EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0852-20210324

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 Dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/852/2021-03-24

02004R0852 — MT — 24.03.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 852/2004

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004

Dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(ĠU L 139 30.4.2004, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008

  L 277

7

18.10.2008

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/382 tat-3 ta’ Marzu 2021

  L 74

3

4.3.2021




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 852/2004

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004

Dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel, billi jitqiesu partikolarment dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

responsabbiltà primarja dwar is-sigurtà ta' l-ikel hija ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel;

(b) 

huwa meħtieġ li tkun assigurata s-siġurtà ta' l-ikel matul il-katina ta' l-ikel, tibda mill-produzzjoni primarja;

(c) 

huwa importanti, għall-ikel li ma jistax ikun maħżun b'sigurtà f'temperaturi ambjentali. Partikolartment l-ikel iffriżat, li tiżamm il-katina tal-kesħa;

(d) 

l-implementazzjoni ġenerali tal-proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji HACCP, flimkien ma' l-applikazzjoni ta' prattika tajba ta' l-iġjene, għandha ssaħħaħ ir-responsabbiltà ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel;

(e) 

gwidi lejn prattika tajba huma strument ta' valur fl-għajnuna għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel fil-livelli kollha tal-katina ta' l-ikel b'konformità mar-regoli ta' l-iġjene u ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP;

(f) 

huwa meħtieġ li tkun stabbilita kriterja mikrobioloġika u l-ħtiġiet tal-kontroll tat-temperatura ivbbażati fuq studju xjentifiku dwar ir-riskju;

(g) 

huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-ikel importat ikun ta' mill-anqas l-istess normi ta' iġjene bħall-ikel prodott fil-Komunità, jew li jkunu ta' normi ekwivalenti.

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli fl-istadju kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel u ta' l-esportazzjoni, u mingħajr preġudizju għal ħtiġiet aktar speċifiċi li jirrigwardjaw l-iġjene ta' l-ikel.

2.  

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal:

(a) 

produzzjoni primarja għall-użu domestiku privat;

(b) 

il-preparazzjoni domestika, it-qandil u l-ħażna ta' l-ikel għall-konsum domestiku privat;

(c) 

il-forniment dirett, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji lejn il-konsumatur finali jew lejn stabbelimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li direttament iformu l-konsumatur finali;

(d) 

iċ-ċentri tal-ġbir u l-konzaturi li jidħlu fi ħdan id-definizzjoni tan-negozju ta' l-ikel biss minħabba li huma jittrattat materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen.

3.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, permezz tal-liġi nazzjonali, regolli li jirregolaw l-attivitajiet referutu fil-paragrafu 2(c). Tali regoli nazzjonali għandhom jassiguraw l-akkwist ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) 

“iġjene ta' l-ikel”, minn hawn il-quddiem imsejħa “iġjene”, tfisser il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kontroll tal-perikoli u sabiex jassiguraw il-bontà għall-konsum uman ta' l-oġġetti ta' l-ikel billi jkun meqjus l-użu ntiż tagħhom;

(b) 

“prodotti primarji” tfisser il-prodotti tal-produzzjoni primarja inklużi l-prodotti mill-ħamrija, tat-trobbija tal-qobla, tal-kaċċa u tas-sajd;

(c) 

“stabbeliment” ifisser kwalunkwe unità tan-negozju ta' l-ikel;

(d) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità ċentrali ta' Stat Membru li tkun kompetenti sabiex tassigura l-konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jew xi awtorità oħra li lilha l-awtorità ċentrali tkun iddelegat dik il-kompetenza, din għandha tinkludi, meta xieraq, l-awtorità korrespondenti ta' pajjiż terz;

(e) 

“ekwivalenti” tfisser, fir-rigward ta' sistemi differentim il-kapaċità li tilħaq l-istess objettivi;

(f) 

“kontaminazzjoni” tfisser il-preżenza jew l-introduzzjoni ta' periklu;

(g) 

“ilma potabili” tfisser ilma li jilħaq il-ħtiġiet minimi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma intiż għall-konsum uman ( 1 );

(h) 

“ilma baħar nadif” tfisser ilma baħar naturali, artfiċjali jew purifikat jew ilma qiegħed li ma jkux fih mikro-organiżmi, sustanzi ta' hsara jew planktun marittimu tossiku fi kwantitajiet li jistgħu direttament jew inderettament jaffettwaw il-kwalità tas-saħħa ta' l-ikel;

(i) 

“ilma nadif” tfisser ilma baħar nadif u ilma frisk ta' kwalità simili;

(j) 

“tgeżwir” tfisser it-tqegħid ta' oġġett ta' l-ikel fi tgeżwira jew kontenitur direttament f'kuntatt ma l-oġġett ta' l-ikel ikkonċernat, u t-geżwir jew il-kontenitur innifsu;

(k) 

“ippakkjar” tfisser it-tqegħid ta' wieħed jew aktar oġġetti ta' l-ikel ingeżwra fit-tieni kontenitur, u l-kontenitur innifsu;

(l) 

“kontenitur issiġġilat teratokament” tfisser kontenitur li huwa iddisinjat u intenzjonat li jkun sigur kontra id-dħul ta' perikoli;

(m) 

“proċessar” tfisser kwalunkwe azzjoni li sostanzjalment tibdel il-prodott inizjali, inkluża s-sħana, l-iffumigar, il-preservazzjoni, It-tisjir naturali, it-tnixxif (tqaddid), l-immarinar, l-estrazzjoni, l-estrużjoni jew ġemgħa ta' dawk il-proċessi;

(n) 

“prodotti mhux proċessati” tfisser l-oġġetti ta' l-ikel li ma jkunux għaddew mill-ipproċessar, u jinkludu prodotti li jkunu ġew maqsuma, mifruda, imqaċċta, imfella, dissussati, imqatta kappuljat, imqaxxra, misħuqa, imqatta, imnaddfa, imberfla, imfesdqa, mitħuna, imkessħa, iffriżati, iffriżari bil-qawwi jew imdewba;

(o) 

“prodotti proċessati” tfisser oġġetti ta' l-ikel li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti mhux ipproċessati. Dawn il-prodotti jista jkun fihom ingredjenti li huma meħtieġa għall-manifattura tagħhom jew sabiex jagħtuhom karatteristiċi speċifiċi.

2.  
id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu wkoll tkun applikabbli.
3.  
Fl-Annessi ta' dan ir-Regolament it-termini “meta meħtieġ”, “meta xieraq”, “adekwatament” u “suffiċjenti (biż-żejjed)” għandhom ifisseru rispettivament meta meħtieġ, meta xieraq, adekwatament jew suffiċjenti sabiex jilħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.



KAPITOLU II

L-OBBLIGAZZJONIJIET TA' L-OPERATURI TAN-NEGOZJU TA' L-IKEL

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel taħt il-kontroll tagħhom ikunu jissodidfaw il-ħtiġiet ta' l-iġjene kif stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ħtiġiet ġenerali u speċifiċi ta' l-iġjene

1.  
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu l-produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċċjati magħha kif elenkati fl-Anness I għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' l-iġjene kif stabbiliti fil-parti A ta' l-Anness I u xi ħtiġiet speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2.  
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel wara dawk l-istadju li dwarhom il-paragrafu 1 huwa applikabbli għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta' l-iġjene kif stabbiliti fl-Anness II u xi ħtiġiet spċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.
3.  

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom, kif xieraq, jadottaw il-miżuri speċifiċi ta' l-iġjene kif ġejjin:

(a) 

konformità mal-kriterja mikrobioloġika ta' l-oġġetti ta' l-ikel;

(b) 

il-proċeduri meħtieġa sabiex jilħqu l-miri stabbiliti għall-akkwist ta' l-obbjettivi ta' dan ir-Regolament;

(c) 

konformità mal-ħtiġiet tal-kontroll tat-temperatura għall-oġġetti ta' l-ikel;

(d) 

manutenzjoni tal-katina tal-kesħa;

(e) 

kampjunar u analiżi.

