EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0808-20091120

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/808/2009-11-20

2004R0808 — MT — 20.11.2009 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 808/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' April 2004

dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 143, 30.4.2004, p.49)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT Nru 1893/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2006

  L 393

1

30.12.2006

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1006/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Settembru 2009

  L 286

31

31.10.2009




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 808/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' April 2004

dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 1 ),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew f'Lisbona f'Marzu 2000 stabbilixxa l-mira li l-Ewropa ssir, fi żmien għaxar snin, l-aktar ekonomija bażata fuq il-konoxxenza kompetittiva u dinamika fid-dinja..

(2)

Il-Pjan ta' Azzjoni eEurope 2002 – adottat fil-Kunsill Ewropew ta' Feira f'Ġunju 2000, stabbilixxa proċess ta' fissar ta' miri u benchmarking sabiex l-Ewropa tinġieb online malajr kemm jista' jkun..

(3)

Il-Kunsill Ewropew f'Sivilja f'Ġunju ta' l-2004 adotta l-għanijiet tal-Pjan ta' Azzjoni eEurope 2005, li sejjaħ għal bażi legali biex tassigura l-forniment ta' data regolari u komparabbli fl-Istati Membri, u li tippermetti użu akbar ta' statistiċi uffiċjali dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni.

(4)

L-indikaturi strutturali wżati fir-Rapport annwali tar-Rebbiegħa lill-Kunsill Ewropew jirrikjedu indikaturi bażati fuq informazzjoni ta' statistika koerenti mid-dominju tas-soċjetà ta' l-informazzjoni.

(5)

Il-proċess ta' benchmarking ta' l-eEurope bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-Ewropa jirrikjedi indikaturi bażati fuq informazzjoni ta' statistika koerenti mid-dominju tas-soċjetà ta' l-informazzjoni..

(6)

Jinħtieġu statistiċi armoniżżati dwar l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) fl-intrapriżi fuq bażi annwali mis-servizzi tal-Kummissjoni..

(7)

Jinħtieġu Statistiċi armoniżżati dwar l-użu ta' l-ICT minn individwi u familji fuq bażi annwali mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(8)

In-natura li tinbidel malajr tad-dominju tas-soċjetà ta' l-informazzjoni titlob li l-istatistiċi li jkunu prodotti, jkunu adattati għall-iżviluppi l-ġodda. Dan jista' jiġi previst billi jkun hemm moduli b'terminu ta' żmien fiss u billi jitħalla jsir tibdil permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jieħdu kont tar-riżorsi ta' l-Istati Membri u l-piż fuq dawk li jirrispondu, kif ukoll il-fattibbiltà u affidabbiltà tar-riżultati..

(9)

Il-produzzjoni ta' statistiċi speċifiċi tal-Komunità hija regolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità. ( 2 ).

(10)

Peress li l-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-istabbiliment ta' kwadru komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni, ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri b'mod individwali u jista' għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, l-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'il hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(11)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati s-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 3 ).

(12)

Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 4 ), ġie konsultat skond l-Artikolu 3 tagħha.,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament għandu jkun biex jistabbilixxi kwadru komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statiska tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

(a) “Statistiċi tal-Komunità” għandha jkollha t-tifsira mogħtija lilhom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;

(b) “produzzjoni ta' statistiċi” għandha jkollha t-tifsira mogħtija lilhom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;

(ċ) “perjodu ta' referenza” għandha tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;

(d) “sena ta' referenza” għandha tfisser perjodu ta' referenza ta' sena kalendarja waħda:

(e) “perjodu ta' ġbir” għandha tfisser perjodu speċifikat fil-miżuri ta' implimentazzjoni li matulu tinġabar data.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

▼M3

1.  L-istatistiċi li għandhom jiġu miġbura għandhom jinkludu informazzjoni li hi bżonnjuża għall-indikaturi strutturali u neċessarja għall-valutazzjoni tal-istrateġiji politiċi tal-Komunità dwar l-iżvilupp tal-ispazju tal-informazzjoni Ewropew, innovazzjoni fil-kummerċ u s-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea, bħall-qafas ta’ valutazzjoni tal-i2010 u l-iżviluppi tiegħu taħt l-istrateġija ta’ Liżbona, u informazzjoni oħra neċessarja sabiex tkun provduta bażi uniformi fuq liema tkun analizzata is-soċjetà tal-informazzjoni.

▼B

2.  L-Istatistiċi għandhom ikunu miġbura f'moduli, kif imfisser fl-Annessi I u II.

Artikolu 4

Moduli

Il-moduli f'dan ir-Regolament għandhom ikopru d-dominji li ġejjin:

 intrapriżi u s-soċjetà ta' l-informazzjoni, kif imfisser fl-ANNESS I,

 individwi, familji u s-soċjetà informatika, kif imfisser fl-ANNESS II.

Artikolu 5

Manwal Metodoloġiku

Il-Kummissjoni, b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri għandha tfassal u taġġorna skond kif ikun il-bżonn minħabba miżuri ta' implementazzjoni ġodda, manwal metodoloġiku li jkun fih linji gwida rakkomandati dwar l-istatistiċi tal-Komunità skond dan ir-Regolament.

▼M3

Artikolu 6

It-trattament, it-trażmissjoni u d-disseminazzjoni ta’ data

1.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament, u l-miżuri implimentattivi tiegħu, lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 5 ) dwar it-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament fil-forma elettronika, skont standard ta’ skambju miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.  Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu japplika għat-trattament u d-disseminazzjoni ta’ data kunfidenzjali.

Artikolu 7

Il-kwalità tal-istatistika u rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità kif stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.

3.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jkun ipprovdut xahar wara t-trażmissjoni tad-data.

