EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006R0336-20190726

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/336/2019-07-26

02006R0336 — MT — 26.07.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 336/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 064 4.3.2006, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008

  L 157

15

17.6.2008

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M3

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 336/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li tittejjeb l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1), billi jiġi żgurat li l-kumpanniji li jħaddmu dawk il-vapuri jikkonformaw mal-Kodiċi ISM permezz ta':

(a) l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni xierqa minn kumpanniji tas-sistemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà abbord u fuq ix-xatt; u,

(b) il-kontroll tagħhom mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istat tal-bandiera u tal-port.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “Il-Kodiċi ISM” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.741 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.104 (73) tal-5 ta' Diċembru 2000 tal-Kumitat tas-Siġurtà Marittima u stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(2) “Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser korp rikonoxxut skond id-Direttiva 94/57/KE;

(3) “Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun ħa responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ISM;

(4) “Vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier, jew inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri;

(5) “Passiġġier” tfisser kull persuna għajr:

(a) il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew xi persuni oħra impjegati jew imqabbda fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur fuq ix-xogħol ta' dak il-vapur; u

(b) tfal taħt l-età ta' sena;

(6) “Inġenju ta' veloċità kbira” tfisser inġenju ta' veloċità kbira kif definit fir-Regolament X-1/2 tas- SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha. Għal inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni indikati fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 98/18/KE;

(7) “Vapur tal-merkanzija” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li mhux vapur tal-passiġġieri;

(8) “Vjaġġ internazzjonali” tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru jew kwalunkwe Stat ieħor lejn port barra minn dak l-Istat, jew viċi versa;

(9) “Vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru għall-istess port jew għal port ieħor li jinsab f'dak l-Istat Membru;

(10) “Servizz ta' tbaħħir regolari” tfisser sensiela ta' traġitti bil-vapur imħaddma sabiex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ punti jew aktar, kemm:

(a) skond skeda tal-ħin ippubblikata; jew

(b) bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu sensiela sistematika rikonoxxibbli;

(11) “Vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser bastiment tal-baħar tal-passiġġieri kif definit fil-Kapitolu II-1 tas-SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(12) “Inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri” tfisser bastiment mobbli li jġorr il-passiġġieri, li primarjament jaħdem taħt l-ilma u jiddependi minn sostenn minn wiċċ l-ilma, Bħal vapur tal-wiċċ jew faċilitajiet ibbażati fix-xatt, għas-sorveljanza u għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) rikariku tal-provvista ta' l-enerġija;

(b) rikariku ta' l-arja bi pressjoni għolja;

(ċ) rikariku tal-mezzi ta' sostenn tal-ħajja;

(13) “Unità mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar” tfisser bastiment li kapaċi jaħdem f'operazzjonijiet ta' tħaffir għall-esplorazzjoni jew għall-isfruttament ta' riżorsi taħt qiegħ il-baħar bħall-idrokarboni, il-kubrit jew il-melħ;

(14) “Tunnellaġġ gross” tfisser it-tunnellaġġ gross ta' vapur determinat skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969 jew, fil-każ ta' vapuri impenjati esklużivament fi vjaġġi domestiċi u mhux imkejjel skond il-konvenzjoni msemmija, it-tunnellaġġ gross tal-vapur determinat skond id-disposizzjonijiet ta' regolamenti nazzjonali eżistenti għall-kejl tat-tunnellaġġ.

Artikolu 3

Kamp ta' Applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tipi ta' vapuri segwenti u għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a) vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, impenjati fuq vjaġġi internazzjonali;

(b) vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(ċ) vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri li joperaw minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri, fuq servizz regolari ta' tbaħħir, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(d) unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar, li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru.

2.  Dan ir-Regolament m' għandux japplika għat-tipi ta' vapuri li ġejjin jew għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a) vapuri tal-gwerra u dawk ta' truppi u vapuri oħra li huma proprjetà ta' jew imħaddma minn Stat Membru u li jintużaw biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

(b) vapuri mhux imħaddma b'mezzi mekkaniċi, vapuri ta' l-injam ta' għamla primittiva, jottijiet u inġenji tad-divertiment, ħlief jekk dawn ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;

(ċ) bastimenti tas-sajd;

(d) vapuri tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 500;

(e) vapuri tal-passiġġieri, minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, f'żoni ta' baħar ta' Klassi Ċ u D kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE.

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji kollha li joperaw vapuri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' amministrazzjoni tas-sigurtà

Il-vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kumpanniji li joperawhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 6

Ċertifikazzjoni u verifika

Għall-għanijiet ta' ċertifikazzjoni u verifika, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 7

Deroga

1.  Stat Membru jista', jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika l-kumpanniji jikkonformaw mal-paragrafi 6, 7, 9, 11 u 12 tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-disposizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti.

