This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R0562-20131126
Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council of 15 March 2006 establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code)
Consolidated text: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 562/2006 tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 562/2006 tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
No longer in force
)
02006R0562 — MT — 26.11.2013 — 006.005
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 562/2006 tal-15 ta' Marzu 2006 (ĠU L 105 13.4.2006, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 296/2008 tal-11 ta' Marzu 2008 |
L 97 |
60 |
9.4.2008 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 81/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Jannar 2009 |
L 35 |
56 |
4.2.2009 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 |
L 243 |
1 |
15.9.2009 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 265/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Marzu 2010 |
L 85 |
1 |
31.3.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013 |
L 182 |
1 |
29.6.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1051/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Ottubru 2013 |
L 295 |
1 |
6.11.2013 |
Emendat bi:
TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA |
L 112 |
10 |
24.4.2012 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 562/2006
tal-15 ta' Marzu 2006
li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
TITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ġENERALI
Artikolu 1
Suġġett u prinċipji
Dan ir-Regolament jipprovdi għall-assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri interni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa jistabbilixxi regoli li jirregolaw il-kontroll fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fruntieri interni” tfisser:
il-fruntieri ta’ l-art komuni, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, ta’ l-Istati Membri;
l-ajruporti ta’ l-Istati Membri għal titjiriet interni;
il-portijiet tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi tal-Istati Membri għal kollegamenti regolari interni bit-traġitt;
“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri ta’ l-art ta’ l-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri marittimi u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom, sakemm m’humiex fruntieri interni;
“titjira interna” tfisser kwalunkwe titjira esklussivament lejn jew minn territorji ta’ l-Istati Membri u li ma tagħmilx inżul fit-territorju ta’ pajjiż terz;
kollegament regolari bi traġett" tfisser kwalunkwe kollegament bi traġett bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar li jkunu fit-territorju ta’ l-Istati Membri, li ma jżurx xi port barra t-territorju ta’ l-Istati Membri u li jikkonsisti fit-trasport ta’ passiġġieri u vetturi skont skeda ppubblikata;
persuni li għandhom id-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unoni tfisser:
ċittadini ta’ l-Unjoni fis-sens ►M5 tal-Artikolu 20(1) ◄ tat-Trattat, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jeżerċita id-dritt tiegħu għal moviment liberu u li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri ( 15 ),
ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, li skond xi ftehim bejn ►M5 l-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u dawk il-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għandhom id-drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni;
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin ta’ l-Unjoni fis-sens ►M5 tak-Artikolu 20(1) ◄ tat-Trattat u li mhix koperta mill-punt 5 ta' dan l-Artikolu;
“persuni li għalihom ikun inħareġ allert sabiex ma jitħallewx jidħlu” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih ikun inħareġ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”)skond u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;
“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jinqasmu l-fruntieri esterni;
“punt kondiviż tal-qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntiera li jkun jew fit-territorju ta' Stat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz, li fih il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu kontrolli tal-ħruġ u tad-dħul skont il-liġi nazzjonali tagħhom u skont ftehim bilaterali;
“kontroll fuq il-fruntiera” tfisser l-attività mwettqa fuq fruntiera, skond u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala risposta esklussivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera;
“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jitħallew jidħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri jew jitilqu minnu;
“sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, sabiex persuni ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntiera;
“verifika tat-tieni linja” tfisser verifika ulterjuri li tista’ titwettaq f’lok speċjali lil hinn mil-lok li fih titwettaq verifika fuq kull persuna (l-ewwel linja);
“gwardja tal-fruntiera” tfisser kull uffiċjal pubbliku assenjat, skond il-liġi nazzjonali, ma’ xi punt ta’ qsim tal-fruntiera jew matul xi fruntiera jew fil-viċinanza immedjata ta’ dik il-fruntiera li jwettaq, skond dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali, xogħol ta’ kontroll ta’ fuq il-fruntiera;
“trasportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-professjoni tagħha hi dik li tipprovdi t-trasport ta’ persuni;
“permess ta’ residenza” tfisser:
il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz ( 16 ) u għall-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE;
kull dokument ieħor maħruġ minn Stat Membru lil ċittadin ta' pajjiż terz li jawtorizzah joqgħod fit-territorju tiegħu, li kien is-suġġett ta' notifika u pubblikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 34, bl-eċċezzjoni ta':
permessi temporanji maħruġa sakemm tiġi eżaminata l-ewwel applikazzjoni għal permess ta' residenza kif stipulat fil-punt (a) jew applikazzjoni għal asil u
viżi maħruġa mill-Istati Membri fil-format uniformi stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi ( 17 );
“bastiment tal-kruċiera” tfisser bastiment li jsegwi itinerarju partikolari skond programm determinat minn qabel, li jinkludi programm kollettiv ta’ attivitajiet għat-turisti f’diversi portijiet, u li normalment la jtella’ passiġġieri u lanqas ma jħalli passiġġieri jiżbarkaw waqt il-vjaġġ;
“dgħajjes tad-divertiment” tfisser l-użu ta’ dgħajjes tad-divertiment għal skopijiet ta’ sport jew turiżmu;
“sajd mal-kosta” tfisser sajd imwettaq permezz ta’ bastimenti li jirritornaw kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn port li jinsab fit-territorju ta’ xi Stat Membru mingħajr ma jidħlu f’port li jinsab f' pajjiż terz;
“ħaddiem lil hinn mill-kosta” tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f'żona ta' sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;
“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser kull marda b’potenzal ta’ epidemija kif definiti fir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikunu s-suġġett ta’ disposizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għal ċittadini ta’ l-Istati Membri.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull persuna li taqsam il-fruntieri interni jew esterni ta’ l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju:
għad-drittijiet ta’ persuni li jgawdu mid-dritt għal moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;
għad-drittijiet ta’ refuġjati u persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikulari fir-rigward tan-non refoulement.
