.

Għall-iskop li jkun identifikat l-operatur tal-inġenji tal-ajru uniku kif definit fl-Artikolu 3(o) tad-Direttiva 2003/87/KE responsabbli għal titjira, se jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-iskopijiet tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC). Is-sinjal tas-sejħa huwa d-desinjatur ICAO fil-kaxxa 7 tal-pjan tat-titjira jew, jekk mhux disponibbli, il-marka ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Jekk l-identità tal-operatur tal-inġenju tal-ajru mhix magħrufa, is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi kkunsidrat bħala l-operatur tal-inġenju tal-ajru sakemm ma jagħtix prova dwar liema persuna oħra kienet l-operatur tal-inġenju tal-ajru.

3.   IL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ

Skont l-Artikolu 3 g tad-Direttiva 2003/87/KE l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ li jistipula l-miżuri għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jissottomettu il-pjan ta’ monitoraġġ tagħhom lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-inqas erba’ xhur qabel il-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rappurtar.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddefinixxi fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodoloġija ta’ monitoraġġ tintuża għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru. Fil-każ li l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu l-intenzjoni li juża tipi ta’ inġenji tal-ajru mikrija jew oħrajn li għadhom mhumiex inklużi fil-pjan ta’ monitoraġġ fil-mument ta’ sottomissjoni lill-awtorità kompetenti, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi fil-pjan ta’ monitoraġġ deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tintuża sabiex tkun definita l-metodoloġija ta’ monitoraġġ għal dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li l-metodoloġija tal-monitoraġġ, la darba ingħażlet, tiġi applikata konsistentament.

B’deroga mit-Taqsima 4.3 tal-Anness I, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkollu t-tagħrif li ġej:

(1) identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, sinjal tas-sejħa jew desinjaturi oħra uniċi użati għall-iskopijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, id-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ta’ persuna responsabbli fl-operatur tal-inġenji tal-ajru, indirizz ta’ kuntatt;

(2) identifikazzjoni tal-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ;

(3) lista inizjali ta’ tipi ta’ inġenji tal-ajru fil-flotta tagħhom fil-mument tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u l-għadd ta’ inġenji tal-ajru għal kull tip, u lista indikattiva tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali mistennija li jintużaw inkluż, fejn disponibbli, stima ta’ għadd ta’ inġenji tal-ajru għal kull tip;

(4) deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati sabiex ikun hemm kont tal-kompletezza tal-lista ta’ inġenji tal-ajru matul is-sena ta’ monitoraġġ, iġifieri sabiex jiżguraw il-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru tal-inġenji tal-propjetarju u kif ukoll l-inġenji tal-ajru li huma mikrija;

(5) deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista ta’ titjiriet operati taħt id-desinjatur uniku mill-par tal-ajrudromi, u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni dwar jekk it-titjiriet humiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE; jiżguraw il-kompletezza u jevitaw l-għadd doppju;

(6) deskrizzjoni tal-akkwist tad-data u l-attivitajiet tal-ġestjoni u l-attivitajiet tal-kontroll skont it-Taqsima 10.3 tal-Anness I;

(7) tagħrif dwar ir-rabtiet relevanti mal-attivitajiet magħmula taħt sistema tal-ġestjoni tal-kwalità, b’mod partikolari dwar proċeduri u kontrolli b’relevanza għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru, jekk applikabbli;

(8) deskrizzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tad-data dwar it-tunnellati-kilometru ta’ kull titjira, inkluż

(a) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, is-sorsi tad-data u l-formuli ta’ kalkolu għad-determinazzjoni u r-reġistrar tad-distanza għal kull par ta’ ajrudromi;

(b) jekk tintużax massa standard ta’ 100 kg għal kull passiġġier (livell 1) jew il-massa tal-passiġġier mid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ (livell 2). Fil-każ tal-livell 2, għandha tkun ipprovduta deskrizzjoni tal-proċedura tal-kisba tal-massa tal-passiġġier;

(c) deskrizzjoni tal-proċeduri użati sabiex ikunu determinati l-mases tal-merkanzija u l-posta;

(d) deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat sabiex ikejjel il-massa tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta kif japplika.

L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex juża mudell elettroniku għas-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika mudell standard elettroniku jew speċifikazzjoni għall-format tal-fajl. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-użu ta’ dan il-mudell jew speċifikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru, sakemm il-mudell tal-awtorità kompetenti ma jkunx jeħtieġ tal-inqas l-istess input tad-data.

4.   IL-METODOLOĠIJI GĦALL-KALKOLU TAD-DATA DWAR IT-TUNNELLATI-KILOMETRU

4.1.   FORMULA TAL-KALKOLU

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jagħmlu monitoraġġ u rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq kalkolu. Il-kalkolu tad-data dwar it-tunnellati-kilometru għandha tkun ibbażata fuq il-formula li ġejja:

ammont ta’ tunnellati għal kull kilometru (t km) = distanza (km) * tagħbija (t)

4.2.   DISTANZA

Id-distanza għandha tiġi kkalkolata permezz tal-formola:

Distanza [km] = Distanza ta’ Ċirku Kbir [km] + 95 km

Id-Distanza ta’ Ċirku Kbir hija definita bħala l-iqsar distanza bejn kwalunkwe żewġ punti fuq il-wiċċ tad-Dinja, li għandhom jiġu approzzimatizzati bl-użu tas-sistema rreferuta fl-Artikolu 3.7.1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (WGS 84).

Il-latitudni u l-lonġitudni tal-ajrudromi għandha titieħed jew mid-data ta’ lokazzjoni tal-ajrudromi ppubblikata fil-Pubblikazzjonijiet tat-Tagħrif Ajrunawtiku (minn issa il-quddiem magħruf bħala “AIP”) b’konformità mal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jew minn sors li juża din it-tip ta’ data tal-AIP.

Jistgħu jintużaw ukoll id-distanzi kkalkolati bis-software jew minn parti terza, sakemm il-metodoloġija tal-kalkolu hija bbażata fuq il-formula ta’ hawn fuq u d-data tal-AIP.

4.3.   TAGĦBIJA

It-tagħbija għandha tiġi kkalkolata permezz tal-formola li ġejja:

Tagħbija (t) = massa tal-merkanzija u l-posta (t) + massa tal-passiġġieri u l-bagalji vverifikati (t)

4.3.1.   MASSA TAL-MERKANZIJA U L-POSTA

Għandha tintuża l-massa attwali jew standard misjuba fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ għat-titjiriet relevanti sabiex tkun ikkalkolata t-tagħbija. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li mhumiex meħtieġa jkollhom dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ għandhom jipproponu metodoloġija xierqa għad-determinazzjoni tal-merkanzija u l-posta fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

Il-massa tal-merkanzija u posta attwali għandha teskludi l-piż tat-tara tal-paletti kollha u l-kontejners kollha li mhumiex tagħbija, u l-piż tas-servizz.