2.  Stat Membru jista', għal vapuri u kumpanniji li għalihom ġiet adottata deroga bis-saħħa tal-paragrafu 1, jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika japplika ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6, jistabbilixxu proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.

3.  Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a) L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deroga u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta;

(b) jekk, fi żmien sitt xhur minn notifika, jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li d-deroga proposta mhix ġustifikata jew li l-miżuri proposti m'humiex suffiċjenti, tali Stat Membru għandu jintalab jemenda jew joqgħod lura milli jadotta d-disposizzjonijiet proposti;

(ċ) l-Istat Membru għandu jagħmel pubbliċi kwalunkwe miżuri adottati b'referenza diretta għall-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, għall-paragrafu 2.

4.  Wara li ssir deroga taħt il-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 2 l-Istat Membru konċernat għandu joħroġ ċertifikat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Anness II.V, Parti B, Taqsima 5, li jindika l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

Artikolu 8

Validità, aċċettazzjoni u rikonoxximent ta' ċertifikati

1.  Id-Dokument ta' Konformità għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.

2.  F'każijiet ta' tiġdid tad-Dokument ta' Konformità u taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

3.  L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġ mill-amministrazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f'isem din l-amministrazzjoni minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

4.  L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa minn, jew f'isem, l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.

Madankollu, għal vapuri impenjati fuq servizz regolari ta' tbaħħir, il-konformità mal-Kodiċi ISM tad-Dokumenti ta' Konformità, id-Dokumenti Interim ta' Konformità, Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u ċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, maħruġa f'isem l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, għandha tiġi verifikata, bi kwalunkwe mezz adattat, minn jew f'isem l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) ħlief jekk dawn inħarġu mill-amministrazzjoni ta' Stat Membru jew minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

Artikolu 9

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur ta ' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 10

Rapportar

1.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tistabbilixxi kampjun ta' formola armonizzata għal tali rapporti.

3.  Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet ir-rapporti mill-Istati Membri, tħejji rapport konsolidat li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament flimkien ma' kwalunkwe miżuri proposti, jekk ikun xieraq. Dan ir-rapport għandu jiġi indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 11

Emendi

1.  Emendi tal-Kodiċi ISM jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat għal Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ( 1 ).

▼M3

2.  Fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness II sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali u, b’mod partikolari, fl-OMI, jew biex tittejjeb l-effettività ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.

▼M3

Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M2

Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 13

Revoka

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jkun imħassar b'effett mill-24 ta' Marzu 2006.

2.  Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, Dokumenti ta' Konformità u Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa qabel 24 ta' Marzu 2006 Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu jew sa l-approvazzjoni li jkun imiss.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għal dak li jikkonċerna vapuri tal-merkanzija u tal-passiġġieri, li m'humiex diġà meħtieġa li jikkonformaw mal-Kodiċi ISM, dan ir-Regolament għandu japplika mill-24 ta' Marzu 2008 Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM))

Parti A – Implimentazzjoni

1.

Ġenerali

1.1.

Definizzjonijiet

1.2.

Għanijiet

1.3.

Applikazzjoni

1.4.

Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

2.

Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali

3.

Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija

4.

Persuna/i nominati

5.

Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan

6.

Riżorsi u persunal

7.

Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord

8.

Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi

9.

Rapporti u analiżi dwar non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi

10.

Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir

11

Dokumentazzjoni

12.

Verifika tal-Kumpannija, reviżjoni u evalwazzjoni

Parti B – Ċertifikazzjoni u Verifika

13.

Ċertifikazzjoni u Verifika perjodika

14.

Ċertifikazzjoni Interim

15.

Verifika

16.

Forom taċ-ċertifikati

KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI GĦAT-TĦADDIM SIGUR TA' VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TAT-TNIĠĠIS

(KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM))

PARTI A – IMPLIMENTAZZJONI

1.   Ġenerali

1.1   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-partijiet A u B ta' dan il-Kodiċi.

1.1.1. “Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM)” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis kif adottat mill-Assemblea, kif jista' jiġi emendat mill-Organizzazzjoni.

1.1.2. “Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun qabel li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi.

1.1.3. “Amministrazzjoni” tfisser il-gvern ta' l-Istat li l-vapur huwa intitolat itajjar il-bandiera tiegħu.

1.1.4. “Sistema għall-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser sistema strutturata u dokumentata li tippermetti lill-persunal tal-Kumpannija jimplimenta b'mod effettiv il-politika tas-sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-Kumpannija.

