EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006L0088-20061214

Consolidated text: Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/88/2006-12-14

2006L0088 — MT — 14.12.2006 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/88/KE

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006

dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi

(ĠU L 328, 24.11.2006, p.14)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59  (06/88)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/88/KE

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006

dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Billi:

(1)

L-annimali u l-prodotti ta’ l-akkwakultura jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Anness I għat-Trattat bħala annimali, ħut, molluski u krustaċji ħajjin. It-tnissil, it-trobbija u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta' l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxu sors importanti ta’ introjtu għall-persuni li jaħdmu f’dan is-settur.

(2)

Fil-kuntest tas-suq intern, ġew stabbiliti regoli speċifiċi għas-saħħa ta’ l-annimali dwar it-tqegħid fis-suq u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi tal-prodotti konċernati mid-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura ( 2 ).

(3)

It-tifqigħ ta’ mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura jistgħu jikkawżaw telf qawwi lill-industrija konċernata. Il-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fil-każ li jfaqqa’ l-mard l-aktar importanti fil-ħut u fil-molluski ġew stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut ( 3 ), u d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi ( 4 ).

(4)

Il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti ġiet abbozzata prinċipalment biex titqies it-trobbija tas-salamun, tat-troti u tal-gajdri. Minn meta ġiet adottata dik il-leġislazzjoni, l-industrija Komunitarja ta’ l-akkwakultura żviluppat b’mod sinifikanti. Numru ta’ speċi addizzjonali ta’ ħut, b’mod partikolari speċi marini, issa jintużaw fl-akkwakultura. Tipi ġodda ta’ prattika ta’ trobbija li jinvolvu speċi oħra ta’ ħut saru wkoll dejjem aktar komuni, b’mod partikolari wara t-tkabbir riċenti tal-Komunità. Barra minn hekk, it-trobbija ta’ krustaċji, molluski bivalvi, gandoffli u widnejn il-baħar qed issir dejjem aktar importanti.

(5)

Il-miżuri kollha ta’ kontroll tal-mard għandhom impatt ekonomiku fuq l-akkwakultura. Kontrolli mhux adegwati jistgħu jwasslu għat-tifrix tal-patoġeni, li jistgħu jikkawżaw telfiet kbar ħafna u jikkompromettu l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-ħut, il-molluski u l-krustaċji użati fl-akkwakultura Komunitarja. Min-naħa l-oħra, regolamentazzjoni eċċessiva tista’ tpoġġi restrizzjonijiet li m’humiex meħtieġa fuq il-kummerċ ħieles.

(6)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew datata d-19 ta’ Settembru 2002 tistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp sostenibbli ta’ l-Akkwakultura Ewropea. Dik il-Komunikazzjoni semmiet fil-qosor sensiela ta’ miżuri maħsuba biex joħolqu impjiegi għal perijodu twil ta’ żmien fis-settur ta’ l-akkwakultura, inkluż il-promozzjoni ta' standards għoljin tas-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, u azzjonijiet ambjentali li jiżguraw industrija soda. Għandu jittieħed kont ta' dawk il-miżuri.

(7)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 91/67/KEE, il-Komunità rratifikat il-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-Ftehim SPS). Il-Ftehim SPS jirreferi għall-Istandards ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE). Il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom fil-Komunità stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE huma aktar iebsin minn dawk l-istandards. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tieħu kont tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Akkwatiċi u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi għall-Annimali Akkwatiċi ta' l-OIE.

(8)

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tas-settur ta' l-akkwakultura u biex tiżdied il-produttività, għandhom jiġu stabbiliti regoli tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-livell Komunitarju. Dawn ir-regoli huma meħtieġa, fost affarijiet oħra, biex jikkontribwixxu għall-kompletar tas-suq intern u biex jiġi evitat li jinfirex mard infettiv. Il-leġislazzjoni għandha tkun flessibbli biex tieħu kont ta' l-iżviluppi kontinwi u d-diversità tas-settur ta’ l-akkwakultura, u wkoll l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità.

(9)

Din id-Direttiva għandha tkopri l-annimali ta’ l-akkwakultura, u dawk l-ambjenti li jistgħu jaffetwaw l-istatus tas-saħħa ta’ dawn l-annimali. B’mod ġenerali d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għall-annimali akkwatiċi salvaġġi fejn is-sitwazzjoni ambjentali tista’ taffetwa l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura, jew fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa ( 5 ) jew biex jiġu protetti l-ispeċi msemmija fil-lista mħejjija mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora Salvaġġi li Qegħdin f’Periklu li Jinqerdu (CITES). Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika l-adozzjoni ta’ regoli aktar stretti dwar l-introduzzjoni ta’ speċi mhux indiġeni.

(10)

L-awtoritajiet kompetenti nominati għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri tagħhom skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 6 ), u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali ( 7 ).

(11)

Għall-iżvilupp ta’ l-akkwakultura fil-Komunità huwa meħtieġ li jiżdiedu l-għarfien u l-preparazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura fl-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi.

(12)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għal, u japplikaw, it-teknika u t-tagħrif l-aktar aġġornati fl-oqsma ta’ l-analiżi tar-riskju u l-epidemjoloġija. Dan huwa ta’ importanza dejjem akbar minħabba li l-obbligi internazzjonali issa jiffokaw fuq l-analiżi tar-riskju fejn għandha x’taqsam l-adozzjoni ta' miżuri sanitarji.

(13)

Huwa xieraq li fil-livell Komunitarju tiġi introdotta sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura. Tali awtorizzazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu idea ġenerali kompleta ta’ l-industrija ta’ l-akkwakultura, li tkun tista’ tassisti fil-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni tippermetti li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet speċifiċi li għandhom jiġu sodisfatti min-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura sabiex jopera. Tali awtorizzazzjoni għandha, fejn ikun possibbli, tingħaqad ma’ jew tiġi inkluża f’reġim ta’ awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jkunu diġà waqqfu għal skopijiet oħra, per eżempju taħt leġislazzjoni ambjentali. Tali awtorizzazzjoni m'għandhiex għalhekk tkun piż żejjed għall-industrija ta' l-akkwakultura.

(14)

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni jekk l-attività konċernata tista’ toħloq riskju inaċċettabbli li jinfirex mard lil annimali oħra ta’ l-akkwakultura jew lil annimali akkwatiċi salvaġġi. Qabel ma jiġi deċiż li tkun rifjutata awtorizzazzjoni, iridu jitqiesu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju jew jinstab post alternattiv għall-attività konċernata.

(15)

It-trobbija ta’ annimali ta’ l-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem hija definita bħala produzzjoni primarja fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 8 ). L-obbligi imposti fuq negozji individwali tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt din id-Direttiva, bħalma huma ż-żamma tar-reġistri, u s-sistemi interni li jippermettu lin-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura juri lill-awtorità kompetenti li l-ħtiġiet rilevanti ta’ din id-Direttiva qed jiġu sodisfatti, għandhom fejn ikun possibbli jingħaqdu ma’ l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(16)

Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-prevenzjoni mit-tifqigħ ta' mard aktar milli lill-kontroll tal-mard wara li jkun faqqa'. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti miżuri minimi għall-prevenzjoni tal-mard u għat-tnaqqis tar-riskju li għandhom jiġu applikati għall-katina tal-produzzjoni kollha fl-akkwakultura, mill-fertilizzazzjoni u t-tifqis ta’ bajd sa l-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem, inkluż it-trasport.

(17)

Sabiex tittejjeb is-saħħa ġenerali ta' l-annimali u tingħata assistenza lill-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard ta' l-annimali permezz ta' rintraċċabiltà mtejba, il-moviment ta' l-annimali ta' l-akkwakultura għandu jiġi reġistrat. Fejn ikun xieraq, tali movimenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali.

(18)

Sabiex tinkiseb idea ġenerali tas-sitwazzjoni tal-mard, biex tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida fil-każ ta’ suspett ta’ marda u biex jitħarsu l-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski li għandhom standard għoli tas-saħħa ta’ l-annimali, għandha tiġi applikata sorveljanza fuq is-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskji f'kull tali farm u żona tat-trobbija tal-molluski.

(19)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-mard prinċipali ta’ l-annimali akkwatiċi fil-livell Komunitarju ma jinxteridx. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati għas-saħħa ta’ l-annimali għat-tqegħid fis-suq b’dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-ispeċi suxxettibbli għal dak il-mard. Għalhekk għandha tiġi stabbilita lista ta’ tali mard u l-ispeċi suxxettibbli għalih.

(20)

Il-prevalenza ta’ tali mard ta’ annimali akkwatiċi mhix l-istess madwar il-Komunità. Għalhekk għandha ssir referenza għall-kunċett ta’ Stati Membri ddikjarati ħielsa mill-mard, u meta wieħed ikun qed jittratta ma' partijiet mit-territorju konċernat għall-kunċett ta’ żoni jew kompartimenti. Għandhom ikunu stabbiliti kriterji u proċeduri ġenerali biex jingħata, jinżamm, jiġi sospiż, restitwit u rtirat tali status.

(21)

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 rigward kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern ( 9 ), sabiex jinżamm u jittejjeb l-istatus ġenerali tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi fil-Komunità, l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartamenti ddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mardiet elenkati għandhom jiġu protetti kontra l-introduzzjoni ta' tali marda.

(22)

Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi interim skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE u l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxu l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 10 ).

(23)

Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ restrizzjonijiet kummerċjali mhux meħtieġa, għandu jiġi permess l-iskambju ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura bejn l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti fejn hemm preżenti waħda jew aktar minn tali mardiet, sakemm jittieħdu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju adegwati, inkluż waqt it-trasport.

(24)

It-tbiċċir u l-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura li huma soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard jistgħu jxerrdu l-marda, inter alia bħala riżultat tat-tnixxija ta’ ħmieġ li fih il-patoġeni mill-impjanti ta’ l-ipproċessar. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-istabbilimenti ta’ l-ipproċessar li ġew debitament awtorizzati biex iwettqu tali tbiċċir u pproċessar mingħajr ma jipperikolaw l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi mrobbija u l-annimali akkwatiċi salvaġġi, inkluż fir-rigward tat-tnixxija tal-ħmieġ.

(25)

In-nomina ta’ laboratorji Komunitarji u nazzjonali ta’ referenza għandha tikkontribwixxi għal riżultati dijanjostiċi ta’ kwalità u uniformità għolja. Dak l-objettiv jista’ jintlaħaq b’attivitajiet bħall-applikazzjoni ta’ testijiet dijanjostiċi validati u bħall-organizzazzjoni ta’ ttestjar komparattiv u t-taħriġ ta’ l-istaff tal-laboratorji.

(26)

Il-laboratorji involuti fl-eżami tal-kampjuni uffiċjali għandhom jaħdmu skond il-proċeduri approvati internazzjonalment jew il-kriterji bbażati fuq l-istandards tal-prestazzjoni u għandhom jużaw, sa fejn ikun possibbli, metodi dijanjostiċi li ġew validati. Għal numru ta’ attivitajiet relatati ma’ tali eżami, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) żviluppaw Standards Ewropej (Standards EN) u Standards Internazzjonali (standards ISO) rispettivament, xierqa għall-iskop ta’ din id-Direttiva. Tali standards jirrelataw b’mod partikolari ma' l-operazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji u ma' l-operazzjoni u l-akkreditament tal-korpi tal-kontroll.

(27)

Sabiex tkun żgurata l-iskoperta bikrija ta’ kwalunkwe tifqigħa possibbli ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi, huwa meħtieġ li dawk li jiġu f’kuntatt ma’ annimali akkwatiċi ta’ l-ispeċi suxxettibbli jiġu obbligati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe każ suspett ta' mard. Spezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu fl-Istati Membri biex ikun żgurat li l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura huma familjari ma’, u japplikaw, ir-regoli ġenerali dwar il-kontroll tal-mard u l-bijosigurtà stabbiliti f’din id-Direttiva.

(28)

Hija meħtieġa l-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard mhux eżotiku imma serju fl-annimali ta’ l-akkwakultura hekk kif tfaqqa’ l-marda permezz ta’ monitoraġġ attent tal-movimenti ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom, u l-użu ta’ tagħmir suġġett għall-kontaminazzjoni. L-għażla tal-miżuri li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għandha tiddependi mis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istat Membru konċernat.

(29)

Sabiex isir avvanz fl-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-Komunità, huwa xieraq li l-programmi bbażati fuq l-epidemjoloġija għall-kontroll u għall-qerda ta’ ċertu mard jiġu sottomessi mill-Istati Membri għal rikonoxximent fuq livell Komunitarju.

(30)

Għal mard li mhux soġġett għall-miżuri Komunitarji, imma li huma ta’ importanza lokali, l-industrija ta’ l-akkwakultura għandha, bl-assistenza ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, tieħu aktar responsabbiltà għall-prevenzjoni ta' l-introduzzjoni ta' jew kontroll ta' tali mard permezz ta’ awtoregolamentazzjoni u l-iżvilupp ta' “kodiċi ta’ prattika”. Madankollu, jista' jkun meħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw ċerti miżuri nazzjonali. Tali miżuri nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati ma' l-għanijiet li jridu jintlaħqu. Barra minn hekk, huma m'għandhomx jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex jipprevjeni l-introduzzjoni jew il-kontroll tal-marda, u għandhom jiġu approvati u riveduti regolarment fil-livell Komunitarju. Sakemm jiġu stabbiliti tali miżuri taħt din id-Direttiva, il-garanziji addizzjonali mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward ta' miżuri kontra ċertu mard f'annimali akkwatiċi ( 11 ) għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(31)

Hemm żvilupp kontinwu fit-tagħrif relatat ma' mard ta’ l-annimali akkwatiċi li s’issa ma kienx magħruf. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ għal Stat Membru li japplika miżuri ta’ kontroll fil-każ ta’ mard bħal dan li jkun qed jitfaċċa. Tali miżuri għandhom ikunu rapidi u adattati għal kull każ individwali, imma m’għandhomx jinżammu għal aktar żmien milli jkun meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Minħabba li tali mard li qed jitfaċċa issa jista’ wkoll jaffettwa Stati Membri oħra, l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati bil-preżenza ta’ marda li qed titfaċċa u bi kwalunkwe miżura ta’ kontroll li ttieħdet.

(32)

Huwa meħtieġ u xieraq biex jinkiseb l-objettiv bażiku li jinżamm u, fl-eventwalità ta’ tifqigħa, li jerġa' lura għal status ta' ħelsien mill-mard fl-Istati Membri, li jiġu stabbiliti regoli fuq il-miżuri biex jiżdied l-istat ta’ preparazzjoni għall-mard. It-tifqigħ għandhom jiġu kkontrollati kemm jista’ jkun malajr, jekk ikun meħtieġ bl-użu ta’ tilqim ta’ emerġenza, sabiex jiġu limitati l-effetti avversi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u tal-prodotti tagħhom.

(33)

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju li jirrelata mal-prodotti mediċinali veterinarji ( 12 ) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ( 13 ), jeħtieġu li, b’eċċezzjonijiet minuri biss, il-prodotti mediċinali veterinarji kollha li jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità għandu jkollhom awtorizzazzjoni biex jiġu kummerċjalizzati. B’mod ġenerali, it-tilqim kollu użat fil-Komunità għandu jkollu l-awtorizzazzjoni biex jiġi kumerċjalizzat. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ prodott mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ikkumerċjalizzat fl-eventwalità ta’ epidemija serja suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. It-tilqim kontra l-mard eżotiku u dak li qed jitfaċċa fl-annimali ta’ l-akkwakultura jista’ jikkwalifika għal tali deroga.

(34)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex ikun żgurat il-livell meħtieġ ta’ l-istat ta’ preparazzjoni biex jiġu ttrattati b’mod effettiv is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati ma’ tifqigħa waħda jew aktar ta’ mard eżotiku serju jew ta' mard serju li qed jitfaċċa li jaffetwa lill-akkwakultura, b’mod partikolari billi jiġu kkompilati pjanijiet kontinġenti biex jikkumbattuh. Tali pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jiġu riveduti u aġġornati b’mod regolari.

(35)

Fejn il-kontroll ta’ marda serja ta’ l-annimali akkwatiċi hija soġġetta għal miżuri Komunitarji armonizzati għall-qerda tal-mard, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd ( 14 ). Kwalunkwe applikazzjoni għal appoġġ Komunitarju għandha tiġi soġġetta għal skrutinju fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti f’din id-Direttiva.

(36)

L-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom importati minn pajjiżi terzi m' għandhomx jippreżentaw periklu għas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali akkwatiċi fil-Komunità. Għal dak l-għan, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni ta’ l-introduzzjoni tal-mard epiżotiku.

(37)

Sabiex tiġi mħarsa s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità huwa meħtieġ li jiġi żgurat aktar li l-konsenji ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin li jgħaddu mill-Komunità jikkonformaw mal-kondizzjonijiet meħtieġa rilevanti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-ispeċi konċernata.