4.3.2.   IL-MASSA TAL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI VVERIFIKATI

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu japplikaw waħda miż-żewġ livelli sabiex jiddeterminaw il-massa tal-passiġġieri. L-operatur tal-inġenju tal-ajru jista’ jagħżel bħala minimu il-livell tal-livell 1 sabiex jiddetermina l-massa tal-passiġġieri u l-bagalji vverifikati. Fl-istess perjodu ta’ kummerċ l-livell magħżul għandha tkun applikata għat-titjiriet kollha.

Livell 1

Jintuża valur iffissat ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji vverifikati tagħhom.

Livell 2

Tintuża l-massa tal-passiġġieri u l-bagalji vverifikati misjuba fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ ta’ kull titjira.

5.   IL-VALUTAZZJONI TAL-INĊERTEZZA

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkollu għarfien tas-sorsi prinċipali ta’ inċertezza meta jikkalkola d-data dwar it-tunnellati-kilometru. Analizi dettaljata tal-inċertezza kif stipulata fit-Taqsima 7 tal-Anness I mhijiex meħtieġa għall-metodoloġija tad-determinazzjoni tad-data dwar it-tunnellati-kilometru.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel l-attivitajiet ta’ kontroll xierqa regolarment kif stipulat fit-Taqsima 10.2 u 10.3 tal-Anness I, u jieħu azzjoni korretiva immedjata skont it-Taqsima 10.3.5 jekk ikunu osservati l-irregolaritajiet.

6.   IR-RAPPURTAR

Huwa meħtieġ ir-rappurtar tad-data dwar it-tunnellati-kilometru għall-iskop tal-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 3e u 3f tad-Direttiva 2003/87/KE b’rispett tas-snin ta’ monitoraġġ speċifikati hemmhekk biss.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jużaw il-format stipulat fit-Taqsima 7 hawn isfel għar-rappurtar tad-data dwar l-ammont ta’ kull kilometru għal kull tunnellata tagħhom. L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex juża mudell elettroniku għas-sottomissjoni tar-rapport tad-data dwar it-tunnellati-kilometru. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika mudell elettroniku standard jew speċifikazzjoni għall-format tal-fajl. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-użu ta’ din il-mudell jew speċifikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru, sakemm il-mudell tal-awtorità kompetenti ma jkunx jeħtieġ tal-inqas l-istess input tad-data.

L-ammont ta’ tunnellati għal kull kilometru għandhom ikunu rrapportati bħala valuri sħaħ ta’ [t km]. Id-data kollha ta’ kull titjira għandu tintuża maċ-ċifri sinifikanti kollha għall-kalkolu.

7.   IL-KONTENUT TAR-RAPPORT TAD-DATA DWAR IT-TUNNELLATI-KILOMETRU

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi dan it-tagħrif li ġej fir-rapport tiegħu tad-data dwar it-tunnellati-kilometru:

(1)  data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif stipulat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew desinjatur uniku ieħor użat għall-iskop tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll id-dettalji relevanti ta’ kuntatt;

(2) isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport,

(3) is-sena ta’ rappurtar;

(4) referenza għal u numru tal-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ relevanti approvat;

(5) tibdiliet relevanti fl-operat u devjazzjonijiet mill-pjan ta’ monitoraġġ approvat matul il-perjodu ta’ rappurtar;

(6) in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE magħmula mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(7) il-metodu magħżul għall-kalkolu tal-massa tal-passiġġieri u l-bagalji vverifikati kif ukoll għall-merkanzija u l-posta;

(8) l-għadd totali ta’ kilometri għal kull passiġġier u l-ammont ta’ tunnellati għal kull kilometru għat-titjiriet kollha li saru matul is-sena relatata mar-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;

(9) għal kull par ta’ ajrudromi: desinjatur ICAO taż-żewġ ajrudromi, distanza (= distanza taċ-ċirku kbir + 95 km) f’km, għadd totali ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi fil-perjodu ta’ rappurtar, massa totali ta’ passiġġieri u bagalji vverifikati (tunnellati) matul il-perjodu ta’ rappurtar għal kull par ta’ ajrudromi, għadd totali ta’ passiġġieri matul il-perjodu ta’ rappurtar, għadd totali ta’ kilometri għal kull passiġġier għal kull par ta’ ajrudromi, massa totali ta’ merkanzija u posta (tunnellati) matul il-perjodu ta’ rappurtar għal kull par ta’ ajrudromi, total tal-ammont ta’ tunnellati għal kull kilometru għal kull par ta’ ajrudromi (t km).

8.   VERIFIKA

Apparti mill-ħtiġijiet tal-verifika stipulati fit-Taqsima 10.4 tal-Anness I, li ġej se jitqies mill-verifikatur:

 kompletezza tad-data dwar it-tunnellati-kilometru u titjiriet mqabbla mad-data tat-traffiku tal-ajru bħal dik miġbura mill-Eurocontrol sabiex ikun żgurat li t-titjiriet eliġibbli biss ġew imqisa fir-rapport tal-operaturi;

 konsistenza bejn id-data rapportata u d-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ.

Għad-data dwar it-tunnellati-kilometru, il-livell ta’ materjalità għandu jkun 5 %.

▼M3




ANNESS XVI

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2 bil-għan li jinġarr u jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.    IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA

Il-linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari inklużi f’dan l-Anness japplikaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2.

Il-qbid tas-CO2 jista’ jsir kemm minn stallazzjonijiet apposta li jkunu qed jirċievu s-CO2 permezz ta’ trasferiment minn stallazzjonijiet oħra, jew minn stallazzjonijiet li jkunu qed iwettqu attivitajiet li joħorġu s-CO2 li għandu jinqabad taħt l-istess permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Il-partijiet kollha tal-istallazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-għan tal-qbid, il-ħżin intermedjarju, u t-trasferiment tas-CO2 lejn netwerk tat-trasport tas-CO2 jew lejn sit tal-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. F’każ li l-istallazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta’ dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida.

2.    L-EMISSJONIJIET MILL-ATTIVITAJIET TAL-QBID TAS-CO2

Fil-ħidmiet tal-qbid tas-CO2, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

 is-CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni tal-qbid;

 l-attivitajiet tal-kombustjoni u attivitajiet oħrajn relatati magħhom fl-istallazzjoni (li għandhom x’jaqsmu mal-qbid), jiġifieri l-użu tal-fjuwil u tal-materjal tad-dħul.

3.    IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-AMMONTI TAS-CO2 TTRASFERIT U MAĦRUĠ

3.1.   IL-KWANTIFIKAZZJONI FIL-LIVELL TAL-ISTALLAZZJONI

L-emissjonijiet jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ sħiħ tal-massa, li jqis l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport.