1.1.5. “Dokument ta' Konformità” tfisser dokument maħruġ lil xi Kumpannija li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

1.1.6. “Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser dokument maħruġ lil vapur li juri li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapur joperaw skond is-sistema approvata ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

1.1.7. “Evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva, dokumentazzjonijiet jew stqarrijiet ta' fatt dwar is-sigurtà jew dwar l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' element tas-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà, li hija bbażata fuq osservazzjoni, kejl jew test u li tista' tiġi verifikata.

1.1.8. “Osservazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmula waqt verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u sostanzjata b'evidenza oġġettiva.

1.1.9. “Non-konformità” tfisser sitwazzjoni osservata fejn evidenza oġġettiva tindika li ma twettaqx xi rekwiżit speċifiku.

1.1.10 “Non-konformità maġġuri” tfisser devjazzjoni identifikabbli li tippreżenta theddida serja għas-sigurtà tal-persunal jew tal-vapur jew riskju serju għall-ambjent li teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata u tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' xi rekwiżit ta' dan il-Kodiċi.

1.1.11 “Data ta' l-anniversarju” tfisser il-jum u x-xahar ta' kull sena li tikkorrispondi mad-data ta' l-iskadenza tad-dokument jew taċ-ċertifikat rilevanti.

1.1.12 “Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 kif emendata.

1.2.   Għanijiet

1.2.1 L-għanijiet tal-Kodiċi huma li tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-baħar, il-prevenzjoni ta' korriment jew telf ta' ħajja ta' bnedmin, u li tiġi evitata l-ħsara lill-ambjent, b'mod partikolari, lill-ambjent marittimu, u lill-proprjetà.

1.2.2. L-għanijiet ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija għandhom, inter alia:

1.2.2.1. jipprovdu għal prattiki siguri fit-tħaddim tal-vapuri u ambjent ta' xogħol sigur;

1.2.2.2. jistabbilixxu salvagwardji kontra r-riskji kollha identifikati; u

1.2.2.3. kontinwament itejbu l-ħiliet amministrattivi ta' sigurtà tal-persunal fuq ix-xatt u abbord il-vapuri, inkluża t-tħejjija għal emerġenzi relatati kemm mas-sigurtà kif ukoll mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

1.2.3. Is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandha tiżgura:

1.2.3.1. konformità mar-regoli u r-regolamenti mandatorji; u

1.2.3.2. li jittieħed kont tal-kodiċi, il-linji gwida u l-istandards applikabbli rrikkmandati mill-Organizzazzjoni, minn amministrazzjonijiet, minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u minn organizzazzjonijiet ta' l-industrija marittima.

1.3.   Applikazzjoni

Ir-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi jistgħu jiġu applikati għall-vapuri kollha.

1.4   Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

Kull kumpannija għandha tiżviluppa, timplimenta u żżomm sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS) li tinkludi r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

1.4.1. politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

1.4.2. struzzjonijiet u proċeduri sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' vapuri u l-protezzjoni ta' l-ambjent skond il-leġislazzjoni rilevanti internazzjonali u dik ta' l-Istat tal-bandiera;

1.4.3. livelli definiti ta' awtorità u linji ta' komunikazzjoni bejn, u fost, persunal tax-xatt u abbord il-vapuri;

1.4.4. proċeduri għar-rapportar ta' inċidenti u non-konformitajiet mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi;

1.4.5. proċeduri għat-tħejjija u r-rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u

1.4.6. proċeduri għal verifiki interni u reviżjonijiet amministrattivi.

2.   Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali

2.1. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali li tiddeskrivi kif l-għanijiet, mogħtija fil-paragrafu 1.2, ser jintlaħqu.

2.2. Il-kumpannija għandha tiżgura li l-politika tiġi implimentata u tibqa' tinżamm fil-livelli kollha ta' l-organizzazzjoni kemm abbord il-vapuri kif ukoll fuq ix-xatt.

3.   Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija

3.1. Jekk l-entità li hija responsabbli għat-tħaddim tal-vapur m'hijiex is-sid, is-sid għandu jirrapporta l-isem sħiħ u d-dettalji ta' tali entità lill-amministrazzjoni.