(38)

It-tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali tinvolvi varjetà wiesgħa ta’ speċi, sikwit speċi tropikali, għal skopijiet ornamentali biss. Dawk l-annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu normalment f’akkwarji jew vaski privati, ċentri ta' ġonna, jew f’akkwarji ta’ l-esibizzjonijiet, mhux f’kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet Komunitarji. Għaldaqstant, l-annimali akkwatiċi ornamentali li jinżammu f’dawn il-kondizzjonijiet ma joħolqux l-istess riskju lil setturi Komunitarji oħra ta’ l-akkwakultura jew lil annimali salvaġġi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għat-tqegħid fis-suq, il-vjaġġ u l-importazzjoni ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, miżmuma f'tali kondizzjonijiet.

(39)

Madankollu, fejn l-annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu barra minn sistemi magħluqa jew minn akkwarji, f’kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet naturali tal-Komunità, dawn jistgħu joħolqu riskju sinifikanti għall-akkwakultura Komunitarja jew għall-annimali salvaġġi. Dak huwa partikolarment il-każ għall-popolazzjonijiet ta’ karpjuni (Cyprinidae), minħabba li ħut ornamentali popolari bħall-karpjuni koi huma suxxettibbli għal xi mard li jaffetwaw speċi oħrajn ta’ karpjuni mrobbija fil-Komunità jew li jinsabu fl-ambjent naturali tagħhom. F’tali każijiet, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ din id-Direttiva.

(40)

(40) It-twaqqif ta’ mezzi elettroniċi ta’ skambju ta’ informazzjoni huwa ta’ importanza kbira għas-simplifikazzjoni, għall-benefiċċju ta’ l-industrija ta’ l-akkwakultura u ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jintlaħaq dak l-obbligu, jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni.

(41)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(42)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet ( 15 ), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(43)

Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tipprovdi għall-approssimazzjoni tal-kunċetti, tal-prinċipji u tal-proċeduri li jifformaw bażi komuni għal-leġislazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(44)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 16 ).

(45)

Huwa xieraq li tiġi aġġornata l-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom. Għaldaqstant, id-Direttivi 91/67/KEE, 93/53/KEE u 95/70/KE għandhom jiġu revokati u sostitwiti minn din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a) il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u l-ġarr ta' annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom;

(b) il-miżuri minimi ta’ prevenzjoni bl-għan li jżidu l-konoxxenza u l-istat ta’ preparazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ta’ l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ oħrajn relatati ma’ din l-industrija, għall-mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura;

(ċ) il-miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' suspett jew tifqigħa ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi.

▼C1

2.  L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jieħdu miżuri aktar iebsin fil-qasam kopert mill-Kapitolu II, Artikolu 13 u Kapitolu V, sakemm dawn il-miżuri ma jaffetwawx il-kummerċ ma’ l-Istati Membri l-oħra.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a) annimali akkwatiċi ornamentali mrobbija f’akkwarji mhux kummerċjali;

(b) annimali akkwatiċi salvaġġi miġbura jew maqbuda biex jiddaħħlu direttament fil-katina ta’ l-ikel;

(ċ) annimali akkwatiċi maqbuda bl-għan tal-produzzjoni ta' fishmeal, ikel tal-ħut, għaż-żejt tal-ħut u prodotti simili.

2.  Il-Kapitolu II, it-Taqsimiet 1 sa 4 tal-Kapitolu III, u l-Kapitolu VII m’għandhomx japplikaw fejn annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu fi ħwienet li jbigħu l-annimali, f’ċentri tal-ġonna, f'vaski tal-ġonna, f’akkwarji kummerċjali, jew għand dawk li jbigħu bl-imnut:

(a) mingħajr kwalunkwe kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet naturali fil-Komunità;

jew

(b) li huma mgħammra b'impjant tat-trattament ta' l-ilma li jnaqqas ir-riskju ta' trasmissjoni ta' mard lejn ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli.

3.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ l-ispeċi jew l-introduzzjoni ta’ speċi li m'humiex indiġeni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “akkwakultura” tfisser it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki maħsuba biex iżidu l-produzzjoni ta’ dawk l-organiżmi lil hinn mill-kapaċità naturali ta’ l-ambjent u fejn l-organiżmi jibqgħu l-propjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar matul l-istadji tat-trobbija jew tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ġbir;

(b) “annimal ta’ l-akkwakultura” tfisser kwalunkwe annimal akkwatiku fl-istadji kollha ta' ħajtu, inklużi l-bajd u l-isperma/il-gameti, imrobbi f'farm jew f’żona tat-trobbija tal-molluski, inkluż kwalunkwe annimal akkwatiku mill-ambjent naturali intenzjonat għal farm jew għal żona tat-trobbija tal-molluski;

(c) “in-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura” tfisser kull intrapriża, kemm jekk għall-profitt jew jekk le u kemm jekk pubblika jew privata, li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati mat-trobbija, iż-żamma jew il-kultivazzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura;

(d) “l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex jiżguraw li jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fin-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt il-kontroll tagħhom;

(e) “annimal akkwatiku” tfisser:

(i) ħut li jappartjeni għas-Sopraklassi Agnatha u għall-klassijiet Chondrichytes u Osteichtyes;

(ii) mollusk li jappartjeni għall-Filu Mollusca;

(iii) krustaċju li jappartjeni għas-Subfilu Crustacea;

(f) “stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar” tfisser kwalunkwe negozju ta’ l-ikel approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali ( 17 ), għall-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura għal skopijiet ta’ ikel, u awtorizzat skond l-Artikoli 4 u 5 ta’ din id-Direttiva;

(g) “operatur ta’ stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex jiżguraw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jintlaħqu fl-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar taħt il-kontroll tagħhom;

(h) “farm” tfisser kwalunkwe binja, żona magħluqa, jew installazzjoni mħaddma minn negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li fih jitrabbew l-annimali ta’ l-akkwakultura bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq, bl-eċċezzjoni ta' dawk fejn l-annimali akkwatiċi salvaġġi miġbura jew maqbuda bl-iskop li jittieklu mill-bniedem jinżammu temporanjament mingħajr ma jkunu mitmugħa waqt li jistennew li jitbiċċru;

(i) “trobbija” tfisser it-trobbija ta' l-annimali ta' l-akkwakultura f'farm jew f’żona tat-trobbija tal-molluski;

(j) “żoni tat-trobbija tal-molluski” tfisser żona għall-produzzjoni jew żona fejn jinżammu l-molluski li fiha joperaw in-negozji kollha tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà;

(k) “annimal akkwatiku ornamentali” tfisser annimal akkwatiku li jinżamm, jitrabba, jew jitqiegħed fis-suq għal raġunijiet ornamentali biss;

(l) “tqegħid fis-suq” tfisser il-bejgħ, inkluż l-offerta għall-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment, kemm jekk mingħajr ħlas u kemm jekk bil-ħlas, u kwalunkwe forma ta’ moviment ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura;

(m) “żona tal-produzzjoni” tfisser kwalunkwe żona ta’ ilma ħelu, tal-baħar, żona estwarja, kontinentali jew laguna, li fiha saffi naturali ta’ molluski jew postijiet użati għall-koltivazzjoni ta’ molluski, u minn fejn jittieħdu l-molluski;

(n) “meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu” tfisser għadajjar jew installazzjonijiet oħra fejn il-popolazzjoni tinżamm biss għas-sajd għal rikreazzjoni permezz ta' l-istokkjar mill-ġdid b'annimali ta' l-akkwakultura;

(o) “żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser kwalunkwe żona ta’ ilma ħelu, baħar, estwarju jew laguna b’limiti mmarkati b’mod ċar u indikati minn bagi, arbli jew kwalunkwe mezz fiss ieħor, u użata esklussivament għall-purifikazzjoni naturali tal-molluski ħajjin;

(p) “annimal akkwatiku salvaġġ” tfisser annimal akkwatiku li mhux annimal ta' l-akkwakultura.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-definizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I;

(b) kif xieraq, id-definizzjonijiet stabbiliti rispettivament fi:

(i) L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta’ l-ikel ( 18 );

(ii) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(iii) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(iv) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.



KAPITOLU II

NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA U STABBILIMENTI AWTORIZZATI TA’ L-IPPROĊESSAR

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u għall-istabbilimenti ta' l-ipproċessar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura huwa debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5.

Fejn ikun xieraq, tali awtorizzazzjoni tista’ tkopri diversi negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura tal-molluski f’żona tat-trobbija tal-molluski.

Madankollu, ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili li jinsabu f’żona tat-trobbija tal-molluski għandu jkollhom awtorizzazzjoni individwali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull stabbiliment ta' l-ipproċessar li fih jinqatlu annimali ta' l-akkwakultura għal skopijiet ta' kontroll ta' mard, skond l-Artikolu 33 tal-Kapitolu V huwa debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u kull stabbiliment ta’ l-ipproċessar awtorizzat ikollu numru ta’ awtorizzazzjoni uniku.

4.  B'deroga mill-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu biss ir-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' dan li ġej:

(a) installazzjonijiet għajr ta' negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura, fejn jinżammu annimali akkwatiċi li ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

(b) meded ta' ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu;

(ċ) negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li jqiegħdu fis-suq annimali ta' l-akkwakultura biss għal konsum mill-bnedmin skond l-Artikolu 1.3 (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

F’dawk il-każijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis b'kont meħud tan-natura, il-karatteristiċi u s-sitwazzjonijiet ta’ l-installazzjoni, il-meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu jew in-negozju konċernati u r-riskju ta’ tifrix ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi lil popolazzjonijiet oħrajn ta’ annimali akkwatiċi bħala riżultat ta' l-operazzjoni tagħha.

5.  Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet, kif previsti fl-Artikolu 4 (1) u (2), jingħataw biss mill-awtorità kompetenti jekk l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jew l-operatur ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar:

(a) jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti ta’ l-Artikoli 8, 9 u 10;

(b) għandu sistema stabbilita li tippermetti lill-operatur juri lill-awtorità kompetenti li dawk il-ħtiġiet rilevanti qed jiġu sodisfatti;

u

(ċ) jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti, li għandha twettaq id-doveri stabbiliti fl-Artikolu 54(1).

2.  L-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata jekk l-attività konċernata twassal għal riskju inaċċettabbli ta’ tixrid ta’ mard għall-farms, għaż-żoni tat-trobbija tal-molluski jew għall-annimali akkwatiċi salvaġġi fil-viċinanza tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski.

Madanakollu, qabel ma tittieħed deċiżjoni biex tiġi rifjutata l-awtorizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju, inkluż il-possibilta li jinstab post alternattiv għall-attività konċernata.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jew l-operatur ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar jissottometti l-informazzjoni rilevanti kollha biex jippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni intlaħqux, inkluż l-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II.

Artikolu 6

Reġistru

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, iżommu aġġornat u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistru tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 7

Kontrolli uffiċjali

1.  Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, kontrolli uffiċjali fuq negozji ta' produzzjoni ta' akkwakultura u stabbilimenti ta' proċessar awtorizzati għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti.

2.  Il-kontrolli uffiċjali previsti fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mill-inqas minn spezzjonijiet, żjajjar, verifiki, u fejn xieraq teħid ta' kampjuni regolari, għal kull negozju ta' produzzjoni ta' akkwakultura, wara li jittieħed kont tar-riskju li jinponi n-negozju ta' produzzjoni ta' akkwakultura u l-istabbiliment ta' proċessar awtorizzat fir-rigward tat-teħid u t-tixrid ta' mard. Rakkomandazzjonijiet għall-frekwenzi ta' tali kontrolli, li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa taż-żona jew il-kompartiment konċernati, huma stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness III.

3.  Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 8

Reġistrazzjoni ta’ l-obbligi - Rintraċċabiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jżommu reġistru dwar:

(a) il-movimenti kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom, lejn il-farm jew ’il barra mill-farm jew miż-żona tat-trobbija tal-molluski;

(b) il-mortalità f’kull unità epidemjoloġika kif ikun rilevanti għat-tip ta’ produzzjoni;

u

(ċ) ir-riżultati ta’ l-iskema ta’ sorveljanza tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju prevista fl-Artikolu 10.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar iżommu reġistru dwar il-movimenti kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom, lejn u ’l barra minn dawn l-istabbilimenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta qed jiġu trasportati l-annimali ta’ l-akkwakultura, it-trasportaturi jżommu reġistru dwar:

(a) il-mortalità waqt it-trasport, kif inhu prattiku għat-tip ta’ trasport u għall-ispeċi li qed jiġu trasportati;

(b) il-farms, iż-żoni tat-trobbija tal-molluski u l-istabbilimenti għall-ipproċessar li jkun żar il-mezz ta' trasport;

u

(ċ) kwalunkwe skambju ta’ l-ilma matul it-trasport, b’mod partikolari s-sorsi ta’ ilma ġdid u l-post tal-ħruġ ta’ l-ilma.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rintraċċabiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-movimenti kollha ta' l-annimali li jiġu rreġistrati mill-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura kif previst fil-paragrafu 1 (a) jiġu rreġistrati b'tali mod li l-ittraċċar tal-post ta' l-oriġini u d-destinazzjoni jkun garantit. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li tali movimenti jiġu rreġistrati f'reġistru nazzjonali u miżmuma f'forma kkompjuterizzata.

Artikolu 9

Prattika tajba ta’ l-iġjene

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar jimplimentaw prattika ta’ iġjene tajba, kif ikun rilevanti għall-attività konċernata, biex ma jitħalliex jiddaħħal jew jinxtered il-mard.

Artikolu 10

Skema ta' sorveljanza tas-saħħa ta’ l-annimali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skema ta’ sorveljanza għas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju tiġi applikata fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski kollha, kif ikun xieraq għat-tip ta’ produzzjoni.

2.  L-iskema ta' sorveljanza għas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju msemmija f' paragrafu 1 għandu jkollha l-għan li tiskopri:

(a) kwalunkwe żieda fil-mortalità fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski kollha kif ikun xieraq għat-tip ta’ produzzjoni;

u

(b) il-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV, fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski fejn hemm preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard.

3.  Rakkomandazzjonijiet għall-frekwenzi ta' tali skemi ta' sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali, li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa taż-żona jew il-kompartiment konċernati, huma stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness III. Din is-sorveljanza għandha tapplika mingħajr preġudizzju għat-teħid ta' kampjuni u s-sorveljanza mwettqa skond il-Kapitolu V jew l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 50(4) u l-Artikolu 52.

4.  L-iskema ta' sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali bbażata fuq ir-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont ta' linji gwida mfasslin mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

5.  Fid-dawl tar-riżultat ta' kontrolli uffiċjali mwettqa skond l-Artikolu 7 u tar-riżultat tal-kontrolli Komunitarji mwettqa skond l-Artikolu 58, u ta' kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-operat ġenerali tas-sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali bbażata fuq ir-riskju fl-Istati Membri. Dan ir-rapport jista, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta xierqa, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.



KAPITOLU III

IL-ĦTIĠIET TAT-TQEGĦID FIS-SUQ GĦAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA U TAL-PRODOTTI TAGĦHOM



TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 11

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Sakemm mhux previst mod ieħor, dan il-Kapitolu għandu japplika biss għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jitqiegħdu fis-suq għal skopijiet xjentifiċi, li m’humiex konformi ma’ dan il-Kapitolu taħt is-sorveljanza stretta ta’ l-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tali tqegħid fis-suq ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV ta’ l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni jew fil-postijiet ta' transitu.

Kwalunkwe tali moviment bejn l-Istati Membri m’għandux isir jekk qabel ma jkunux ġew innotifikati l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati.

Artikolu 12

Ħtiġiet ġenerali biex l-annimali ta’ l-akkwakultura jitqiegħdu fis-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

2.  Regoli dettaljati dwar il-moviment ta' annimali akkwatiċi qed jiġu stabbiliti f'dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward movimenti bejn Stati Membri, żoni u kompartimenti bi status tas-saħħa differenti, kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III.

Artikolu 13

Ħtiġiet għall-prevenzjoni tal-mard fir-rigward tat-trasport

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-mard jiġu applikati matul it-trasport ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura biex ma jitbiddilx l-istatus tas-saħħa ta’ dawk l-annimali matul it-trasport, u biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard;

u

(b) l-annimali ta’ l-akkwakultura jiġu trasportati taħt kondizzjonijiet li la jbiddlu l-istatus tas-saħħa tagħhom u lanqas jipperikolaw l-istatus tas-saħħa tal-post tad-destinazzjoni, u fejn huwa xieraq, tal-postijiet ta' transitu.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe skambju ta’ l-ilma waqt it-trasport isir f’postijiet u taħt kondizzjonijiet li ma jipperikolawx l-istatus tas-saħħa ta’:

(a) l-annimali ta’ l-akkwakultura li qed jiġu trasportati;

(b) kwalunkwe annimal akkwatiku fil-post fejn isir l-iskambju ta’ l-ilma;

u

(ċ) l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni.

