Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006L0022-20220202

Consolidated text: Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/22/2022-02-02

02006L0022 — MT — 02.02.2022 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M4  ID-DIRETTIVA 2006/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta Marzu 2006

dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 102 11.4.2006, p. 35)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009

  L 21

39

24.1.2009

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009

  L 29

45

31.1.2009

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016

  L 74

8

19.3.2016

►M4

DIRETTIVA (UE) 2020/1057 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Lulju 2020

  L 249

49

31.7.2020


Ikkoreġuta bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 256, 29.9.2009, p.  38 (2009/5/KE)




▼B

▼M4

ID-DIRETTIVA 2006/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta Marzu 2006

dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE

▼B

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M4

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 ( 1 ) u (UE) Nru 165/2014 ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼B

Artikolu 2

Sistemi ta' kontroll

1.  

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema ta' kontrolli adatti u regolari fuq implimentazzjoni korretta u konsistenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1, kemm fit-triq kif ukoll fuq il-post tal-kategoriji kollha tat-trasport.

▼M4

Dawn il-kontrolli għandhom ikopru kull sena kampjun wiesa’ u rappreżentattiv ta’ ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u ta’ ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE. Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq dwar il-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE għandhom ikunu limitati għal aspetti li jistgħu jkunu vverifikatri b’mod effiċjenti bl-użu tat-takografu u t-tagħmir ta’ reġistrazzjoni relatat. Kontroll komprensiv dwar il-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE jista’ jsir biss fil-bini tal-impriża.

▼B

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tkun applikata fit-territorju tagħhom strateġija koerenti ta' infurzar nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jaħtru korp biex jikkordinaw l- azzjonijiet meħuda taħt l-Artikoli 4 u 6, u f'dan il-każ il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu infurmati b'dan.

2.  
Sakemm dan ma jkunx diġà l-każ, kull Stat Membru għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2007 jagħti lill-uffiċjali ta' ispezzjonijiet awtorizzati s-setgħat legali adegwati sabiex jippermettilhom li jwettqu l-obbligi ta' spezzjoni kif meħtieġ minn din id-Direttiva.
3.  
►M4  

Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b’tali mod li jsiru kontrolli fuq mill-inqas 3 % tal-jiem li jkunu nħadmu mix-xufiera ta’ vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014. Waqt li jkun qed isir il-kontroll mal-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jkun jista’ jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra sabiex jipprovdu, qabel it-tmiem tal-kontroll mal-ġenb tat-triq, kwalunkwe evidenza li tkun instabet li kienet nieqsa abbord; dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tax-xufier li jiżgura l-użu xieraq tat-tagħmir tat-takografu.

Mill-1 ta’ Jannar 2012 il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, iżżid il-persentaġġ minimu għal 4 %, dment li l-istatistika miġbura skont l-Artikolu 3 turi li, bħala medja, aktar minn 90 % tal-vetturi kollha kkontrollati huma mgħammra b’takografu diġitali. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-effettività tal-miżuri ta’ infurzar eżistenti, b’mod partikolari d-disponibbiltà tad-data tat-takografu diġitali fil-bini tal-impriżi. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

 ◄

Mhux anqas minn 15 % tan-numru totali ta' jiem maħduma kontrollati għandhom jkunu kontrollati fit-triq u mhux anqas minn 30 % fuq il-post. Wara l-1 ta' Jannar 2008, mhux anqas minn 30 % tan-numru totali tal-jiem maħduma kontrollati għandhom ikunu kontrollati fit-triq u mhux anqas minn 50 % għandhom ikunu kontrollati fuq il-post.

▼M4

3a.  
Kull Stat Membru għandu jorganizza verifiki rigward il-konformità mad- Direttiva 2002/15/KE, filwaqt li titqies is-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva. Dawk il-verifiki għandhom ikunu mmirati lejn impriża jekk wieħed jew iktar mix-xufiera tagħha jkunu kontinwament jew serjament qed jiksru r-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014.

▼M4

4.  
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/15/KE għandha tinkludi l-għadd ta’ xufiera li sarulhom kontrolli mal-ġenb tat-triq, l-għadd ta’ kontrolli li jkunu saru fil-bini tal-impriżi, l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li saru kontrolli dwarhom u l-għadd u t-tipi ta’ ksur li ġew irrappurtati, u u għandha tindika jekk ġewx trasportati passiġġieri jew ġietx ittrasportata merkanzija.