3.2. Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta r-responsabbiltà, l-awtorità u l-interrelazzjoni tal-persunal kollu li jamministra, iwettaq u jivverifika xogħol relatat ma', u li jaffettwa, s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

3.3. Il-kumpannija hija responsabbli biex tiżgura li jkun hemm provvista adegwata ta' riżorsi u sostenn minn fuq ix-xatt sabiex il-persuna jew il-persuni magħżula jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

4.   Persuna/i magħżula

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' kull vapur u sabiex jiġi pprovdut kollegament bejn il-kumpannija u dawk abbord, kull kumpannija, skond kif jixraq, għandha tagħżel persuna jew persuni fuq ix-xatt li jkollhom aċċess dirett għall-ogħla livell ta' amministrazzjoni. Ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persuna jew persuni nominati għandhom jinkludu s-sorveljanza ta' l-aspetti tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tat-tħaddim ta' kull vapur u li jiżgura(w) li jiġu applikati riżorsi adegwati u sostenn ibbażat fuq ix-xatt, kif meħtieġ.

5.   Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan

5.1 Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-kaptan fir-rigward ta':

5.1.1. l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-kumpannija;

5.1.2. li l-ekwipaġġ jiġi mmotivat fl-osservanza ta' dik il-politika;

5.1.3. il-ħruġ b'mod ċar u sempliċi ta' ordnijiet u struzzjonijiet xierqa;

5.1.4. li jiġi verifikat li ħtiġiet speċifikati jiġu osservati; u

5.1.5. li jirrevedi l-SMS u jirrapporta n-nuqqasijiet tagħha lill-amministrazzjoni bbażata fuq ix-xatt.

5.2. Il-kumpannija għandha tiżgura li l-SMS imħaddma abbord il-vapur ikun fiha dikjarazzjoni ċara li tenfasizza l-awtorità tal-kaptan. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi fl-SMS li l-kaptan għandu l-awtorità ‘l fuq minn kollox u r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis u li jitlob l-għajnuna tal-kumpannija hekk kif jista' jkun meħtieġ.

6.   Riżorsi u persunal

6.1. Il-kumpannija għandha tiżgura li l-kaptan:

6.1.1. ikun ikkwalifikat kif suppost biex jikkmanda;

6.1.2. ikun jaf tajjeb l-SMS tal-kumpannija; u

6.1.3. jingħata s-sostenn meħtieġ sabiex id-dmirijiet tal-kaptan ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr periklu.

6.2. Il-kumpannija għandha tiżgura li kull vapur ikollu baħħara kkwalifikati, iċċertifikati u medikament f'saħħithom skond il-ħtiġiet nazzjonali u internazzjonali.

6.3. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li persunal ġdid u persunal trasferit għal kompiti ġodda relatati mas-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent jingħataw familjarizzazzjoni xierqa mad-dmirijiet tagħhom.

L-istruzzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti qabel it-tbaħħir għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mogħtija.

6.4. Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal kollu involut fl-SMS tal-kumpannija jkun jifhem b'mod adegwat ir-regoli, ir-regolamenti, il-kodiċi u l-linji gwida rilevanti.

6.5. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe taħriġ li jista' jkun meħtieġ għas-sostenn ta' l-SMS u sabiex jiġi żgurat li tali taħriġ jingħata lill-persunal kollu kkonċernat.

6.6. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri li bihom il-persunal tal-vapur jirċievi informazzjoni rilevanti dwar l-SMS f'lingwa jew lingwi ta' xogħol li huma jifhmu.

6.7. Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal tal-vapur ikun jista' jikkomunika b'mod effettiv waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu relatati ma' l-SMS.

7.   Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għat-tħejjija ta' pjani u struzzjonijiet, inklużi listi ta' kontroll skond il-każ, għal operazzjonijiet ewlenin abbord li jikkonċernaw is-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Id-diversi kompiti involuti għandhom jiġu definiti u assenjati lil persunal ikkwalifikat.

8.   Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi

8.1. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tidentifika, tiddeskrivi u tirrispondi għal sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza abbord il-vapur.

8.2. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi programmi ta' drills u eżerċizzji sabiex tħejji għal azzjonijiet ta' emerġenza.

8.3. L-SMS għandha tipprevedi miżuri li jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-kumpannija tista' tirrispondi fi kwalunkwe ħin għal perikli, inċidenti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu l-vapuri tagħha.

9.   Rapporti u analiżi ta' non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi

9.1. L-SMS għandha tinkludi proċeduri li jiżguraw li non-konformitajiet, inċidenti u sitwazzjonjiet perikolużi jiġu rrapportati lill-kumpannija, investigati u analizzati bl-għan li tiġi mtejba s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

9.2. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għall-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva.

10.   Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir

10.1. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li l-vapur jinżamm f'konformità mad-disposizzjonijiet tar-regoli u r-regolamenti rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mill-kumpannija.