Artikolu 14

Ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' annimali ta' l-akkwakultura jkun soġġett għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali meta l-annimali jiddaħħlu fi Stat Membru, żona jew kompartiment li jkun iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 u 50 jew soġġett għal sorveljanza, jew programm għall-qerda tal-mard skond l-Artikolu 44(1) jew (2) għal:

(a) skopijiet ta' trobbija u l-istokkjar mill-ġdid;

jew

(b) aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem, sakemm:

(i) fir-rigward tal-ħut, huma jitbiċċru u jitnaddfu mill-ġewwieni tagħhom qabel ma jintbagħtu;

(ii) fir-rigward tal-molluski u l-krustaċji, huma jintbagħtu bħala prodotti mhux proċessati jew proċessati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li t-tqegħid fis-suq ta' annimali ta' l-akkwakultura huwa soġġett għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali meta l-annimali jitħallew joħorġu minn żona soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' kontroll previsti fit-taqsimiet 3, 4, 5 u 6 tal-Kapitolu V.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

3.  Il-movimenti li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal notifika taħt is-sistema kompjuterizzata (TRACES) prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 90/425/KEE:

(a) movimenti ta' annimali akkwatiċi bejn Stati Membri fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali hija meħtieġa skond il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu;

u

(b) il-movimenti l-oħrajn kollha ta' annimali ta' l-akkwakultura ħajjin għal skopijiet ta' trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid bejn Stati Membri fejn l-ebda ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' annimali ma hija meħtieġa taħt din id-Direttiva.

4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw is-sistema kompjuterizzata kif previst fil-paragrafu 3, biex jirintraċċaw movimenti li jseħħu b'mod sħiħ fi ħdan it-territorju tagħhom.



TAQSIMA 2

annimali ta' l-akkwakultura intenzjonati għat-trobbija u għall-istokkjar mill-ġdid

Artikolu 15

Ħtiġiet ġenerali għat-tqegħid fis-suq ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura għat-trobbija u għall-istokkjar mill-ġdid

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta' l-akkwakultura mqiegħda fis-suq biex jitrabbew huma:

(a) klinikament b'saħħithom;

u

(b) mhux ġejjin minn farm jew żona tat-trobbija tal-molluski fejn hemm kwalunkwe żieda mhux spjegata ta' mortalità.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fejn għandhom x’jaqsmu l-mard u l-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri jistgħu jippermettu tali tqegħid fis-suq, ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju, kemm-il darba l-annimali joriġinaw minn parti tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski li tkun indipendenti mis-sezzjoni epidemjoloġika fejn tkun seħħet ż-żieda fil-mortalità.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura intenzjonati għall-qerda jew għat-tbiċċir skond il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu V ma jitqiegħdux fis-suq għal finijiet ta' trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid.

4.  L-annimali ta’ l-akkwakultura jistgħu jitħallew liberi biss fl-ambjent naturali tagħhom għal finijiet ta' l-istokkjar mill-ġdid jew f’“meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu” jekk huma:

(a) jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1;

u

(b) ġejjin minn farm jew minn żona tat-trobbija tal-molluski bi status tas-saħħa kif imsemmi f'parti A ta' l-Anness III, li mill-inqas ikun ekwivalenti għall-istatus tas-saħħa ta’ l-ilmijiet li fihom huma għandhom jinħelsu.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-annimali ta' l-akkwakultura għandhom jiġu minn żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li japplikaw dan il-paragrafu għal programmi mfassla u applikati skond l-Artikolu 43.

Artikolu 16

Introduzzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ta’ speċi suxxettibbli għal marda speċifika f’żoni ħielsa minn dik il-mard

1.  Sabiex jiġu introdotti għat-trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn marda speċifika skond l-Artikoli 49 jew 50 l-annimali ta' l-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli għal dik il-marda għandhom joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor ukoll iddikjarat ħieles minn dik il-marda.

2.  Fejn jista' jkun iġġustifikat b'mod xjentifiku li l-ispeċi suxxettibbli għal marda speċifika f’ċerti stadji tal-ħajja ma jxerrdux dik il-marda, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal dawn l-istadji tal-ħajja.

Lista ta’ l-ispeċi u ta’ l-istadji tal-ħajja li għalihom jista’ japplika l-ewwel subparagrafu, għandha tiġi adottata u meta jkun meħtieġ emendata biex jittieħed kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 17

Introduzzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin ta’speċi li jgħaddu l-mard (“vector species”) għal ġo żoni ħielsa mill-mard

1.  Fejn id-data xjentifika jew l-esperjenza prattika tissostanzja li speċi oħrajn li m'humiex dawk imsemmija fil-Parti II ta’ l-Anness IV jistgħu jkunu responsabbli għat-trasmissjoni ta’ marda speċifika billi jaġixxu bħala speċi li jgħaddu l-mard, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn jiġu introdotti għal finijiet ta' trobbija jew ta' l-istokkjar mill-ġdid ġo Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn dik il-marda speċifika skond l-Artikoli 49 jew 50, tali speċi li jgħaddu l-mard għandhom:

(a) joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles minn dik il-marda speċifika;

jew

(b) jinżammu f'faċilitajiet ta' kwarantina f'ilma ħieles mill-patoġenu konċernat, għal perijodu ta' żmien xieraq, fejn, fid-dawl tad-data xjentifika jew ta' l-esperjenza prattika provduta, dan juri li huwa suffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju ta' trasmissjoni tal-marda speċifika għal livell aċċettabbli għall-prevenzjoni tat-trasmissjoni tal-marda konċernata.

2.  Lista ta' l-ispeċi li jgħaddu l-mard u l-istadji tal-ħajja ta' tali speċi li għalihom japplika dan l-Artikolu u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-ispeċi jistgħu jittrasmettu marda, għandhom jiġu adottati, u meta meħtieġ emendati b'kont meħud ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

3.  Sakemm ikun hemm l-inklużjoni possibbli ta' speċi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.



TAQSIMA 3

annimali ta' l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom intenzjonati għall-konsum mill-bniedem

Artikolu 18

Annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom mqiegħda fis-suq għal proċessar ulterjuri qabel il-konsum mill-bniedem

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal marda waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, u l-prodotti tagħhom, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq għal proċessar ulterjuri fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dak il-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, jekk huma jikkonformaw ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) huma joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-marda konċernata.

(b) huma jiġu pproċessati fi stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar taħt kondizzjonijiet li ma jħallux li l-mard jinxtered.

(ċ) fir-rigward ta' ħut: huma jitbiċċru u jitnaddfu mill-ġewwieni tagħhom qabel l-ispedizzjoni tagħhom;

jew

(d) fir-rigward ta' molluski u krustaċji: huma jintbagħtu bħala prodotti mhux proċessati jew proċessati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV li jitqiegħdu fis-suq għal proċessar ulterjuri fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dak il-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, jistgħu jinħażnu biss b’mod temporanju fil-post ta’ l-ipproċessar jekk:

(a) huma joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-marda konċernata;

jew

(b) huma jinżammu temporanjament f’ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili mgħammra b’sistema li tittratta l-ħmieġ mitfugħ ’il barra li tista’ tagħmel lill-patoġeni konċernati inattivi, jew fejn il-ħmieġ huwa soġġett għal tipi oħra ta’ trattament li jnaqqsu r-riskju tat-tixrid tal-mard fl-ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli.

Artikolu 19

Annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom imqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr proċessar ulterjuri

1.  Din it-Taqsima m’għandhiex tapplika fejn l-annimali ta’ l-akkwakultura, ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, jew il-prodotti tagħhom, jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr proċessar ulterjuri, sakemm dawn jiġu ppakkjati f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut li huma konformi mad-dispożizzjonijiet għall-ippakkjar u għat-twaħħil tat-tikketti previsti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.  Fejn molluski u krustaċji ħajjin ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, huma miżmuma temporanjament f'ilmijiet Komunitarji, jew introdotti f’ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili, għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 18(2).



TAQSIMA 4

Annimali akkwatiċi salvaġġi

Artikolu 20

Ħelsien ta’ annimali akkwatiċi salvaġġi fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard

1.  Annimali akkwatiċi salvaġġi ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness III maqbuda fi Stat Membru jew żona jew kompartiment li mhux iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, għandhom jitpoġġew fi kwarantina taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti f’faċilitajiet xierqa, għal perijodu ta’ żmien suffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard għal livell aċċettabbli, qabel ma dawn ikunu jistgħu jinħelsu f’farm jew f'żona tat-trobbija tal-molluski li jinstabu fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-marda konċernata skond l-Artikoli 49 jew 50.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu prattika tradizzjonali estensiva ta’ l-akkwakultura fil-laguni, mingħajr il-kwarantina prevista fil-paragrafu 1, sakemm issir valutazzjoni tar-riskju u r-riskju jitqies bħala li mhux ogħla minn dak li huwa mistenni mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1.



TAQSIMA 5

annimali akkwatiċi ornamentali

Artikolu 21

Tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.

2.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll fir-rigward ta' mard mhux elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.



KAPITOLU IV

INTRODUZZJONI TA’ ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA U L-PRODOTTI TAGĦHOM FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 22

Il-ħtiġiet ġenerali għall-introduzzjoni ta’-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom minn pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jiġu introdotti fil-Komunità biss minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fuq lista ppreparata u aġġornata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 23

Listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-introduzzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom

1.  Pajjiż terz, jew parti minn pajjiż terz, għandu jidher fuq il-lista prevista fl-Artikolu 22, biss jekk valutazzjoni Komunitarja ta’ dak il-pajjiż, jew dik il-parti ta’ pajjiż terz, tkun uriet li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji xierqa fir-rigward ta’ konformità mal-ħtiġiet rilevanti għas-saħħa ta’ l-annimali tal-leġislazzjoni Komunitarja.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa spezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 58(2) biex tikkompleta l-valutazzjoni tal-pajjiż terz, jew ta' parti mill-pajjiż terz, prevista fil-paragrafu 1.

3.  Fil-kompilazzjoni jew l-aġġornament tal-listi previsti fl-Artikolu 22, għandu jittieħed kont b'mod partikolari ta':

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti u s-servizzi ta’ spezzjoni tagħha fil-pajjiż terz, is-setgħat ta’ dawn is-servizzi, is-sorveljanza li huma soġġetti għaliha, u l-mezzi li għandhom disponibbli, inkluż il-kapaċità tal-persunal, għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom b’mod effettiv;

(ċ) il-ħtiġiet għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fis-seħħ li japplikaw għall-produzzjoni, il-manifattura, il-maniġġar, il-ħażna u l-ispedizzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin intenzjonati għall-Komunità;

(d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tista’ tagħti fir-rigward ta’ konformità jew ekwivalenza mal-kondizzjonijiet rilevanti għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi;

(e) kwalunkwe esperjenza ta’ bejgħ ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll imwettaq fuq l-importazzjoni;

(f) ir-riżultati tal-valutazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jew, fil-każ li l-Kummissjoni titlob dan, ir-rapport sottomess mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz dwar kwalunkwe spezzjoni mwettqa;

(g) l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi mrobbija u l-annimali salvaġġi fil-pajjiż terz, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-mard eżotiku ta’ l-annimali u kwalunkwe aspett tas-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-pajjiż li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità;

(h) ir-regolarità, il-ħeffa u l-eżattezza li bihom il-pajjiż terz jipprovdi l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed ta’ l-annimali akkwatiċi fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard li għandu jkun innotifikat elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE);

u

(i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni minn pajjiżi oħra.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa biex il-listi kollha jkunu kompilati jew aġġornati skond l-Artikolu 22 u magħmula disponibbli għall-pubbliku.

5.  Il-listi kompilati skond l-Artikolu 22 jistgħu jingħaqdu ma’ listi oħra kompilati għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika.

Artikolu 24

Dokumenti

1.  Il-konsenji kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom għandu jkollhom magħhom dokument b'ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali kif dawn jidħlu fil-Komunità.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għandu jiċċertifika li l-konsenja tissodisfa:

(a) il-ħtiġiet stabbiliti għal tali merkanzija taħt din id-Direttiva;

u

(b) kwalunkwe kondizzjoni speċjali għall-importazzjoni stabbilita skond l-Artikolu 25(a).

3.  Id-dokument jista’ jinkludi dettalji meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħrajn tal-leġislazzjoni Komunitarja għas-saħħa pubblika u għas-saħħa ta’ l-annimali.

Artikolu 25

Regoli dettaljati

Fejn huwa meħtieġ regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2). Dawn ir-regoli jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari:

(a) kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni għal kull pajjiż terz, għal partijiet minnhom jew għal gruppi ta’ pajjiżi terzi;

(b) il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi u partijiet minnhom fir-rigward tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi;

(ċ) l-użu ta’ dokumenti elettroniċi;

(d) mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali u dokumenti oħra;

u

(e) proċeduri u ċertifikazzjoni għall-ġarr.



KAPITOLU V

NOTIFIKA U MIŻURI MINIMI GĦALL-KONTROLL TAL-MARD TA’ L-ANNIMALI AKKWATIĊI



TAQSIMA 1

Notifika ta' mard

Artikolu 26

Notifika nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) fejn hemm kwalunkwe raġuni biex wieħed jissusspetta l-preżenza ta’ marda elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV, jew il-preżenza ta’ tali marda tiġi kkonfermata f’annimali akkwatiċi, is-suspett u/jew il-konferma tiġi notifikata immedjatament lill-awtorità kompetenti;

u

(b) meta tiżdied il-mortalità fl-annimali ta’ l-akkwakultura, il-mortalità tiġi notifikata immedjatament lill-awtorità kompetenti jew lil veterinarju privat għal aktar investigazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi biex jinnotifikaw il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu imposti fuq:

(a) il-propjetarju u kwalunkwe persuna li tieħu ħsieb l-annimali akkwatiċi;

(b) kwalunkwe persuna li takkompanja lill-annimali ta’ l-akkwakultura waqt it-trasport;

(ċ) min jeżerċita l-professjoni veterinarja u professjonisti oħra involuti fis-servizzi tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi;

(d) veterinarji uffiċjali, persunal anzjani tal-laboratorji veterinarji jew ta’ laboratorji oħra uffiċjali jew privati;

u

(e) kwalunkwe persuna oħra relatata mal-ħidma ma’ l-annimali akkwatiċi ta’ l-ispeċi suxxettibbli jew il-prodotti ta’ tali annimali.

Artikolu 27

Notifika ta’ l-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta’ l-EFTA

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ta’ l- EFTA fi żmien 24 siegħa fil-każ ta’ konferma ta’:

(a) marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV;

(b) marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fejn l-Istat Membru konċernat, żona jew kompartiment ikun ġie ddikjarat ħieles minn dik il-marda.



TAQSIMA 2

Suspett ta’ marda elenkata - Investigazzjoni epizootika

Artikolu 28

Miżuri inizjali ta’ kontroll

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ suspett ta’ marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV jew, fil-każ ta’ suspett ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fl-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti bi status tas-saħħa tal-kategorija I jew III kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III, għall-marda konċernata:

(a) għandhom jittieħdu u jiġu eżaminati kampjuni xierqa f’laboratorju magħżul skond l-Artikolu 57;

(b) sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ l-eżami previst fil-punt (a):

(i) il-farm, jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski, fejn tkun issuspettata l-marda, jitpoġġa taħt sorveljanza uffiċjali u jiġu implimentati l-miżuri rilevanti ta’ kontroll sabiex il-marda ma titħalliex tinxtered fost annimali oħra akkwatiċi;

(ii) l-ebda annimal ta’ l-akkwakultura ma jitħalla jitlaq minn jew jidħol fil-farm jew fiż-żona tat-trobbija tal-molluski affetwata fejn tkun suspettata l-marda, sakemm ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

(iii) tiġi inizjata l-investigazzjoni epiżootika prevista fl-Artikolu 29.

Artikolu 29

Investigazzjoni epiżootika

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjoni epiżootika mibdija skond l-Artikolu 28 (b) iii) titwettaq fejn l-eżami previst fl-Artikolu 28 (a) juri l-preżenza ta':

(a) marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi kwalunkwe Stat Membru;

jew

(b) marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta' l-Anness IV fi Stati Membri, żoni jew kompartamenti bi status tas-saħħa tal-kategorija I jew III, kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III, għall-marda konċernata.

2.  L-investigazzjoni epiżootika prevista fil-paragrafu 1 għandha timmira li:

(a) tiddetermina l-oriġini u l-mezzi ta’ kontamizazzjoni possibbli;

(b) tinvestiga jekk xi annimali ta’ l-akkwakultura ħallewx il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski matul il-perijodu rilevanti qabel in-notifika tas-suspett previst fl-Artikolu 26(1);

(ċ) tinvestiga jekk ġewx kontaminati farms oħra.

3.  Fejn l-investigazzjoni epiżootika prevista fil-paragrafu 1 turi li l-marda setgħet ġiet introdotta f’wieħed jew aktar mill-farms, miż-żoni tat-trobbija tal-molluski jew mill-ilmijiet mhux magħluqa, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li l-miżuri previsti fl-Artikolu 28 jiġu applikati f’tali farms, żoni tat-trobbija tal-molluski jew ilmijiet mhux magħluqa.