▼B

Artikolu 3

Statistika

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li statistika miġbura dwar il-kontrolli organizzati skond l-Artikolu 2(1) u (3) tkun imqassma f'dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) 

għal kontrolli fit-triq:

(i) 

tip tat-triq, jiġifieri jekk hijx awtostrada, triq nazzjonali jew sekondarja, pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura spezzjonata, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni;

(ii) 

tip ta' takografu, analogu jew diġitali;

(b) 

għal kontroll fuq il-post:

(i) 

tip ta' attività tat-trasport, jiġifieri jekk l-attività hijiex internazzjonali jew nazzjonali; persuni jew merkanzija; fuq akkont personali jew b'kiri jew bi ħlas;

(ii) 

daqs tal-flotta ta' vetturi tal-kumpannija;

(iii) 

tip ta' takografu, analogu jew diġitali.

Din l-istatistika għandha tiġi ppreżentata kull sena lill-Kummissjoni, u għandha tkun ippubblikata f'rapport.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom iżommu rekord tad-data miġbura għas-sena ta' qabel.

L-intrapriżi responsabbli għax-xufiera għandhom iżommu għal perijodu ta' sena, d-dokumenti, ir-rekords tar-riżultati u data rilevanti oħra mgħoddija lilhom mill-awtoritajiet ta' l-infurzar dwar kontrolli li jkunu saru fuqhom fl-istabbilimenti tagħhom u/jew fuq ix-xufiera tagħhom fit-triq.

▼M4

Il-Kummissjoni għandha, jekk tkun meħtieġa, tiċċara ulterjorment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-definizzjonijiet tal-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼B

Artikolu 4

Kontrolli fit-triq

1.  
Kontrolli fit-triq għandhom ikunu organizzati f'diversi postijiet u f'kull ħin u għandhom ikopru parti estiża biżżejjed tan-netwerk tat-toroq b'mod li jkun diffiċli li jiġu evitati l-postijiet tal-kontrolli.
2.  

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) 

isir provvidiment biżżejjed għall-punti ta' kontroll dwar toroq eżistenti u ppjanati jew qribhom u, jekk meħtieġ, li stazzjonijiet ta' servizz jew postijiet siguri oħra matul l-awtostradi, jistgħu jservu ta' punti ta' kontroll;

(b) 

il-kontrolli jsiru skond sistema ta' rotazzjoni każwali, b'bilanċ ġeografiku xieraq,

3.  
Il-punti li għandhom ikunu eżaminati fit-toroq huma stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness I. Il-kontrolli jistgħu jiffokaw fuq punt speċifiku jekk ikun meħtieġ skond is-sitwazzjoni.
4.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), kontrolli fit-triq għandhom isiru mingħajr diskriminazzjoni. B'mod partikolari, uffiċjali ta' l-infurzar m'għandhomx jiddiskriminaw minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura;

(b) 

pajjiż tar-residenza tax-xufier;

(ċ) 

pajjiż ta' fejn tkun stabbilita l-impriża;

(d) 

il-punt tat-tluq u d-destinazzjoni tal-vjaġġ;

(e) 

tip ta' takografu: analogu jew diġitali.

5.  

L-uffiċjali ta' l-infurzar għandhom jingħataw:

(a) 

lista tal-punti prinċipali li għandhom jiġu kontrollati, kif stabbilit fil-Parti A ta' Anness I;

(b) 

tagħmir standard ta' kontroll, kif stabbilit fl-Anness II.

6.  
Jekk, fi Stat Membru, ir-riżultati ta' kontroll li jsir fit-triq fuq ix-xufier ta' vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu lil wieħed x'jifhem illi ġie mwettaq xi ksur li ma jistax jiġi stabbilit matul il-kontroll minħabba n-nuqqas ta' data meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiċċaraw is-sitwazzjoni.

▼M4

Artikolu 5

Kontrolli miftiehma

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, iwettqu kontrolli miftiehma mal-ġenb tat-triq fuq xufiera u vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jorganizzaw kontrolli miftiehma fil-bini tal-impriżi.

Dawn il-kontrolli miftiehma għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha.

▼B

Artikolu 6

Kontrolli fuq il-post

▼M4

1.  
Il-kontrolli fil-bini tal-impriża għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta’ trasport u ta’ impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll mal-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.

▼B

2.  
Kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-punti elenkati fil-Parti A u fil-Parti B ta' l-Anness I.
3.  

L-uffiċjali ta' l-infurzar għandhom jingħataw:

(a) 

lista tal-punti prinċipali li għandhom jiġu kontrollati, kif hemm provdut fil-Parti A u fil-Parti B ta' l-Anness I;

(b) 

tagħmir standard tal-kontroll, kif hemm provdut fl-Anness II.