10.2. Sabiex tissodisfa dawn il-ħtiġiet il-kumpannija għandha tiżgura li:

10.2.1. isiru spezzjonijiet f'intervalli adattati;

10.2.2. kwalunkwe non-konformità tiġi rrapportata bil-kawża possibbli tagħha, jekk tkun magħrufa;

10.2.3. tittieħed azzjoni korrettiva xierqa; u

10.2.4. tinżamm reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

10.3. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri fl-SMS sabiex jiġu identifikati t-tagħmir u s-sistemi tekniċi li l-waqfien għall-għarrieda tagħhom jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet perikolużi. L-SMS għandha tipprevedi miżuri speċifiċi bl-għan li jippromwovu l-affidabbiltà ta' tali tagħmir jew sistemi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu testijiet regolari ta' arranġamenti ta' riżerva u ta' tagħmir jew ta' sistemi tekniċi li m'humiex f'użu kontinwu.

10.4. L-ispezzjonijiet imsemmija f'10.2 kif ukoll il-miżuri msemmija f'10.3 għandhom jiġu integrati fir-rutina/manutenzjoni tat-tħaddim tal-vapur.

11.   Dokumentazzjoni

11.1. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tikkontrolla d-dokumenti u d-data kollha, li huma rilevanti għall-SMS.

11.2. Il-kumpannija għandha tiżgura li:

11.2.1. dokumenti validi jkunu disponibbli fil-postijiet rilevanti kollha;

11.2.2. bidliet fid-dokumenti jiġu riveduti u approvati mill-persunal awtorizzat; u

11.2.3. dokumenti li m'għadhomx jintużaw jitneħħew minnufih.

11.3. Id-dokumenti użati biex jiddeskrivu u jimplimentaw l-SMS jistgħu jissejħu bħala l-“manwal ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà”. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm f'forma li l-kumpannija tqis l-aktar effettiva. Kull vapur għandu jġorr abbord id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għal dak il-vapur.

12.   Verifika, reviżjoni u valutazzjoni tal-kumpannija

12.1. Il-kumpannija għandha twettaq verifiki interni tas-sigurtà biex tivverifika jekk l-attivitajiet tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis jikkonformawx ma' l-SMS.

12.2. Perjodikament, il-kumpannija għandha tivvaluta l-effikaċja u meta jkun meħtieġ tirrevedi l-SMS skond proċeduri stabbiliti mill-kumpannija.

12.3. Il-verifiki u l-azzjonijiet korrettivi possibbli għandhom jitwettqu skond proċeduri dokumentati.

12.4. Il-persunal li jwettaq il-verifiki għandu jkun indipendenti mill-oqsma li jkunu qed jiġu verifikati sakemm dan ma jkunx imprattikabbli minħabba d-daqs u n-natura tal-kumpannija.

12.5. Ir-riżultati tal-verifiki u r-reviżonijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal kollu li jkollu responsabbiltà fil-qasam involut.

12.6. Il-persunal ta' l-amministrazzjoni responsabbli mill-qasam involut għandu jieħu azzjoni korrettiva f'waqtha dwar nuqqasijiet li jinstabu.

PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA

13   Ċertifikazzjoni u verifika perjodika

13.1 Il-vapur għandu jitħaddem minn Kumpannija li jkun inħarġilha Dokument ta' Konformità jew Dokument Interim ta' Konformità skond il-paragrafu 14.1, rilevanti għal dak il-vapur.

13.2 Id-Dokument ta' Konformità għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni, minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq it-talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor għall-Konvenzjoni lil kwalunkwe Kumpannija li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi għal perijodu speċifikat mill-Amministrazzjoni li m'għandux ikun iktar minn ħames snin. Dokument bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-Kumpannija hija kapaċi tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

13.3 Id-Dokument ta' Konformità huwa validu biss għat-tipi ta' vapur indikati espliċitament fid-dokument. Tali indikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' vapur li fuqhom ġiet ibbażata l-verifika inizjali. Tipi oħra ta' vapur għandhom jiġu inklużi biss wara verifika tal-kapaċità tal-Kumpannija li tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi applikabbli għal tali tipi ta' vapur. F'dan il-kuntest, it-tipi ta' vapur huma dawk imsemmija fir-regolament IX/1 tal-Konvenzjoni.

13.4 Il-validità ta' Dokument ta' Konformità għandha tkun soġġetta għal verifika annwali mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni minn Gvern Kontraenti ieħor fi żmien tliet xhur qabel jew wara d-data ta' l-anniversarju.