L-emissjonijiet tal-istallazzjoni għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża l-formola li ġejja:

Etal-istallazzjoni tal-qbid  = Ttad-dħul  + Emingħajr il-qbid  – Tgħall-ħżin

Fejn:

Etal-istallazzjoni tal-qbid

=

L-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b’effett tas-serra tal-istallazzjoni tal-qbid

Ttad-dħul

=

L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni tal-qbid, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I; Jekk l-operatur jista’ juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li l-emissjonijiet kollha tas-CO2 tal-istallazzjoni minn fejn ikunu qed joħorġu jkunu qed jiġu ttrasferiti lejn l-istallazzjoni tal-qbid, l-awtorità kompetenti tista’ tħalli lill-operatur juża l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikunu qed joħorġu, li jkunu kkalkulati skont l-Annessi I sa XII ►M4  u XIX sa XXIV ◄ , minflok ma juża s-CEMS.

Emingħajr il-qbid

=

L-emissjonijiet tal-istallazzjoni li kieku s-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri l-għadd totali tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha tal-istallazzjoni, mmonitorjati skont l-Annessi rispettivi;

Tgħall-ħżin

=

L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn netwerk tat-trasport jew lejn sit tal-ħżin, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I.

F’każijiet fejn il-qbid tas-CO2 jsir mill-istess stallazzjoni li minnha joriġina s-CO2 li jinqabad, il-valur tat-Ttad-dħul ikun ta’ żero.

Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-Emingħajr il-qbid tirrappreżenta l-ammont ta’ emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn apparti s-CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni għall-qbid, bħall-emissjonijiet mill-kombustjoni mit-turbini, l-kompressuri u l-ħiters. Dawn l-emissjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati b’kalkolu jew b’kejl skont l-Anness xieraq speċifiku għall-attività partikulari.

Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-istallazzjoni li minnha jkun qed jiġi ttrasferit is-CO2 lejn l-istallazzjoni tal-qbid għandha tnaqqas l-ammont tat-Ttad-dħul mill-emissjonijiet tagħha stess.

3.2.   IL-KALKOLU TAS-CO2 TTRASFERIT

L-ammont tas-CO2 ttrasferit mill-istallazzjoni tal-qbid u lejha għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti.




ANNESS XVII

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-ġarr tas-CO2 permezz ta’ pajpijiet biex jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

1.    IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA

Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet huma mniżżlin fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport, inklużi l-istallazzjonijiet kollha mqabbdin b’mod funzjonali man-netwerk tat-trasport, inklużi l-istazzjonijiet bûster (“booster”) u l-ħiters. Kull netwerk tat-trasport għandu tal-anqas punt tal-bidu u punt tal-aħħar, li kull wieħed minnhom hu mqabbad ma’ stallazzjonijiet oħrajn li jkunu qed iwettqu attività waħda jew iktar mill-qbid, il-ġarr u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar jistgħu jinkludu punti fejn in-netwerk tat-trasport jinqasam fi tnejn kif ukoll fruntieri nazzjonali. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar, kif ukoll l-istallazzjonijiet li huma mqabbdin magħhom, għandhom jitniżżlu fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra.

2.    IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Waqt il-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

 il-kombustjoni u l-proċessi l-oħrajn fl-istallazzjonijiet imqabbdin b’mod funzjonali man-netwerk tat-trasport, per eż. l-istazzjonijiet bûster;

 l-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport;

 l-emissjonijiet irrilaxxati apposta min-netwerk tat-trasport;

 l-emissjonijiet minn inċidenti ta’ tnixxija fin-netwerk tat-trasport.

Netwerk tat-trasport li jkun qed juża l-Metodu B ta’ hawn taħt ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra tal-ETS mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra tal-ETS.

2.1.   L-APPROĊĊI GĦALL-KWANTIFIKAZZJONI

L-operaturi tan-netwerks tat-trasport jistgħu jagħżlu wieħed mill-approċċi li ġejjin:

IL-METODU A:

L-emissjonijiet min-netwerk tat-trasport jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ tal-massa skont il-formola li ġejja:

image

Fejn:

L-emissjonijiet

=

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 tan-netwerk tat-trasport [t tas-CO2];

Emill-attività tagħha stess

=

L-emissjonijiet mill-attività tan-netwerk tat-trasport stess (jiġifieri mhux li jkunu ġejjin mis-CO2 li jkun inġarr), bħal dawk mill-użu tal-fjuwil fl-istazzjonijiet bûster, immonitorjati skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida;

TTAD-DĦUL,i

=

L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport fil-punt tad-dħul i, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I;

TTAL-ĦRUĠ,j

=

L-ammont ta’ CO2 ttrasferit ‘il barra min-netwerk tat-trasport fil-punt tal-ħruġ j, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I.

IL-METODU B:

L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn il-faċilità tat-trasport, billi tintuża l-formola li ġejja:

L-emissjonijiet [t tas-CO2]= CO2 maħrub + CO2 irrilaxxat apposta + CO2 mill-avvenimenti tat-tnixxija + CO2 mill-istallazzjonijiet

Fejn:

L-emissjonijiet

=

L-emissjonijiet kollha tas-CO2 tan-netwerk tat-trasport [t tas-CO2];

CO2 maħrub

=

L-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu [t tas-CO2] mis-CO2 li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport, inklużi mis-siġilli, mill-valvijiet, mill-istazzjonijiet tal-kumpressuri intermedjarji u mill-faċilitajiet tal-ħżin intermedjarji;

CO2 irrilaxxat apposta

=

L-ammont ta’ emissjonijiet irrilaxxati apposta [t tas-CO2] mis-CO2 li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport;

CO2 mill-avvenimenti tat-tnixxija

=

L-ammont ta’ CO2 [t tas-CO2] li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport, u li jkun maħruġ minħabba li komponent wieħed jew iktar tan-netwerk tat-trasport ma jibqax jaħdem sew;

CO2 mill-istallazzjonijiet

=

L-ammont ta’ CO2 [t tas-CO2] li jkun qed jinħareġ mill-kombustjoni jew mill-proċessi l-oħrajn imqabbdin b’mod funzjonali mal-ġarr permezz tal-pajpijiet fin-netwerk tat-trasport, immonitorjat skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida.

2.2.   IR-REKWIŻITI TAL-KWANTIFIKAZZJONI

Huwa u jagħżel liema wieħed mill-Metodi A u B sejjer jintuża, l-operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula sejra twassal għal riżultati li huma iktar ta’ min joqgħod fuqhom u b’inqas inċertezza dwar l-emissjonijiet ġenerali, u bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli meta jressaq l-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, mingħajr ma jwassal għal spejjeż mhux raġonevoli. Jekk jintgħażel il-Metodu B, l-operatur għandu juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompententi, li l-inċertezza ġenerali tal-livell annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport tiegħu mhix se taqbeż is-7,5 %.

2.2.1   IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU A

L-ammont tas-CO2 ttrasferit min-netwerk tat-trasport u lejh għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti.

2.2.2   IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU B:

2.2.2.1    L-emissjonijiet mill-kombustjoni

L-emissjonijiet potenzjali mill-kombustjoni mill-użu tal-fjuwil għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Anness II.

2.2.2.2    L-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport

L-emissjonijiet li jaħarbu jinkludu l-emissjonijiet mit-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:

 is-siġilli;

 l-apparati tal-kejl;

 il-valvijiet;

 l-istazzjonijiet tal-kumpressuri intermedjarji;

 il-faċilitajiet tal-ħżin intermedjarji.