Fil-każ ta’ żoni estensivi fejn jinġabar l-ilma jew ta’ żoni mal-kosta, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tillimita l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 28 għal żona inqas estensiva fil-viċinità tal-farm, jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski suspettata li hija infettata, fejn tqis li din iż-żona inqas estensiva hija kbira biżżejjed biex tiggarantixxi li l-marda ma tinfirixx.

4.  Fejn huwa meħtieġ, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi fil-qrib għandha tiġi informata bil-każ suspettat tal-marda.

F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri involuti għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa biex japplikaw il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 30

Tneħħija tar-restrizzjonijiet

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28 (b) fejn l-eżami previst fil-punt (a) ta’ dak l-Artikolu ma jirnexxilux juri l-preżenza tal-marda.



TAQSIMA 3

miżuri minimi ta’ kontroll fil-każ ta’ konferma ta’ mard eżotiku fl-annimali ta’ l-akkwakultura

Artikolu 31

Dispożizzjoni preliminari

Din it-Taqsima għandha tapplika fil-każ ta’ konferma ta’ marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali ta’ l-akkwakultura.

Artikolu 32

Miżuri ġenerali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski tkun uffiċjalment iddikjarata bħala infettata;

(b) tiġi stabbilita żona tat-trażżin adatta għall-marda konċernata, inkluża żona għall-protezzjoni u żona għas-sorveljanza, madwar il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski ddikjarata infettata;

(ċ) ma jsir l-ebda stokkjar mill-ġdid u l-ebda annimal ta’ l-akkwakultura ma jiddaħħal ’il ġewwa, jiċċaqlaq jew jinħareġ miż-żona tat-trażżin sakemm dan mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

u

(d) tiġi implimentata kwalunkwe miżura addizzjonali meħtieġa għall-prevenzjoni ta' iktar tixrid tal-marda.

Artikolu 33

Ġbir u proċessar ulterjuri

1.  Annimali ta’ l-akkwakultura li laħqu d-daqs kummerċjali u ma juru l-ebda sinjal kliniku ta' mard jistgħu jinġabru taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti għall-konsum mill-bniedem jew għal proċessar ulterjuri.

2.  Il-ġbir, l-introduzzjoni f’ċentri ta' spedizzjoni jew f’ċentri ta' purifikazzjoni, ta’ proċessar ulterjuri u għal kwalunkwe ħidma oħra relatata involuta fil-preparazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura biex jiddaħħlu fil-katina ta’ l-ikel għandu jitwettaq taħt kondizzjonijiet li ma jħallux li jinxtered il-patoġen responsabbli għall-ikkawżar tal-marda.

3.  Iċ-ċentri ta' spedizzjoni, iċ-ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili għandhom jiġu mgħammra b’sistema li tittratta l-ħmieġ kapaċi li tagħmel inattiv lill-patoġen responsabbli għall-ikkawżar tal-marda, jew fejn il-ħmieġ għandu jkun soġġett għal tipi oħra ta’ trattament li jnaqqsu r-riskju tat-tixrid ta’ mard fl-ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli.

4.  Proċessar ulterjuri għandu jitwettaq fi stabbilimenti awtorizzati tal-proċessar.

Artikolu 34

Tneħħija u rimi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħut u l-krustaċji mejta, kif ukoll il-ħut u l-krustaċji ħajjin li juru sinjali kliniċi ta’ mard jitneħħew u jintremew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman ( 19 ), malajr kemm jista’ jkun skond il-pjan ta’ kontinġenza previst fl-Artikolu 47 ta’ din id-Direttiva.

2.  L-annimali ta’ l-akkwakultura li ma laħqux id-daqs kummerċjali u ma jurux sinjali kliniċi ta’ mard għandhom, fi spazju ta’ żmien xieraq b'kont meħud tat-tip ta’ produzzjoni u r-riskju li tali annimali joħolqu għal aktar tixrid tal-marda, jitneħħew u jintremew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u l-pjan ta’ kontinġenza previst fl-Artikolu 47 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 35

Mistrieħ

Fejn huwa possibbli, farm jew żona tat-trobbija tal-molluski nfettata għandha tgħaddi minn perijodu xieraq ta’ mistrieħ wara li titbattal u, fejn huwa xieraq, titnaddaf u tiġi diżinfettata.

Għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jrabbu annimali ta’ l-akkwakultura li m'humiex suxxettibbli għall-marda konċernata, id-deċiżjonijiet rigward il-mistrieħ għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.

Artikolu 36

Ħarsien ta’ l-annimali akkwatiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux li l-marda tinxtered fost annimali akkwatiċi oħra.

Artikolu 37

Tneħħija tal-miżuri

Il-miżuri previsti f’din it-Taqsima għandhom jinżammu sakemm:

(a) il-miżuri għall-qerda tal-mard previsti f’din it-Taqsima jkunu twettqu;

(b) it-teħid tal-kampjuni u s-sorveljanza kif inhuma xierqa għall-marda konċernata u għat-tipi ta’ negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura affettwati jkunu twettqu fiż-żona tat-trażżin b’riżultati negattivi.



TAQSIMA 4

Miżuri minimi ta’ kontroll fil-każ ta’ konferma ta’ mard mhux eżotiku f'annimali ta’ l-akkwakultura

Artikolu 38

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Fil-każ ta’ konferma ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru konċernat għandu jew

(a) japplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3 sabiex jerġa' jikseb tali status ta' ħelsien mill-mard,

jew

(b) ifassal programm għall-qerda tal-mard skond l-Artikolu 44 (2).

2.  B' deroga mill-Artikolu 34(2), fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3, huwa jista' jippermetti li annimali li huma klinikament b'saħħithom jitrabbew sad-daqs mistenni għat-tqegħid fis-suq qabel jinqatlu għall-konsum mill-bniedem jew jiġu mċaqilqa għal żona jew kompartiment infettat ieħor. F'tali każijiet, għandhom jittieħdu miżuri għat-tnaqqis u safejn ikun possibbli, għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-marda.

3.  Fejn l-Istat Membru konċernat ma jixtieqx li jerġa’ jikseb status ta' ħelsien mill-mard, għandu japplika l-Artikolu 39.

Artikolu 39

Miżuri għat-trażżin

Fil-każ ta’ konferma ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, żona jew kompartiment mhux iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri biex irażżan il-marda.

Dawk il-miżuri għandhom ta’ l-inqas jikkonsistu minn:

(a) dikjarazzjoni li l-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski huma infettati;

(b) it-twaqqif ta’ żona tat-trażżin adattata għall-marda konċernata, inklużi żona għall-protezzjoni u żona għas-sorveljanza madwar il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski ddikjarata bħala infettata;

(ċ) restrizzjoni tal-moviment ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura miż-żona tat-trażżin safejn dawn l-annimali jistgħu biss:

(i) jiġu introdotti f’farms jew f’żoni tat-trobbija tal-molluski skond l-Artikolu 12(2);

jew

(ii) jinġabru u jitbiċċru biex jittieklu mill-bniedem skond l-Artikolu 33(1);

(d) it-tneħħija u r-rimi tal-ħut u tal-krustaċji mejtin, taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, f’perijodu ta’ żmien xieraq b'kont meħud tat-tip ta’ produzzjoni u r-riskju li dawn l-annimali mejtin joħolqu għal aktar tixrid tal-marda.



TAQSIMA 5

Miżuri Minimi ta’ kontroll fiL-każ ta’ konferma tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali akkwatiċi salvaġġi

Artikolu 40

Kontroll tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali akkwatiċi salvaġġi

1.  Fejn annimali akkwatiċi salvaġġi jkunu infettati jew hemm suspett li huma infettati b’mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV, l-Istat Membru konċernat għandu jissorvelja s-sitwazzjoni, u jieħu miżuri biex inaqqas, u sa fejn ikun possibbli, ma jħallix li l-marda tinxtered aktar.

2.  Fejn annimali akkwatiċi salvaġġi jkunu infettati jew hemm suspett li huma infettati b’mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru għandu jissorvelja wkoll is-sitwazzjoni u jieħu miżuri biex inaqqas, u sa fejn ikun possibbli, ma jħallix li l-marda tinxtered aktar.

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-Kumitat msemmi fl-Artikolu 62(1) bil-miżuri li jkunu ħadu skond il-paragrafi 1 u 2.



TAQSIMA 6

miżuri ta’ kontroll f'każ ta’ mard li qed jitfaċċa

Artikolu 41

Mard emerġenti

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkontrollaw sitwazzjoni ta' marda emerġenti u biex dik il-marda ma titħalliex tinxtered, fejn il-marda emerġenti konċernata għandha l-potenzjal li tqiegħed f'periklu s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ annimali akkwatiċi.

2.  Fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ marda emerġenti, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta’ l-EFTA mingħajr dewmien fejn is-sejbiet huma ta' sinifikat epidemjoloġiku għal Stat Membru ieħor.

3.  Fi żmien erba' ġimgħat minn meta jkunu ġew informati l-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta' l-EFTA kif meħtieġ fil-paragrafu 2, il-kwistjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1). Il-miżuri meħudin mill-Istat Membru konċernat skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, emendati jew imħassra skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

4.  Fejn xieraq il-lista mniżżla fil-Parti II ta' l-Anness IV għandha tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) sabiex tinkludi l-marda emerġenti konċernata jew speċi ospitanti ġdida suxxettibbli għal marda li tkun diġà elenkata f'dak l-Anness.



TAQSIMA 7

Miżuri alternattivi u dispożizzjonijiet nazzjonali

Artikolu 42

Proċedura biex jiġu adottati miżuri epidemjoloġiċi ad hoc għall-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV

Tista’ tiġi adottata Deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) biex tiġi awtorizzata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ad hoc għal perijodu ta’ żmien limitat, taħt il-kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika fejn:

(a) il-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu jinstabu li m'humiex adattati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika;

jew

(b) il-marda tidher li qed tinfirex minkejja l-miżuri meħuda skond dan il-Kapitolu.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet biex jiġi limitat l-impatt tal-mard mhux elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV

1.  Fejn marda li mhix elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV tikkostitwixxi riskju sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali ta' l-akkwakultura jew annimali akkwatiċi salvaġġi fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat jista’ jieħu miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll ta' dik il-marda.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri ma jeċċedux il-limiti ta' dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll tal-marda.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 li tista' taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

3.  L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata biss fejn l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet ta' kummerċ intra-Komunitarju huwa meħtieġ jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll tal-marda, u għandha tieħu kont tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II, III, IV u V.



KAPITOLU VI

PROGRAMMI TA’ KONTROLL U TILQIM



TAQSIMA 1

programmi ta’ sorveljanza u għall-qerda tal-mard

Artikolu 44

Tfassil u approvazzjoni ta' programmi ta’ sorveljanza u għall-qerda tal-mard

1.  Fejn Stat Membru li mhux magħruf li huwa infettat iżda huwa ddikjarat ħieles (il-kategorija III kif imsemmija fil-parti A ta' l-Anness III) minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, ifassal programm ta’ sorveljanza biex jikseb status ta' ħelsien mill-mard għal waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Tali programmi jistgħu wkoll jiġu emendati jew mitmuma skond dik il-proċedura.

Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, it-teħid ta' kampjuni u d-dijanjostiċi għandhom ikunu dawk previsti fl-Artikolu 49(3).

Madankollu, fejn programm previst f'dan il-paragrafu għandu jkopri kompartimenti jew żoni individwali, li jikkonsistu f’inqas minn 75 % tat-territorju ta’ l-Istat Membru, u ż-żona jew il-kompartiment jikkonsistu f’żona fejn jinġabar l-ilma li mhix kondiviża ma’ Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 50(2) għandha tapplika għal kwalunkwe approvazzjoni, jew emenda jew tmiem ta’ tali programm.

2.  Fejn Stat Membru li jkun magħruf li huwa infettat (il-kategorija V kif imsemmija fil-parti A ta' l-Anness III) minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, ifassal programm għall-qerda tal-mard għal waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Tali programmi jistgħu wkoll jiġu emendati jew mitmuma skond dik il-proċedura.

3.  Ħarsa ġenerali tal-programmi approvati skond il-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fil-livell Komunitarju skond il-proċeduri previsti fl-Artikolu 51.

4.  Mid-data ta’ l-approvazzjoni tal-programmi msemmija f'dan l-Artikolu, il-ħtiġiet u l-miżuri previsti fl-Artikolu 14, it-Taqsimiet 2, 3, 4 u 5 tal-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu V, u l-Artikolu 38(1) dwar żoni ddikjarati ħielsa mill-mard għandhom japplikaw għall-oqsma li huma koperti mill-programm.

Artikolu 45

Kontenut tal-programmi

Il-programmi m’għandhomx jiġu approvati sakemm dawn ma jkunx fihom ta’ l-inqas dan li ġej:

(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm;

(b) analiżi ta’ l-ispejjeż stmati u tal-benefiċċji antiċipati tal-programm;

(ċ) id-dewmien probabbli tal-programm u l-objettiv li għandu jintlaħaq sad-data tat-tmiem tal-programm;

u

(d) deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha ser jiġi applikat il-programm.

Artikolu 46

Perijodu għall-applikazzjoni tal-programmi

1.  Il-programmi għandhom ikomplu jiġu applikati sakemm:

(a) jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V, u l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment jkun iddikjarat ħieles minn dik il-marda;

jew

(b) il-programm jiġi rtirat, speċjalment jekk dan ma jissodisfax aktar l-iskop tiegħu, mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, jew mill-Kummissjoni.

2.  Jekk il-programm jiġi rtirat kif previst fil-paragrafu 1 (b), l-Istat Membru konċernat għandu japplika l-miżuri tat-trażżin fl-Artikolu 39 mid-data ta’ l-irtirar tal-programm.



TAQSIMA 2

Pjan ta’ kontinġenza għal mard li qed jitfaċċa u mard eżotiku

Artikolu 47

Pjan ta’ kontinġenza għal mard li qed jitfaċċa u mard eżotiku

1.  Kull Stat Membru għandu ifassal pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali meħtieġa biex jinżamm livell għoli ta’ għarfien tal-marda u ta’ stat ta' preparazzjoni u biex ikun żgurat il-ħarsien ta’ l-ambjent.

2.  Il-pjan ta’ kontinġenza għandu:

(a) jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-awtorità u l-mezzi biex ikollha aċċess għall-faċilitajiet, għat-tagħmir, għall-persunal u għall-materjali xierqa l-oħra kollha meħtieġa għall-qerda rapida u effiċjenti ta’ tifqigħa;

(b) jiżgura l-koordinazzjoni u l-kompatibilità ma’ l-Istati Membri ġirien u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien;

u

(ċ) fejn dan ikun relevanti, jagħti indikazzjoni preċiża tal-ħtiġiet tat-tilqim u l-kondizzjonijiet tat-tilqim ikkunsidrati meħtieġa fl-eventwalità ta' tilqim ta’ emerġenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-kriterji u l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VII meta jkunu qed jikkompilaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza.

4.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan ta’ kontinġenza tiegħu u jissottometti l-pjan aġġornat għall-approvazzjoni skond dik il-proċedura.

5.  Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jiġi implimentat fl-eventwalità ta’ tifqigħa tal-mard li qed jitfaċċa u l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.



TAQSIMA 3

Tilqim

Artikolu 48

Tilqim

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilqim kontra l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jkun projbit sakemm tali tilqim ma jiġix approvat skond l-Artikoli 41, 42, 44, jew 47.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilqim kontra l-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV huwa projbit fi kwalunkwe parti tat-territorju tagħhom iddikjarat ħieles mill-mard konċernat skond l-Artikolu 49 jew 50, jew kopert minn programm ta' sorveljanza, approvat skond l-Artikolu 44(1).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu tali tilqim f’partijiet mit-territorju tagħhom mhux iddikjarati ħielsa mill-mard konċernat, jew fejn it-tilqim huwa parti minn programm għall-qerda tal-mard approvat skond l-Artikolu 44(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilqim użat ikun awtorizzat skond id-Direttiva 2001/82/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004.

4.  Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal studji xjentifiċi bl-iskop li jiżviluppaw u jittestjaw tilqim f’kondizzjonijiet kontrollati.

Matul tali studji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jitħarsu l-annimali akkwatiċi l-oħra minn xi effett kuntrarju tat-tilqim imwettaq fil-kwadru ta’ l-istudji.



KAPITOLU VII

STATUS TA' ĦELSIEN MILL-MARD

Artikolu 49

Stat Membru ħieles mill-mard

1.  Stat Membru għandu jiġi ddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk ikun hemm konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u:

(a) l-ebda waħda mill-ispeċi suxxettibbli għall-mard in kwestjoni ma tkun preżenti fit-territorju tiegħu;

jew

(b) ikun magħruf li l-patoġen m’huwiex kapaċi jgħix fl-Istat Membru, u fis-sors ta’ l-ilma tiegħu;

jew

(ċ) l-Istat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness V.