4.  
Matul il-kontroll l-uffiċjal ta' l-infurzar fi Stat Membru għandu jqis kull informazzjoni provduta mill-korp ta' l-infurzar nominat għar-relazzjonijiet fi Stat Membru ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-impriża f'dak l-Istat Membru l-ieħor.
5.  
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, kontrolli li jsiru fil-fond ta' l-awtoritajiet kompetenti, abbażi ta' dokumenti rilevanti jew ta' data mogħtija minn impriżi b'talba ta' l-awtoritajiet imsemmija, għandu jkollhom l-istess status bħal kontrolli li jsiru fil-fond ta' impriżi.

Artikolu 7

Relazzjonijiet intrakomunitarji

1.  

L-Istati Membri għandhom jaħtru korp li għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jassigura l-kordinazzjoni ma' korpi ekwivalenti fl-Istati Membri l-oħra konċernati fir-rigward ta' azzjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 5;

▼M4

(b) 

li jgħaddi l-prospetti tal-istatistika li jsiru kull sentejn lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;

▼B

(ċ) 

ikollu responsabbiltà prinċipali sabiex jassisti l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra skond l-Artikolu 4(6);

▼M4

(d) 

sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/15/KE.

▼B

Il-korp għandu jkun rappreżentat fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1).

2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ħatra ta' dan il-korp u l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

▼M4

3.  
L-iskambju ta’ data, ta’ esperjenza u ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jiġi promoss b’mod attiv, primarjament, pero’ mhux esklussivament permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1) u kwalunkwe korp li tista’ tinnomina l-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 8

Skambju ta’ informazzjoni

“1.  

Informazzjoni li ssir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tiġi skambjata ukoll bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva:

(a) 

tal-anqas darba kull sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

(b) 

fuq talba motivata minn Stat Membru f’każijiet individwali.

2.  
Stat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba minn Stat Membru ieħor skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 fi żmien 25 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. Jista’ jiġi miftiehem limitu ta’ żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F’każijiet urġenti jew f’każijiet li jeħtieġu biss konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal reġistri ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi pprovduta fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol.

Meta l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja aktar it-talba. Meta l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba ma jkunx jista’ jissostanzja aktar it-talba, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista’ jiċħad it-talba.

Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma’ talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba u jipprovdi raġunijiet biex jiġġustifika debitament dik id-diffikultà jew l-impossibbiltà. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma’ xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Fil-każ ta’ dewmien persistenti fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat il-ħaddiem, il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u għandha tieħu l-miżuri xierqa.

3.  
L-iskambju ta’ informazzjoni previst f’dan l-Artikolu għandu jiġi implimentat permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Dan ma japplikax għall-informazzjoni li l-Istati Membri jiskambjaw permezz ta’ konsultazzjoni diretta tar-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

▼B

Artikolu 9

Sistema li tkejjel ir-riskju

▼M4

1.  
L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq l-għadd u s-serjetà ta’ kwalunkwe każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE mwettqa minn impriża individwali.

Sat-2 ta’ Ġunju 2021 il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża. Dik il-formula komuni għandha tqis l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur u r-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, kif ukoll jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti, skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, fil-vetturi kollha tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva.

▼B

2.  
Impriżi b'rata għolja ta' riskju għandhom ikunu kkontrollati b'akbar reqqa u aktar spiss. ►M4  ————— ◄

▼M4

3.  
Lista inizjali ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u l-valutazzjoni tal-gravità tagħhom hija stabbilita fl-Anness III.

Bil-ħsieb li jiġi stabbilit jew aġġornat il-kejl tal-piż tas-serjetà tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a ta’ din id-Direttiva biex temenda l-Anness III biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji u kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza fit-triq.

Il-kategorija għall-ksur l-aktar gravi jenħtieġ li tinkludi dawk li fihom in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 joħloq riskju serju ta’ mewt jew ta’ korriment personali gravi.

▼M4

4.  
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati mal-ġenb tat-triq, id-data li tinsab fis-sistema nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta’ kontroll tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-kontroll.
5.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tar-riskju direttament aċċessibbli permezz tar-reġistri elettroniċi nazzjonali interoperabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta’ Stati Membri oħra f’konformità mal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 10

Rapport

Sa l-1 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li janalizza l-pieni għal ksur serju li tipprovdi għalihom il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri.