▼M2

4.  
Il-kriterji, il-ħtiġiet u l-miri msemmija fil-paragrafu 3, u l-metodi assoċjati tal-kampjunar u l-analiżi għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼B

5.  
Meta dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-miżuri implementattivi tagħhom ma jkunux jispeċifikaw metodi ta'kampjunar jew analiżi, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw il-metodi xierqa stabbiliti fil-leġislazzjoni oħra tal-Komunità jew nazzjonali jew, fin-nuqqas ta' tali metodi, metodi li joffru riżultati ekwivalenti għal dawk akkwistati bl-użu tal-metodu ta' referenza, jekk dawn ikunu xjentifikament validati bi qbil mar-regoli u l-rotokolli internazzjonalment rikonoxxuti.
6.  
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw il-linja ta' gwida li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 7, 8 u 9 bħala għajnuna għall-konformità ma' l-obbligi tagħhom skond dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Punti ta' l-analiżi u l-kontroll kritiku tal-perikoli

1.  
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jistabbilixxu, jimplementaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti ibbażati fuq il-prinċipji HACCP.
2.  

Il-prinċipji HACCP referuti fil-paragrafu 1 jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni ta' xi perikoli li għandhom ikunu pprevenuti, eliminati jew imnaqqsa sal-livelli aċċettabbli;

(b) 

jidentifikaw il-punti kritiċi tal-kontroll fil-pass jew passi li fih il-kontroll huwa essenzjali sabiex jipprevjenu jew jeliminaw periklu jew inaqqsuh għal-livelli aċċettabbli;

(c) 

jistabbilixxu limiti kritiċi fil-punti kritiċi tal-kontroll li jisseperaw l-aċċettabbiltà minn nuqqas-ta'-aċċettabbiltà għall-prevezjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-perikoli identifikati;

(d) 

jistabbilixxu u jimplementaw proċeduri effettivi ta' monitoraġġ fil-punti kritiċi tal-kontroll;

(e) 

jistabbilixxu azzjonijiet korrettivi meta l-monitoraġġ jindika li punt kritiku tal-kontroll ma jkunx taħt kontroll;

(f) 

jistabbilixxu proċeduri, li għandhom ikunu mwettqa b'mod regolari, sabiex jivverifikaw li l-miżuri elenkati fis-subparagrafi (a) sa (e) jkunu joperaw b'mod effettiv; u

(g) 

jistabbilixxu dokumenti u reġistri proporzjonati man-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel sabiex juru l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri spjegati fis-subparagrafi (a) sa (f).

Meta ssir xi modifika fil-prodott, fil-proċess, jew f'stadju ieħor, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jirrevedu l-proċedura u jwettqu t-tibdiliet meħtieġa għaliha.

3.  
Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli biss għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu kwalunkwe stadju fil-produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni ta' l-ikel wara l-produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċjati kif elenkati fl-Anness I.
4.  

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom:

(a) 

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b'evidenza tal-konformità tagħhom mal-paragrafu 1 f'manjera li l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ, billi tkun meqjusa n-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel;

(b) 

jassiguraw li kwalunkwe dokumenti li jiddeskrivu l-proċeduri jkunu żviluppati bi qbil ma' dan l-Artikolu u jkunu aġġornati il-ħin kollu;

(c) 

iżommu kwalunkwe dokumenti oħrajn u reġistri għal tul xieraq ta' żmien.

5.  
Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2). Tali arranġamenti jistgħu jiffaċilitaw l-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu minn ċerti operaturi tan-negozju ta' l-ikel, partikolarment billi jipprovdu għall-użu ta' proċeduri li jkunu stabbiliti bħala linji ta' gwida għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP, sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1. Tali arranġamenti jistgħu ukoll jispeċifikaw il-perijodu li fih l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iżommu d-dokumenti u r-reġistri bi qbil mal-paragrafu 4(c).

Artikolu 6

Kontrolli uffiċjali, reġistrazzjoni u approvazzjoni

1.  
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti skond il-leġislazzjoni applikabbli l-oħra tal-Komunità jew, jekk din ma tkunx teżisti, mal-liġi nazzjonali.
2.  
Partikolarment, kull operatur tan-negozju ta' l-ikel għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti xierqa, bil-metodu li dawn ta' l-aħħar jeħtieġ, dwar kull stabbeliment taħt il-kontroll tagħhom li jwettaq kwalunkwe mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel, bil-għan tar-reġistrazzjoni ta' tali stabbeliment.

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom ukoll jassiguraw li l-awtorità kompetenti ikollha dejjem l-informazzjoni aġġornata dwar l-istabbelimenti, inkluż bin-notifika ta' xi tibdil sinifikati fl-attivitajiet u xi għeluq ta' stabbeliment eżistenti.

3.  

B'dana kollu, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li l-istabbelimenti huma approvati mill-awtorità kompetenti, b'segwiment ta' mill-anqas żjara waħda fuq il-post, meta l-approvazzjoni tkun meħtieġa:

(a) 

skond il-liġi nazzjonali tal-istat membru li fih l-istabbeliment ikun lokalizzat;

(b) 

permezz tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

▼M2

(ċ) 

b'deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼B

Kwalunkwe Stat Membru li jeħtieġ l-approvazzjoni ta' ċerti stabbelimenti lokalizzati fit-territorju tiegħu skond il-liġi nazzjonali, kif hemm provvediment dwar dan fis-subparagrafu (a), għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-oħrajn bir-regoli nazzjonali relevanti.



KAPITOLU III

GWIDI GĦAL PRATTIKA TAJBA

Artikolu 7

Zvilupp, dissiminazzjoni u l-użu ta' gwidi

L-Istati Membri għandhom jinkorraġġixxu l-iżvilupp tal-gwidi nazzjonali għal prattika tajba dwar l-iġjene u għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP bi qbil ma' l-Artikolu 8. Il-gwidi tal-Komunità għandhom ikunu żviluppati bi qbil ma' l-Artikolu 9.

Id-dissiminazzjoni u l-użu tal-gwidi kemm nazzjonali u wkoll tal-Komunità għandha tkun inkorraġita. B'dana kollu, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw dawn il-gwidi fuq bażi voluntarja.

Artikolu 8

Gwidi nazzjonali

1.  

Meta l-gwidi nazzjonali lejn prattika tajba jkunu żviluppati, dawn għandhom ikunu żviluppati u dissiminati mis-settur tal-negozju ta' l-ikel:

(a) 

b'konsultazzjoni mar-rapreżentanti tal-partijiet lil-interessi tagħhom jistgħu ikunu sostanzjalment afftewati, bħalma huma l-awtoritajiet kompetenti u l-gruppi tal-konsumaturi;

(b) 

li jkunu b'attenzjoni għal-kodiċi tal-prattika relevanti tal-Codex Alimentarius; u

(c) 

meta dawn jikkonċernaw il-produzzjoni primarja u l-operazzjoni assoċjati tagħha kif elenkati fl-Anness I, ikunu b'attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet kif stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I.

2.  
Il-gwidi nazzjonali jistgħu ikunu żviluppati taħt it-tarka ta' l-istitut nazzjonali tan-normi li huwa referut fl-Anness II tad-Direttiva 98/34/KE ( 2 ).
3.  

l-Istati Membri għandhom jassessjaw il-gwidi nazzjonali sabiex jassiguraw li:

(a) 

li jkunu ġew żviluppati bi qbil mal-paragrafu 1;

(b) 

li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli għas-setturi li għalihom jirreferu; u

(c) 

huma adatti bħala gwida tal-konformità ma l-Artikoli 3, 4 u 5 fis-setturi u għall-oġġetti ta' l-ikel koperti bihom.

4.  
L-Istati membri għandhom iwassli lill-kummissjoni il-gwidi nazzjonali li jkunu konformi mal-ħtiġiet tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tħaddem sistema ta' reġistrazzjoni għal tali gwidi u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.
5.  
Il-gwidi lejn prattika tajba imħejjija bis-saħħa tad-Direttiva 93/43/KEE għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, basta li dawn ikunu kompatibbli ma' l-għanijiet tiegħu.

Artikolu 9

Gwidu tal-Komunità

1.  
Qabel ma' l-gwidi tal-Komunità lejn prattika tajba għall-iġjene jew għall-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP jkunu żviluppati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat referut fl-Artikolu 14. Il-għand ta' din il-konsultazzjoni għandu jkun li jikkonsidra l-każ għal tali gwidi, l-iskop tagħhom u l-materja intrinsika tagħhom.
2.  