Artikolu 3a
Drittijiet Fundamentali
Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”); il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (“il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”); l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement; u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.
TITOLU II
FRUNTIERI ESTERNI
KAPITOLU I
Il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul
Artikolu 4
Qsim ta’ fruntieri esterni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34.
B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet għall-obbligu li wieħed jaqsam fruntieri esterni biss f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti:
għal individwi jew gruppi ta’ persuni, fejn hemm rekwiżit ta’ natura speċjali għall-qsim ta’ kultant tal-fruntieri esterni minn punti differenti minn dawk tal-qsim tal-fruntiera jew barra l-ħinijiet tal-ftuħ fissi, basta li jkunu fil-pussess tal-permessi meħtieġa mil-liġi nazzjonali u li dan ma jkunx f’konflitt mal-interessi tal-politika pubblika u s-sigurtà interna tal-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arrangamenti speċifiċi fil-ftehimiet bilaterali. L-eżenzjonijiet ġenerali previsti mil-liġi nazzjonali u l-ftehimiet bilaterali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34;
għal individwi jew gruppi ta' persuni f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza mhux prevista;
f'konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19 flimkien mal-Annessi VI u VII.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn, il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:
ikollhom dokument validu tal-ivvjaġġar li jintitola lid-detentur jaqsam il-fruntiera u li jkun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
il-validità tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas tliet xhur wara d-data ppjanata tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. F’każ ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jitneħħa.
għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti.
huma fil-pussess ta’ viża valida, jekk rikjesta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi ċ-ċittadini ta’ liema għandu jkollhom fil-pussess tagħhom viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ- ċittadini ta’ liema huma eżenti minn dak ir-rekwiżit ( 18 ), ħlief meta jkunu detenturi ta’ permess validu ta’ residenza jew viża valida għal soġġorn fit-tul;
jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għall-perijodu tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom jew transitu lejn pajjiż terz fejn ikunu ċerti li ser jitħallew jidħlu, jew ikunu f’posizzjoni li jakkwistaw dawn il-mezzi legalment;
ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-SIS sabiex jiġi miċħud id-dħul;
mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolarment jekk l-ebda allert ma jkun inħareġ fid-databases nazzjonali ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet.
Ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34.
L-istima ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussitenza tista’ tkun ibbażata fuq flus, travellers cheques u karti ta’ kreditu li jkunu fil-pussess taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dikjarazzjonijiet ta’ persuni li jagħmlu tajjeb għalihom, fejn dawn id-dikjarazzjonijiet huma previsti mil-liġi nazzjonali u ittri ta’ garanzija mill-ospitanti, kif definit mil-liġi nazzjonali, f’każ li ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun qed joqgħod ma’ persuna li tkun qed tospitah, jistgħu wkoll jikkostitwixxu evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.
B’deroga mill-paragrfu 1:
ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra għal skop ta' transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u li l-allert ma jkunx akkumpanjat minn istruzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-transitu;
ċittadini ta’ pajjiż terz li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ħlief dik stabbilita fil-punt (b), u li jippreżentaw ruħhom fuq il-fruntiera jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, jekk tinħareġ viża fil-fruntiera skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viża) ( 19 ).
L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar il-viżi maħruġa fil-fruntieri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-Anness XII tiegħu.
Jekk ma jkunx possibbli li titwaħħal viża fid-dokument, din għandha, b’mod ta’ eċċezzjoni, titwaħħal fuq folja separata li tiddaħħal fid-dokument. F’każ bħal dan, għandu jintuża l-format uniformi għall-formoli biex titwaħħal viża, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formoli biex jitwaħħlu l-viżi maħruġa mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti ta' l-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jħejju l-formola ( 20 ).
Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Meta ċ-ċittadin minn pajjiż terz konċernat ikun soġġett għal xi allert kif imsemmi fil-paragrafu 1 punt (d), l-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tiegħu/tagħha fit-territorju tiegħu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
KAPITOLU II
Il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul
Artikolu 6
Twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera
Kwalunkwe miżura li tittieħed fit-twettieq ta’ dmirijiethom għandha tkun proporzjonata għall-objettivi li tali miżuri jfittxu li jiksbu.
Artikolu 7
Verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera
Il-verifiki jistgħu jkopru wkoll il-mezzi tat-trasport u l-oġġetti li jinsabu fil-pussess tal- persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera. Il-liġi ta' l-Istat Membru konċernat għandha tapplika għal kwalunkwe tiftix li jsir.
Il-verifika minima msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ir-regola għal persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni.
Madankollu, fuq bażi mhux sistematika, meta jwettqu verifiki minimi fuq persuni li jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni, il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jikkonsultaw id-databases nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw li persuna ma tirrappreżentax theddida ġenwina, preżenti u suffiċjentement serja għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Istati Membri jew theddida għas-saħħa pubblika.
Il-konsegwenzi ta’ tali konsultazzjonijiet m’għandhomx jipperikolaw id-dritt ta’ dħul ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat kif stabbilit fid-Direttiva 2004/38/KE.
Mad-dħul u l-ħruġ, ċittadini ta’ pajjiżi terz għandhom ikunu soġġetti għal verifika bir-reqqa.
verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu l-verifika tal-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u, fejn hu applikabbli, ta’ dokumenti li jawtorizzaw ir-residenza u l-eżerċizzju ta’ attività professjonali. Dan għandu jinkludi eżami dettaljat ta’ l-aspetti li ġejjin:
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa fil-pussess ta’ dokument validu biex jaqsam il-fruntiera u li ma jkunx skada, u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew permess ta’ residenza meħtieġa;
l-iskrutinju bir-reqqa tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;
l-eżami tat-timbri tad-dħul u tal-ħruġ fuq id-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat, sabiex ikun verifikat, billi jitqabblu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ, li dik il-persuna ma tkunx diġà qabżet it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju ta’ l-Istati Membri;
il-verifika dwar il-punti ta’ tluq u destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel u, jekk meħtieġ, il-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti;
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza għat-tul u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel, għar-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż ta' oriġini jew transitu lejn pajjiż terz, li fihom huwa/hija j/tkun ċert/a li se t/jiġi ammess/a jew li jista'/tista' jikseb dawn il-mezzi b’mod leġittimu;
il-verifika li ċ-ċitttadin ta’ pajjiż terz konċernat, il-mezz ta’ trasport tiegħu/tagħha u l-oġġetti li jkun qed iġorr ma jkunux ser jipperikolaw il-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri. Verifika bħal din għandha tinkludi konsultazzjoni diretta tad-data u l-allerti dwar persuni u, fejn ikun hemm bżonn, l-oġġetti li jinsabu fl-SIS u fil-fajls nazzjonali tad-data u l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk ikun hemm, bħala riżultat ta’ allert;
jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża msemmija fl-Artikolu 5(1)(b), il-verifiki bir-reqqa għad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża u tal-awtentiċità tal-viża, billi tiġi kkonsultata s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) ( 21 );
b'deroga, meta:
ikun hemm traffiku tant intens li l-ħin ta' stennija fil-fruntieri jsir eċċessiv;
ir-riżorsi kollha f'termini ta' persunal, ta' faċilitajiet u ta' organizzazzjoni jkunu diġà ġew eżawriti; u
abbażi ta' evalwazzjoni, ma hemm l-ebda riskju relatat mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali,
konsultazzjoni mal-VIS tista' titwettaq billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża f'kull każ u, fuq għażla każwali, in-numru tal-istiker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.
Madankollu, fil-każi kollha fejn hemm dubju dwar l-identitá tad-detentur tal-viża u/jew tal-awtentiċitá tal-viża, il-VIS għandha tiġi kkonsultata b'mod sistematiku billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.
Din id-deroga tista' tiġi applikata biss fil-punti ta' qsim tal-fruntiera sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq;
id-deċiżoni li ssir konsultazzjoni mal-VIS skond il-punt (ab) għandha tittieħed mill-gwardjan tal-fruntiera responsabbli mill-punt ta' qsim tal-fruntiera, jew minn livell ogħla.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni minnufih;
kull Stat Membru għandu, darba fis-sena, jittrasmetti rapport dwar l-applikazzjoni tal-punt (ab) lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi n-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz, li saritilhom verifika permezz tal-VIS billi ntuża n-numru tal-isticker tal-viża biss u t-tul tal-ħin ta' stennija msemmi fil-punt (ab)(i);
il-punti (ab) u (ac) għandhom japplikaw għal perjodu massimu ta' tliet snin, li jibda tliet snin wara li l-VIS tkun bdiet il-ħidmiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem it-tieni sena tal-applikazzjoni tal-punti (ab) u (ac), tittrasmetti evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi emendi xierqa għal dan ir-Regolament.