▼M2

Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.  Il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-moduli ta' dan ir-Regolament għandhom jikkonċernaw is-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, il-kopertura, perjodi ta' referenza u tqassim tal-karatteristiċi, l-perjodiċità u timing tal-provista tad-data u l-limiti ta' żmien għat-trażmissjoni tar-riżultati.

2.  Il-miżuri ta' implimentazzjoni, inklużi l-aġġustament u l-aġġornament ta' miżuri sabiex jittieħed kont tal-bidliet tekniċi u ekonomiċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2), wara li jittieħed kont tar-riżorsi ta' l-Istati Membri, u l-piż fuq dawk li jirrispondu, l-fattibbiltà teknika u metodoloġika u l-affidabbiltà tar-riżultati.

3.  Għandhom jitfasslu miżuri ta' implimentazzjoni minn ta' l-anqas disa' xhur qabel il-bidu ta' perjodu ta' ġbir ta' data.

Artikolu 9

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 10

Finanzjament

1.  Għal ta' l-anqas l-ewwel sena li fiha l-istatistiċi tal-Komunità kif previst fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond dan ir-Regolament jiġu prodotti mill-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati Membri biex tgħinhom ikopru l-ispejjeż tagħhom fil-produzzjoni, l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' dawk l-istatistiċi. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja m'għandhiex teċċedi d- 90 % ta' dawn l-ispejjeż.

2.  Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja, u għall-ħlas u l-kontroll tagħha għandhom ikunu skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 6 ).

3.  Jekk il-kondizzjonijiet tal-budget jippermettu, l-Kummissjoni għandha tkompli tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati Membri sabiex tgħin u tikkumpensa l-ispejjez tal-forniment ta' dawn l-istatistiċi fis-snin ta' wara.

4.  L-awtorità responsabbli mill-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja bħal din fil-kwadru tal-proċeduri annwali tal-budget tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

▼M3




ANNESS I

Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni

(1)   Għanijiet

L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar l-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni.. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura u perjodiċità, suġġetti koperti, tul ta’ żmien, kategorizzar tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u l-istudji esperimentali jew ta’ fattibbiltà neċessarji.

(2)   Kopertura

Dan il-modulu jkopri l-attivitajiet kummerċjali fit-Taqsimiet Ċ sa N, Taqsima R u Diviżjoni 95 tal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE REV. 2).

L-istatistiċi ser jinġabru għal taqsimiet ta’ intrapriżi.

(3)   Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data

L-istatistika għandha tiġi pprovduta annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(4)   Suġġetti koperti

Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jittieħdu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:

 sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

 l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

 kummerċ elettroniku;

 proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi,

 l-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

 kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT,

 ostakli għall-użu tal-ICT, Internet u networks elettroniċi oħra, proċessi ta’ kummerċ elettroniku u e-business,

 nefqa u investiment fuq l-ICT,

 is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

 użu tal-ICT u l-impatt tagħha fuq l-ambjent (ICT Favur l-Ambjent),

 l-aċċess għal u l-użu tal-Internet u networks teknoloġiċi oħra sabiex jiġu mqabbda oġġetti u apparat (l-Internet tal-Oġġetti),

 l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jiffaċilitaw konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.

(5)   Kategorizzar tal-provvista tad-data

Mhux il-kategorizzar kollu bilfors ikun provdut kull sena; il-kategorizzar mitlub jittieħed mil-lista li ġejja, filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-unitajiet statistiċi, il-kwalità mistennija tad-data statistika u d-daqs globali tal-kampjun. Il-kategorizzar se jiġi miftiehem bħala parti mill-miżuri implimentattivi:

 abbażi ta’ klassi skont id-daqs,

 abbażi tal-intestatura NACE,

 abbażi tar-reġjun: kategorizzar reġjonali għandu jkun limitat għal mhux aktar minn tliet raggruppamenti.

(6)   Tip tal-provvista tad-data

L-Istati Membri jittrażmettu d-data aggregata lill-Kummissjoni (Eurostat).

(7)   Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali

Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħrog studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar se jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.




ANNESS II

Modulu 2: Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni

(1)   Għanijiet

L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura, tul ta’ żmien u perjodiċità, suġġetti koperti, karatteristiċi tal-isfond soċjo-ekonomiku tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali neċessarji.

(2)   Kopertura

Dan il-modulu jkopri l-istatistiċi dwar individwi u familji.

(3)   Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data

Statistiċi għandhom jiġu provduti annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(4)   Suġġetti koperti

Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jintgħażlu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:

 l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji,

 l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji,

 is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

 kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

 ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

 effetti osservati tal-użu tal-ICT fuq l-individwi u/jew familji,

 l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

 l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.

(5)   Karatteristiċi tal-proviżjoni tad-data bi sfond soċjo-ekonomiku

Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-karatteristiċi tal-isfond mitluba jintgħażlu mil-lista li ġejja u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi:

(a) għal statistiċi provduti dwar membri tad-dar:

 skont it-tip ta’ familja,

 skont id-dħul finanzjarju,

 skont ir-reġjun.

(b) għal statistiċi provduti dwar individwi:

 skont l-età,

 skont is-sess,

 skont il-livell ta’ edukazzjoni,

 skont l-impjieg,

 skont l-istat matrimonjali de facto,

 skont il-pajjiż tat-twelid, ċittadinanza,

 skont ir-reġjun.

(6)   Tip tal-provvista tad-data

L-Istati Membri jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-rekords ta’ data individwali iżda rekords bħal dawn ma jħallux l-identifikazzjoni diretta tat-taqsimiet tal-istatistika kkonċernati.

(7)   Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali

Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħroġ studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqies il-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar iridu jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.



( 1 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' April 2004.

( 2 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

( 3 ) ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23.

( 4 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 5 ) * ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

( 6 ) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

Top