13.5 Id-Dokument ta' Konformità għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba tagħha, mill-Gvern Kontraenti li ħareġ id-dokument, meta l-verifika annwali meħtieġa fil-paragrafu 13.4 ma tiġix mitluba jew jekk hemm prova ta' non-konformitajiet maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.5.1 Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u/jew iċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà kollha għandhom ukoll jiġu rtirati jekk id-Dokument ta' Konformità jiġi rtirat.

13.6 Kopja tad-Dokument ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

13.7 Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ lil vapur għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mill-Amministrazzjoni jew xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ wara verifika li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapuri joperaw skond is-sistema approvata ta' amministrazzjoni tas-sigurtà. Ċertifikat bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-vapur qed jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kodiċi.

13.8 Il-validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun soġġetta għal mill-inqas verifika intermedja waħda mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Jekk tkun ser tiġi mwettqa verifika intermedja waħda biss u l-perijodu ta' validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jkun ta' ħames snin, din għandha sseħħ bejn it-tieni u t-tielet data ta' anniversarju taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà.

13.9 Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.5.1, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, mill-Gvern Kontraenti li jkun ħarġu meta l-verifika intermedja meħtieġa fil-paragrafu 13.8 ma tintalabx jew jekk hemm xhieda ta' non-konformità maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.10 Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 13.2 u 13.7, meta l-verifika tat-tiġdid titlesta fi żmien tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ- Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandhom ikunu validi mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti.

13.11 Meta l-verifika tat-tiġdid titlesta aktar minn tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandu jkun validu mid-data ta' tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid.

14.   Ċertifikazzjoni interim

14.1 Dokument Interim ta' Konformità jista' jinħareġ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni inizjali ta' dan il-Kodiċi meta:

1. Kumpannija tkun għadha kif ġiet stabbilita; jew

2. tipi ġodda ta' vapur ikunu ser jiġu miżjuda ma' Dokument ta' Konformità eżistenti, wara verifika li l-Kumpannija għandha sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 ta' dan il-Kodiċi, dment li l-Kumpannija turi pjani biex timplimenta sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan il-Kodiċi fi żmien il-perijodu ta' validità tad-Dokument Interim ta' Konformità. Dokument Interim ta' Konformità bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Kopja tad-Dokument Interim ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

14.2 Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ:

1. lil vapuri ġodda mal-kunsinna;

2. meta Kumpannija tieħu r-responsabbiltà għat-tħaddim ta' vapur li huwa ġdid għall-Kumpannija; jew

3. meta vapur jibdel il-bandiera.

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 6 xhur mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor.

14.3 Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, Gvern Kontraenti ieħor, tista', f'każijiet speċjali, testendi l-validità ta' Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għal perijodu ieħor li m'għandux ikun aktar minn 6 xhur mid-data ta' l-iskadenza.

14.4 Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ wara verifika li:

1. id-Dokument ta' Konformità, jew id-Dokument Interim ta' Konformità, huwa rilevanti għall-vapur ikkonċernat;

2. is-Sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà pprovduta mill-Kumpannija għall-vapur ikkonċernat tinkludi elementi ċentrali ta' dan il-Kodiċi u ġiet valutata waqt il-verifika għall-ħruġ tad-Dokument ta' Konformità jew murija għall-ħruġ tad-Dokument Interim ta' Konformità;

3. il-Kumpannija ppjanat il-verifika tal-vapur fi żmien tliet xhur;

4. il-kaptan u l-uffiċjali huma familjari mas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà u ma' l-arranġamenti ppjanati għall-implimentazzjoni tagħha;

5. qabel it-tbaħħir jiġu pprovduti struzzjonijiet li jkunu ġew identifikati bħala essenzjali; u

6. informazzjoni rilevanti dwar is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tkun ingħatat b'lingwa jew lingwi tax-xogħol mifhuma mill-persunal tal-vapur.

15   Verifika

15.1 Il-verifiki kollha meħtieġa mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi għandhom jitwettqu skond il-proċeduri aċċettabbli għall-Amministrazzjoni, b'kont meħud tal-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni ( 4 ).

16   Forom taċ-ċertifikati

16.1 Id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitfasslu f'forma li tikkorrispondi mal-mudelli mogħtija fl-appendiċi għal dan il-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata m'hix l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.

16.2 Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.3 t-tipi ta' vapur indikati fuq id-Dokument ta' Konformità u d-Dokument Interim ta' Konformità jistgħu jiġu approvati biex jirriflettu kwalunkwe limitazzjonijiet fl-operazzjonijiet tal-vapuri deskritti fis-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà.




Appendiċi

Formoli tad-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

DOKUMENT TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija:

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

Vapur tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

Tanker taż-żejt

Tanker tal-kimiċi

Trasportatur tal-gass

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

Vapur tal-merkanzija ieħor

Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.