Meta tinbeda l-ħidma, u sa mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel sena ta’ rrappurtar li fiha n-netwerk tat-trasport ikun qed jitħaddem, l-operatur għandu jiddeċiedi dwar il-fatturi medji tal-emissjonijiet, FE, (espressi fi gr. tas-CO2 għal kull unità tal-ħin) għal kull biċċa tagħmir jew kull avveniment li jista’ jagħti lok għall-ħrib tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jirrevedi dawn il-fatturi tal-anqas kull ħames snin fid-dawl tal-aqwa tekniki disponibbli f’dan il-qasam.

L-emissjonijiet totali għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ bċejjeċ ta’ tagħmir f’kull kategorija jkun immultiplikat bil-fattur tal-emissjoni u billi r-riżultati tal-kategoriji separati jingħaddu flimkien kif muri fil-formola ta’ hawn taħt:

image

L-għadd ta’ avvenimenti huwa l-għadd tal-bċejjeċ tat-tagħmir partikulari għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet tal-ħin fis-sena.

2.2.2.3    L-emissjonijiet mill-avvenimenti tat-tnixxija

L-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu jipprovdi evidenza dwar l-integrità tan-netwerk billi juża dejta rappreżentattiva dwar il-pressjoni u t-temperatura (li tkun relatata maż-żmien u mal-post). Jekk id-dejta tkun turi li seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta’ CO2 mnixxi billi juża metodoloġija xierqa ddokumentata fil-pjan tal-monitoraġġ, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, per eżempju billi juża d-differenzi fid-dejta dwar it-temperatura u l-pressjoni meta mqabbla mal-valuri medji għall-pressjoni u għat-temperatura relatati mal-integrità tas-sistema.

2.2.2.4    L-emissjonijiet irrilaxxati apposta

Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdu analiżi ta’ sitwazzjonijiet potenzjali fejn ikun hemm ir-rilaxx apposta tal-emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u ta’ emerġenzi, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ CO2 li jkun ġie rrilaxxat apposta.

2.2.2.5    Validazzjoni tar-riżultat tal-kalkolu tal-emissjonijiet li jaħarbu u tal-emissjonijiet imnixxija

Minħabba li l-monitoraġġ tas-CO2 ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport u “l barra minnu se jitwettaq fi kwalunkwe każ għal raġunijiet kummerċjali, l-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu juża l-Metodu A tal-anqas darba fis-sena sabiex jivvalida r-riżultati tal-Metodu B. F”dan ir-rigward, għall-kejl tas-CO2 ttrasferit jistgħu jintużaw is-saffi iktar baxxi ddefiniti fl-Anness XII.




L-ANNESS XVIII

Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex is-CO2 jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

1.    IL-LIMITI

Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 għandhom ikunu speċifiċi għas-sit u għandhom ikunu bbażati fuq id-delimitazzjoni tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin kif speċifikata fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. Is-sorsi kollha tal-emissjonijiet mill-faċilità tal-injezzjoni tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Meta jkunu identifikati tnixxijiet mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew għal rilaxxi tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma, dawn għandhom ikunu inklużi bħala sorsi tal-emissjonijiet għall-istallazzjoni rispettiva sakemm ikunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija ma jibqgħux jinsabu iktar.

2.    IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Is-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jinkludu:

 l-użu tal-fjuwil fl-istazzjonijiet bûster u f’attivitajiet oħrajn tal-kombustjoni bħal fl-impjanti tal-enerġija fuq il-post;

 ir-rilaxx apposta fil-ħidmiet tal-injezzjoni jew tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju;

 l-emissjonijiet li jaħarbu waqt l-injezzjoni;

 is-CO2 li joħroġ mill-ħidmiet tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju;

 it-tnixxijiet.

Sit tal-ħżin ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra jew li jkun inħażen b’mod ġeoloġiku fis-sit tal-ħżin.

2.1   L-EMISSJONIJIET MILL-UŻU TAL-FJUWIL

L-emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet li jseħħu ‘l fuq mill-art għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II.

2.2   L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-PROĊESS TAL-INJEZZJONI

L-emissjonijiet mir-rilaxx apposta u l-emissjonijiet li jaħarbu għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

CO2 maħruġ [t tas-CO2] = V CO2 [t tas-CO2] + F CO2 [t tas-CO2]

Fejn:

V CO2 = l-ammont ta’ CO2 rrilaxxat apposta

F CO2 = l-ammont ta’ CO2 mill-emissjonijiet li jaħarbu

Il-V CO2 għandu jkun ikkalkulat billi tintuża CEMS skont l-Anness XII ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. Jekk l-applikazzjoni tas-CEMS twassal għal spejjeż mhux raġonevoli, l-operatur jista’ jinkludi metodoloġija xierqa fil-pjan tal-monitoraġġ ibbażata fuq l-aqwa prassi tal-industrija, u suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

L-F CO2 għandu jitqies bħala sors wieħed. Dan ifisser li r-rekwiżiti tal-inċertezza tal-Anness XII u tat-Taqsima 6.2 tal-Anness I japplikaw għall-valur totali u mhux għall-punti individwali tal-emissjonijiet. Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdi analiżi tas-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet li jaħarbu, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat jew imkejjel l-ammont tal-F CO2. Sabiex jiġi kkalkulat l-F CO2, tista’ tintuża d-dejta dwar il-faċilità tal-injezzjoni miġbura skont l-Artikolu 13 u skont il-paragrafu 1.1(e) sa (h) tal-Anness II tad-Direttiva 2009/31/KE, f’każ li din tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn il-Linji ta’ gwida.

2.3.   L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-ĦIDMIET TAL-IRKUPRU MTEJJEB TAL-IDROKARBONJU

Wisq probabbli, l-użu tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju (EHR) flimkien mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, jipprovdi sors ieħor tal-emissjonijiet, jiġifieri l-ħruġ tas-CO2 mal-idrokarboni prodotti. Is-sorsi addizzjonali tal-emissjonijiet mill-ħidmiet tal-EHR jinkludu:

 l-unitajiet għas-separazzjoni taż-żejt u tal-gass u l-impjant tar-riċiklaġġ tal-gass, li fihom jista’ jkun hemm emissjonijiet li jaħarbu;

 iċ-ċumnija t-twila fejn jitqabbad il-gass, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet minħabba li jiġu applikati sistemi ta’ tindif pożittiv kontinwu u waqt li tkun qed titnaqqas il-pressjoni atmosferika tal-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-idrokarboni;

 is-sistema ta’ tindif tas-CO2, sabiex jiġi evitat li konċentrazzjonijiet għoljin tas-CO2 jitfu n-nar.