2.  Fejn Stati Membri ġirien, jew żoni fejn jinġabar l-ilma li huma kondiviżi ma’ Stati Membri ġirien, m’humiex iddikjarati ħielsa mill-mard, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żoni ta' iżolament xierqa fit-territorju tiegħu. Id-demarkazzjoni ta’ żoni ta' iżolament għandhom ikunu tali li dawn jipproteġu lill-Istat Membru ħieles mill-mard mill-introduzzjoni passiva tal-marda.

3.  Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, iż-żoni ta' iżolament, it-teħid tal-kampjuni u l-metodi dijanjostiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jagħtu l-istatus ta' ħelsien mill-mard skond dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 50

Żona jew kompartiment ħieles mill-mard

1.  Stat Membru jista' jiddikjara żona jew kompartiment fit-territorju tiegħu ħielsa minn marda waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta' l-Anness IV, fejn:

(a) l-ebda waħda mill-ispeċi suxxettibbli għall-mard in kwestjoni ma tkun preżenti fiż-żona jew kompartiment, u fejn rilevanti fis-sors ta’ l-ilma tagħha;

jew

(b) ikun magħruf li l-patoġen mhux kapaċi jgħix fiż-żona jew kompartiment, u fejn huwa rilevanti fis-sors ta’ l-ilma tagħha;

jew

(ċ) iż-żona jew kompartiment jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness V.

2.  Stat Membru għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali skond il-proċedura li ġejja:

(a) id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn evidenza li l-forma tagħha għandha tiġi determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) u tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 59;

(b) il-Kummissjoni għandha żżid in-notifika tad-dikjarazzjoni ma' l-agenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1) bħala punt ta' informazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tidħol b'effett 60 jum wara d-data tal-laqgħa;

(ċ) f'dan il-perijodu, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jitolbu kjarifika jew informazzjoni addizzjonali dwar evidenza ta' sostenn mill-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni;

(d) fejn isiru kummenti bil-miktub minn ta' l-inqas Stat Membru wieħed, jew mill-Kummissjoni, fil-perijodu msemmi fil-punt (b) li jindika tħassib oġġettiv sinifikanti dwar l-evidenza ta' sostenn, il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom flimkien jeżaminaw l-evidenza sottomessa sabiex jirriżolvu t-tħassib. F'dak il-każ, il-perijodu msemmi fil-punt (b) jista' jiġi mtawwal għal 30 jum; Tali kummenti għandhom jiġu sottomessi lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni;

(e) jekk l-arbitraġġ imsemmi fil-paragrafu 2(d) ma jirnexxix, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħmel spezzjoni fuq il-post skond l-Artikolu 58 biex tivverifika l-konformità mad-dikjarazzjoni sottomessa mal-kriterji mniżżla fil-paragrafu 1, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni ma jirtirahiex;

(f) Fejn meħtieġ fid-dawl tar-riżultati miksuba, għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li tissuspendi d-dikjarazzjoni taż-żona jew il-kompartiment konċernat dwar l-istatus tiegħu ta' ħelsien mill-mard.

3.  Fejn iż-żona(i) jew kompartiment(i) msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu aktar minn 75 % tat-territorju ta’ l-Istat Membru, jew jekk iż-żona jew il-kompartiment jikkonsistu minn żona fejn jinġabar l-ilma li hi kondiviża ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi sostitwita mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

4.  Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, għat-teħid ta’ kampjuni u għall-metodi dijanjostiċi użati mill-Istati Membri biex jingħata l-istatus ta' ħelsien mill-mard skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 51

Listi ta’ l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti ħielsa mill-mard

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata ta' żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard skond l-Artikolu 50(2). Tali listi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna lista ta’ l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard skond l-Artikolu 49 jew 50(3), u għandha tqiegħed il-lista għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 52

Żamma ta’ status ta' ħelsien mill-mard

Stat Membru li huwa ddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV skond l-Artikolu 49 jista’ jwaqqaf is-sorveljanza mmirata u jżomm l-istatus tiegħu ta' ħelsien mill-mard sakemm jeżistu l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda konċernata, u jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Madankollu, għaż-żoni jew il-kompartimenti ħielsa mill-mard fl-Istati Membri mhux iddikjarati ħielsa mill-mard, u fil-każijiet kollha fejn il-kondizzjonijiet ma jwasslux għall-espressjoni klinika tal-marda msemmija, is-sorveljanza mmirata għandha titkompla skond il-metodi previsti fl-Artikoli 49(3) jew 50(4) kif xieraq, iżda f'livell proporzjonat għall-grad tar-riskju.

Artikolu 53

Sospensjoni u restituzzjoni ta' status ta' ħelsien mill-mard

1.  Fejn Stat Membru għandu għalfejn jaħseb li nkisret kwalunkwe kondizzjoni biex jinżamm l-istatus tiegħu bħala Stat Membru, żona jew kompartiment ħieles mill-mard, dak l-Istat Membru għandu jissospendi immedjatament il-kummerċ fl-ispeċi suxxettibbli u fl-ispeċi li jgħaddu l-mard għal Stati Membri, żoni jew kompartimenti oħrajn bi status ta' saħħa ogħla għall-marda konċernata kif stabbilit fil-Parti A ta' l-Anness III u japplika d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 4 tal-Kapitolu V.

2.  Fejn l-investigazzjoni epiżootika prevista fl-Artikolu 29(1) tikkonferma li ma sarx il-ksur suspettat, għandu jingħata lura l-istatus ta' ħelsien mill-mard lill-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment.

3.  Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma probabbiltà sinifikanti li ġrat l-infezzjoni, għandu jiġi rtirat l-istatus ta' ħelsien mill-mard ta’ l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, skond il-proċedura li taħtha kien iddikjarat dak l-istatus. Għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V qabel ma jingħata lura l-istatus ta' ħelsien mill-mard.



KAPITOLU VIII

AWTORITAJIET KOMPETENTI U LABORATORJI

Artikolu 54

Obbligi ġenerali

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joperaw u jwettqu dmirijiethom skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva u kontinwa bbażata fuq l-iskambju ħieles ta’ informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti li jinnomina għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet l-oħra tiegħu involuti fir-regolamentazzjoni ta’ l-akkwakultura, ta’ l-annimali akkwatiċi, u ta’ l-ikel u ta’ l-għalf li joriġinaw mill-akkwakultura.

L-informazzjoni għandha wkoll, safejn huwa meħtieġ, tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri differenti.

3.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għal servizzi adegwati ta’ laboratorji u għall-informazzjoni l-aktar riċenti dwar kif issir l-analiżi tar-riskju u dwar l-epidemjoloġija, u li jkun hemm skambju ħieles ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-laboratorji.

Artikolu 55

Laboratorji Komunitarji ta’ referenza

1.  Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard ta’ annimali akkwatiċi rilevanti għal din id-Direttiva għandhom jintgħażlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) għal perijodu li jrid jiġi definit skond dik il-proċedura.

2.  Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard ta’ annimali akkwatiċi għandhom jikkonformaw mal-funzjonijiet u mad-dmirijiet stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness VI.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-għażla tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, fid-dawl tal-konformità tagħhom mal-funzjonijiet u d-dmirijiet msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 56

Laboratorji nazzjonali ta’ referenza

1.  L-Istati Membri għandhom jirranġaw biex jintgħażel laboratorju nazzjonali ta’ referenza għal kull wieħed mill-laboratorji Komunitarji ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 55.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu laboratorju li jinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat Membru ta' l-EFTA, u laboratorju wieħed jista’ jservi bħala l-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għal aktar minn Stat Membru wieħed.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-isem u l-indirizz ta’ kull laboratorju nazzjonali ta’ referenza magħżul lill-Kummissjoni, lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza rilevanti u lill-Istati Membri l-oħra, inkluż kwalunkwe aġġornament sa dak iż-żmien.

3.  Il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jikkommunika u jikkoordina mal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza rilevanti previst fl-Artikolu 55.

4.  Biex ikun żġurat servizz dijanjostiku effiċjenti mat-territorju kollu ta’ Stat Membru skond il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ din id-Direttiva, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jikkollabora ma’ kwalunkwe laboratorju magħżul skond l-Artikolu 57 li jinsab fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe laboratorju nazzjonali ta’ referenza fit-territorju tagħhom ikun mgħammar b’mod xieraq u jimpjega ammont xieraq ta’ nies imħarrġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet tal-laboratorju meħtieġa skond din id-Direttiva u biex jikkonforma mal-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness VI.

Artikolu 57

Servizzi u metodi dijanjostiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-eżamijiet tal-laboratorju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jitwettqu f’laboratorji magħżula għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti;

(b) l-eżamijiet tal-laboratorju fil-każ ta’ suspett u biex tkun ikkonfermata l-preżenza tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jitwettqu permezz tal-metodi dijanjostiċi li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2);

u

(ċ) il-laboratorji magħżula għas-servizzi dijanjostiċi skond dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti III ta’ l-Anness VI.



KAPITOLU IX

SPEZZJONIJIET, AMMINSTRAZZJONI ELETTRONIKA U PIENI

Artikolu 58

Spezzjonijiet u verifiki Komunitarji

1.  Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu spezzjonjiet fuq il-post, inklużi verifiki, f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, safejn dawn ikunu meħtieġa biex din id-Direttiva tkun applikata b’mod uniformi.

L-Istati Membri, li fit-territorju tagħhom isiru tali spezzjonijiet u verifiki, għandhom jipprovdu lill-esperti bl-assistenza kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta’ kwalunkwe tali spezzjoni u verifika.

2.  Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu wkoll spezzjonijiet fuq il-post, inklużi verifiki, f’pajjiżi terzi, f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat, biex jivverifikaw il-konformità jew l-ekwivalenza mar-regoli Komunitarji tas-saħħa ta’ l-animali akkwatiċi.

3.  Fejn jiġi identifikat riskju serju għas-saħħa ta’ l-annimali matul ispezzjoni Komunitarja, l-Istat Membru konċernat għandu minnufih jieħu l-passi kollha meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali.

Fejn tali miżuri ma jittieħdux, jew fejn jitqjies li m’humiex suffiċjenti, għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex is-saħħa ta’ l-annimali tkun issalvagwardjata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) u l-Istat Membru konċernat għandu jiġi informat b’dan.

Artikolu 59

Amministrazzjoni elettronika

1.  L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2008, jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet kollha relatati mal-proċess li permezz tiegħu l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6, l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 51(1), u l-Artikolu 56(2) tkun disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, ikunu attwati.

2.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 biex tiffaċilita l-ħidma flimkien tas-sistemi ta’ l-informazzjoni u l-użu tal-proċeduri permezz tal-mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri.

Artikolu 60

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iżjed tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 65(1) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.



KAPITOLU X

EMENDI, REGOLI DETTALJATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT

Artikolu 61

Emendi u-regoli dettaljati

1.  L-Artikolu 50(2) jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

2.  L-Annessi għal din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

3.  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 62

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (hawn aktar 'il quddiem ‘il-Kumitat’).

2.  Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.  Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 15-il jum.

4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.



KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 63

Tħassir

1.  Id-Direttivi 91/67/KEE, 93/53/KEE u 95/70/KE għandhom jitħassru mill-1 ta’ Awwissu 2008.

2.  Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

3.  Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE għandha tkompli tapplika għall-fini ta' din id-Direttiva sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 43 ta' din id-Direttiva, li għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet transitorji

Id-dispożizzjonijiet transitorji jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) għal perijodu sa l-14 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 65

Traspożizzjoni

▼C1

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan minnufih lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awwissu 2008.

▼B

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 67

Indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET

Minbarra d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tekniċi li ġejjin:

(a) “Kompartiment” tfisser farm wieħed jew aktar taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà li fih popolazzjoni ta’ annimali akkwatiċi bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta’ marda speċifika;

(b) “Sistema komuni ta’ bijosigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta' l-istess miżuri għas-sorveljanza, il-prevenzjoni ta’ mard, u l-kontroll tal-mard tas-saħħa ta’ annimali akkwatiċi;

(ċ) “Żona tat-trażżin” tfisser żona madwar farm jew żona tat-trobbija tal-molluski infettata fejn jiġu applikati miżuri għall-kontroll tal-mard bl-għan li ma jħallux li l-marda tinfirex;

(d) “Marda” tfisser infezzjoni klinika jew mhux klinika b’aġent etjoloġiku wieħed jew aktar f'annimali akkwatiċi;

(e) “Żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard” tfisser żoni jew kompartimenti ddikjarati bħala li huma ħielsa mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50;

(f) “Marda emerġenti” tfisser marda serja li tkun għadha kif ġiet identifikata, li l-kawża tagħha tista’ tkun jew tista' ma tkunx għadha ġiet stabbilita, li għandha l-potenzjal li tinxtered fil-popolazzjonijiet u bejniethom, bħal permezz ta' kummerċ f'annimali akkwatiċi u/jew prodotti ta’ annimali akkwatiċi. Din tfisser ukoll marda elenkata identifikata fi speċi ospitanti ġdida li għadha mhix inkluża fil-Parti II ta' l-Anness IV bħala speċi suxxettibbli;

(g) “Unità epidemjoloġika” tfisser grupp ta’ annimali akkwatiċi li jaqsmu bejn wieħed u ieħor l-istess riskju li jiġu esposti għal aġent ta’ marda f’post definit. Dan ir-riskju jista’ jkun minħabba li jaqsmu ambjent ta’ ilma komuni, jew minħabba li l-prattika ta’ l-amministrazzjoni tagħmilha probabbli li aġent ta’ marda fi grupp wieħed ta’ l-annimali jista’ jinxtered malajr għal grupp ieħor ta’ annimali;

(h) “Mistrieħ” tfisser għal finijiet ta’ amministrazzjoni tal-mard, operazzjoni fejn farm huwa mbattal mill-annimali ta’ l-akkwakultura suxxettibbli għall-marda li qed tqajjem tħassib jew magħrufa li kapaċi jgħaddu l-aġent tal-marda, u, fejn huwa possibbli, ta’ l-ilma li jinġarru fih;

(i) “Proċessar ulterjuri” tfisser l-ipproċessar ta’ annimali ta’ l-akkwakultura qabel il-konsum mill-bniedem permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ miżuri u teknika, li jaffettwaw is-sħuħija anatomika, bħall-fsada, it-tneħħija ta’ l-imsaren jew tal-ġewwieni, it-tneħħija tar-ras, u t-tqattigħ fetta fetta, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji u li jistgħu jikkawżaw riskju għat-tixrid ta’ mard;

(j) “Żjieda fil-mortalità” tfisser mortalitajiet mhux spjegati għola b’mod sinifikattiv mil-livell li huwa meqjus normali għall-farm jew għaż-żona tat-trobbija tal-molluski konċernati taħt il-kondizzjonijiet eżistenti; X’jitqies bħala mortalità ogħla għandu jkun deċiż f’kooperazzjoni bejn il-bidwi u l-awtorità kompetenti;

(k) “Infezzjoni” tfisser il-preżenza ta' aġent ta' marda li jimmultiplika, jew jiżviluppa b'mod ieħor jew li jkun moħbi ġo, jew fuq, min qed iġorru;

(l) “Żona jew kompartiment infettat” tfisser żoni jew kompartimenti fejn huwa magħruf li sseħħ l-infezzjoni;

(m) “Kwarantina” tfisser iż-żamma ta’ grupp ta’ annimali akkwatiċi iżolati mingħajr l-ebda kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali akkwatiċi oħra, sabiex jiġu osservati għal tul ta’ żmien speċifikat u, fejn huwa xieraq, ikunu ttestjati u ttrattati, inkluż bi trattament kif jixraq ta’ l-ilmijiet li jkun fihom il-ħmieġ;

(n) “Speċi suxxettibbli” tfisser kwalunkwe speċi li fiha dehret infezzjoni minn aġent ta' marda permezz ta' każijiet naturali jew permezz ta' infezzjoni esperimentali li tikkopja l-linji naturali;

(o) “Speċi li tgħaddi l-mard” tfisser speċi li mhix suxxettibbli għal marda iżda li hija kapaċi xxerred l-infezzjoni billi tgħaddi patoġeni minn ospitant wieħed għall-ieħor;

(p) “Żona” tfisser żona ġeografika preċiża b’sistema idroloġika omoġenja li tinkludi parti minn żona fejn jinġabar l-ilma mis-sors(i) għall-barriera naturali jew artifiċjali li ma tħallix iċ-ċaqliq ’il fuq ta’ l-annimali akkwatiċi minn meded aktar baxxi taż-żona fejn jinġabar l-ilma, żona sħiħa fejn jinġabar l-ilma mis-sors(i) tagħha sa l-estwarju tagħha, jew aktar minn żona waħda fejn jinġabar l-ilma, inklużi l-estwarji tagħhom, minħabba r-rabta epidemjoloġika bejn iż-żoni fejn jinġabar l-ilma minn ġewwa l-estwarju;




ANNESS II

Informazzjoni meħtieġa fir-reġistru uffiċjali tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar

PARTI I

Negozju Awtorizzat tal-Produzzjoni ta’ l-Akkwakultura

1. L-informazzjoni minima li ġejja dwar kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura għandha tinżamm f’reġistru mill-awtorità kompetenti, kif provdut fl-Artikolu 6:

(a) l-isem u l-indirizzi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura, u d-dettalji ta’ kuntatt (it-telefon, faksimili, posta elettronika);

(b) in-numru tar-reġistrazzjoni u d-dettalji ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija, (jiġifieri d-dati ta’ l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi, il-kowds jew in-numri ta’ l-identifikazzjoni, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-produzzjoni, kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall-awtorizzazzjoni(jiet));

(ċ) il-pożizzjoni ġeografika tal-farm definita minn sistema xierqa ta’ koordinati tas-sîti kollha tal-farms (jekk ikun possibbli l-koordinati GIS);

(d) l-iskop, it-tip (jiġifieri t-tip tas-sistema tal-kultura, jew il-faċilitajiet, bħall-faċilitajiet ibbażati fuq l-art, il-gaġeġ tal-baħar, il-vaski fuq l-art) u l-volum massimu tal-produzzjoni fejn din hija regolata;

(e) għall-farms kontinentali, iċ-ċentri tal-bgħit u ċ-ċentri tal-purifikazzjoni: id-dettalji tal-provvista ta’ l-ilma tal-farm u minn fejn joħroġ l-ilma;

(f) l-ispeċi ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura mrobbija fuq il-farm (għall-farms b’diversi speċi jew għall-farms ta’ speċi ornamentali, għandu, bħala minimu, jkun reġistrat jekk kwalunkwe speċi tkun magħrufa li hija suxxettibbli għall-mard elenkat fil-Parti II ta' l-Anness IV, jew tkun magħrufa li tgħaddi dan il-mard);

(g) informazzjoni aġġornata dwar l-istatus tas-saħħa (jiġifieri jekk il-farm hux ħieles mill-mard (jinstabx fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment), fejn il-farm huwa fi programm bil-ħsieb li jinkiseb dan l-istat, jew fejn il-farm huwa ddikjarat infettat minn marda li tissemma fl-Anness IV).