L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

ĊERTIFIKAT TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur ( *1 ):…

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' l-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpannija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.

Dan iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠ)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.



VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (1)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (1)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (1)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

(*1)   Jekk applikabbli. Referenza hija magħmula għall-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet (ir-riżoluzzjoni A.913 (22)).

DOKUMENT INTERIM TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM), għat-tip(i) ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

Vapur tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

Tanker taż-żejt

Tanker tal-kimiċi

Trasportatur tal-gass

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

Vapur tal-merkanzija ieħor

Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa:

Maħruġ fi: …

(Post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974,

kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur ( *2 ): …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija:…

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Kodiċi ISM ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità ( *3 ) tal-Kumpannija huwa rilevanti għal dan il-vapur.

Dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …,

soġġett għal li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (*3)  jibqa' validu.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa: …

Data ta' l-estensjoni: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)




ANNESS II

DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-AMMINISTRAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM)

Parti A

Disposizzjonijiet ġenerali

Parti B

Ċertifikazzjoni u Standards

2.

Proċess ta' ċertifikazzjoni

3.

Standard ta' Amministrazzjoni

4.

Standards ta' Kompetenza

5.

Forma tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

PARTI A – DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1 Meta jwettqu verifiki u kompiti ta' ċertifikazzjoni meħtieġa mid-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għal vapuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fil-Parti B ta' dan it-Titolu.

1.2 Barra minn dan l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tad-disposizzjonijiet tal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet, adottati mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.913 (22) tad-29 ta' Novembru 2001, sa fejn dawn ma jkunux koperti taħt il-Parti B ta' dan it-Titolu.

PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U STANDARDS

2.   Proċess ta' ċertifikazzjoni

2.1. Il-proċess ta' ċertifikazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta' dokument ta' konformità għal kumpannija u ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà lil kull vapur għandu jitwettaq b'kont meħud tad-disposizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.2. Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu normalment jinvolvi l-passi li ġejjin:

1. verifika inizjali;

2. verifika annwali jew intermedja;

3. verifika tat-tiġdid; u,

4. verifika addizzjonali.

Dawn il-verifiki jitwettqu fuq talba tal-kumpannija lill-amministrazzjoni jew lill-organizzazzjoni rikonoxxuta meta din taġixxi f'isem l-amministrazzjoni.

2.3. Il-verifiki għandhom jinkludu verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

2.4. Awditur ewlieni u, jekk ikun rilevanti, grupp ta' awdituri, għandhom jiġu nnominati biex iwettqu l-verifika.

2.5. L-awditur ewlieni nnominat għandu jżomm kuntatt mal-kumpannija u jipproduċi pjan ta' verifika.

2.6. Rapport tal-verifika għandu jitħejja taħt id-direzzjoni ta' l-awditur ewlieni, li huwa responsabbli għall-preċiżjoni u għall-kompletezza tiegħu.

2.7. Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi l-pjan tal-verifika, l-identifikazzjoni tal-membri tal-grupp tal-verifika, dati u identifikazzjoni tal-kumpannija, reġistrazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjonijiet u non-konformitajiet u osservazzjonijiet dwar l-effettività tas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà fil-kisba ta' l-għanijiet speċifikati.

3.   Standard ta' amministrazzjoni

3.1. Awdituri jew il-grupp ta' awdituri li jamministra l-verifika tal-konformità mal-Kodiċi ISM għandu jkollhom kompetenza fir-rigward ta':

1. li tiġi żgurata konformità mar-regoli u r-regolamenti inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, għal kull tip ta' vapur imħaddem mill-kumpannija;

2. attivitajiet ta' approvazzjoni, ta' sorveljanza u ta' ċertifikazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikati marittimi;

3. it-termini ta' referenza li għandhom jiġu kkunsidrati taħt is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà kif meħtieġ mill-Kodiċi ISM; u

4. esperjenza prattika tat-tħaddim ta' vapur.

3.2. Fit-twettiq ta' verifika tal-konformità mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandu jiġi żgurat li teżisti indipendenza bejn il-persunal li jipprovdi servizzi ta' konsulenza u dak involut fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni.

4.   Standards ta' kompetenza

4.1. Kompetenza bażika għat-twettiq ta' verifika

4.1.1. Persunal li ser jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM għandu jissodisfa l-kriterji minimi għall-ispetturi kif stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness VII tad-Direttiva 95/21/KE.