verifiki bir-reqqa mal-ħruġ għandhom jinkludu:
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun fil-pussess ta’ dokument validu sabiex jaqsam il-fruntiera;
il-verifika tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;
meta possibbli, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terx mhux meqjus bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri.
barra mill-verifiki msemmija f'punt (b), verifiki bir-reqqa mal-ħruġ jistgħu jinkludu wkoll:
il-verifika li l-persuna hija fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu; ►M2 tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; ◄
il-verifika li l-persuna ma qabżitx it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju ta’ l-Istati Membri;
konsultazzjoni ta’ allerti dwar persuni u oġġetti inklużi fl-SIS u rapporti fil-fajls nazzjonali tad-data;
għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu, jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, waqfien jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-VIS tista' tiġi kkonsultata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal verifika bir-reqqa fit-tieni linja għandhom jingħataw informazzjoni bil-miktub b'lingwa li jifhmu jew li hekk jista' raġonevolment ikun issopponut, u jekk meħtieġ f'forma effettiva oħra, li tiddikjara l-għan, u l-proċedura ta', tali verifika.
◄
Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni u fil-lingwa/lingwi tal-pajjiż jew pajjiżi li jkollhom fruntiera ma’ l-Istat Membru konċernat u għandha tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jitlob l-isem jew in-numru ta’ identifikazzjoni tas-servizz tal-gwardji tal-fruntiera li jkunu qed iwettqu l-verifika bir-reqqa fit-tieni linja kif ukoll l-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera u d-data ta’ meta nqasmet il-fruntiera.
Artikolu 8
Tnaqqis tal-verifiki fuq il-fruntiera
Id-deċiżjoni li jkunu mnaqqsa l-verifiki għandha tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera li jkollu l-kmand tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera.
Dan it-tnaqqis ta’ verifiki għandu jkun temporanju, ikun adattat għaċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawh u għandu jinbeda gradwalment.
Artikolu 9
Korsiji separati u informazzjoni fuq tabelli
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu korsiji separati fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri tal-baħar u ta’ l-art tagħhom u fil-fruntieri bejn Stati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 20 fil-fruntieri komuni tagħhom. It-tabelli li jkollhom l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għandhom jintużaw jekk l-Istati Membri jipprovdu korsiji separati f’dawn il-fruntieri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali korsiji jkunu murija b’mod ċar permezz ta' tabelli, inkluż meta r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu tal-korsiji differenti ma jkunux applikati kif previst fil-paragrafu 4, sabiex ikunu żgurati l-aħjar livelli ta’ fluss ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera.
Persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni huma intitolati li jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fit-taqsima A (“UE, ŻEE, CH”) tal-Anness III. Jistgħu jużaw ukoll il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) u l-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.
Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkollhomx l-obbligu li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom permess ta' residenza validu jew viża ta' soġġorn fit-tul jistgħu jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III ta' dan ir-Regolament. Huma jistgħu wkoll jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Il-persuni l-oħra kollha għandhom jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.
L-indikazzjonijiet fuq it-tabelli msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jkunu bil-lingwa jew bil-lingwi li kull Stat Membru jqis xierqa.
Id-disponibilità ta’ korsiji separati indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III mhix obbligatorja. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk għandux ikun hemm tali korsiji u f'liema punti ta' qsim tal-fruntiera skont il-ħtiġijiet prattiċi.
L-Istati Membri jistgħu jvarjaw l-indikazzjonijiet fuq dawn it-tabelli fejn xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.
▼M5 —————
Artikolu 10
Ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar
Id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom jiġu ttimbrati b’mod sistematiku mad-dħul u l-ħruġ. B’mod partikolari timbru tad-dħul jew ħruġ għandu jsir fuq:
id-dokumenti li fuqhom ikollhom viża valida, u li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz jaqsmu l-fruntiera;
id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz, li tkun inħarġitilhom viża fuq il-fruntiera minn Stat Membru biex jaqsmu l-fruntiera;
id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz li m’humiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża biex jaqsmu l-fruntiera.
Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jgawdu mid-dritt skont il-liġi tal-Unjoni għal moviment liberu, iżda li ma jippreżentawx il-karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE, għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.
M’għandu jkun hemm l-ebda timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ:
fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ Kapijiet ta’ Stat u dinjitarji li l-wasla tagħhom tkun ġiet imħabbra bil-quddiem uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi;
fuq liċenzji ta’ bdoti jew ċertifikati ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ l-ajru;
fuq dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ baħħara li huma preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru biss meta l-bastiment tagħhom jidħol f’port u jkunu fiż-żona tal-port fejn daħal il-bastiment;
fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta’ bastimenti tal-kruċiera li mhumiex soġġetti għall-verifiki fuq il-fruntiera skond il-punt 3.2.3 ta’ l-Anness VI;
fuq dokumenti li jippermettu liċ-ċittadini ta’ Andorra, Monako u San Marino jaqsmu l-fruntiera;
għad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-ekwipaġġ ta’ ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija li joperaw konnessjonijiet internazzjonali;
għad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jippreżentaw karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE.