Meta l-gwidi tal-Komunità jkun ippreparati, il-Kummissjoni għandha tassigura li dawn ikunu żviluppati u dissiminati:

(a) 

minn jew f'konsultazzjoni mar-rapreżentanti xierqa tas-setturi Ewropej tan-negożju ta' l-ikel, inklużi l-SME u l-partijiet l-oħrajn interessati, bħalma huma l-gruppi ta' konsumaturi;

(b) 

b'kollaborazzjoni mal-partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu ikunu sostanzjalment affettwati, inklużi l-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

li jkunu b'attenzjoni għal-kodiċi tal-prattika relevanti tal-Codex Alimentarius;

u

(d) 

meta dawn jikkonċernaw il-produzzjoni primarja u l-operazzjoni assoċjati magħha kif elenkati fl-Anness I, ikunu b'attenzjoni għar-rakkommansazzjonijiet kif stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I.

3.  

Il-Kumitat referut fl-Artikolu 14 għandu jassessja l-abbozz tal-gwidi tal-Komunità sabiex jassigura li:

(a) 

li jkunu ġew żviluppati bi qbil mal-paragrafu 2;

(b) 

li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli għas-setturi li għalihom jirreferu, matul il-Komunità kollha; u

(c) 

huma adatti bħala gwida tal-konformità ma' l-Artikoli 3, 4 u 5 fis-setturi u għall-oġġetti ta' l-ikel koperti bihom.

4.  
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tistieden lill-Kumitat referut fl-Artikolu 14 sabiex jirrevedi xi gwidi tal-Komunità li jkunu ippreparati bi qbil ma' dan l-Artikolu, f'koperazzjoni mal-korpi msemmija fil-paragrafu 2.

Il-għan ta' din ir-reviżjoni għandu jkun li jassigura li l-gwidi jibqgħu prattikkabbli u li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi.

5.  
It-titoli u r-referenzi tal-gwidi tal-Komunià ippreparati bi qbil ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu ippubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.



KAPITOLU IV

IMPORTAZZJONI U ESPORTAZZJONI

Artikolu 10

Importazzjoni

F'dak li jirrigwardja l-iġjene ta' l-ikel importat, il-ħtiġiet relevanti tal-liġi ta' l-ikel referuta fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jinkludu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Esportazzjoni

F'dak li jirrigwardja l-iġjene ta' l-ikel esportat jew esportat mill-ġdid, il-ħtiġiet relevanti tal-liġi ta' l-ikel referuta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jinkludu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M2

Artikolu 12

Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

▼B

Artikolu 13

L-amendi u l-adattazzjoni ta' l-Annessi I u II

1.  

►M2  L-Annessi I u II jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni filwaqt li jkun ikkunsidrat: ◄

(a) 

il-ħtieġa li jkunu reveduti r-rakkommandazzjonijiet stabbili fl-Anness I, il-Parti B, il-paragrafu 2;

(b) 

l-esperjenza akkwistata mill-implementazzjoni tas-sistemi ibbażati fuq il-HACCP bis-saħħa ta' l-Artikolu 5;

(c) 

l-iżviluppi teknoloġiċi u l-konsegwenzi prattiċi tagħhom u l-ispettazzjonijiet tal-konsumatur f'dak li jirrigawdja l-komposizzjoni ta' l-ikel;

(d) 

parir xjentifiku, partikolarment l-assessjar ta' riskji ġodda;

(e) 

il-kriterja mikrobioloġika u tat-temperatura ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

▼M2

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼M2

2.  
Jistgħu jingħataw derogi għall-Annessi I u II mill-Kummissjoni, partikolarment biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward ta' negozji żgħar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi ta' riskji rilevanti bil-kondizzjoni li dawn id-derogi ma jaffettwawx it-twettiq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼B

3.  
L-Istati membri jistgħu, mingħajr ma joħolqu kompromess għall-akkwist ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jadottaw, bi qbil mal-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu, miżuri nazzjonali li jadattaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II.
4.  
(a) 

Il-Miżuri nazzjonali referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikollhom il-għan li:

(i) 

jgħini fl-użu kontinwu tal-metodi tradizzjonali, fi kwalunkwe mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew fid-distribuzzjoni ta' l-ikel;

jew

(ii) 

jakkommodaw il-ħtiġiet tan-negozji ta' l-ikel li jinsabu lokalizzati f'reġjuni jew li huma suġġetti għal-limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali.

(b) 

Fil-każi l-oħrajn, dawn għandhom ikunu applikabbli biss għall-kostruzzjoni, it-tqassim u l-apparat tal-istabbelimenti.

5.  

Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jadotta miżuri nazzjonali kif referut fil-paragrafu 3 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru l-oħrajn.Din in-notifika għandha:

(a) 

tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-ħtiġiet li dak l-Istat Membru jqis li jeħtieġ li jkunu adattati u n-natura ta' l-adattazzjoni mixtieqa;

(b) 

tiddeskrivi l-oġġetti ta' l-ikel u l-istabbelimanti ikkonċernati;

(c) 

tispjega r-raġuni għall-adattazzjoni, inkluż, meta relevanti, billi tipprovdi sommarju ta' l-analiżi tal-periklu li tkun twettqet u xi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw li l-adattazzjoni ma tkunx tikkomprometti l-abjettivi ta' dan ir-Regolament; u

(d) 

tagħti xi informazzjoni relavanti oħra.

6.  
L-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikollhom tlett xhur mill-wasla tan-notifika referuta fil-paragrafu 5 sabiex jibgħtu l-kummenti bil-miktub lejn il-Kummissjoni. Fil-każ ta' l-adattazzjonijiet li jirriżultaw mill-paragrafu 4(b), dan il-perijodu għandu, fuq it-talba ta' xi Stat membru, jkun estiż għal erba' xhur. Il-Kummissjoni tista', meta hija tirċievi l-kummenti bil-miktub minn għand wieħed jew aktar mill-Istati Membri, tikkonsulta ma' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat referut fl-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni tista tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492), jekk il-miżuri intiżi jistgħux ikunu mplementati, suġġett, jekk meħtieġ, għal emendi xierqa. Meta xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri ġenerali bi qbil mal-paragrafu 1 jew 2.
7.  

Stat membru jista' biss jadotta miżuri nazzjonali bl-adattazzjoni għall-Anness II:

(a) 

b'konformità ma' deċiżjoni adottata bi qbil mal-paragrafu 6; jew

(b) 

jekk, xahar wara l-iskadenza tal-perijodu referut fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni ma tkunx infurmat lill-Istati Membri li hija tkun irċeviet kummenti bil-miktub jew li hija jkollha l-intenzjoni li tipproponi l-adozzjoni ta' deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 6.

Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.
2.  
Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinsab fiha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M2

3.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 15

Konsultazzjoni ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tas-Saħħa dwar kwalunkwe materja fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika u, partikolarment, qabel ma tipproponi kriterja, ħtiġiet jew miri bi qbil ma' l-Artikolu 4(4).

Artikolu 16

Rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill

1.  
Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2009, tissottometti rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill.
2.  
Ir-Rapport għandu, partikolarment, jirrevedi l-esperjenza akkwistata mill-applikar ta' dan ir-Regolament u tikkonsidra jekk ikunx mixtieq u prattikabbli li tipprovdi għall-estenzjoni tal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5 lejn l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jwettqu produzzjoni primarja u dawk l-operazzjonijiet assoċjati kif elenkati fl-Anness I.
3.  
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, takkumpanja r-rapport bil-proposti xierqa.

Artikolu 17

Tħassir

1.  
Id-Direttiva 93/43/KEE għandha tkun imħassra b'effett mid-data tal-applikabilità ta' dan ir-Regolament.
2.  
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassara għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
3.  
B'dana kollu, deċiżjonijiet adottati bis-saħħa ta' l-Artikoli 3(3) u (10) tad-Direttiva 93/43/KEE għandhom jibqgħu fis-seħħ sa kemm ikun hemm tibdil għalihom b'deċiżjonijiet adottati bi qbil ma' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Sa kemm tkun stabbilita l-kriterja jew il-ħtiġiet referuti fl-Artikolu 4(3)(a) sa (e) ta' dan ir-Regolament, l-Istati membri jistgħu iżommu xi regoli nazzjonali li jistabbilixxu tali kriterja jew ħtiġiet li huma jkunu adottaw bi qbil mad-Direttiva 93/43/KEE.
4.  
Sa kemm ikun hemm l-applikar ta' leġislazzjoni ġdida tal-Komunità li tistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali dwar l-ikel, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jassiguraw it-twettieq ta' l-obbligi stabbiliti fi jew permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun applikabbli 18-il xahar wara d-data li fiha l-atti kollha li ġejjin ikunu daħlu fis-seħħ:

(a) 

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b) 

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum uman ( 3 ); u

(c) 

Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tħassar ċerti direttivi li jikkonċernaw l-iġjene ta' l-ikel u l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum uman ( 4 ).