4.1.2. Il-persunal għandu jkun għamel taħriġ biex tiġi żgurata kompetenza u ħila adegwata għat-twettiq ta' verifiki ta' konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) li jkun jaf u jifhem il-Kodiċi ISM;

(b) regoli u regolamenti mandatorji;

(ċ) it-termini ta' referenza li l-Kodiċi ISM jitlob li l-kumpanniji għandhom iqisu;

(d) tekniki ta' valutazzjoni ta' eżaminazzjoni, mistoqsijiet, valutazzjoni u rapportar;

(e) aspetti tekniċi jew ta' l-operat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà;

(f) konnoxxenza bażika tat-tbaħħir u ta' operazzjonijiet abbord; u

(g) parteċipazzjoni f'mill-inqas verifika waħda ta' sistema ta' amministrazzjoni relatata mal-baħar.

4.2. Kompetenza għal verifika inizjali u verifika tat-tiġdid

4.2.1 Sabiex jiġi valutat għal kollox jekk il-kumpannija jew kull tip ta' vapur jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM, flimkien mal-kompetenza bażika mniżżla hawn fuq, il-persunal li għandu jwettaq verifiki inizjali jew verifiki ta' tiġdid għal dokument ta' konformità u għal ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandu jkollu l-kompetenza li:

(a) jiddetermina jekk is-sistema ta' amministrazzjoni ta' sigurtà tikkonformax jew le mal-Kodiċi ISM;

(b) jiddetermina l-effettività ta' l-SMS tal-kumpannija, jew dik ta' kull tip ta' vapur, biex tiġi żgurata konformità mar-regoli u r-regolamenti kif evidenzjati mir-reġistri statutorji u dawk tas-surveys ta' klassifikazzjoni;

(ċ) jivvaluta l-effettività ta' l-SMS f'li jiżgura l-konformità ma' regoli u regolamenti oħra li m'humiex koperti minn surveys statutorji u ta' klassifikazzjoni u li jippermetti l-verifika tal-konformità ma' dawn ir-regoli u r-regolamenti; u

(d) jivvaluta jekk il-prattiki siguri rakkomandati mill-IMO, amministrazzjonijiet, soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u organizzazzjonjiet ta' l-industrija marittima jkunux ġew ikkunsidrati.

4.2.2. Din il-kompetenza tista' tintlaħaq permezz ta' timijiet, li flimkien ikollhom il-kompetenza totali meħtieġa.

▼M1

5.   Il-forma tad-dokumenti ta’ konformità u ċ-ċertifikati ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà

Meta vapuri joperaw f'xi Stat Membru biss, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta’ Konformità, iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta’ Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.

F'każ ta' deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

DOKUMENT TA' KONFORMITÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] ( *4 ) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(Isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpanija

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

Vapur tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier)

Tanker taż-żejt

Tanker tal-kimiċi

Trasportatur tal-gass

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

Vapur tal-merkanzija ieħor

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro)

Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika.

Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …

(jj/xx/ssss)

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM u] ( *5 ) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata] u ( *6 ) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità.

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem il-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur ( *7 ) …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpanija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpanija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.

Dan iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.

Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …

(jj/xx/ssss)

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠA)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u] ( *8 ) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI ( *9 )

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (*9) 

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (*9) 

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

ID-DOKUMENT INTERIM TA’ KONFORMITÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] ( *10 ) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpanija

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, għat-tip(i) ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

Vapur tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier)

Tanker taż-żejt

Tanker tal-kimiċi

Trasportatur tal-gass

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

Vapur tal-merkanzija ieħor

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro)

Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa …

Maħruġ fi: …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

ĊERTIFIKAT INTERIM TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] ( *11 ) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem il-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur ( *12 ): …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO…

Isem u indirizz tal-Kumpanija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità ( *13 ) tal-Kumpanija huwa rilevanti għal dan il-vapur.

Dan iċ-Ċertifikat Interim tal-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa … suġġett li d-Dokument ta’ Konformità/id-Dokument Interim ta’ Konformità (*13)  jibqa’ validu.

Maħruġ fi: …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa:

Data ta' l-estensjoni: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)



( 1 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004. p. 10).

( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 3 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

( 4 ) Irreferi għal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mill-Amministrazzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni bir-riżoluzzjoni A. 913(22).

( *1 ) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija, trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier), tanker taż-żejt, tanker tal-kimiċi, trasportatur tal-gass, unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar, vapur tal-merkanzija ieħor.

( *2 ) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor.

( *3 ) Ħassar kif meħtieġ.

( *4 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *5 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *6 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *7 ) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.

( *8 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *9 ) Jekk applikabbli Referenza hija magħmula għall-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u l-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) (ir-Riżoluzzjoni A.913 (22)).

( *10 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *11 ) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

( *12 ) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.

( *13 ) Ħassar kif meħtieġ

Top