Eċċezzjonalment, fuq talba ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, jista’ ma jsirx timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ, jekk it-timbru jista’ jikkawża diffikultajiet serji għal dik il-persuna. F’dak il-każ, id-dħul jew il-ħruġ għandu jkun irreġistrat fuq folja separata bl-indikazzjoni tal-isem u n-numru tal-passaport ta' dik il-persuna. Din il-folja għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżommu l-istatistika ta' każijiet eċċezzjonali bħal dawn u jistgħu jipprovdu dik l-istatistika lill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Preżunzjonijiet fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul ta' soġġorn
F'dawn il-każijiet:
meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju ta' l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' wieħed mill-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ;
meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma tteħditx id-deċiżjoni kkontemplata fl-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' dak l-Istat Membru.
Minbarra l-indikazzjonijiet imsemmija f’(a) u (b), tista’ tingħata formola kif muri fl-Anness VIII liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill bil-prattiki nazzjonali tagħhom rigward l-indikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Sorveljanza fuq il-fruntiera
Din is-sorveljanza għandha sseħħ b’tali mod li ma tħallix u tiskoraġġixxi persuni milli jevitaw il-verifiki f’punti ta’ qsim tal-fruntiera.
Artikolu 13
Ċaħda tad-dħul
Id-deċiżjoni sostanzjata li ssemmi r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda tingħata permezz ta’ formola standard, skond fl-Anness V, Parti B, miktuba mill-awtorità li ngħatat is-setgħa mil-liġi nazzjonali biex tiċħad id-dħul. Il-formola standard mimlija għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat, li għandu jirrikonoxxi li jkun irċieva d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul permezz ta’ dik il-formola.
L-applikazzjoni għal appell m’għandiex ikollha l-effett li tissospendi d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul.
Mingħajr preġudizzju għal xi kumpens mogħti skond il-liġi nazzjonali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu jkun intitolat għal korrezzjoni tat-timbru tad-dħul ikkanċellat, u għal kwalunkwe kanċellazzjoni jew addizzjoni li tkun saret, mill-Istat Membru li jkun ċaħad id-dħul jekk l-appell jikkonkludi li d-deċiżjoni biex jiġi miċħud id-dħul ma kinitx fondata.
KAPITOLU III
Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
Artikolu 14
Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera
L-Istati Membri għandhom iħaddmu persunal u riżorsi xierqa u f’numri suffiċjenti sabiex iwettqu kontrolli fuq il-fruntieri esterni, skond l-Artikoli 6 sa 13, b’tali mod li jkun żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni tagħhom.
Artikolu 15
Implimentazzjoni tal-kontrolli
Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera, is-setgħat biex jinbdew proċedimenti kriminali mogħtija lill-gwardji tal-fruntiera mil-liġi nazzjonali u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jiġu affettwati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera jkunu professjonisti speċjalizzati u mħarrġa sew, b'kont meħud tal-kurrikuli komuni għall-formazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera stabbiliti u żviluppati mill-Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. Il-kurrikuli ta’ taħriġ għandhom jinkludu taħriġ speċjalizzat biex jiġu individwati u trattati sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi ta’ traffikar. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom iħeġġu lill-gwardji tal-fruntiera biex jitgħallmu l-lingwi meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.
Artikolu 16
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament ta' l-Aġenzija jew il-kisba ta' l-objettivi tagħha.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar din il-kooperazzjoni operattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 17
Kontrolli konġunti
Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom arranġamenti bilaterali.
KAPITOLU IV
Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq il-fruntiera
Artikolu 18
Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni
Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VI għandhom japplikaw għall-verifiki mwettqa fit-tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-punti ta' qsim tal-fruntieri.
Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 4 u 5 u l-Artikoli 7 sa 13.
Artikolu 19
Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq ċerti kategoriji ta’ persuni
Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VII għandhom japplikaw għall-verifiki fuq il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:
Kapijiet ta’ Stat u membri tad-delegazzjoni tagħhom;
bdoti ta’ l-ajru u membri oħra ta’ l-ekwipaġġ;
baħħara;
żammiema ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
ħaddiema trans-konfini;
minorenni;
servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardja tal-fruntiera;
il-ħaddiema offshore.
Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 4 u 5 u l-Artikoli 7 sa 13.
Artikolu 19a
B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-istabbiliment ta' punti ta' qsim tal-fruntieri, u sad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni mill-Kunsill dwar l-applikazzjoni kompleta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni jew sa ma jiġi emendat dan ir-Regolament biex jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kroazja tista' żżomm il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni fil-fruntiera tagħha mal-Bosnja-Ħerzegovina. F'dawn il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, il-gwardji tal-fruntieri għandhom iwettqu verifiki ta' dħul u ħruġ fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-verifiki kollha ta' dħul u ħruġ mill-gwardji tal-fruntieri Kroati għandhom jitwettqu f'konformità mal-acquis tal-Unjoni, inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u n-non-refoulement. Il-ftehimiet bilaterali rilevanti li jistabbilixxu l-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni inkwistjoni għandhom, fejn meħtieġ, jiġu emendati għal dan il-għan.