B'dana kollu, dan għandu jkun applikabbli mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PRODUZZJONI PRIMARJA

PARTI A:   DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI TA' L-IĠJENE GĦALL-PRODUZZJONI PRIMARJA U L-OPPERAZZJONIJIET ASSOĊJATI

I.   Skop

1. 

Dan l-Anness japplika għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, kif gejjin:

(a) 

it-trasport, il-ħażna u t-tqandil ta' prodotti primarji fil-post tal-produzzjoni, basta li dan ma jkunx sostanzjalment jibdel in-natura tagħhom;

(b) 

it-trasport ta' l-annimali ħajjin, meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-obbjettivi ta' dan ir-Regolament; u

(c) 

fil-każ ta' prodotti minn oriġini tal-pjanti, prodotti tas-sajd u kaċċa ferjali, l-operazzjonijiet tat-trasport għall-konsenja tal-prodotti primarji, li l-natura tagħhom ma tkunx ġiet sostanzjalment mibdula, mill-post tal-produzzjoni lejn stabbeliment.

II.   Dispożizzjonijiet dwar l-iġjene

2. 

Sa kemm ikun possibbli, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li l-prodotti primarji jkunu mħarsa kontra l-kontaminazzjoni, billi jqisu xi proċessar li l-proddotti primarji eventwalment jgħaddu minnu.

3. 

Minkejja d-dover ġenerali stabbilit fil-paragrafu 2, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardjaw il-kontroll ta' perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi:

(a) 

miżuri ta' kontroll tal-kontaminazzjoni li jirriżultaw mill-arja, mill-ħamrija, mill-ilma, mill-għalf, mill-fertilizzanti, mill-prodotti tal-mediċina veterinarja, mill-prodotti u mill-bioċidi tal-protezjoni tal-pjanti u mill-ħażna, t-tqandil u r-rimi tal-iskart; u

(b) 

il-miżuri relatati mas-saħħa u l-benessere ta' l-annimali u s-saħħa tal-pjanti li jkollhom implikazzjonijiet fuq is-saħħa umana, inklużi programmi għall-monitoraġġ u l-kontroll ta' l-aġenti żoonożi u żoonetiċi.

4. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jkabbru, jaħsdu jew jikkaċċjaw għall-annimali jew li jipproduċu l-prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandhom jieħdu miżuri adekwati, kif xieraq:

(a) 

li jhżommu dawk il-faċilitajiet użati b'konnessjoni mal-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, inklużi l-faċilitajiet użati għall-ħażna u t-tqandil ta' l-għalf, nodfa u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom b'manjera xierqa;

(b) 

li jżommu nadif u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom, b'manjera xierqa, l-apparat, il-kontenituri, id-dugħ, il-vetturi u d-dgħajjes;

(c) 

sa kemm ikun possibbli jassiguraw l-indafa ta' l-annimali li jkunu sejrin għall-qatla u, meta meħtieġ, l-annimali tal-produzzjoni;

(d) 

li jużaw ilma potabili, jew ilma nadif, meta meħtieġ għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni;

(e) 

li jassiguraw li l-persunal li jqandel l-oġġetti ta' l-ikel ikunu b'saħħithom u li jkollhom taħriġ dwar ir-rskji tas-saħħa;

(f) 

li sa kemm ikunu possibbli li jipprevenu milli l-annimali u l-pesti milli joħolqu kontaminazzjoni;

(g) 

li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni;

(h) 

li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ta' mard kontaġġuż trasmessibbli lejn il-bnedmin permezz ta' l-ikel, inklużi billi jittieħdu l-miżuri ta' prekwazzjoni meta jintroduċu annimali ġodda u li jirraportaw xi suspett ta' skoppjar ta' tali mard lejn l-awtorità kompetenti;

(i) 

li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-annimali jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(j) 

li jużaw l-addittivi ta' ma' l-għalf u l-prodotti mediċinali veterinarji b'mod korrett, kif meħtieġ bil-leġislazzjoni relevanti.

5. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom jieħdu l-miżuri adekwati, kif xieraq:

(a) 

li jżommu nadif u, meta meħtieġ wara t-tindif, li jiddisinfettawhom, b'manjera xierqa, il-faċilitajiet, l-apparat, il-kontenituri, id-dugħ, il-vetturi u karettuni;

(b) 

jassiguraw, meta meħtieġ, produzzjoni iġenika, kondizzjonijiet tat-trasport u l-ħażna għal, u t-tindif ta', il-prodotti mill-pjanti;

(c) 

li jużaw ilma potabili, jew ilma nadif, meta meħtieġ għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni;

(d) 

li jassiguraw li l-persunall li jqandel l-oġġetti ta' l-ikel ikunu b'saħħithom u li jkollhom taħriġ dwar ir-rskji tas-saħħa;

(e) 

li sa kemm ikunu possibbli li jipprevenu l-annimali u l-pesti milli joħolqu kontaminazzjoni;

(f) 

li jaħżnu u jqandlu l-iskart u s-sustanzi perikolużi hekk li jipprevjenu l-kontaminazzjoni;

(g) 

li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(h) 

li jużaw l-addittivi ta' ma l-għalf u l-prodotti mediċinali veterinarji b'mod korrett, kif meħtieġ bil-leġislazzjoni relevanti.

▼M3

5a. 

It-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri użati għall-ħsad, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ waħda mis-sustanzi jew mill-prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, ma għandhomx jintużaw għall-ħsad, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ xi ikel li ma fihx dik is-sustanza jew dak il-prodott, sakemm it-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri ma jkunux tnaddfu u ġew verifikati tal-inqas għan-nuqqas ta’ xi residwu viżibbli ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott.

▼B

6. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom jieħdu l-azzjoni remedjali xierqa meta jkunu informati bi problemi identifikati matul il-kontrolli uffiċjali.

III.   Iż-żamma tar-reġistri

7. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iżommu u jaħżnu r-reġistri li jirrigwardjaw il-miżuri fis-seħħ tal-kontroll tal-perikoli f'manjera xierqa u għall-perijodu xieraq, proporzjonalment man-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-ikel. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom iqisu li l-informazzjoni relevanti li tkun f'dawk ir-reġistri, li tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti u lill-operaturi tal-negozju ta' l-ikel li jirċievu l-prodotti. Meta jkunu mituba biex jagħmlu dan.

8. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jkabbru l-annimali jew li jipproduċu prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandhom, partikolarment, li jżommu reġistri dwar:

(a) 

in-natura u l-oriġini ta' l-għalf mitmugħ lill-annimali;

(b) 

tal-prodotti mediċinali veterinarji jew ta' trattamenti oħrajn amministrati lill-annimali, id-dati ta' l-amministrazzjoni u l-perijodi ta' meta dawn ikunu mwaqqfa;

(c) 

l-okkorrenza ta' mard li jista jaffettwa s-sigurtà tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali;

(d) 

ir-riżultati ta' xi analiżi mwettqa fuq il-kampjuni miġbura mill-annimali jew xi kampjuni oħrajn li jkunu miġbura għal skopijiet diagnostiċi, li jkollhom importanza għas-saħħa umana; u

(e) 

xi rapporti relevanti dwar il-verifiki mwettqa fuq l-annimali jew fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali.

9. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti għandhom, partikolarment iżommu registri dwar:

(a) 

xi użu ta' prodotti u bioċidi tal-protezzjoni tal-pjanti;

(b) 

l-okkorrenza ta' pesti jew ta' mard li jista' jaffettwa s-sigurtà tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti; u

(c) 

li jqisu r-riżultati ta' xi analiżi relevanti mwettqa fuq kampjuni miġbura mill-pjanti jew minn kampjuni oħrajn li jkollhom importanza għas-saħħa umana;

10. 

L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jistgħu ikunu mgħejjuna minn persuni oħrajn, bħalma huma veterinarji, agronomisti u tekniċi tal-irziezel, biż-żamma tar-reġistri.

PARTI B:   RAKKOMMANDAZZJONIJIET GĦALL-GWIDI TAL-PRATTIKA TA' L-IĠJENE TAJBA

1. 

Il-gwidi nazzjonali u tal-Komunità referuti fl-Artikoli 7 sa 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu gwida dwar il-prattika tajba ta' l-iġjene għall-kontroll tal-perikoli fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati magħha.

2. 