Kwalunkwe emissjoni li taħrab li sseħħ, normalment terġa’ tiddawwar lejn sistema taż-żamma tal-gass, lejn in-nar jew lejn sistema tat-tindif tas-CO2. Kwalunkwe tali emissjonijiet jew CO2 rrilaxxat apposta, per eżempju mis-sistema tat-tindif tas-CO2, għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 2.2 ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet miċ-ċumnija t-twila fejn jitqabbad il-gass għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness II, filwaqt li jitqies is-CO2 potenzjali inerenti fil-gass taċ-ċumnija.

3.    IT-TNIXXIJA MILL-KUMPLESS TAL-ĦŻIN

Għandu jinbeda l-monitoraġġ f’każ li kwalunkwe tnixxija twassal għal emissjonijiet jew għal rilaxxi għal ġol-kolonna tal-ilma. L-emissjonijiet li ġejjin minn rilaxx tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom jitqiesu li huma daqs l-ammont irrilaxxat għal ġol-kolonna tal-ilma.

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn tnixxija għandu jitkompla sakemm jittieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u sakemm l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma ma jibqgħux jinsabu iktar.

L-emissjonijiet u r-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom ikunu kkwantifikati kif ġej:

image

Fejn:

L CO2

=

il-massa tas-CO2 maħruġ jew irrilaxxat kull jum kalendarju minħabba t-tnixxija. Għal kull jum kalendarju li għalih tkun immonitorjata t-tnixxija, din għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-massa mnixxija fis-siegħa [t tas-CO2 fis-siegħa] immultiplikata b’24. Il-massa mnixxija fis-siegħa għandha tiġi kkalkulata skont id-dispożizzjonijiet tal-pjan approvat tal-monitoraġġ għas-sit tal-ħżin u għat-tnixxija. Għal kull jum kalendarju qabel ma jinbeda l-monitoraġġ, il-massa mnixxija kull jum għandha titqies li hi daqs il-massa mnixxija kull jum imkejla fl-ewwel jum tal-monitoraġġ.

Ttal-bidu

=

l-iktar data riċenti minn fost dawn li ġejjin:

(a) l-aħħar data meta ma kienet irrappurtata l-ebda emissjoni jew rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma mis-sors ikkonċernat;

(b) id-data meta nbdiet l-injezzjoni tas-CO2;

(c) data oħra, li l-awtorità kompetenti għandha evidenza li tissodisfaha li qabilha ma setgħetx tkun bdiet l-emissjoni jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma.

Ttat-tmiem

=

id-data sa meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u sa meta ma jkunux jibqgħu jinsabu iktar emissjonijiet jew rilaxxi għal ġol-kolonna tal-ilma.

Jistgħu jiġu applikati metodi oħrajn għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma mit-tnixxijiet jekk dawn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi li huma iktar preċiżi mill-metodu ta’ hawn fuq.

L-ammont tal-emissjonijiet imnixxija mill-kumpless tal-ħżin għandu jkun ikkwantifikat għal kull avveniment tat-tnixxija li jkollu inċertezza massima ġenerali matul il-perjodu ta’ rrapurtar ta’ ± 7,5 %. F’każ li l-inċertezza ġenerali tal-approċċ tal-kwantifikazzjoni applikat tkun ta’ iktar minn ± 7,5 %, għandu jkun applikat aġġustament, kif ġej:

CO2,Irrappurtat [t tas-CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t tas-CO2] × (1 + (L-inċertezzaTas-sistema [%]/100) – 0,075)

Fejn:

CO2,Irrappurtat

:

L-ammont tas-CO2 li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnixxija kkonċernata;

CO2,Ikkwantifikat

:

L-ammont tas-CO2 kkalkulat permezz tal-metodu tal-kwantifikazzjoni użat għat-tnixxija kkonċernata;

L-inċertezzaTas-sistema

:

Il-livell ta’ inċertezza li huwa marbut mal-metodu tal-kwantifikazzjoni użat għat-tnixxija kkonċernata, ikkalkulat skont it-Taqsima 7 tal-Anness I ta’ dawn il-linji ta’ gwida.

▼M4




ANNESS XIX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u ta’ bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:

 fjuwil użat għal proċessi ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar,

 materja prima (eż. gass maħruġ minn kalċinazzjoni ta’ ġebel tal-ġir, sakemm ma jintużax biex jinħadem il-karbonju)

 gassijiet ta’ skart minn ħasil jew minn stadji ta’ filtrazzjoni wara li jkun sar il-karbonju, sakemm ma jintużawx biex jinħadem il-karbonju

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Minħabba li l-karbonat tas-sodju u l-bikarbonat tas-sodju għandhom il-karbonju li jiġi minn inputs ta’ proċessi, il-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess għandhom ikunu bbażati fuq approċċ ta’ bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1. Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil jistgħu jew isirilhom monitoraġġ b’mod separat skont It-Taqsima 2.1.2 jew jittieħed kont tagħhom fl-approċċ ta’ bilanċ tal-massa.

2.1.1.    APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jkollhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness. L-ammont ta’ CO2 użat biex ikun prodott il-bikarbonat tas-sodju mill-karbonat tas-sodju għandu jitqies li jkun inħareġ. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

input [t C] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

prodotti [t C] : il-karbonju kollu fi prodotti ( 20 ) u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

esportazzjoni [t C] : karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni f’fażijiet ta’ likwidu u/jew solidu, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

bidliet ta’ stokkijiet [t C] : żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ Emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jittiħidtx kont tagħhom fil-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.




ANNESS XX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

Installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika u tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. CO2 maqbud hekk għandu jitqies bħala emissjoni.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ammonja, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:

 Kombustjoni ta’ fjuwil li tipprovdi s-sħana għal riforma jew ossidazzjoni parzjali.

 Fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-proċess tal-produzzjoni tal-ammonja (riforma jew ossidazzjoni parzjali);

 Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.2.    EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-AMMONJA

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.




ANNESS XXI

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-idroġenu u gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-idroġenu jew gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn il-produzzjoni tal-idroġenu tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III.

Installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:

 Fjuwil użat fil-proċess ta’ produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi (riforma jew ossidazzjoni parzjali);

 Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu jew għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi, iżda għal proċessi oħra ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.2.    EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-metodoloġija relatata ma’ input stabbilita Fit-Taqsima 2.1.2.1. Għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi għandu jintuża bilanċ tal-massa skont 2.1.2.2. Fejn ikunu prodotti idroġenu u gass ta’ sinteżi fl-istess installazzjoni, l-operatur jista’ jagħżel li jikkalkula l-emissjonijiet rispettivi miż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni billi juża bilanċ wieħed tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.2.

2.1.2.1.   PRODUZZJONI TA’ IDROĠENU

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formula

Emissjonijiet ta’ CO2 = dejta ta’ attività * fattur ta’ emissjoni

fejn

 dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat bħala input ta’ proċess [TJ] jew, meta jintuża fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum, bħala l-ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess ([t or Nm3];

 fattur ta’ emissjoni jkun espress bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/TJ jew bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/t jew tunnellati metriċi ta’ CO2/Nm3 ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess.