KAPITOLU IVa
Miżuri speċifiċi fil-każ ta' nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fil-fruntieri esterni
Artikolu 19b
Miżuri fil-fruntieri esterni u l-appoġġ mill-Aġenzija
F'każ li fit-twettiq tal-kontrolli fil-fruntieri esterni jiġu identifikati nuqqasijiet serji f'rapport ta' evalwazzjoni mfassal taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen ( 24 ), u sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istat Membru evalwat jieħu ċerti miżuri speċifiċi, li jistgħu jinkludu waħda jew it-tnejn li ġejjin:
jibda jiskjera timijiet tal-għassa tal-fruntiera Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004;
jippreżenta l-pjanijiet strateġiċi tiegħu, abbażi ta' stima tar-riskji, inkluża informazzjoni dwar l-iskjerament ta' persunal u tagħmir, lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha dwarhom.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 33a(2).
Hija għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
TITOLU III
FRUNTIERI INTERNI
KAPITOLU I
Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni
Artikolu 20
Qsim tal-fruntieri interni
Fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom.
Artikolu 21
Verifiki fit-territorju
It-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni m’għandhiex taffettwa:
l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali, safejn l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera; dan japplika wkoll f’żoni tal-fruntiera. Fis-sens ta’ l-ewwel sentenza l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija ma jistax, b’mod partikolari, ikun ikkunsidrat ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera meta l-miżuri ta’ pulizija:
ma jkollhomx bħala objettiv il-kontrolli fuq il-fruntiera,
ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali ta’ pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u jkunu mmirati, b’mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità trans-konfini,
huma maħsuba u mwettqa b’mod li huwa differenti b’mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni,
huma mwettqa abbażi ta’ verifiki saltwarji;
il-verifiki ta’ sigurtà fuq persuni mwettqa f’portijiet u ajruporti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi ta’ kull Stat Membru, minn uffiċjali tal-port jew ajruport jew trasportaturi, basta li tali verifiki jitwettqu wkoll fuq persuni li jivvjaġġaw fi Stat Membru;
il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti;
il-possibbiltà għal Stat Membru li bil-liġi jipprevedi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen.
Artikolu 22
Tneħħija ta’ ostakoli għat-traffiku f’punti ta’ qsim stradali fi fruntieri interni
L-Istati Membri għandhom ineħħu kull ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni fluwida tat-traffiku fi fruntieri interni, b’mod partikolari kwalunkwe limitu ta’ veloċità li ma jkunx ibbażat b’mod esklussiv fuq konsiderazzjonjiet ta’ sigurtà stradali.
Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom ikunu ppreparati biex jipprovdu għal faċilitajiet għal verifiki f’każ li jerġgħu jiddaħħlu kontrolli fuq il-fruntieri interni.
KAPITOLU II
Dħul mill-ġdid temporanju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni
Artikolu 23
Qafas ġenerali għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni
Artikolu 23a
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni
Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 25(1), huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin:
l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata;
l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Artikolu 24
Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni skont l-Artikolu 23(1)
Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli tal-fruntieri interni taħt l-Artikolu 23(1), huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli tal-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġunijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid proposta, inkluż id-data relevanti kollha li tagħti dettalji tal-avvenimenti li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku tiegħu jew għas-sigurtà interna tiegħu;
l-iskop tal-introduzzjoni mill-ġdid proposta, li jispeċifika f'liema parti jew partijiet tal-fruntieri interni ser jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri;
l-ismijiet tal-punti ta’ qsim awtorizzati;
id-data u t-tul ta’ żmien għall-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata;
fejn ikun il-każ, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra.
Tista' tiġi ppreżentata wkoll b'mod konġunt notifika taħt l-ewwel subpragrafu minn żewġ Stati Membri jew aktar.
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru jew Stati Membri konċernati.
Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.
Jekk, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata tal-kontrolli tal-fruntieri interni, jew jekk tqis li jkun xieraq li ssir konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni b'dak l-iskop.
Artikolu 25
Proċedura speċifika għal każijiet li jeħtieġu azzjoni immedjata
F'każ li tittieħed tali estensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis, u l-konsultazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien wara li d-deċiżjoni ta' estensjoni tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Artikolu 26
Proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni
Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 24(1).
Il-Kunsill jista' jirrakkomanda estensjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet u proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Qabel ma Stat Membru jerġa' jintroduċi l-kontrolli tal-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom skont dan il-paragrafu, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar dan.