Il-gwidi għall-prattika tajna ta' l-iġjene għandhom jinkludu informazzjoni xierqa dwar il-perikoli li jistgħu jinħolqu fil-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċċjati magħha dwar il-kontroll tal-perikoli, inklużi l-miżuri relavanti kif stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità u nazzjonali jew fil-programmi nazzjonali u tal-Komunità. Eżempji ta' tali perikoli u miżuri jistgħu jinkludu:

(a) 

il-kontroll ta' kontaminazzjoni bħalma huma l-mikotossini, il-metalli tqal u l-materjal; radjo-attiv;

(b) 

l-użu ta' l-ilma, skart organiku u fertilizzanti;

(c) 

l-użu sewwa u xieraq tal-prodotti u l-bioċidi għall-protezzjoni tal-pjanti u t-traċċabbiltà tagħhom;

(d) 

l-użu sewwa u xieraq tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-addittivi ta' ma' l-għalf u t-traċċabbiltà tagħhom;

(e) 

il-preparazzjoni, il-ħażna, l-użu u t-traċċabbiltà ta' l-għalf;

(f) 

id-disponiment xieraq ta' l-annimali mejta, l-iskart u l-ħmieġ;

(g) 

miżuri protettivi għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' mard kontaġġuż trasmissibbli lejn il-bnedmin permezz ta' l-ikel, u xi obbligi li jinnotifikaw b'dan lill-awtorità kompetenti;

(h) 

il-proċeduri, il-prattiċi u l-metodi sabiex jassiguraw li l-ikel ikun prodott, imqandel, ippakkjat, maħżun u ittrasportat skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi xierqa, inkluż it-tindif effettiv u l-kontroll tal-pesti;

(i) 

il-miżuri li jirrigwardjaw it-tindif ta' l-annimali għall-qatla u għall-produzzjoni;

(j) 

il-miżuri li jirrigwardjaw iż-żamma tar-reġistri.




ANNESS II

ĦTIĠIET IĠJENIĊI ĠENERALI GĦALL-OPERATURI KOLLHA TAN-NEGOZJU TA' L-IKEL (APPARTI META L-ANNESS I IKUN APPLIKABBLI)

▼M3

INTRODUZZJONI

Il-Kapitoli V, Va, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XIa u XII japplikaw għall-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel. Il-Kapitoli li jifdal japplikaw kif ġej:

— 
Il-Kapitolu I japplika għall-istabbilimenti tal-ikel kollha, għajr għall-istabbilimenti li japplika għalihom il-Kapitolu III;
— 
Il-Kapitolu II japplika għall-kmamar kollha fejn ikun preparat, trattat jew ipproċessat l-ikel, għajr għaż-żoni fejn jiġi servut l-ikel u l-istabbilimenti li japplika għalihom il-Kapitolu III;
— 
Il-Kapitolu III japplika għall-istabbilimenti elenkati fl-intestatura ta’ dak il-Kapitolu;
— 
Il-Kapitolu IV japplika għat-trasportazzjoni kollha

▼B

KAPITOLU I

Ħtiġiet ġenerali għall-fondi ta' l-ikel (apparti minn dawk speċifikati fil-Kapitolu III)

1. 

Il-fondi ta' l-ikel għandhom jinżammu nodfa u b'manutenzjoni, tiswijiet u kondizzjoni tajba.

2. 

It-tqassim, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-ippustjar u l-ħażna ta' l-ikel fil-fondi għandhom:

(a) 

jippermettu għal manteniment adekwat, tindif u/jew disinfettazzjoni, jevita jew inaqqas il-kontaminazzjoni mill-arja u jipprovdi spazju adekwat għax-xogħol sabiex jippermetti t-twettieq iġjeniku mill-operaturi kollha;

(b) 

ikun tali li jipprotteġi kontra l-akkumulazzjoni tal-ħmieġ, kuntatt ma' materjali tossiċi, it-tixrid ta' partiċelli fl-ikel u tal-formazzjoni tal-kondensazzjoni jew ta' moffa mhux mixtieqa fuq l-uċuħ;

(c) 

jippermetti għall-prattiċi ta' iġjene tajba ta' l-ikel, inkluża l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni u, partikolarment, il-kontroll tal-pesti; u

(d) 

meta meħtieġ, jipprovdu b'mod xieraq u f'temperatura ikkontrollata, kondizzjonijiet għat-tqandil u l-ħażna ta' kapaċità suffiċjenti għall-manutenzjoni ta' l-ikel f'temperaturi xierqa u iddisinjati li jippermettu sabiex dawk it-temperaturi jkunu issorveljati, u meta meħtieġ, irreġistrati.

3. 

Numru adekwat ta' WC bil-flushing għandhom ikunu disponibbli u konnessi ma' sistema effettiva tad-drenaġġ. Il-kmamar tal-WC m'għandhomx ikunu jiftħu direttament lejn il-kmamar ta' fejn l-ikel ikunu imqandel.

4. 

Numru adekwat ta' frikaturi tal-ħasil ta' l-idejn għandu jkun disponibbli, lokalizzati u iddisinjati għat-tindif ta' l-idejn. Il-friskaturi tal-ħasil ta' l-idejn għandhom ikunu ipprovduti b'ilma ġieri. Kiesaħ u sħun, materjali għat-tindif ta' l-idejn u għat-tnixxif b'mod iġjeniku. Meta meħtieġ, il-faċilitajiet għall-ħasil ta' l-ikel għandhom ikunu separati mill-faċilità tal-ħasil ta' l-idejn.

5. 

Għandu jkun hemm mezzi xierqa u suffiċjenti ta' ventilazzjoni naturali u mekkanika. Nixxija ta' arja mekkanika minn żona kontaminata lejn żona nadifa għandha tkun evitata. Is-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu mibnija hekk li jiffaċilitaw li l-filtri u l-partijiet l-oħrajn li jeħtieġ t-tindif jew l-iskambu ikunu aċċessibbli mingħajr tfixkil.

6. 

Konvenjenzi sanitarji għandhom ikollhom vetilazzjoni adekwata kemm naturali jew mekkanika.

7. 

Il-bini tal-preparazzjoni ta' l-ikel għandhom ikollhom dawl adekwat kemm naturali u/jew artifiċjali.

8. 

Il-faċilitajiet tad-drenaġġ għandhom ikunu adekwati għall-iskopijiet intiżi. Dawn għandhom ikunu iddisinjati u mibnija sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta l-kanali tad-drenaġġ (skular) ikunu kompletament jew parzjalment miftuħa, dawn għandhom ikunu hekk iddisinjati li l-iskart likwidu ma jkunx jiskula minn żona kontaminata għal ġewwa żona nadifa, partikolarment meta lejn żona ta' fejn l-ikel ikun imqandel li aktarx li jkun jippreżenta riskju qawwi għall-konsumatur finali.

9. 

Meta meħtieġ, faċilitajiet adekwati għat-tibdil tal-ħwejjeġ tal-persunal għandhom ikunu ipprovduti.

10. 

Aġenti tat-tindif u disinfettanti m'għandhom ikunu maħżuna fiż-żoni ta' fejn l-ikel ikun imqandel.

KAPITOLU II

Ħtigiet speċifiċi fil-kmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, ittrattat jew ipproċċessat (esklużi ż-żoni ta' l-ikel u dawk il-fondi speċifikati fil-Kapitolu III)

1. 

Fil-kmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, ittrattat jew ipproċessat (esklużi ż-żoni ta' l-ikel u dawk il-fondi speċifikati fil-Kapitolu III, imma inklużi il-kmamar li jkunu fil-mezzi tat-trasport) id-disinn u tqassim għandhom jippermettu għall-prattiċi ta' iġjene tajba dwar l-ikel, inkluża l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni bejn u matul l-operazzjonijiet. Partikolarment:

(a) 

l-uċuħ ta' l-art għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa. Meta xieraq, l-art għandha tippermetti wiċċ bi skular adekwat;

(b) 

l-uċuħ tal-ħitan għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, u jeħtieġu uċuħ lixxi sa għoli xieraq għall-operazzjonijiet sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa;

(c) 

is-soqfa (jew meta ma jkunx hemm soqfa, il-wiċċ intern tas-saqaf) u l-apparat imwaħħal fil-għoli, għandhom ikunu mibnija u rfinuti hekk li jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ħmieġ u li jnaqqsu l-kondensazzjoni, it-tkabbir ta' moffa mhux mixtieqa u t-twaqqiegħ ta' xi partiċelli;

(d) 

it-twieqi u l-fetħiet l-oħrajn għandhom ikunu iffurmati tali li jipprevjenu l-akkumulazzjoni tal-ħmieġ. Dawk li jistgħu ikunu miftuħa lejn l-ambjent estern għandhom, meta meħtieġ, ikunu mgħammra bi xbieki ta' kontra l-insetti li jkunu jistgħu jinqalgħu mingħajr tbagħtija għat-tindif. Meta t-twieqi miftuħa jkunu jirriżultaw f'kontaminazzjoni, it-twieqi għandhom jinżammu magħluqa u msakkra matul il-produzzjoni;

(e) 

il-bibien għandhom ikunu faċli li jitnaddfu u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa; u

(f) 

l-uċuħ (inklużi l-uċuħ ta' l-apparat) f'żoni ta' fejn l-ikel ikun imqandel u partikolarment f'dak b'kuntatt ma l-ikel għandhom ikunu miżmuma f'kondizzjoni tajba u jkunu faċli li jinħaslu u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali mhux-assorbenti, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa.