Artikolu 11

L-aħjar prattika

▼M4

1.  
l-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi linji gwida dwar l-aħjar prattika ta’ infurzar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati f’rapport biennali tal-Kummissjoni.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' taħriġ konġunt dwar l-aħjar prattika li għandhom isiru ta' l-anqas darba fis-sena u għandhom jiffaċilitaw skambji, ta' l-anqas darba fis-sena, ta' persunal tal-korpi rispettivi tagħhom għal koperazzjoni intrakomunitarja mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra.

▼M4

3.  
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll ta’ perijodi ta’ xogħol ieħor, kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, inkluż il-forma tar-reġistrazzjoni u tal-każijiet speċifiċi li fihom għandu jseħħ, u r-rekordjar u l-kontrolli ta’ perijodi ta’ mill-inqas ġimgħa li matulhom xufier ma jkunx mal-vettura u ma jkunx jista’ jwettaq ebda attività b’dik il-vettura. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva.

▼B

4.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-uffiċjali ta' l-infurzar huma mħarrġa sew biex iwettqu xogħolhom.

▼M4

Artikolu 12

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’mod partikolari b’wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(a) 

li tippromwovi approċċ komuni għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b) 

li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 bejn l-awtoritajiet tal-infurzar;

(c) 

li tiffaċilita d-djalogu bejn is-settur tat-trasport u l-awtoritajiet tal-infurzar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 14

Negozjati ma’ pajjiżi terzi

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-Unjoni għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

Sakemm jiġu konklużi dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli fuq vetturi minn pajjiżi terzi fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Artikolu 15

Aġġornament tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi I u II biex tintroduċi l-adattazzjonijiet meħtieġa biex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-aħjar prattika.

▼M4

Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 15 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 7 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa l-aktar tard l-1 ta' April 2007. Dawn għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Tħassir

1.  
Id-Direttiva 88/599/KEE hija b'dan imħassra.
2.  
Kwalunkwe referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu li qed isiru għal din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

KONTROLLI FIT-TRIQ

Il-punti li ġejjin għandhom, b'mod ġenerali, ikunu koperti minn kontrolli fit-triq:

▼M4

(1) 

ħinijiet ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, pawżi u perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura f’konformità mal-Artikolu 36 (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u/jew id-data maħżuna għall-istess perijodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni f’konformità mal-Anness II għal din id-Direttiva u/jew fuq karta stampata;

(2) 

għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 36 il-paragrafi (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, kwalunkwe każ fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, li jrid jiġi definit bħala kwalunkwe perijodu ta’ aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għall-vetturi fil-kategorija N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa għall-vetturi fil-kategorija M3 (il-kategoriji N3 u M3 kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ));

▼B

(3) 

fejn xieraq, veloċitajiet momentanji li jkunu ġew milħuqa mill-vettura kif reġistrati mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni f'mhux aktar mill-aħħar 24 siegħa ta' użu tal-vettura;

▼M4

(4) 

it-tħaddim korrett tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibbiltà ta’ użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;

▼M1

(5) 

fejn jixraq, u b’attenzjoni xierqa għall-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza, verifikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni stallat fil-vetturi sabiex jidentifika l-istallazzjoni u/jew l-użu ta' kwalunkwe strument, jew strumenti, intenzjonati biex ikissru, joħonqu, jimmanipulaw jew jibdlu kwalunkwe dejta, jew li huma intenzjonati sabiex ifixklu kwalunkwe parti mill-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-partijiet komponenti tal-apparat tar-reġistrar, jew li jwaqqfu jew jibdlu d-dejta bit-tali modi qabel ma din tiġi kkodifikata;

▼M4

(6) 

ħin massimu estiż dwar il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ 60 siegħa kif stabbilit fl-Artikolu 4 il-punt (a) tad-Direttiva 2002/15/KE; il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa oħrajn kif stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2002/15/KE biss fejn it-teknoloġija tippermetti li jitwettqu verifiki effikaċi.

▼B

PARTI B

KONTROLLI FUQ IL-POST

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu kontrollati fuq il-post, flimkien ma' dawk il-punti imsemmija fil-Parti A:

(1) 

perijodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa u ħinijiet ta' sewqan fil-ġimgħa bejn dawn il-perijodi ta' mistrieħ;

(2) 

osservanza tal-limitu ta' ħinijiet tas-sewqan fuq perijodu ta' ġimgħatejn;

(3) 

folji li fihom jitniżżlu r-rekords, l-unità ta' vettura u d-data fil-kard tax-xufier u materjal f'forma stampata;

▼M4

(4) 

l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-ħinijiet medji massimi tax-xogħol fil-ġimgħa, il-pawżi u x-xogħol ta’ bil-lejl stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/15/KE;

(5) 

osservanza tal-obbligi tal-impriżi fir-rigward tal-ħlas tal-akkomodazzjoni tax-xufiera u l-organizzazzjoni tax-xogħol tax-xufiera, f’konformità mal-Artikolu 8(8) u (8a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

▼M4

L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbiltà konġunta ta’ instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma l-konsenjaturi, l-ispedizjoniera jew il-kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014.