Ir-rekwiżiti ta’ saffi li ġejjin għandhom ikunu applikati:

(a)    Dejta ta’ attività

Dejta ta’ attività tkun ġeneralment espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat [TJ] matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ. Il-kontenut ta’ enerġija tal-fjuwil użat għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

Kontenut ta’ enerġija ta’ fjuwil użat [TJ] = fjuwil użat [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett tal-fjuwil [TJ/t jew TJ/Nm3]

F’każ li jkun użat fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum [t CO2/t jew t CO2/Nm3], dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-ammont ta’ fjuwil użat [t jew Nm3].

Fejn:

(a1)    Fjuwil użat

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 7,5 %.

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 5,0 %.

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 2,5 %.

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 1,5 %.

(a2)    Valur kalorifiku nett

Valuri ta’ referenza għal kull fjuwil użat kif speċifikat fit-Taqsima 11 tal-Anness I.

L-operatur japplika valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Għal fjuwil negozjat kummerċjalment jintuża l-valur kalorifiku nett kif derivat mir-rekords ta’ xiri għall-fjuwil rispettiv ipprovdut mill-fornitur tal-fjuwil, bil-kondizzjoni li jkun derivat abbażi ta’ standards aċċettati fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv tal-fjuwil f’installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju kkuntrattjat jew mill-fornitur tal-fjuwil skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.

(b)    Fattur ta’ emissjoni

Jintużaw il-valuri ta’ referenza elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I għal dawn il-linji gwida.

L-operatur japplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

L-operatur jidderiva fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwil abbażi ta’ waħda mill-prokuri stabbiliti li ġejjin:

 kejl ta’ densità ta’ żjut jew gassijiet speċifiċi komuni eż. għar-raffinerija jew industrija tal-azzar, u

 valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam,

flimkien ma’ korrelazzjoni empirika kif determinata mill-anqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I. L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattika tajba ta’ inġinerija u li tkun applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

L-użu ta’ fattur ta’ emissjoni speċifiku għal attività [doża ta’ CO2/TJ jew CO2/t jew CO2/Nm3] ikkalkulat mill-kontenut ta’ karbonju tal-fjuwil użat, determinat skont It-Taqsima 13 tal-Anness I.

2.1.2.2.   PRODUZZJONI TA’ GASS TA’ SINTEŻI

Minħabba li parti mill-karbonju fil-fjuwil użat bħala input ta’ proċess jinsab fil-gass ta’ sinteżi prodott, għandu jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa għall-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsimajiet 2.1.1 u 2.1.2.1 ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

input [t C] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

prodotti [t C] : il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

esportazzjoni [t C] : karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

bidliet ta’ stokkijiet [t C] : żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni *kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet *kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3 664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

L-operatur japplika kontenuti ta’ karbonju speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.




ANNESS XXII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għal-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn produzzjoni ta’ dak it-tip tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III, l-aktar għal emissjonijiet minn crackers katalitiċi.

Installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil jew materjali użati bħala input ta’ proċess.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu fjuwil u materjali ta’ input tal-proċessi li ġejjin:

 cracking (katalitiku u mhux katalitiku)

 riformar

 ossidazzjoni parzjali jew sħiħa

 proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta’ CO2 minn karbonju li jkun jinsab f’materja prima b’bażi ta’ idrokarbur;

 kombustjoni ta’ gassijiet ta’ skart u vvampjar;

 kombustjoni oħra ta’ fjuwil għal provvista ta’ sħana lill-proċessi msemmijin hawn fuq.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Fil-każ ta’ proċessi ta’ kombustjoni fejn il-fjuwil użat ma jkollux sehem f’reazzjonijiet kimiċi jew joriġina minnhom għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira, eż. għall-proċess ta’ ġenerazzjoni ta’ sħana jew elettriċità, l-emissjonijiet għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont It-Taqsima 2.1.1. Fil-każijiet l-oħra kollha l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa stabbilit Fit-Taqsima 2.1.2. Il-monossidu tal-karbonju (CO) kollu fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija għandu jitqies bħala CO2. Abbażi tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jista’ jintuża approċċ ibbażat fuq dak l-input ippreżentat fl-Anness II, meqjusal-aħjar prattika fl-industrija, minflok approċċ ta’ bilanċ tal-massa jekk l-operatur jista’ juri li dan ikun aktar kosteffiċjenti u jwassal għal livell komparabbli ta’ eżattezza.

2.1.1.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II. Jekk isir tindif ta’ gass ta’ skart fl-installazzjoni u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2, dawn l-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II.

2.1.2.    APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex jieħu kont tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.1. ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

input [t C] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

prodotti [t C] : il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni.

esportazzjoni [t C] : karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

bidliet ta’ stokkijiet [t C] : żidied fl-istokkijiet tal-karbonju fil-limiti tal-installazzjoni.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664

Fejn:

(a)    Dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I, fit-Tabella hawn taħt jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji Gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

Għal sustanzi mhux elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività, operaturi jistgħu jikkalkulaw il-kontenut ta’ karbonju mill-kontenut stojkjometriku ta’ karbonju fis-sustanza pura u mill-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss ta’ input jew output.



Tabella

Fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza (1)

Sustanza

Kontenut ta’ karbonju (materja prima t C/t jew prodott t C/t)

Aċetonitril

0,5852 tC/t

Akrilonitril

0,6664 tC/t

Butadien

0,888 tC/t

Iswed tal-Karbonju

0,97 tC/t

Etilen

0,856 tC/t

Diklorur tal-etilen

0,245 tC/t

Glikol tal-etilen

0,387 tC/t

Ossidu tal-etilen

0,545 tC/t

Ċjanur tal-idroġenu

0,4444 tC/t

Metanol

0,375 tC/t

Metan

0,749 tC/t

Propan

0,817 tC/t

Propilin

0,8563 tC/t

Monomer tal-klorur tal-vinil

0,384 tC/t

(1)   Ara l-Linji gwida għal Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b’Effett ta’ Serra tal-IPCC tal-2006.

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.




ANNESS XXIII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet mill-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, ħlief għall-produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar u aluminju primarju.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:

 Fjuwil konvenzjonali (eż. gass naturali, faħam u kokk, żejt kombustibbli),

 Fjuwil ieħor (plastik eż. mir-riċilaġġ ta’ batteriji, materjal imrammel (organiku) minn impjanti li jaħdmu dak li jibqa’ mit-tqattigħ ta’ vetturi),

 Sustanzi li jnaqqsu l-volum bl-ossidazzjoni u jilliberaw l-elettroni (“reducing agents”) (eż. kokk, elettrodi ta’ grafit),

 Materja prima (eż. kalċinazzjoni ta’ ġebla tal-ġir, dolomit u karbonju li jkollhom minerali tal-ħadid u konċentrati),

 Materjali bażiċi sekondarji (eż. materjali organiċi li jkollu ruttam).