2. 

Faċilitajiet adekwati għandhom ikunu ipprovduti, meta meħtieġ, għat-tindif, id-disinfettar u l-ħażna ta' utensili u apparat tax-xogħol. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu magħmula minn materjali li jirreżistu l-korruzjoni, ikunu faċli li jitnaddfu u jkollhom forniment adekwat ta' ilma kiesaħ u sħun.

3. 

Dispożizzjoni adekwata għandha ssir, meta meħtieġ, għall-ħasil ta' l-ikel. Kull mejjilla jew faċilità tali oħra li tkun ipprovduta għall-ħasil ta' l-ikel għandha jkollha forniment adekwat ta' ilma potabili sħun u/jew kiesaħ li jkun konsistenti mal-ħtiġiet tal-kapitoli VII u li tinżamm nadifa u, meta meħtieġ, disinfettata.

KAPITOLU III

Ħtiġiet għal fondi portabili u/jew temporanji (bħalma huma tined, posti tas-suq, vetturi mibbli tal-bejgħ), fondi użati primarjament bħala dwar abitabbli privati imma fejn l-ikel ikunu regolarment preparat għat-tqegħid fis-suq u magni awtomatiċi tal-bejgħ

1. 

Fondi u magni awtomatiċi tal-bejgħ għandhom, sa kemm ikun prattikament raġjonevoli, hekk posizzjonati, iddisinjati, mibnija u miżmuma nodfa u miżmuma f'kondizzjoni tajba ta' tiswija u ikkondizzjonati hekk li jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni, partikolarment mill-annimali u l-pesti.

2. 

Partikorament, meta meħtieġ:

(a) 

faċilitajiet xierqa għandhom ikunu disponibbli għall-manutenzjoni ta' iġjene adekwata personali (inklużi l-faċilitajiet għall-ħasil u t-tnixxif iġjeniku ta' l-idejn, l-arranġamenti iġjeniċi sanitarji u l-faċilitajiet għat-tibdil tal-ħwejjeġ);

(b) 

l-uċuħ li jkunu f'kuntatt ma l-ikel għandhom ikunu mantnuti f'kondizzjoni tajba u faċli li jkunu mnaddfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati. Dan għandu jkun jeħtieġ ukoll l-użu ta' materjali lixxi, li jinħaslu u mhux-tossiċi, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikunu jistgħu jissodisfaw lill-awtorità kompetenti li xi materjali oħrajn huma xierqa;

(c) 

provvedimenti adekwati għandhom ikunu disponibbli għall-ħasil u, meta meħtieġ, id-disinfettar ta' l-utensili u l-apparat tax-xogħol;

(d) 

meta l-oġġetti ta' l-ikel ikunu mnaddfa bħala parti mill-operazzjonijiet tan-negozju ta' l-ikel, provvediment adekwat għandu jseħħ sabiex dan isir b'mod iġjeniku;

(e) 

forniment adekwat ta' ilma potabbli sħun u/jew kiesaħ għandu jkun disponibbli;

(f) 

arranġamenti adekwati u/jew faċilitajiet għall-ħażna iġjenika u r-rimi ta' sustanti perikolużi u/jew mhux tajbin għall-ikel u wkoll tal-iskart (sew jekk likwidu jew solidu) għandhom ikunu disponibbli;

(g) 

faċilitajiet u/jew arranġamenti adekwati għall-manutenzjoni u l-monitoraġġ ta' kondizzjonijiet adattati tat-temperatura ta' l-ikel għandhom ikunu disponibbli;

(h) 

l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu hekk imqiegħda li jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni, sa kemm dan ikun prattikament possibbli.

KAPITOLU IV

Trasport

1. 

Il-mezzi tal-ġarr u/jew il-kontenituri użati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom jinżammi nodfa u b'manutenzjoni u tiswijiet tajba u f'kondizzjoni hekk li jipprotieġu l-ikel mill-kontaminazzjoni u għandhom, meta meħtieġ, li jkunu hekk iddinjati u mibnija li jippermettu tindif u/jew disinfettar adekwat.

2. 

Reċipjenti f'vetturi u/jew kontenituri m'għandhom ikunu wżati għat-trasport ta' xi ħaġa oħra apparti milli l-oġġetti ta' l-ikel meta tali użu jista jirriżulta f'kontaminazzjoni.

3. 

Meta l-mezzi tal-ġarr u/jew il-kontenituri ikunu wżati għat-trasportazzjoni ta' xi ħaġa oħra b'żieda ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew għat-trasportazzjoni ta' oġġetti differenti ta' l-ikel fl-istess waqt, għandu jkun hemm, meta meħtieġ, separazzjoni effettiva tal-prodotti.

4. 

Oġġetti ta' l-ikel fil-massa u likwidi, jew fil-għamla ta' granuli jew trab għandhom ikunu ittrasportati f'reċipjenti u/jew kontenituri/tankijiet irriservati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel. Tali kontenituri għandhom ikunu immarkati b'mod kjarament viżibbli u b'metodu li ma jitħassarx, f'waħda jew aktar mil-lingwi tal-Komunità, hekk li juru li dawn ikunu wżati għat-trasport ta' l-oġġetti ta' l-ikel, jew għandhom ikunu immarkati “biss għall-oġġetti ta' l-ikel”.

5. 

Meta l-mezzi u/jew il-kontenituri tat-trasport ikunu ġew użati għat-trasportazzjoni ta' xi ħaġa oħra apparti milli ta' l-oġġetti ta' l-ikel, jew għat-trasportazzjoni ta' oġġetti differenti ta' l-ikel, għandu jkun hemm tindif effettiv bejn it-tagħbijiet sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni.

6. 

Oġġetti ta' l-ikel fil-mezzi u/jew kontenituri tat-trasport għandhom ikunu hekk imqiegħda u protetti sabiex jimminimizzaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni.

7. 

Meta meħtieġ, il-mezzi u/jew il-kontenituri tat-trasport użati għat-trasportazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu tali li jżommu l-oġġetti ta' l-ikel f'temperaturi adekwati u li jippermettu li dawk it-temperarturi jkun issorvelajti.

KAPITOLU V

Ħtiġiet ta' l-apparat

1. 

L-oġġetti, l-għodda u l-apparat kolha li jkunu f'kuntatt ma l-ikel għandhom:

(a) 

ikunu effittivament imnaddfa u, meta meħtieġ, disinfettati. It-tindif u d-disinfettazzjoni għandhom iseħħu matul intervalli suffiċjenti sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni;

(b) 

hekk maħduma, li jkunu ta' tali materjali u miżmuma f'tali kondizzjoni, fi stat tajjeb u b'tiswija xierqa sabiex jimminimizzaw kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni;

(c) 

bl-eċċezzjoni tal-kontenituri u l-pakketti li ma jitreġġgħux lura, hekk kostruwiti, li jkunu minn tali materjali u miżmuma f'tali f'tali kondizzjoni, fi stat tajjeb u b'tiswija xierqa sabiex dawn ikunu jistgħu jinżammu nodfa u, meta meħtieġ, li jkunu disinfettati; u

(d) 

ikunu nstallati b'tali mod hekk li jippermetti it-tindif adekwat ta' l-apparat u taż-żona tal-madwar.

2. 

Meta meħtieġ, l-apparat għandu jkun mgħammar b'sistema ta' kontrolli xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettieq ta' l-objettivi ta' dan ir-Regolament,

3. 