▼B




ANNESS II

Tagħmir standard li għandu jkun disponibbli għat-taqsimiet ta' l-infurzar

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tagħmir standard li ġej hu disponibbli għat-taqsimiet ta' l-infurzar li jwettqu d-doveri stabbiliti fl-Anness I:

(1) 

tagħmir li jista' jniżżel data mill-unità ta' vettura u mill-kard tax-xufier ta' takografi diġitali, jaqra d-data, u janalizza data u/jew jittrasmetti s-sejbiet lejn database ċentrali għal analiżi;

(2) 

tagħmir li jikkontrolla l-folji tat-takografu;

▼M1

(3) 

apparat speċifiku tal-analiżi, bis-softwer xieraq, sabiex jivverfika u jikkonferma l-firma diġitali marbuta mad-dejta, kif ukoll softwer speċifiku tal-analiżi sabiex jipprovdi profil iddettaljat dwar il-veloċità tal-vetturi qabel l-ispezzjoni tal-apparat tar-reġistrar tagħhom.

▼M3




ANNESS III

1.    Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006



Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (1)

KAS

KSĦ

KS

KM

A

Ekwipaġġ

A1

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

 

B

Perjodi ta' sewqan

B1

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

9s < … < 10s

 

 

 

X

B2

10s ≤ … < 11s

 

 

X

 

B3

11s ≤ …

 

X

 

 

B4

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B5

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa

10s < … < 11s

 

 

 

X

B6

11s ≤ … < 12s

 

 

X

 

B7

12s ≤ … X

 

X

 

 

B8

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B9

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

56s < … < 60s

 

 

 

X

B10

60s ≤ … < 65s

 

 

X

 

B11

65s ≤ … < 70s

 

X

 

 

B12

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

 

B13

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

90s < … < 100s

 

 

 

X

B14

100s ≤ … < 105s

 

 

X

 

B15

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

 

B16

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

 

C

Brejks

C1

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

4s30 < … < 5s

 

 

 

X

C2

5s ≤ … < 6s

 

 

X

 

C3

6s ≤ …

 

X

 

 

D

Perjodi ta' Serħan

D1

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

10s ≤ … < 11s

 

 

 

X

D2

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

 

D3

… < 8s30

 

X

 

 

D4

Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D5

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D6

… < 7s

 

X

 

 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [8s ≤ … < 9s]

 

 

 

X

D8

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

 

D9

3s +[ … < 7s]

 

X

 

 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D11

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D12

… < 7s

 

X

 

 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

22s ≤ … < 24s

 

 

 

X

D14

20s ≤ … < 22s

 

 

X

 

D15

… < 20s

 

X

 

 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

42s ≤ … < 45s

 

 

 

X

D17

36s ≤ … < 42s

 

 

X

 

D18

… < 36s

 

X

 

 

D19

Art. 8.6

Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

D20

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

D21

12s ≤ …

 

X

 

 

E

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

E1

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

E2

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

E3

12s ≤ … X

 

X

 

 

E4

Art. 8.6a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

 

E5

… ≤ 65s

 

X

 

 

E6

Art. 8.6a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

 

E7

4,5s ≤ …

 

X

 

 

F

Organizzazzjoni tax-xogħol X29.

F1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

 

F2

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

 

(1)   

KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju/KM = Ksur Minuri

2.    Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill ( 9 )(Takografu)



Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

KM

G

Installazzjoni ta' takografu

G1

Artikoli 3.1 u 22.2

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

 

H

Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

H1

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata

 

X

 

 

H2

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

 

H3

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H4

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H5

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H6

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

 

H7

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

 

H8

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

 

H9

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

 

H10

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

 

H11

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

 

H12

Art. 34.1

Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

 

H13

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

 

H14

Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

 

H15

Art. 34.2

Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

 

H16

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

 

H17

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

 

H18

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

 

I

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

I1

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

 

I2

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I3

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

I4

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I5

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

J

Funzjonament ħażin

J1

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

 

J2

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X

 

 



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 7 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 8 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

Top