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet fejn il-karbonju li joriġina minn fjuwil jew materjali ta’ input użati f’din l-installazzjoni jibqa’ fil-prodotti jew f’outputs oħra tal-produzzjoni, eż. biex jitnaqqsu minerali tal-ħadid, għandu jkun applikat approċċ ta’ bilanċ tal-massa (ara t-Taqsima 2.1.1). F’installazzjonijiet fejn dan ma jkunx il-każ, emissjonijiet mill-kombustjoni u emissjonijiet minn proċessi għandhom ikunu kkalkulati separatament (ara t-Taqsimiet 2.1.2 u 2.1.3).

2.1.1.    APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

input [t C] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

prodotti [t C] : il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

esportazzjoni [t C] : karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

bidliet ta’ stokkijiet [t C] : żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jseħħu f’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi li ma jsirilhomx monitoraġġ bl-użu ta’ approċċ ta’ bilanċ tal-massa, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.3.    EMISSJONIJIET MINN PROĊESS

Għal kull tip ta’ materjal ta’ input użat l-ammont ta’ CO2 għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 = Σ dejta ta’ attivitàinput ta’ proċess * Fattur ta’ emissjoni * fattur ta’ konverżjoni

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.

Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

(b)    fattur ta’ emissjoni

Għal karbonati, l-użu ta’ proporzjonijiet stojkjometriċi mogħtijin fit-Tabella li ġejja:



Tabella

Fatturi ta’ emissjoni stojkjometriċi

Karbonat

Proporzjon[t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali: XY(CO3)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z *[MCO3 2-]}

X = metall

Mx = piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 fi [g/mol]

MCO3- = piż molekulari ta’ CO3 2- fi [g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta’ X

Z = numru stojkjometriku ta’ CO3 2-

Dawn il-valuri għandhom jiġu aġġustati għall-umdità u għall-kontenut ta’ mineral grezz rispettivi tal-materjal applikat ta’ karbonat.

Għal residwi ta’ proċess u materjali oħra ta’ input minbarra karbonati mhux irrappurtati skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness, fatturi speċifiċi għal attività għandhom ikunu determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.

(c)    fattur ta’ konverżjoni

Fattur ta’ konverżjoni: 1,0.

Fatturi speċifiċi għal attività determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I, li jiddeterminaw l-ammont ta’ karbonju fis-sinter, gagazza jew prodott ieħor rilevanti, kif ukoll fi trab iffiltrat. F’każ li trab iffiltrat jerġa’ jintuża fil-proċess, l-ammont ta’ karbonju [t] li jkun hemm fih ma għandux jittieħed kont tiegħu biex ikun evitat li jitqies darbtejn.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.




ANNESS XXIV

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.    LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

Dan l-Anness jinkludi linji gwida għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettrodi għat-tidwib ta’ aluminju primarju, li japplikaw ukoll għal impjanti awtonomi tal-produzzjoni ta’ elettrodi ta’ dan it-tip.

2.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET B’EFFETT TA’ SERRA

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar ta’ aluminju primarju, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jinkludu:

 fjuwil għall-produzzjoni ta’ sħana jew fwar,

 produzzjoni ta’ anodi (CO2),

 riduzzjoni ta’ Al2O3 waqt elettroliżi (CO2) li huwa relatat ma’ konsum ta’ elettrodi,

 użu ta’ karbonat tas-sodju jew karbonati oħra għal tindif ta’ gass ta’ skart (CO2),

 effetti ta’ anodi (PFCs), inklużi emissjonijiet ta’ PFCs li jaħarbu.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.    EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil, inkluż gass mit-tindif ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jkunux inklużi f’bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.

2.1.2.    BILANĊ TAL-MASSA

Emissjonijiet minn proċess mill-produzzjoni u l-konsum ta’ anodi għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa. L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, it-tiswir, il-ħami u r-riċiklaġġ ta’ anodi, kif ukoll mill-konsum ta’ elettrodi waqt l-elettroliżi. Fejn jintużaw anodi moħmija, jistgħu jkunu applikati jew bilanċi tal-massa separati għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ tal-massa wieħed komuni, billi jittieħed kont kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta’ ċelluli Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa wieħed komuni. Il-bilanċ tal-massa għandu jiddetermina l-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja indipendentement minn jekk jintużawx bilanċ tal-massa komuni jew bilanċi tal-massa separati:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

input [t C] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar, anodi mixtrijin;

prodotti [t C] : il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji u skart, li joħorġu mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. anodi mibjughin;

esportazzjoni [t C] : karbonju esportat mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. Esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera;

bidliet ta’ stokkijiet [t C] : żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u bidliet ta’ stokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha (eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar). Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

Il-kontenut ta’ karbonju jista’ jiġi derivat minn analiżi diretta, kif ukoll minn analiżi indiretta, i.e. billi jitnaqqas il-kontenut imkejjel ta’ kostitwenti magħrufin (bħal kubrit, idroġenu u rmied) mill-ammont totali, kif ikun xieraq u bla ħsara għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.

3.    DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ PFC

Emissjonijiet ta’ PFC mill-produzzjoni ta’ aluminju primarju għandhom jinkludu emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 espressi bħala ekwivalenti ta’ CO2:

Emissjonijiet ta’ PFC [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] + Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)]

Ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (t CO2(e)) għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw Valuri ta’ Potenzjal ta’ Riskaldament Globali ipprovduti fir-Rapport tat-Tieni Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (Valur ta’ GWP tal-IPPC tal-1995). Dawn huma:

GWPCF4 = 6 500 t CO2(e)/t CF4

GWPC2F6 = 9 200 t CO2(e)/t C2F6

Emissjonijiet totali ta’ PFC huma kkalkulati mill-emissjonijiet li jistgħu jitkejlu f’tubu jew f’ċumnija (“emissjonijiet minn sors ta’ punt”) kif ukoll mill-emissjonijiet li jaħarbu billi tintuża l-effiċjenza tat-tubi fil-ġbir:

Emissjonijiet ta’ PFC (total) = Emissjonijiet ta’ PFC (tubu)/effiċjenza fil-ġbir

L-effiċjenza fil-ġbir titkejjel meta jkunu determinati l-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet. Biex din tkun determinata għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006.

Emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 li jkunu nħarġu minn tubu jew ċumnija għandhom ikunu kkalkulati b’wieħed miż-żewġ approċċi li ġejjin, skont it-teknoloġiji ta’ kontroll użati. Il-metodu A ta’ kalkulazzjoni jintuża fejn ikunu rreġistrati l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola; il-metodu B ta’ kalkulazzjoni għandu jintuża fejn ikun irreġistrat il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu.

Metodu A ta’ Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil

Fejn jitkejlu l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:

Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = AEM × (SEFCF4 /1 000) × PrAl × GWPCF4

Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 * FC2F6 * GWPC2F6

Fejn:

AEM …Minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola

SEFCF4 … ( 21 )Fattur ta’ emissjoni f’pendil [(kg CF4/t Al prodott)/(minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola)]

PrAl …Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]

FC2F6 …Frazzjoni ta’ piż ta’ C2F6 (t C2F6/t CF4)

Fejn:

Dejta ta’ attività

(a)    Produzzjoni ta’ aluminju primarju

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    Minuti ta’ effett ta’ anodu (AEM)

Il-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola jesprimu l-frekwenza ta’ effetti ta’ anodi [għadd ta’ effetti ta’ anodi/jum ta’ ċellola] immultiplikata bid-durata medja ta’ effetti ta’ anodi [minuti ta’ effett ta’ anodu/okkorrenza]:

AEM = frekwenza × durata medja

Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

Fattur ta’ emissjoni

Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (fattur ta’ emissjoni f’pendil ta’ SEFCF4 ) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull minuta ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola. Il-fattur ta’ emissjoni (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) ta’ C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjonat għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1.