Meta jkunu ġew użati addittivi kimiċi għall-prevenzjoni tal-korrużjoni ta' l-apparat jew tal-kontenitur, dawn għandhom ikunu wżati bi qbil mal-prattika tajba.

▼M3

KAPITOLU Va

Ridistribuzzjoni tal-ikel

L-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jirridistribwixxu l-ikel għall-fini ta’ donazzjoni tal-ikel, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jivverifikaw b’rutina jekk l-ikel fir-responsabbiltà tagħhom hux ta’ ħsara għas-saħħa u jekk hux tajjeb għall-konsum mill-bniedem skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 5 ). Jekk il-verifika mwettqa tkun sodisfaċenti, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jirridistribwixxu l-ikel skont il-punt (2):

— 
għall-ikel li għalih tiġi applikata data ta’ “uża sa” skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, qabel tiskadi dik id-data;
— 
għall-ikel li għalih tiġi applikata data ta’ durabbiltà minima skont l-Artikolu 2(2)(r) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sa u wara dik id-data; jew,
— 
għall-ikel li għalih mhix meħtieġa data ta’ durabbiltà minima skont il-punt 1(d) tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, f’xi ħin previst.
(2) 

L-operaturi tan-negozji tal-ikel, li jittrattaw l-ikel imsemmi fil-punt 1, għandhom jivvalutaw jekk l-ikel hux ta’ ħsara għas-saħħa u jekk hux tajjeb għall-konsum mill-bniedem billi jqisu tal-anqas dan li ġej:

— 
id-data ta’ durabbiltà minima jew id-data ta’ “uża sa”, li tiżgura li jkun fadal biżżejjed żmien fuq l-ixkaffa biex tippermetti r-ridistribuzzjoni sikura u l-użu mill-konsumatur finali;
— 
l-integrità tal-imballaġġ, meta applikabbli;
— 
il-kundizzjonijiet xierqa tal-ħżin u tat-trasport, inkluż ir-rekwiżiti applikabbli tat-temperatura;
— 
id-data tal-iffriżar skont il-punt 2(b) tat-Taqsima IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), meta applikabbli;
— 
il-kundizzjonijiet organolettiċi;
— 
l-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 ( 7 ), fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.

▼B

KAPITOLU VI

Skart ta' l-ikel

1. 

L-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor għandhom ikunu mneħħija mill-lmamar ta' fejn l-ikel ikun ippreżentat, malajr kemm jista jkun possibbli, hekk li tkun evitata il-kontaminazzjoni tagħhom.

2. 

L-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor għandhom ikunu depożitati f'kontinituri li jingħalqu, sakemm l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikun u jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li t-tipi l-oħrajn jew is-sistemi u ta' l-evakwazzjoni użati huma xierqa. Dawn il-konrtenituri għandhom ikunu ta' kostruzzjoni xierqa, miżmuma f'kondizzjoni tajba, u faċli li jitnaddfu, u meta meħtieġ disinfettati.

3. 

Provvediment adekwat għandu jsir għall-ħażna u r-rimi ta' l-iskart ta' l-ikel, il-prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel u raċanċ ieħor. L-iħażen tal-iskart għandho ikunu iddisinjati u amministrati b'tali mod hekk li dawn ikunu jistgħu jinżammu nodfa u, meta meħtieġ, ħielsa minn annimali jew pesti.

4. 

L-iskart kollu għandu jkun eliminat b'mod iġjeniku u mingħajr ħsara għall-ambjent bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità applikabbli għal dak il-għan, u li ma jkunx jikkostitwixxi, direttament jew indirettament, sorsi ta' kontaminazzjoni.

KAPITOLU VII

Forniment ta' l-ilma

1. 
(a) 

Għandu jkun hemm forniment adekwat ta' ilma potabili, li għandu jkun użat kull meta meħtieġ sabiex jassigura li l-oġġetti ta' l-ikel ma jkunux kontaminati;

▼M1

(b) 

Ilma nadif jista’ jintuża ma’ prodotti tas-sajd sħaħ.

Ilma baħar nadif jista’ jintuża ma’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin; ilma nadif jista’ jintuża wkoll għal ħasil minn barra.

Meta jintuża ilma nadif, iridu jkunu disponibbli faċilitajiet u proċeduri adegwati għall-forniment tiegħu biex jiġi żgurat li użu ta’ dan it-tip ma jkunx għajn ta’ kontaminazzjoni għall-oġġetti tal-ikel.

▼B

2. 

Meta jkun użat ilma mhux-potabili, per eżempju għall-kontroll tan-nirien, il-produzzjoni tal-fwar, ir-refriġerazzjoni u skopijiet simili oħrajn, dan għandu jkun jiċċirkola f'sistema separata identifikata kif meħtieġ. Ilma mhux potabili m'għandhum ikun konness ma', jew jiħalla li jitħallat ma', is-sistemi ta' l-ilma potabili.

3. 

Ilma riċiklat użat fil-proċessar jew bħala ingredjent m'għandux jippreżenta riskju ta' kontaminazzjoni. Dan għandu jkun ta' l-istess livell bħall-ilma potabili, sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kwalità ta' l-ilma ma tkunx tista taffettwa l-bonta ta' l-oġġetti ta' l-ikel fil-għamla finali.

4. 

Is-silġ li jiġi f'kuntatt dirett ma' l-ikel jew li jista' jikkontamina l-ikel għandu jkun magħmul minn ilma potabili jew, meta użat sabiex ikessaħ il-prodotti mis-sajd, ilma nadif. Dan għandu jkun disponibbli, mqandel u maħżun skond il-kondizzjonijiet hekk li jipprotieġuh mill-kontaminazzjoni.

5. 

Il-fwar użat direttament f'kuntatt ma l-ikel m'fgħandux ikun fih xi sustanza li tippreżenta periklu għas-saħħa jew li aktar jikkontamina l-ikel.

6. 

Meta trattament tas-sħana jkun applikat gaħħ-oġġetti ta' l-ikel f'kontenituri eramtikament issiġġalati, għandu jkun assigurat li l-ilma użat għat-tberrid tal-kontenituri wara t-trattament bis-sħana, ma jkunx sorsi ta' kontaminazzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel.

KAPITOLU VIII

Iġjene personali

1. 

Kull persuna li taħdem fiż-żona tat-tqandil ta' l-ikel għandha żżomm grad għoli ta' indafa personali u għandha tilbes ilbies xieraq, nadif u, meta meħtieġ, protettiv.

2. 

L-ebda persuna li tbagħti minn, jew li tkun imniġġsa minn mard li aktarx li jista jkun trasmess permezz ta' l-ikel jew li tkun marida, per eżempju, bi ġrieħi infettati, infezzjonijiet tal-ġilda, ħrieġi jew diarrea, m'għandu jkun imħolli li jqandel l-ikel jew li jidħol fiż-żona ta' fejn ikun imqandel l-ikel, fi kwalunkwe kapaċità, jekk ikun hemm il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni diretta jew inderetta. Kwalunkwe persuna hekk affetwata u impjegati fin-negozju ta' l-ikel u li aktar li tkun f'kuntatt ma l-ikel għandha immedjetament tirraporta il-mard jew is-sintomi tagħha, u jekk possibbli il-kawża tagħhoim, lejn l-operatur tan-negozju ta' l-ikel.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-oġġetti ta' l-ikel

1. 

Operatur tan-negozju ta' l-ikel m'għandux jaċċetta materjali primi jew ingredjenti, apparti milli annimali ħajjin, jew xi materjal ieħor użat fil-prodotti, jekk ikun magħruf li dawn kienu, jew jistgħu raġjonevolment mistennija li kienu, kontaminati bil-parassiti, mikro-organiżmi patoġeniċi jew tossiċi, sustanzi stranjeri jew iddikomponinati sa tali limitu li, anki wara li l-operatur tan-negozju ta' l-ikel ikun b'mod iġjeniku applika l-għażla normali u/jew il-proċeduri preparatorji jew tal-ipproċessar, il-prodott finali ma jkunx tajjeb għall-konsum uman.

2. 

Materjali primi u l-ingredjenti kollha maħżuna fin-negozju ta' l-ikel għandhom jinżammu f'kondizzjonijiet xierqa iddisinjati għall-prevenzjoni ta' deterjorazzjoni perikoluża u li jkunu protetti mill-kontaminazzjoni.

3. 

Fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, l-ikel għandu jkun protett kontra xi kontaminazzjoni li aktars li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum uman, ta' ħsara għas-saħħa jew kontaminat b'tali mod li ma jkunx raġjonevolment mistenni li jkun ikkunsmat f'dak l-istat.

4. 

Proċeduri adekwati għandhom ikunu fis-seħħ għall-kontroll tal-pesti. Proċeduri adekwati għandhom ukoll ikunu fis-seħħ sabiex jipprevjenu milli l-annimali domestiċi jkollhom aċċess lejn il-postijiet ta' fejn l-ikel ikun ippreparat, maħżun jew imqandel (jew, meta l-awtorità kompetenti hekk tippermetti f'każi speċifiċi, li jipprevjenu milli tali aċċess ikun jirriżulta f'kontaminazzjoni).

5. 

Il-materjali primi, l-ingredjenti, il-prodotti intermedji u l-prodotti finali li aktar li jħeġġu r-riproduzzjoni ta' mikro-organiżmi patoġeniċi jew tal-formazzjoni ta' tossini, m'għandhomx jinżammu f'temperatura li tista' tirriżulta f'riskju għas-saħħa. Il-katina tal-kesħa m'għandhiex tkun interrotta. B'dana kollu, perijodi limitati il-barra mill-kontroll tat-temperatura huma permissibbli, sabiex jakkomodaw il-prattikalitajiet tat-tqandil matul il-preparazzjoni, t-trasport, il-ħażna, il-wiri u l-preżentazzjoni ta' l-ikel, basta li dan ma jkunx jirriżulta f'riskju għas-saħħa. In-negozji tal-manifattura ta' l-ikel, it-tqandil u it-tgeżwir ta' l-oġġetti ta' l-ikel ipproċessati, għandhom ikollhom kmamar xierqa, kbar biż-żejjed għal ħażna separat tal-materja prima il-bogħod mill-materja ipproċessata u b'separazzjoni suffiċjenti fil-ħażna tar-rifreġirazzjoni.

6. 

Meta l-oġġetti ta' l-ikel jeħtieġ li jinżammu fit-temperaturi tat-tkessieħ dawn għandhom ikunu mkessħa malajr kemm jista jkun possibbli wara l-istadju tal-ipproċċessar bis-sħana, jew tal-istadju tal-preparazzjoni finali jekk l-ebda proċess ta' sħana ma jkun applikat, lejn temperatura li ma tkunx tirriżulta f'riskju għas-saħħa.

7. 

It-tneħħija tas-silġ minn oġġetti ta' l-ikel għandha sseħħ b'tali mod hekk li timminimizza r-riskju tat-tkabbir tal-mikro-organiżmi patoġeniċi jew il-formazzjoni ta' tossini fl-ikel. Matul it-tneħħija tas-silġ, l-ikel għandu jkun suġġett għal temperaturi li ma jkunux jirriżultaw f'riskju għas-saħħa. Meta l-likmwidu li jirriżulta mit-tnbeħħija tas-silġ jista jkun li jippreżenta riskju għas-saħħa, dan għandu jkun skulat b'mod adekwat. Wara t-tneħħija tas-silġ, l-ikel għandu jkun imqandel f'tali manjera hekk li timminimizza r-riskju tat-tkabbir tal-mikro-organiżmi patoġeniċi jew il-formazzjoni ta' tossini fl-ikel.

8. 

Sustanzi perikolużi u/jew mhux tajbin għall-ikel, inklużi l-għalf ta' l-annimali, għandhom ikollhom tikketti adekwati u maħżuna f'kontenituri separati u siguri.

▼M3

9. 

It-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri użati għall-ipproċessar, għat-trattament, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ waħda mis-sustanzi jew mill-prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, ma għandhomx jintużaw għall-ipproċessar, għat-trattament, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ xi ikel li ma fihx dik is-sustanza jew dak il-prodott, sakemm it-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri ma jkunux tnaddfu u ġew verifikati tal-inqas għan-nuqqas ta’ xi residwu viżibbli ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott.

▼B

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet applikabbli għat-tgeżwir u l-ippakkjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel

1. 

Il-materjal użat għat-tgeżwir u l-ippakkjar m'għandux ikunu sorsi ta' kontaminazzjoni.

2. 

Il-materjali tat-tgeżwir għandhom ikunu maħżuna b'tali mod hekk li dan ma jkunux esposti għall-kontaminazzjoni.

3. 

L-operazzjonijiet tat-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom jitwettqu sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni tal-prodotti. Meta xieraq u partikolarment fil-każ ta' laned jew vażetti tal-ħġieġ, l-integrità tal-kosrtruzzjoni tal-kontenituri u l-indafa tagħhom għandha tkun assigurata.

4. 

Il-materjal tat-tġeżwir u l-ippakkjar li jkun użat miull-ġdid għall-ġġetti ta' l-ikel għandu jkun tali hekk li jkun faċli li jitnaddaf u, meta meħtieġ, disinfettat.

KAPITOLU XI

Trattament ta' sħana

Il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw biss għall-ikel imqiegħed fis-suq f'kontenituri ermatikament issiġġilati:

1. 

Kwalunkwe proċess tat-trattament bis-sħana li jkun użat għall-ipproċessar ta' prodott mhux ipproċessat jew għal aktar proċessar tal-prodott għandu:

(a) 

itella' t-temperatura ta' kull parti tal-prodott ittrattat lejn it-temperatura mistqarra għat-tul tal-perijodu ta' żmien meħtieġ; u

(b) 

jipprevjeni milli l-prodott isir kontaminat matul il-proċess;

2. 

to ensure that the process employed achieves the desired objectives, food business operators are to check regularly the main relevant parameters (particularly temperature, pressure, sealing and microbiology), including by the use of automatic devices;

3. 

the process used should conform to an internationally recognised standard (for example, pasteurisation, ultra high temperature or sterilisation).

▼M3

KAPITOLU XIa

Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel

1. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jistabbilixxu, iżommu u jipprovdu evidenza ta’ kultura tas-sikurezza tal-ikel xierqa billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-impenn tal-maniġment, skont il-punt 2, u l-impjegati kollha għal produzzjoni u distribuzzjoni sikuri tal-ikel;

(b) 

tmexxija lejn il-produzzjoni ta’ ikel sikur u l-involviment tal-impjegati kollha fil-prattiki tas-sikurezza tal-ikel;

(c) 

għarfien dwar il-perikli għas-sikurezza tal-ikel u l-importanza tas-sikurezza tal-ikel u tal-iġjene mill-impjegati kollha fin-negozju;

(d) 

komunikazzjoni miftuħa u ċara bejn l-impjegati kollha fin-negozju, f’attività u bejn attivitajiet konsekuttivi, inkluż il-komunikazzjoni ta’ devjazzjonijiet u aspettattivi;

(e) 

id-disponibbiltà ta’ riżorsi suffiċjenti biex ikun żgurat it-trattament sikur u iġjeniku tal-ikel.

2. L-impenn tal-maniġment għandu jinkludi:

(a) 

l-iżgurar li r-rwoli u r-responsabbiltajiet jiġu kkomunikati b’mod ċar f’kull attività tan-negozju tal-ikel;

(b) 

iż-żamma tal-integrità tas-sistema tal-iġjene tal-ikel meta jkunu ppjanati u implimentati xi bidliet;

(c) 

verifika li l-kontrolli qed isiru fil-ħin u b’mod effiċjenti, u li d-dokumentazzjoni hi aġġornata;

(d) 

l-iżgurar li għall-persunal hemm fis-seħħ taħriġ u superviżjoni xierqa;

(e) 

l-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti;

(f) 

l-inkoraġġiment ta’ titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-ikel tan-negozju, meta xieraq, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fix-xjenza u fit-teknoloġija u l-awqa prattiki.

3. L-implimentazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel.

▼B

POGLAVJE XII

Training

Food business operators are to ensure:

1. 

that food handlers are supervised and instructed and/or trained in food hygiene matters commensurate with their work activity;

2. 

that those responsible for the development and maintenance of the procedure referred to in Article 5(1) of this Regulation or for the operation of relevant guides have received adequate training in the application of the HACCP principles; and

3. 

compliance with any requirements of national law concerning training programmes for persons working in certain food sectors.



( 1 ) ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 2 ) Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta' l-informazzjoni fil-qasam tan-normi tekniċi u tar-regolamenti (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37). Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

( 3 ) Ara l-paġna 83 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 4 ) ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33.

( 5 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

( 7 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).

Top