2. Fejn tingħata awtorizzazzjoni lil żona tat-trobbija tal-molluski skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), id-data meħtieġa taħt il-punt 1(a) ta’ din il-Parti għandha tiġi rreġistrata għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura kollha li jaħdmu ġewwa ż-żona tat-trobbija tal-molluski. Id-data meħtieġa taħt il-punti 1 (b) sa 1 (g) ta’ din il-Parti, għandha tiġi rreġistrata fuq livell taż-żona tat-trobbija tal-molluski.

PARTI II

Stabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar

L-informazzjoni minima li ġejja dwar kull stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar għandha tinżamm f’reġistru mill-awtorità kompetenti, kif provdut fl-Artikolu 6:

(a) l-isem u l-indirizzi ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar, u d-dettalji ta’ kuntatt (it-telefon, il-faksimili, posta elettronika);

(b) in-numru tar-reġistrazzjoni u d-dettalji ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija, (jiġifieri d-dati ta’ l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi, il-kowds jew in-numri ta’ l-identifikazzjoni, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-produzzjoni, kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall-awtorizzazzjoni(jiet));

(ċ) il-pożizzjoni ġeografika ta’ l-istabbiliment ta’ l-ipproċessar definita minn sistema xierqa ta’ koordinati (jekk ikun possibbli koordinati GIS);

(d) dettalji dwar is-sistemi li jittrattaw il-ħmieġ mitfugħ ’il barra mill-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar;

(e) l-ispeċi ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ttrattati fl-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar.




ANNESS III

PARTI A

L-Istatus tas-saħħa ta' żoni jew kompartimenti ta' l-akkwakultura li għandhom jitqiesu għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12

Annimali ta' l-akkwakultura għat-trobbija f'farm u għat-tkabbir mill-ġdid ta' l-ammont tagħhom



Kategorija

L-Istatus tas-Saħħa

Jistgħu jiddaħħlu annimali minn

Iċ-Ċertifikazzjoni tas-Saħħa

Jistgħu jibagħtu annimali għal

Daħla

Bgħit

I

Ħieles mill-mard

(Art. 49 or Art. 50)

Kategorija I biss

IVA

LE meta jintbagħtu għall-kategorija III jew V

Il-kategoriji kollha

IVA meta jintbagħtu għal kategoriji I, II jew IV

II

Programmi ta' Sorveljanza

(l-Art. 44(1))

Kategorija I biss

IVA

LE

Il-kategorija III u V

III

Mhux definit

(mhux magħruf bħala infettat iżda mhux soġġett għal programm għall-ksib ta' status ta' ħelsien mill-mard)

Il-kategoriji I, II, jew III

LE

LE

Il-kategorija III u V

IV

Programm għall-Qerda ta' Mard

(l-Art. 44(2))

Kategorija I biss

IVA

IVA

Il-kategorija V biss

V

Infettat

(l-Art. 39)

Il-kategoriji kollha

LE

IVA

Il-kategorija V biss

PARTI B

Sorveljanza u spezzjonijiet irrakkomandati fil-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski



Speċi preżenti

L-istatus ta' saħħa kif imsemmi fil-parti A

Livell ta' riskju

Sorveljanza

Frekwenza ta’ l-ispezzjoni rrakkomandata mill-awtorità kompetenti (l-Artikolu 7)

Frekwenza ta' l-ispezzjoni rrakkomandata minn servizzi kkwalifikati tas-saħħa ta' annimali akkwatiċi (l-Artikolu 10)

Ħtiġiet speċifiċi għall-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u s-sorveljanza meħtieġa biex jinżamm l-istatus tas-saħħa

Kummenti

L-ebda speċi mhi suxxettibbli għall-mard elenkat fl-Anness IV

Kategorija I

Iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikolu 49(1) (a) jew (b) jew l-Artikolu 50(1) (a) jew (b).

Baxx

Passiva

1 kull 4 snin

1 kull 4 snin

Ħtiġiet speċifiċi għaż-żamma ta' status ta'ħelsien mill-mard skond l-Artikolu 52.

Il-frekwenza rrakkomandata ta' l-ispezzjonijiet għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet speċifiċi msemmija għal kull status tas-saħħa.

Madankollu, fejn possibbli tali spezzjonijiet u ġbir ta' kampjuni għandhom jingħaqqdu ma' l-ispezzjonijiet meħtieġa taħt l-Artikolu 7 u 10.

L-għan ta' l-ispezzjonijiet minn awtorità kompetenti huwa li jikkontrollaw il-konformità mad-Direttiva, u jissorveljaw skond l-Artikolu 7.

L-għan ta' l-ispezzjonijiet mis-servizzi kwalifikati tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi huwa li jikkontrollaw l-istatus tas-saħħa ta' l-annimali, jagħtu pariri lil operaturi ta' negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura dwar kwistjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi, u fejn ikun meħtieġ li jwettqu l-miżuri veterinarji meħtieġa.

Speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fl-Anness IV

Kategorija I

Iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikolu 49(1)(ċ) l-Artikolu 50(1)(ċ),

Għoli

Attiva, immirata jew passiva

1 kull sena

1 kull sena

Medja

1 kull 2 snin

1 kull 2 snin

Baxx

1 kull 4 snin

1 kull sentejn

Kategorija II

Mhux iddikjarat ħieles mill-mard iżda soġġett għal programm ta' sorveljanza approvat skond l-Artikolu 44(1)

Għoli

Immirat

1 kull sena

1 kull sena

Ħtiġiet speċifiċi skond l-Artikolu 44(1).

Medja

1 kull sentejn

1 kull sentejn

Baxx

1 kull 4 snin

1 kull 2 snin

Kategorija III

Mhux magħruf li huwa infettat iżda mhux soġġett għal programm ta' sorveljanza għall-ksib ta' status ta' ħelsien mill-mard

Għoli

Attiva

1 kull sena

3 kull sena

 

Medja

1 kull sena

2 kull sena

Baxx

1 kull sentejn

1 kull sena

Kategorija IV

Magħruf li huwa infettat iżda soġġett għal programm ta' qerda mill-mard approvat skond l-Artikolu 44(2).

Għoli

Immirat

1 kull sena

1 kull sena

ħtiġiet speċifiċi skond l-Artikolu 44(2).

Medja

1 kull sentejn

1 kull sentejn

Baxx

1 kull 4 snin

1 kull sentejn

Kategorija V

Magħruf li huwa infettat. Soġġett għal miżuri ta' kontroll minimi kif provdut fil-Kapitolu V.

Għoli

Passiva

1 kull 4 snin

1 kull sena

Ħtiġiet speċifiċi skond il-Kapitolu V.

Medja

1 kull 4 snin

1 kull sentejn

Baxx

1 kull 4 snin

1 kull 4 snin

Livelli tar-riskju

Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju għoli huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li:

(a) għandu livell għoli ta’ riskju li jinxterdu jew jittieħdu l-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi;

(b) jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li jistgħu jżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa għolja, kwalità baxxa ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti;

(ċ) jbigħ annimali akkwatiċi ħajjin biex ikomplu jittrabbew f’farm jew biex jiġu stokkjati mill-ġdid.

Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju medju huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li:

(a) għandu livell medju ta’ riskju li jinxterdu jew jittieħed il-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi;

(b) jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li mhux neċessarjament iżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa medja, u l-kwalità ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti;

(ċ) jbigħ annimali akkwatiċi ħajjin l-aktar għall-konsum mill-bniedem.

Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju baxx huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li

(a) għandu livell baxx ta’ riskju li jinxtered jew jittieħed il-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi,

(b) jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li mhux ser iżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa baxxa, kwalità tajba ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti;

(ċ) jbigħ biss annimali akkwatiċi ħajjin għall-konsum mill-bniedem.

Tipi ta’ sorveljanza tas-saħħa

Sorveljanza passiva għandha tinkludi n-notifika immedjata obbligatorja li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ xi żidiet fin-numru ta’ mwiet. F' tali każijiet għandha tkun meħtieġa investigazzjoni skond it-Taqsima 2 tal-Kapitolu V.

Sorveljanza attiva għandha tinkludi:

(a) Spezzjoni ta’ rutina mill-awtorità kompetenti jew minn servizzi oħra tas-saħħa kwalifikati f’isem l-awtoritajiet kompetenti;

(b) Eżaminazzjoni tal-popolazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura fil-farm jew fiż-żona tat-trobbija tal-molluski għal mard kliniku;

(ċ) Kampjuni dijanjostiċi li jridu jinġabru kif ikun hemm suspett ta’ marda elenkata jew tkun osservata żieda fin-numru ta’ mwiet matul l-ispezzjoni;

(d) Notifika obbligatorja immedjata li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ kwalunkwe żieda fin-numru ta’ mwiet.

Sorveljanza mmirata għandha tinkludi:

(a) Spezzjoni ta’ rutina mill-awtorità kompetenti jew minn servizzi oħra tas-saħħa kwalifikati f’isem l-awtoritajiet kompetenti.

(b) Kampjuni ordnati ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura li għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati għal patoġen(i) b’metodi speċifikati.

(ċ) Notifika obbligatorja immedjata li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ kwalunkwe żieda fin-numru ta’ mwiet.




ANNESS IV

Listi tal-mard

PARTI I

Kriterji biex marda tkun elenkata

A. Il-mard eżotiku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin stabbiliti fil-punti 1 u jew 2 jew 3.

1. Il-marda hija eżotika għall-Komunità, jiġifieri l-marda mhix stabbilita fl-akkwakultura Komunitarja, u l-patoġen mhux magħruf li huwa preżenti fl-ilmijiet Komunitarji.

2. Għandu l-potenzjal ta’ impatt ekonomiku sinifikanti jekk jiġi introdott fil-Komunità, kemm bit-telf għall-produzzjoni fl-akkwakultura Komunitarja kif ukoll permezz tar-restrizzjoni tal-potenzjal kummerċjali ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom.

3. Għandu l-potenzjal ta’ impatt ambjentali detrimentali jekk jiġi introdott fil-Komunità, għall-popolazzjonijiet ta’ speċi ta’ annimali akkwatiċi salvaġġi li skond id-dritt Komunitarju jew id-dispożizzjonijiet internazzjonali huma ta’ valur tant li ta’ min jiġu mħarsa.

B. Il-mard mhux eżotiku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin stabbiliti fil-punti 1, 4, 5, 6, 7, u 2 jew 3.

1. Diversi Stati Membri, jew reġjuni f’diversi Stati Membri, huma ħielsa minn dan il-mard speċifiku.

2. Għandu l-potenzjal ta’ impatt ekonomiku sinifikanti jekk jiġi introdott fi Stat Membru li huwa ħieles mill-marda, kemm permezz ta’ telf fil-produzzjoni, u spejjeż annwali assoċjati mal-marda u l-kontroll tagħha li jeċċedu 5 % tal-valur tal-produzzjoni fil-produzzjoni ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura suxxettibbli fir-reġjun, u kemm bir-restrizzjoni tal-possibilitajiet għall-kummerċ internazzjonali fl-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom.

3. Il-marda wriet, fejn faqqgħet, li għandha impatt ambjentali detrimentali jekk tiġi introdotta fi Stat Membru ħieles mill-mard, għall-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi ta’ annimali akkwatiċi salvaġġi li skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew internazzjonali huma ta’ valur tant li ta’ min jiġu mħarsa.

4. Huwa diffiċli li wieħed jikkontrolla u jżomm il-marda fuq livell ta’ farm jew żona tat-trobbija tal-molluski mingħajr miżuri ta’ kontroll u restrizzjonijiet kummerċjali stretti.

5. Il-marda tista’ tiġi kkontrollata fuq livell ta’ Stat Membru, fejn l-esperjenza wriet li żoni jew kompartamenti ħielsa mill-mard jistgħu jiġu stabbiliti u miżmuma, u li din iż-żamma tagħmel ħafna ġid meta jitqiesu l-flus li ntefqu.

6. Waqt li annimali ta' l-akkwakultura jitpoġġew fis-suq, hemm riskju li l-marda tistabbilixxi ruħha f’żona li qabel ma kinitx infettata.

7. Testijiet affidabbli u sempliċi għall-annimali akkwatiċi infettati huma disponibbli. It-testijiet iridu jkunu speċifiċi u sensittivi u l-metodu ta’ l-ittestjar irid ikun armonizzat fuq livell Komunitarju.

PARTI II

Mard elenkat



MARD EŻOTIKU

 

MARDA

SPEĊI SUXXETTIBBLI

ĦUT

In-nekrosi epiżootika li għandha x’taqsam mal-formazzjoni tad-demm jew taċ-ċelluli tad-demm

trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), u dott ta' l-Ewropa ta' Fuq (Perca fluviatilis),

Is-sindromu epiżotiku li jrabbi l-ulċeri

Genera: Catla, Channa, Labeo, Mastacembelus, Mugil, Puntius u Trichogaster.

MOLLUSKI

Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi) u gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis).

Infezzjoni mill-Perkinsus marinus

gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra ta' Lvant (C. virginica)

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra ta' Lvant (C. virginica), gajdra ċatta tal-Paċifiku (Ostrea conchaphila) u gajdra ċatta Ewropea (O. edulis)

KRUSTAĊJI

Is-sindromu taura

Gamblu abjad tal-Golf (Penaeus setiferus), gamblu kħal tal-Paċifiku (P. stylirostris) u gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei).

Il-marda yellowhead

gamblu kannella tal-Golf (P. aztecus), gamblu roża tal-Golf (P. duorarum), gamblu kbir Kuruma (P. japonicus), gamblu iswed (P. monodon), gamblu abjad tal-Golf (P. setiferus), gamblu kħal tal-Paċifiku (P. stylirostris), gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei)



MARD MHUX EŻOTIKU

 

MARDA

SPEĊI SUXXETTIBBLI

ĦUT

Il-preżenza ta’ virus fid-demm fi żmien ir-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), karassju (C.carassius), karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), sheatfish (Silurus glanis) u tinka (Tinca tinca)

Is-settiċemija virali emorraġika (VHS)

aringa (Clupea spp.), ħuta bajda (Coregonus sp.), lizz (Esox lucius), bakkaljaw żgħir (G. aeglefinus), merluzz tal-Paċifiku (G. macrocephalus), merluzz ta' l-Atlantiku (G. morhua), Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), trota qawsalla (O. mykiss), rockling (Onos mustelus), trota tal-baħar (Salmo trutta), barbun imperjali (Scophthalmus maximus) u sardina (Sprattus sprattus) u grayling (Thymallus thymallus)

Nekrosi epiżotika li għandha x’taqsam mal-formazzjoni tad-demm jew taċ-ċelluli tad-demm (IHN)

salamun keta (Oncorhynchus keta), salamun fiddien (O. kisutch), salamun masou (O. masou), trota qawsalla jew ta' l-Amerika tat-Tramuntana (O. mykiss), salamun sockeye (O. nerka), salamun roża (O. rhodurus), salamun chinook (O. tshawytscha), u salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar)

Il-marda tal-virus ta’ l-erpete tal-koi (KHV)

Il-karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio).