Tabella 1

Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mal-metodu tal-pendil

Teknoloġija

Fattur ta’ Emissjoni għal CF4 (SEFCF4 )

[(kg CF4/t Al)/(AE-Min/jum ta’ ċellola)]

Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6 (FC2F6 )

[t C2F6/t CF4]

Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB)

0,143

0,121

Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS)

0,092

0,053

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 ( 22 ). Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.

Metodu B ta’ Kalkulazzjoni- Metodu ta’ vultaġġ żejjed:

Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:

Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × GWPCF4 × 0 001

Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2-eq] = Emissjonijiet ta’ CF4 × FC2F6 C2F6 × GWPC2F6

Fejn:

OVC …Koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed (“fattur ta’ emissjoni”) espress bħala kg ta’ CF4 kull tunnellata metrika ta’ aluminju prodott għal kull mV vultaġġ żejjed.

AEO …Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu għal kull ċellola [mV] determinat bħala l-integral ta’ (ħin × vultaġġ ‘il fuq mill-vultaġġ immirat) diviż bil-ħin (durata) ta’ ġbir ta’ dejta

CE …medja ta’ effiċjenza attwali ta’ produzzjoni ta’ aluminju [%]

PrAl …Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]

FC2F6 …Frazzjoni ta' piż ta' C2F6 (t C2F6/t CF4)

Dejta ta’ attività

(a)    Produzzjoni ta’ aluminju primarju

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu

It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu/effiċjenza attwali) jesprimi l-vultaġġ żejjed medju b’effett ta’ anodu integrat bil-ħin [vultaġġ żejjed ta’ mV] għal kull effiċjenza attwali medja [%].

Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

Fattur ta’ emissjoni

Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (“koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed” OVC) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull t ta’ aluminju prodott għal kull millivolt [mV] ta’ vultaġġ żejjed. Il-fattur ta’ emissjoni ta’ C2F6 (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjon għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.

Għandhom jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija kif stabbiliti fit-Tabella 2:



Tabella 2

Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma’ dejta ta’ attività ta’ vultaġġ żejjed

Teknoloġija

Fattur ta’ Emissjoni għal CF4

[(kg CF4/t Al)/mV]

Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6

[t C2F6/t CF4]

Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB)

1,16

0,121

Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS)

N.A.

0,053

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 [(kg CF4/t Al)/mV] u C2F6 [t C2F6/t CF4] stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 (22) . Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.



( 1 ) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/101/KE, ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18.

( 2 ) ĠU L 59, 26.2.2004, p. 18.

( 3 ) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

( 4 ) ĠU L 167, 9.7.1993, p. 31. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 5 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

( 6 ) Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha ffirmati f’Ċikago fis-7 ta’ Diċembru 1944.

( 7 ) Disponibbli permezz ta': http://eippcb.jrc.es/

( 8 ) “Guide to the Expression of Uncertainty in Measurement” (Gwida għall-Espressjoni ta' l-Inċertezza fil-Kejl), ISO/TAG 4. Ippubblikata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fl-1993 (ikkoreġuta u stampata mill-ġdid, 1995) f'isem il-BIPM, l-IEC, l-IFCC, l-ISO, l-IUPAC, l-IUPAP u l-OIML.

( 9 ) Ibbażat fuq il-proprozjon tal-massi atomiċi ta' karbonju (12,011) u ta' ossiġnu (15,9994).

( 10 ) Anness 1 għat-2000 Good Practice Guidance (Gwida għall-Prattika t-Tajba tas-sena 2000), u fl-Anness I tal-Linji ta' gwida ta' l-IPCC Riveduti ta' l-1996 (Istruzzjonijiet għar-Rapportaġġ): http://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/public.htm.

Guide to the Expression of Uncertainty in Measurement (Gwida għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl), ISO/TAG 4. Ippubblikata mill-ISO, 1993 (ikkoreġuta u stampata mill-ġdid, 1995) f'isem il-BIPM, l-IEC, l-IFCC, l-ISO, l-IUPAC, l-IUPAP u l-OIML.

ISO-5168:2005 Measurement of fluid flow – Procedures for the evaluation of uncertainties (Kejl ta' fluss ta' fluwidu – Proċeduri għall-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi).

( 11 ) ĠU L 041 ta' l-14.02.2003, p. 26.

( 12 ) Id-data dwar l-attività għall-attivitajiet ta' kombustjoni għandhom ikunu rrapportati bħala enerġija (valur kalorifiku nett) u massa. Il-fjuwils tal-bijomassa jew il-materjali ta' input ukoll iridu jkunu rrapportati bħala data dwar l-attività.

( 13 ) Il-fatturi ta' emissjoni għall-attivitjiet ta' kombustjoni għandhom ikunu rrapportati bħala emissjoni ta' CO2 skond il-kontenut ta' enerġija.

( 14 ) Il-fatturi ta' konverżjoni u ta' ossidazzjoni għandhom ikunu rrapportati bħala frazzjonijiet li m'għandhomx dimensjoni.

( 15 ) ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3. Emendata b'mod mill-aktar reċenti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.07.2001, p. 18).

( 16 ) UNFCCC (1999): FCCC/CP/1999/7.

( 17 ) F'każ li jintużaw unitajiet ta' volum l-operatur għandu jqis kwalunkwe konverżjoni li tista' tkun meħtieġa biex jispjega d-differenzi fil-pressjoni u fit-temperatura ta' l-apparat li jkejjel bħala miter u l-kundizzjonijiet standard li għalihom kien derivat il-valur kalorifiku nett għat-tip ta' fjuwil rispettiv.

( 18 ) Ara IPCC 2006 Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-Linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra ta' l-2006).

( 19 ) Bl-applikazzjoni tar-relazzjoni tal-massa: t CO2 = t CO * 1,571.

( 20 ) Għall-fini ta’ dan il-bilanċ tal-massa il-bikarbonat tas-sodju kollu prodott mill-karbonat tas-sodju għandu jkun ittrattat bħala karbonat tas-sodju.

( 21 ) Fejn jintużaw tipi ta’ ċelloli differenti, jistgħu jkunu applikati SEFs differenti.

( 22 ) Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll ta’ Gassijiet b’Effett ta’ Serra tas-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006; Aġenzija tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-Protezzjoni Ambjentali u Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl ta’ Emissjonijiet ta’ Tetrafluworometan (CF4) u ta’ Eżafluworometan (C2F6) minn Produzzjoni ta’ Aluminju Primarju; April 2008.

Top