F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u l-konsegwenzi fuq il-protezzjoni tal-interessi komuni taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Artikolu 26a
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni meta ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni
Fejn, bħala l-aħħar soluzzjoni, il-Kunsill jirrakkomanda, f'konformità mal-Artikolu 26(2), l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli ta' xi waħda jew aktar fruntieri jew ta' xi partijiet minnhom, huwa għandu jivvaluta sa fejn huwa probabbli li tali miżura tirrimedja adegwatament it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dettaljata ppreżentata mill-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernat(i) u mill-Kummissjoni u kull informazzjoni rilevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Meta ssir tali valutazzjoni, għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell nazzjonali jew fil-livell Ewropew, jew it-tnejn, inkluż assistenza minn korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ) jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI ( 26 ), u sa fejn tali miżuri x'aktarx jirrimedjaw b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni;
l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe nuqqas serju relatat mal-kontroll fil-fruntieri esterni identifikat fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u sa fejn tali nuqqas serju jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni;
l-impatt probabbli tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fuq il-moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Qabel ma tadotta proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 26(2), il-Kummissjoni tista:
titlob lill-Istati Membri, lill-Aġenzija, lill-Europol jew lil korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni biex jagħtuha aktar informazzjoni;
tagħmel visiti fuq il-post, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u tal-Aġenzija, l-Europol jew kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħrajn tal-Unjoni, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni rilevanti għal dik ir-rakkomandazzjoni.
Artikolu 27
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni u l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun b'kull raġuni li tista' tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 23 sa 26a.
Artikolu 28
Disposizzjonijiet li għandhom japplikaw meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni
Fejn jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni, id-disposizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 29
Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli tal-fruntieri interni
Fi żmien erba' ġimgħat mit-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni, l-Istat Membru li jkun għamel kontrolli tal-fruntieri interni għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni, li jiddeskrivi, b'mod partikolari, il-valutazzjoni inizjali u r-rispett tal-kriterji msemmija fl-Artikoli 23a 25 u 26a, l-operazzjoni tal-verifiki, il-kooperazzjoni prattika mal-Istati Membri ġirien, l-impatt li rriżulta fuq il-moviment liberu ta' persuni, l-effettività tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni, inkluża valutazzjoni ex-post tal-proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri.
Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar dik il-valutazzjoni ex-post tal-introduzzjoni mill-ġdid fuq bażi temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fi fruntiera interna waħda jew aktar jew f'partijiet minnhom.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet kollha li jerġgħu jiġu introdotti kontrolli tal-fruntieri interni meħuda matul is-sena rilevanti.
Artikolu 30
Informazzjoni għall-pubbliku
Il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pubbliku b'manjiera koordinata dwar deċiżjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni u jindika b'mod partikolari d-data tal-bidu u t-tmiem ta' tali miżura, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta' sigurtà aktar importanti biex dan ma jsirx.
Artikolu 31
Kunfidenzjalità
Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li tkun ingħatat b’konnessjoni ma' l-introduzzjoni mill-ġdid u l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera u r-rapport li jkun tfassal skond l-Artikolu 29.
TITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 32
Emendi għall-Annessi
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi III, IV u VIII.
Artikolu 33
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 33a
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 34
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni dwar:
il-lista ta’ permessi ta’ residenza, li tiddistingwi bejn dawk koperti mill-punt (a) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 u dawk koperti mill-punt (b) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 u akkumpanjata minn kampjun għall-permessi koperti mill-punt 15 tal-Artikolu 2. Il-karti ta' residenza maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE għandhom ikunu speċifikament immarkati bħala tali u għandu jiġu pprovduti kampjuni għal dawk il-karti ta' residenza li ma nħarġux skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.
il-lista tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom,
l-ammonti ta’ referenza meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri esterni tagħhom stabbiliti kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali,
il-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri,
kampjun tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri ta’ l-Affarijiet Barranin,
l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-qsim tal-fruntieri esterni msemmijin f'punt (a) tal-Artikolu 4(2);
l-istatistika msemmija fl-Artikolu 10(3).
Artikolu 35
Traffiku lokali fuq il-fruntiera
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regoli Komunitarji dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera u għal xi ftehim bilaterali eżistenti dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera.
Artikolu 36
Ceuta u Melilla
Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw ir-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definit fid-Dikjarazzoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali għall-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 ( 28 ).
Artikolu 37
Notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-Artikolu 21(c) u (d), bil-penali kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) u bil-ftehimiet bilaterali awtorizzati minn dan ir-Regolament. Bidliet sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien ħamest ijiem.
L-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri għandha tiġi pubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 37a
Mekkaniżmu ta' evalwazzjoni
L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn visiti fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda fi fruntieri esterni u interni.
F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-adozzjoni tal-programmi ta' evalwazzjoni multiannwali u annwali u r-rapporti ta' evalwazzjoni.
Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet serji fit-twettiq ta' kontrolli tal-fruntieri esterni f'rapport ta' evalwazzjoni adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 19a u 26 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sat-13 ta’ Ottubru 2009, rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III.
Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għal kwalunkwe diffikultà li tirriżulta mill-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni. Fejn hu xieraq, hija għandha tippreżenta proposti mmirati sabiex dawn id-diffikultajiet jiġu solvuti.
Artikolu 39
Revoki
Dawn li ġejjin għandhom jiġu revokati b’effett mid-data msemmija f'paragrafu 1:
il-Manwal Komuni, inklużi l-annessi tiegħu;
id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tas-26 ta’ April 1994 (SCH/Com-ex (94), 1 rev 2), tat-22 ta’ Diċembru 1994 (SCH/Com-ex (94)17, rev. 4) u ta’ l-20 ta’ Diċembru 1995 (SCH/Com-ex (95) 20, rev. 2);
l-Anness 7 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni;
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli tal-fruntiera u tas-sorveljanza ( 29 );
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/581/KE tad-29 ta’ April 2004 li tiddetermina l-indikazzjonijiet minimi li għandhom jintużaw fuq tabelli f’punti ta’ qsim fuq il-frunteri esterni ( 30 );
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/574/KE tad-29 ta’ April 2004 li temenda l-Manwal Komuni ( 31 );
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jittimbraw sistematikament id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri u li jemenda d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen u l-Manwal Komuni għal dan il-għan ( 32 ).
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2006. Madankollu, l-Artikolu 34 għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea.
ANNESS I
Dokumenti ta' sostenn biex jiġi verifikat it-twettiq tal-kondizzjonijiet tad-dħul
L-evidenza dokumentarja msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tinkludi dan li ġej:
għal vjaġġi ta' negozju:
stedina minn ditta jew awtorità sabiex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew attivitajiet marbuta ma' kummerċ, industrija jew xogħol;
dokumenti oħra li juru l-eżistenza ta' relazzjonijiet kummerċjali jew relazzjonijiet għal finijiet ta' xogħol;
biljetti tad-dħul għal fieri u kungressi jekk wieħed ikun ser jattendi għal xi waħda minnhom.
għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' studju jew tipi oħra ta' taħriġ:
ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'istitut ta' tagħlim sabiex wieħed jattendi korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta' taħriġ bażiku jew aktar avvanzat;
karti ta' l-istudent jew ċertifikati għall-korsijiet li wieħed ikun segwa;
għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' turiżmu jew għal raġunijiet privati;
dokumenti ta' sostenn dwar l-alloġġ;
dokumenti ta' sostenn dwar l-itinerarju:
konferma tal-prenotazzjoni ta' vjaġġ organizzat jew kwalunkwe dokument adattat ieħor li jindika l-pjanijiet ta' vjaġġ previsti;
dokumenti ta' sostenn dwar ir-ritorn:
biljett tar-ritorn jew wieħed li jinkludi tluq u ritorn.
għal vjaġġi li jsiru għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħra:
stediniet, biljetti tad-dħul, reġistrazzjonijiet jew programmi li jsemmu kull fejn hu possibbli l-isem ta' l-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tas-soġġorn jew kwalunkwe dokument adatt ieħor li jindika l-għan taż-żjara.
ANNESS II
Reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni
F'kull punt ta' qsim tal-fruntiera, l-informazzjoni kollha ta' servizz u kull informazzjoni oħra ta' importanza partikolari iridu jiġu reġistrati b'mod manwali jew elettroniku. L-informazzjoni li trid tiġi reġistrata għandha tinkludi b'mod partikolari:
l-ismijiet tal-gwardji tal-fruntiera responsabbli lokalment għall-kontrolli fil-fruntiera u ta' l-uffiċjali l-oħra f'kull tim;
it-tnaqqis fil-kontrolli fuq persuni applikat skond l-Artikolu 8;
il-ħruġ, fil-fruntiera, ta' dokumenti minflok passaporti u viżi;
persuni li jinqabdu u lmenti (reati kriminali u kontravenzjonijiet amministrattivi);
persuni miċħuda milli jidħlu skond l-Artikolu 13 (raġunijiet għaċ-ċaħda u ċittadinanzi);
il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbri tad-dħul u tal-ħruġ, l-identità tal-gwardji tal-fruntiera li jingħataw timbri f'xi data jew xift partikolari, kif ukoll l-informazzjoni dwar timbri mitlufa jew misruqa;
ilmenti minn persuni soġġetti għal kontrolli;
miżuri oħra ta' importanza partikolari min-naħa tal-pulizija jew ġudizzjarji;
ġrajjiet partikolari.
ANNESS III
Mudelli ta' tabelli li jidentifikaw il-korsiji fil-punti ta' qsim tal-fruntiera
PARTI A
( 33 )
PARTI B1: “viża mhux meħtieġa”;
PARTI B2: “il-passaporti kollha”.
PARTI Ċ