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar), u trota tal-baħar (Salmo trutta).

MOLLUSKI

Infezzjoni mill-Marteilia refringens

gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), il-gajdra ta' l-Arġentina (O. puelchana), mollusk blu (Mytilus edulis) u mollusk Mediterran (M. galloprovincialis)

Infezzjoni mill-Bonamia ostreae

gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta tal-Paċifiku (Ostrea conchaphila), gajdra asjatika (O. denselammellosa), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), gajdra ta' l-Arġentina (O. puelchana).

KRUSTAĊJI

Il-marda tal-white spot

Il-krustiaċji kollha dekapodi (ta' l-ordni decapoda).




ANNESS V

Il-ħtiġiet biex Stat Membru, żona jew kompartiment jiġi ddikjarat ħieles mill-mard

PARTI I

Stat Membru ħieles mill-mard

1. Minħabba raġunijiet storiċi

1.1. Stat Membru li fih huma preżenti speċi suxxettibbli, iżda fejn ma kien hemm l-ebda okkorrenza osservata tal-marda ta’ l-inqas għal perijodu ta’ 10 sena qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard minkejja kondizzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-espressjoni klinika tagħha jista’ jitqies ħieles mill-mard meta:

(a) il-kondizzjonijiet tal-miżuri bażiċi ta' bijosigurtà jkun ilhom għaddejjin kontinwament ta l-inqas għal perijodu ta' 10 snin qabel id-data tad-dħul ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard;

(b) m’huwiex magħruf li l-infezzjoni hija stabbilita fil-popolazzjonijiet ta’ l-annimali salvaġġi;

(ċ) l-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-kummerċ u ta’ l-importazzjoni biex il-marda ma titħalliex tiddaħħal fl-Istat Membru tkun effettiva.

Stat Membru li jixtieq jibbenefika minn status ta' ħieles mill-mard għandu jissottometti applikazzjoni skond l-Artikolu 49 qabel l-1 ta' Novembru 2008. Wara din id-data, status ta' ħelsien mill-mard jista' jingħata biss skond il-Parti I.2.

1.2. Il-miżuri bażiċi ta’ bijosigurtà li jissemmew fil-punt 1.1(a) għandhom jikkonsistu, bħala minimu, f'dan li ġej:

(a) il-marda bilfors trid tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti, inkluża n-notifika ta’ suspett;

(b) sistema ta’ skoperta bikrija hija mwaqqfa fl-Istat Membru kollu, li tippermetti lill-awtorità kompetenti li twettaq investigazzjoni u rapportar effettiv tal-mard, u li tiżgura b’mod partikolari:

(i) ir-rikonoxximent rapidu ta’ kwalunkwe sinjal kliniku konsistenti ma’ suspetti ta’ marda, marda li qed titfaċċa, jew numru ta’ mwiet mhux spjegati f’farms jew f’żoni tat-trobbija tal-molluski, u fl-ambjent naturali;

(ii) il-komunikazzjoni rapida dwar dak li ġara lill-awtorità kompetenti bl-għan li tiġi attivata investigazzjoni dijanjostika bl-inqas dewmien possibbli.

1.3. Is-sistema ta’ skoperta bikrija msemmija fil-punt 1.2 (b) għandha ta’ l-inqas tinkludi dan li ġej:

(a) l-għarfien fil-wisa’, fost il-persunal impjegat fin-negozji ta’ l-akkwakultura jew involut fl-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura, ta’ kwalunkwe sinjal konsistenti mal-preżenza ta’ marda, u t-taħriġ tal-veterinarji jew ta’ l-ispeċjalisti fis-saħħa ta’ l-annmali akkwatiċi fl-iskoperta u r-rapportar ta’ l-okkorrenza ta’ mard mhux tas-soltu;

(b) il-veterinarji jew l-ispeċjalisti fis-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi mħarrġa biex jagħrfu u jirrapportaw l-okkorrenza ta’ mard suspett;

(ċ) l-aċċess mill-awtorità kompetenti għal laboratorji bil-faċilitajiet biex jiddjanjostikaw u jiddistingwu l-mard elenkat u dak li qed jitfaċċa.

2. Abbażi ta' sorveljanza mmirata

Stat Membru fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet fil-perijodu ta’ 10 snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard jew fejn l-istatus ta’ l-infezzjoni qabel is-sorveljanza mmirata ma kienx magħruf, per eżempju minħabba n-nuqqas ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, jista’ jitqies bħala ħieles mill-marda speċifika fejn:

(a) l-Istat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet bażiċi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fil-punt 1.2.;

u

(b) is-sorveljanza mmirata skond il-metodi adottati skond l-Artikolu 49(3), tkun ilha stabbilita ta’ l-inqas għal perijodu ta’ sentejn qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva mingħajr ma kien skopert l-aġent tal-marda fil-farm, jew fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski fejn tittrabba kwalunkwe waħda mill-ispeċi suxxettibbli.

Fejn ikun hemm partijiet ta’ l-Istat Membru li fihom in-numru ta’ farms, jew ta’ żoni tat-trobbija tal-molluski huwa limitat, u konsegwentement is-sorveljanza mmirata f’dawn il-partijiet ma tipprovdix data epidemjoloġika suffiċjenti, imma li fihom popolazzjonijiet ta’ l-annimali salvaġġi ta’ kwalunkwe waħda mill-ispeċi suxxettibbli, dawk il-popolazzjonijiet ta’ annimali salvaġġi għandhom jiġu inklużi fis-sorveljanza mmirata.

PARTI II

Żona jew kompartiment ħieles mill-mard

1. Żoni

1.1. Żona tista’ tinkludi:

(a) żona sħiħa ta’ fejn jinġabar l-ilma mis-sors sa l-estwarju tagħha;

jew

(b) parti minn żona fejn jinġabar l-ilma mis-sors(i) sa barriera naturali jew artifiċjali li ma tħallix it-tluq ’il fuq ta’ l-annimali akkwatiċi minn meded aktar baxxi taż-żona fejn jinġabar l-ilma;

jew

(ċ) aktar minn żona waħda fejn jinġabar l-ilma, inklużi l-estwarji tagħhom, minħabba r-rabta epidemjoloġika bejn iż-żoni fejn jinġabar l-ilma minn ġo l-estwarju.

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona għandha tkun identifikata b’mod ċar fuq mappa.

1.2. Fejn żona testendi f’aktar minn Stat Membru wieħed, din ma tistax tiġi ddikjarata bħala żona ħielsa mill-mard sakemm il-kondizzjonijiet indikati fil-punt 1.3, il-punt 1.4 u l-punt 1.5 ma japplikawx għall-erjas kollha ta’ dik iż-żona. F’dak il-każ iż-żewġ Stati Membri konċernati għandhom japplikaw għall-approvazzjoni għall-parti taż-żona li tinsab fit-territorju tagħhom.

1.3. F’żona fejn hemm preżenti speċi suxxettibbli, imma fejn ma kien hemm l-ebda okkorrenza osservata tal-marda ta’ l-inqas għal perijodu ta’ 10 snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard, minkejja l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tagħha tista’ titqies bħala ħielsa mill-mard jekk din tikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Parti I.1.

Stat Membru li jixtieq jibbenefika minn status ta' ħieles mill-mard għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu skond l-Artikolu 50(2) qabel l-1 ta' Novembru 2008. Wara din id-data, status ta' ħelsien mill-mard jista' jingħata biss skond il-Parti I.2.

1.4. F’żona fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet f’perijodu ta’ 10 sena qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard jew fejn l-istatus ta’ l-infezzjoni qabel is-sorveljanza mmirata ma kienx magħruf, per eżempju minħabba n-nuqqas ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, tista’ titqies bħala ħielsa mill-marda fejn din tikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Parti I.2.

1.5. Fejn jitwettaq programm ta’ monitoraġġ għandha tiġi stabbilita żona li tmewwet l-effett, kif xieraq. Id-demarkazzjoni taż-żoni li jmewtu l-effett għandha tkun tali li tħares iż-żona ħielsa mill-mard mill-introduzzjoni passiva tal-marda.

2. Il-kompartimenti li jinkludu farm wieħed jew żona tat-trobbija tal-molluski waħda jew aktar fejn l-istat tas-saħħa dwar marda speċifika jiddependi mill-istatus tas-saħħa fir-rigward ta' dik il-marda fl-ilmijiet naturali tal-madwar.

2.1. Kompartiment jista’ jinkludi farm wieħed jew aktar, grupp jew numru ta’ farms jew ta' żona tat-trobbija tal-molluski li jistgħu jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda minħabba l-lokalità ġeografika u d-distanza minn gruppi jew numri oħra ta’ farms, jew ta’ żoni tat-trobbija tal-molluski, sakemm il-farms kollha li jikkostitwixxu l-kompartiment jaqgħu taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà. Id-demarkazzjoni ġeografika ta’ kompartiment għandha tkun identifikata b’mod ċar fuq mappa.

2.2. F’żona fejn hemm preżenti speċi suxxettibbli, imma fejn ma kien hemm l-ebda okkorrenza osservata tal-marda ta’ l-inqas għal perijodu ta’ 10 snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard, minkejja l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tagħha tista’ titqies ħielsa mill-mard jekk din tikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġiet fil-Parti I.1.

Stati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-dispożizzjoni għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom skond l-Artikolu 50(2) qabel l-1 ta' Novembru 2008. Wara din id-data, status ta' ħelsien mill-mard jista' jingħata biss skond il-Parti I.2.

2.3. Kompartiment fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet f’perijodu ta’ 10 snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard jew fejn l-istatus ta’ l-infezzjoni fil-kompartiment jew fl-ilmijiet ta' madwar il-kompartiment, ma kienx magħruf qabel bdiet is-sorveljanza mmirata, per eżempju minħabba n-nuqqas ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, jista’ jitqies bħala ħieles mill-marda jekk huwa jikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Parti I.2.

2.4. Kull farm jew żona tat-trobbija tal-molluski f’kompartiment għandu jkun soġġett għal miżuri addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti, meta dawn jitqiesu meħtieġa għall-prevenzjoni ta' l-introduzzjoni ta’ mard. Tali miżuri jistgħu jinkludu t-twaqqif ta’ żona li tmewwet l-effett madwar il-kompartiment fejn jitwettaq programm ta’ monitoraġġ, u t-twaqqif ta’ protezzjoni addizzjonali kontra d-dħul ta’ annimali li jistgħu jgħaddu l-patoġen jew ta’ organiżmi li jġorru l-patoġen minn post għall-ieħor possibbli.

3. Kompartimenti li jinkludu farm individwali wieħed jew aktar fejn l-istatus tas-saħħa dwar marda speċifika huwa indipendenti mill-istatus tas-saħħa dwar dik il-marda speċifika ta’ l-ilmijiet naturali tal-madwar.

3.1. Kompartiment jista’ jinkludi:

(a) farm individwali li jista’ jitqies bħala unità epidemjoloġika waħda, minħabba li dan mhux influwenzat mill-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali fl-ilmijiet ta’ madwaru;

jew

(b) aktar minn farm wieħed fejn kull farm fil-kompartiment jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-punt 3.1.(a) u l-punti 3.2 sa 3.6, iżda, minħabba moviment estensiv ta' annimali bejn il-farms, għandhom jiġu kkunsidrati bħala unità epidemjoloġika waħda, sakemm il-farms kollha jaqgħu taħt sistema komuni ta' bijosigurtà.

3.2. Kompartiment għandu jkollu provvista ta’ l-ilma:

(a) Permezz ta' impjant tat-trattament ta' l-ilma li jwaqqaf l-attività tal-patoġen rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' l-introduzzjoni ta' mard għal livell aċċettabbli;

jew

(b) Direttament minn bir, ħofra għall-ilma jew għajn. Fejn din il-provvista ta’ l-ilma tkun tinsab ’il barra mill-bini tal-farm, l-ilma għandu jiġi pprovdut direttament lill-farm, u mgħoddi minn pajp.

3.3. Għandu jkun hemm barrieri naturali jew artifiċjali li ma jħallux lill-annimali akkwatiċi jidħlu f’kull farm f’kompartiment mill-kanali ta’ l-ilma tal-madwar.

3.4. Il-kompartiment għandu, fejn ikun jixraq, jitħares mill-għargħar u mill-infiltrazzjoni ta’ l-ilma mill-kanali ta’ l-ilma tal-madwar.

3.5. Il-kompartiment għandu jikkonforma, mutatis mutandis, mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Parti I.2.

3.6. Kompartiment għandu jkun soġġett għall-miżuri addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti, meta dawn jitqiesu meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ l-introduzzjoni ta' mard. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta' protezzjoni addizzjonali kontra d-dħul ta’ annimali li jistgħu jgħaddu l-patoġen jew ta’ organiżmi li jġorru l-patoġen minn post għall-ieħor possibbli.

3.7. Il-miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-punt 3.2.(a) għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

4. Dispożizzjonijiet speċjali għall-farms individwali li jibdew jew jerġgħu jibdew mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom

4.1. Farm ġdid, li jissodisfa l-ħtiġiet msemmija fil-punti 3.1.(a) u 3.2 sa 3.6, iżda li jibda l-attivitajiet tiegħu b’annimali ta’ l-akkwakultura minn kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard jista’ jitqies ħieles mill-mard mingħajr ma jkollu jgħaddi mill-ġbir ta' kampjuni meħtieġa għall-approvazzjoni.

4.2. Farm li jibda mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu wara waqfa b’annimali ta’ l-akkwakultura minn kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard, u li jissodisfa l-ħtiġiet msemmija fil-punti 3.1.(a) u l-punti 3.2 sa 3.6, jista’ jitqies ħieles mill-mard mingħajr ma jkollu jgħaddi mill-ġbir ta’ kampjuni meħtieġa għall-approvazzjoni sakemm:

(a) l-istorja tas-saħħa tal-farm matul l-aħħar erba’ snin tal-ħidma tiegħu tkun magħrufa mill-awtorità kompetenti; madankollu, jekk il-farm konċernat ikun ilu jopera għal inqas minn erba’ snin, jittieħed kont tal-perijodu reali li fih kien qed jopera;

(b) il-farm ma kienx soġġett għal miżuri relatati mas-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV u ma kien hemm l-ebda anteċedenti ta’ dak il-mard fuq il-farm;

(ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-annimali, tal-bajd jew tal-gameti ta’ l-akkwakultura, il-farm jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat, u wara, kif ikun meħtieġ, jgħaddi minn perjodu ta’ mistrieħ.




ANNESS VI

Funzjonijiet u dmirijiet tal-laboratorji

PARTI I

Laboratorji Komunitarji ta’ referenza

1. Sabiex jintgħażlu bħala laboratorju Komunitarju ta’ referenza skond l-Artikolu 55, il-laboratorji għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin. Dawn iridu:

(a) ikollhom persunal ikkwalifikat kif jixraq b’taħriġ adegwat fit-teknika dijanjostika u analitika applikata fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom, inklużi persunal imħarreġ disponibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinqalgħu fil-Komunità;

(b) ikollhom it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti li jingħatawlhom;

(ċ) ikollhom l-infrastruttura amministrattiva adegwata;

(d) jiżguraw li l-persunal tagħhom jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ ċerti suġġetti, riżultati jew komunikazzjonijiet;

(e) ikollhom konoxxenza biżżejjed ta’ l-istandards u l-prattika internazzjonali;

(f) ikollhom disponibbli, kif ikun jixraq, lista aġġornata tas-sostanzi u tar-reaġenti ta’ referenza disponibbli u lista aġġornata tal-manifatturi u tal-fornituri ta’ tali sostanzi u reaġenti;

(g) jieħdu kont ta' l-attivitajiet ta’ riċerka fuq livell nazzjonali u Komunitarju;

2. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tagħżel biss il-laboratorji li joperaw u li jiġu vvalutati u akkreditati skond l-Istandards Ewropej li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-metodi differenti ta’ l-ittestjar stabbiliti f’din id-Direttiva:

(a) EN ISO/IEC 17025 dwar “Il-ħtiġiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta’ l-ittestjar u ta’ l-ikkalibrar”;

(b) EN 45002 dwar “Il-kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar”;

(ċ) EN 45003 dwar “Is-sistema ta’ l-akkreditazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ikkalibrar u ta’ l-ittestjar-Il-ħtiġiet ġenerali għall-operazzjoni u għar-rikonoxximent”.

3. L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet.

4. Għal waħda jew aktar mill-mard taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza jistgħu jieħdu vantaġġ mill-ħiliet u l-kapaċità tal-laboratorji fl-Istati Membri l-oħra jew fl-Istati Membri ta’ l-EFTA sakemm il-laboratorji konċernati jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 ta’ dan l-Anness. Kwalunkwe intenzjoni li jittieħed vantaġġ minn kooperazzjoni bħal din għandha tkun parti mill-informazzjoni pprovduta bħala bażi għall-għażla skond l-Artikolu 55(1). Madankollu, il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għandu jibqa’ l-punt ta’ kuntatt għal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza fl-Istati Membri, u għall-Kummissjoni.

5. Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għandhom:

(a) jikkoordinaw, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dijanjosi tal-marda konċernata, speċifikatament billi:

(i) razez tal-patoġen tal-marda rilevanti jiġu kklassifikati, maħżuna, u fejn hu xieraq, provduti biex jiġi ffaċilitat is-servizz dijanjostiku fil-Komunità,

(ii) is-sera standard u r-reaġenti l-oħra ta’ referenza għandhom ikunu pprovduti lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex ikunu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati f’kull Stat Membru, fejn huma meħtieġa t-testijiet seroloġiċi,

(iii) ikunu organizzati testijiet perjodiċi komparattivi (ring tests) tal-proċeduri dijanjostiċi fuq livell Komunitarju mal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza magħżula mill-Istati Membri, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(iv) tinżamm il-kompetenza dwar il-patoġen tal-marda rilevanti u l-patoġeni l-oħra rilevanti li tippermetti dijanjosi divrenzjali rapida;

(b) jassistu b’mod attiv fid-dijanjosi tat-tifqigħ tal-marda rilevanti fl-Istati Membri billi jirċievu l-patoġeni iżolati għad-dijanjosi konfermattiva, l-istudji tal-karatterizzazzjoni u dawk epiżootiċi;

(ċ) jiffaċilitaw it-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta’ l-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju bil-ħsieb li tiġi armonizzata t-teknika dijanjostika fil-Komunità kollha;

(d) jikkollaboraw, fir-rigward tal-metodi għad-dijanjosi tal-mard ta’ l-annimali li jaqgħu fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, mal-laboratorji kompetenti fil-pajjiżi terzi fejn dak il-mard huwa prevalenti;

(e) jikkollaboraw mal-laboratorji ta’ referenza rilevanti ta’ l-OIE fir-rigward tal-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV li għalihom huma responsabbli;

(f) jiġbru u jgħaddu l-informazzjoni dwar mard eżotiku u endemiku, li potenzjalment qed jitfaċċja fl-akkwakultura Komunitarja.

PARTI II

Laboratorji nazzjonali ta’ referenza

1. Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza magħżula skond l-Artikolu 56 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi dijanjostiċi fil-qasam tar-responsabbilità tagħhom fl-Istat Membru konċernat. Dawn il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom:

(a) jimpenjaw irwieħhom li jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti kull meta l-laboratorju jsir jaf b’suspett ta’ kwalunkwe waħda mill-mard msemmi fl-Anness IV;

(b) jikkoordinaw, f’konsultazzjoni mal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza, il-metodi użati mill-Istati Membri għad-dijanjosi tal-mard konċernat li għalihom huma responsabbli;

(ċ) jassistu b’mod attiv fid-dijanjosi tat-tifqigħ tal-mard rilevanti billi jirċievu l-patoġeni iżolati għad-dijanjosi konfermattiva, l-istudji ta’ karatterizzazzjoni u dawk epiżootiċi;

(d) jiffaċilitaw it-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta’ l-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju bil-ħsieb li tkun armonizzata t-teknika dijanjostika fl-Istat Membru kollu;

(e) jiżguraw il-konferma tar-riżultati pożittivi tat-tifqigħ kollu tal-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV, u tat-tifqigħ primarju tal-mard mhux eżotiku elenkat f’dak l-Anness;

(f) jorganizzaw testijiet perjodiċi komparattivi (ring tests) tal-proċeduri dijanjostiċi fuq livell nazzjonali mal-laboratorji magħżula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 57, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fl-Istat Membru;

(g) jikkooperaw mal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza li jissemma fl-Artikolu 55 u jipparteċipaw fit-testijiet komparattivi organizzati mil-laboratorji Komunitarji ta’ referenza;

(h) jiżguraw iż-żamma ta' djalogu regolari u miftuħ ma’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom;

(i) joperaw u jiġu vvalutati u akkreditati skond l-Istandards Ewropej li ġejjin fejn jitqiesu l-kriterji għall-metodi differenti ta’ l-ittestjar stabbiliti f’din id-Direttiva:

(i) EN ISO/IEC 17025 dwar “Il-ħtiġiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta’ l-ittestjar u ta’ l-ikkalibrar”,

(ii) EN 45002 dwar “Il-kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar”,

(iii) EN 45003 dwar “Is-sistema ta’ l-akkreditazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ikkalibrar u ta’ l-ittestjar-Il-ħtiġiet ġenerali għall-operazzjoni u għar-rikonoxximent”.

2. L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 1(i) jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija fil-punt 1 (i) (i) ta’ din il-Parti, fejn l-operazzjoni taħt EN ISO/IEC 17025 hija diffiċli mil-lat prattiku, sakemm il-laboratorju jopera taħt assigurazzjoni ta’ kwalità skond il-linji ta’ gwida fl-ISO 9001.

4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw laboratorju nazzjonali ta’ referenza li jinstab fit-territorju tagħhom li jieħu vantaġġ mill-ħiliet u mill-kapaċità ta’ laboratorji oħra magħżula skond l-Artikolu 57, għal marda jew għal aktar minn marda waħda mill-mard taħt ir-responsabbilità tagħhom, sakemm dawn il-laboratorji jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din il-Parti. Madankollu, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jibqa’ l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru, u għal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza.

PARTI III

Laboratorji magħżula fl-Istati Membri

1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħżel biss laboratorji għal servizzi dijanjostiċi skond l-Artikolu 57 li jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin. Dawn iridu:

(a) jimpenjaw irwieħhom li jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti kull meta laboratorju jsir jaf b’suspett ta’ kwalunkwe waħda mill-mard imsemmi fl-Anness IV;

(b) jimpenjaw irwieħhom li jipparteċipaw f’testijiet komparattivi (ring-tests) tal-proċeduri dijanjostiċi organizzati mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza;

(ċ) joperaw u jiġu vvalutati u akkreditati skond l-Istandards Ewropej li ġejjin fejn jitqiesu l-kriterji għall-metodi differenti ta’ l-ittestjar stabbiliti f’din id-Direttiva:

(i) EN ISO/IEC 17025 dwar “Il-ħtiġiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta’ l-ittestjar u ta’ l-ikkalibrar”;

(ii) EN 45002 dwar “Il-kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar”;

(iii) EN 45003 dwar “Is-sistema ta’ l-akkreditazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ikkalibrar u ta’ l-ittestjar-Il-ħtiġiet ġenerali għall-operazzjoni u għar-rikonoxximent”.

2. L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 1(ċ) jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu laboratorji li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija fil-punt 1 (ċ) (i) ta’ din il-Parti, fejn l-operazzjoni taħt l-EN ISO/IEC 17025 hija diffiċli mil-lat prattiku, sakemm il-laboratorju jopera taħt assigurazzjoni ta’ kwalità skond il-linji ta’ gwida fl-ISO 9001.

4. L-awtorità kompetenti għandha tħassar l-għażla fejn il-kondizzjonijiet msemmija f’dan l-Anness ma jkunux sodisfatti aktar.




ANNESS VII

KRITERJI U ĦTIĠIET GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ kontinġenza jissodisfaw ta’ l-inqas il-ħtiġiet li ġejjin:

1. Trid issir dispożizzjoni biex jiġu żgurati s-setgħat legali meħtieġa biex ikunu implimentati l-pjanijiet ta’ kontinġenza u biex titwettaq kampanja ta’ qerda tal-mard rapida u b’ suċċess;

2. Trid issir dispożizzjoni biex ikun żgurat l-aċċess għall-fondi ta’ emerġenza, il-mezzi tal-budget u għar-riżorsi finanzjarji biex ikunu koperti l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV;

3. Trid tiġi stabbilita katina ta’ kmand biex jiġi garantit proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu u effettiv biex ikun immaniġġat il-mard eżotiku elenkat fl-Anness IV jew il-mard li qed jitfaċċa. Unità ċentrali tat-teħid tad-deċiżjonijiet trid tieħu ħsieb id-direzzjoni ġenerali ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll;

4. Il-pjanijiet dettaljati jridu jkunu disponibbli għall-Istati Membri biex ikunu ppreparati għat-twaqqif immedjat ta’ ċentri lokali ta’ kontroll tal-mard fl-eventwalità ta’ tifqigħa tal-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jew ta’ mard li qed jitfaċċa u biex ikunu implimentati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard u ta’ ħarsien ta’ l-ambjent fuq livell lokali;

5. L-Istati Membri jridu jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet u l-korpi ambjentali kompetenti biex jiżguraw li l-azzjonijiet dwar kwistjonijiet veterinarji u ta’ saħħa ambjentali jkunu kkoordinati b’mod xieraq;

6. Trid issir dispożizzjoni għal riżorsi adegwati biex jiżguraw kampanja rapida u effettiva, inklużi l-persunal, it-tagħmir u l-kapaċità tal-laboratorju;

7. Irid ikun disponibbli manwal aġġornat dwar l-operazzjonijiet, b’deskrizzjoni dettaljata, komprensiva u prattika ta’ l-azzjonijiet, il-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-miżuri ta’ kontroll kollha li għandhom jintużaw fl-immaniġġar tal-mard eżotiku elenkat fil- Parti II ta’ l-Anness IV jew tal-mard li qed jitfaċċa;

8. Fejn huwa xieraq, iridu jkunu disponibbli pjanijiet dettaljati għat-tilqim ta’ emerġenza.

9. Il-persunal irid ikun involut b’mod regolari f’taħriġ dwar is-sinjali kliniċi, l-istħarriġ epidemjoloġiku u l-kontroll tal-mard epiżootiku, f’eżerċizzji ta’ allarm fi żmien reali, u fit-taħriġ fil-ħiliet tal-komunikazzjoni biex jipprovdu kampanji kontinwi ta’ għarfien dwar il-mard għall-awtoritajiet, għal dawk li jmexxu l-farms u għall-veterinarji.

10. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza jridu jiġu ppreparati u jridu jqisu r-riżorsi meħtieġa għall-kontroll ta’ numru kbir ta’ tifqigħ li jseħħu f’perijodu ta’ żmien qasir.

11. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet veterinarji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-pjanijiet ta’ kontinġenza jridu jiġu ppreparati biex jiġi żgurat li, fl-eventwalità ta’ tifqigħ ta’ mard, kwalunkwe rimi bil-massa tal-karkassi ta’ l-annimali akkwatiċi u tal-ħmieġ ta’ l-annimali akkwatiċi isir mingħajr ma jkun hemm periklu għas-saħħa ta’ l-annimali u tal-bniedem, billi jintużaw proċessi jew metodi li jipprevjienu l-ħsara lill-ambjent u b’mod partikolari:

(i) b’riskju minimu għall-ħamrija, l-arja, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art, u l-pjanti u l-annimali;

(ii) b’fastidju minimu kawżati minn storbju u rwejjaħ;

(iii) b’effetti avversi minimi għan-natura jew għall-postijiet ta’ interess speċjali.

12. Pjanijiet bħal dawn iridu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ siti u stabbilimenti xierqa għat-trattament jew ir-rimi ta' karkassi u ħmieġ ta’ l-annimali fl-eventwalità ta’ tifqigħa skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.




ANNESS VIII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Din id-Direttiva

Direttivi Revokati

 

91/67/KEE

93/53/KEE

95/70/KE

Artikolu 1 (1) a

Artikolu 1,

l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1 (1) (b)

Artikolu 1 (1) (ċ)

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1,

it-tieni subparagrafu

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 4

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13(1)

Artikolu 4, paragrafu 1

Artikolu 13(2)

Artikolu 4, paragrafu 2

Artikolu 14 (1) (a)

L-Artikolu 7(1),

Artikolu 8(1)

Artikolu 14 (1) (b)

Artikolu 14(2)

Artikolu 16(1)

Artikolu 14(3)

L-Artikolu 16(1),

Artikolu 14(4)

Artikolu 15(1)

Artikolu 3 (1) a u (2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 3 (1) b u (2)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16(1)

Artikolu 7 (1) a, l-ewwel sentenza

Artikolu 7 (1) (b)

Artikolu 8 (1) (a)

Artikolu 8 (1) (b)

Artikolu 16(2)

Artikolu 17

Artikolu 18 (1)

Artikolu 9

Artikolu 18(2)

Artikolu 19 (1)

Artikolu 19 (2)

Artikolu 9 (2)

Artikolu 20

Artikolu 14(3)

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 19(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 22

Artikolu 23(3)

Artikolu 19(2)

Artikolu 23(4)

Artikolu 19(3)

Artikolu 23(5)

Artikolu 24

Artikolu 21

Artikolu 25(a)

Artikolu 20

Artikolu 25(b)

Artikolu 25(ċ)

Artikolu 25(d)

Artikolu 21(2)

Artikolu 25 (e)

Artikolu 26

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 27

Artikolu 5(5)

Artikolu 28(a)

Artikolu 5(1)

Artikolu 10 (1) (a)

Artikolu 5 (2) a

Artikolu 28(b)

Artikolu 5 (2) (b)

Artikolu 10 (1) (ċ)

Artikolu 5 (2) b

Artikolu 29(1)

Artikolu 5 (2) (h)

Artikolu 6 (a), is-seba' inċiż

Artikolu 8(1)

Artikolu 9 (1), l-ewwel sentenza

Artikolu 10 (1) b

Artikolu 4 (1), subparagrafu 3, it-tielet inċiż

Artikolu 5 (4), subparagrafu 1 u 4

Artikolu 29(2)

Artikolu 5(2)(i)

Artikolu 5 (4), subparagrafu 2 u 4

Artikolu 29(3)

Artikolu 6(b)

Artikolu 6(d)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 29(4)

Artikolu 5 (2) (i) it-tieni inċiż

Artikolu 30

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 5 (2), Artikolu 6

Artikolu 4(1), subparagrafu 3, it-tieni inċiż, Artikolu 5 (2) b, Artikolu 5 (4), subparagrafu 3 u 4

Artikolu 33(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6(a) ir-raba' inċiż

Artikolu 33(2)

Artikolu 6 (a) ir-raba' inċiż

Artikolu 33(3)

Artikolu 33(4)

Artikolu 34(1)

Artikolu 5 (2) ċ

Artikolu 6(a) l-ewwel u t-tielet inċiż

Artikolu 34(2)

Artikolu 6(a) ir-raba' inċiż

Artikolu 35

L-Artikolu 6(a) it-tieni, il-ħames u s-sitt inċiż

Artikolu 36

Artikolu 37(a)

Artikolu 37(b)

Artikolu 5(3)

Artikolu 38(1)

Artikolu 9 (1), it-tieni sentenza

Artikolu 38(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 38 (3)

Artikolu 39(a)

Artikolu 10 (1) ċ

Artikolu 4 (1) paragrafu 3, l-ewwel inċiż

Artikolu 39(b)

Artikolu 39(ċ)

Artikolu 10 (1) ċ

Artikolu 39(d)

Artikolu 40

Artikolu 7

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 44 (1)

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 44(2)

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 45

Artikolu 10(1)

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 6 (a) l-ewwel inċiż

Artikolu 15

Artikolu 48(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 48(2)

Artikolu 14(1)

Artikolu 48(3)

Artikolu 48(4)

Artikolu 49(1)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 49(2)

Artikolu 49(3)

Artikolu 15

Artikolu 50(1)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 6 (1)

Artikolu 50(2)

Artikolu 50(3)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 50(4)

Artikolu 15

Artikolu 51(1)

Artikolu 51(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 52

Artikolu 53(1)

Artikolu 53(2)

Artikolu 53(3)

Artikolu 9 (1), it-tieni sentenza

Artikolu 54(1)

Artikolu 54(2)

Artikolu 6(d)

Artikolu 8(3)

Artikolu 54(3)

Artikolu 55(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 55(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 55(3)

Artikolu 56(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(4)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 56(2)

Artikolu 56(3)

Artikolu 12(6)

Artikolu 6(5)

Artikolu 56(4)

Artikolu 56(5)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 57 (a)

Artikolu 11(2)

Artikolu 57 (b)

Artikolu 11(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 57 (ċ)

Artikolu 58(1)

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 8

Artikolu 58(2)

Artikolu 22

Artikolu 58(3)

Artikolu 17

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61(1)

Artikolu 61(2)

Artikolu 25

Artikolu 18

Artikolu 9

Artikolu 61(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 17(2)

Artikolu 18a

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(4) ir-raba' subparagrafu

Artikolu 8(4)

Artikolu 62

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 29

Artikolu 20

Artikolu 12

Artikolu 66

Artikolu 13

Artikolu 67

Artikolu 30

Artikolu 21

Artikolu 14



( 1 ) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 13.

( 2 ) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

( 3 ) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381).

( 4 ) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.

( 5 ) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

( 7 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

( 8 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

( 9 ) ĠU L 224, 18.8.1990. p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

( 10 ) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

( 11 ) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 4. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31).

( 12 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

( 13 ) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

( 14 ) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

( 15 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU C 4, 8.1.2004, p. 7.

( 16 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 17 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

( 18 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 19 ) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

Top