EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R1342-20161106

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1342/2016-11-06

2003R1342 — MT — 06.11.2016 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1342/2003

tat-28 ta' Lulju 2003

li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross

(ĠU L 189 29.7.2003, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2004 tas-26 ta’ April 2004

  L 123

50

27.4.2004

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1092/2004 ta' l-10 ta' Ġunju 2004

  L 209

9

11.6.2004

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 830/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006

  L 150

3

3.6.2006

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 945/2006 tas-26 ta' Ġunju 2006

  L 173

12

27.6.2006

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2006 ta' l-20 ta' Novembru 2006

  L 321

11

21.11.2006

 M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1917/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006

  L 365

82

21.12.2006

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1996/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006

  L 398

1

30.12.2006

►M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008

  L 150

7

10.6.2008

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 84/2009 tas-27 ta' Jannar 2009

  L 24

5

28.1.2009

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 418/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012

  L 130

1

17.5.2012

►M11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

 M12

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015

  L 292

4

10.11.2015

►M13

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016

  L 206

1

30.7.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p.  1 (1092/2004)

 C2

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p.  206 (945/2006)

 C3

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p.  464 (1917/2006)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1342/2003

tat-28 ta' Lulju 2003

li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross



▼M8

Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati speċifiċi għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem implimentata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 ( 1 ) għall-prodotti mniżżlin fil-Partijiet I u II ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 2 ).

2.  Għandhom japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 3 ) u (KE) Nru 1454/2007 ( 4 ), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 2

1.  Fil-każ fejn l-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni jiġu mogħtija wara sejħa għall-offerti għal xogħol bl-appalt maħruġa skond l-artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 ( 5 ), il-liċenzi għandhom jinħarġu biss għall-kwantitajiet li għalihom l-applikanti jkunu kisbu l-kuntratti.

Il-liċenzi ta' l-esportazzjoni ikunu validi għall-kwantitajiet mhux aktar minn dawk indikati fit-taqsima 17. Il-figura “0” għandha titniżżel fit-taqsima 19.

2.  L-applikazzjonijiet għal-liċenżji ta' l-esportazzjoni kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2131/93 għandhom juru d-destinazzjoni rilevanti fit-taqsima 7. Id-detenturi ta' dawn il-liċenzi għandhom ikunu marbuta li jesportaw il-prodotti msemmija għal dik id-destinazzjoni.

Il-pajjiżi kollha li għalihom tapplika l-istess rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew ta' taxxa għandhom jiġu kkunsidrati bħala destinazzjoni waħda.

▼M7

Artikolu 3

1.  Meta r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jkunu ġew deċiżi minn min ħareġ l-offerti, ir-rata tar-rifużjoni li tidher fil-prospett ta' l-għoti tal-kuntratti għandha titniżżel b'ittri u numri fit-taqsima 22 tal-liċenzji. Din ir-rata għandha tkun f'euro u quddiemha għandu jkun hemm waħda mill-annotazzjonijiet li jidhru fl-Anness VII.

2.  Fejn it-taxxi ta' l-esportazzjoni jiġu deċiżi minn min joħroġ l-offerta, ir-rata tat-taxxa li tidher fil-prospett ta' l-għoti tal-kuntratti għandha titniżżel b'ittri u numri fit-taqsima 22 tal-liċenzi. Din ir-rata għandha tkun f'euro u quddiemha għandu jkun hemm waħda mill-annotazzjonijiet li jidhru fl-Anness VIII.

▼B

Artikolu 4

1.  Minkejja l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1101 00 15 , 1102 20 , 1103 11 10 u 1103 13 , l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni jistgħu jindikaw prodotti li jaqgħu taħt żewġ suddiviżjonijiet bi 12-il numru mis-sottotitoli msemmija hawn fuq.



kategorija 1:

1108 11 00 9200 , 1108 11 00 9300

kategorija 2:

1108 12 00 9200 , 1108 12 00 9300

kategorija 3:

1108 13 00 9200 , 1108 13 00 9300

kategorija 4:

1108 19 10 9200 , 1108 19 10 9300

kategorija 5:

1702 30 51 9000 , 1702 30 91 9000 , 1702 90 50 9100

kategorija 6:

1702 30 59 9000 , 1702 30 99 9000 , 1702 40 90 9000 , 1702 90 50 9900

▼C1

kategorija 7:

1006 20 11 9000 , 1006 20 13 9000 , 1006 20 15 9000 , 1006 20 92 9000 , 1006 20 94 9000 , 1006 20 96 9000

kategorija 8:

1006 30 21 9000 , 1006 30 23 9000 , 1006 30 25 9000 , 1006 30 42 9000 , 1006 30 44 9000 , 1006 30 46 9000

kategorija 9:

1006 30 61 9100 , 1006 30 63 9100 , 1006 30 65 9100 , 1006 30 92 9100 , 1006 30 94 9100 , 1006 30 96 9100

kategorija 10:

1006 30 61 9900 , 1006 30 63 9900 , 1006 30 65 9900 , 1006 30 92 9900 , 1006 30 94 9900 , 1006 30 96 9900

▼B

Is-suddiviżjonijiet bi 12-il numru li jidhru fl-applikazzjonijiet għandhom jidhru fil-liċenzi ta' l-esportazzjoni.

2.  Minkejja l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2309 10 11 , 2309 10 13 , 2309 10 31 , 2309 10 33 , 2309 10 51 , 2309 10 53 , 2309 90 31 , 2309 90 33 , 2309 90 41 , 2309 90 43 , 2309 90 51 u 2309 90 53 li jikkonsistu f'inqas minn 50 % tal-piż fi prodotti tal-ħalib, l-applikazzjonijiet għal-liċenżja ta' l-esportazzjoni għandhom juru dan li ġej:

(a) fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodotti u l-kodiċi bi 12-il numru; f'każ ta' prodotti li jidħlu taħt żewg suddiviżjonijiet simili jew aktar, l-esportatur jista' juri in-nomenklatura tar-rifużjoni bi 12-il numru, u f'dak il-każ f'sezzjoni 15 għandu jiġi indikat dan li ġej: preparazzjonijiet użati għall-ikel ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1517/95;

(b) fit-taqsima 16, ir-referenza 2309;

(ċ) fit-taqsima 17 u 18, il-kwantità totali ta' oġġetti ta' l-ikel li ser jiġu esportati;

(d) fit-taqsima 20, il-kontenut tal-prodotti taċ-ċereali irid jiġi inkorporat ma' l-oġġetti ta' l-ikel totali jekk dan huwa magħruf, u ssir distinzjoni bejn il-qamħirrum u ċereali oħra; inkella, jekk tiġi użata d-disposizzjoni msemmija f'punt (a) annotat fit-taqsima 15 b'referenza li tispeċika żewġ suddiviżjonijiet jew aktar, il-parentesi turi l-kwantitajiet ta' qamħirrum u ċereali oħra inkorporati.

Id-dettalji inklużi fl-applikazzjonijiet għandhom jintwerew fuq il-liċenzi ta' l-esportazzjoni.

▼M7

Artikolu 5

Għall-applikazzjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni ( 6 ) (KE) Nru 1501/95 u ta’ l-Artikolu 16 (10) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, il-liċenzja għall-esportazzjoni jinkludi fit-taqsima 22 waħda mill-annotazzjonijiet li tidher fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

▼M8

Artikolu 6

1.  Il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni għandu jkun kif ġej:

▼M13 —————

▼M8

(b) għall-prodotti importati jew esportati taħt il-kwoti tat-tariffa amministrati b’metodi oħrajn u mhux b’dak ibbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 7 ) (skond il-prinċipju li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel), ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor: mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar dik id-data;

(ċ) għall-prodotti esportati li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni u għall-prodotti li għalihom, dakinhar li tkun tressqet l-applikazzjoni għal-liċenzja, tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni: mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sa tmiem ir-raba' xahar ta’ wara xahar dik id-data.

▼M9

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għall-prodotti msemmija fl-Anness II, parti II, punt A, tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni tiskadi fis-sittin jum wara l-ħruġ tagħhom, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament imsemmi, fejn ir-rifużjoni bl-iffissar bil-quddiem jew mingħajru ma tkunx stabbilita, jew fejn dawn il-prodotti jiġu esportati mingħajr rifużjoni, skont l-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament.

▼M8

3.  B’deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1702 30 , 1702 40 , 1702 90 u 2106 90 u li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni għandhom ikunu validi sa mhux aktar tard minn:

(a) it-30 ta’ Ġunju għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena tas-suq;

(b) it-30 ta’ Settembru għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu mill-1 ta’ Ġunju ta’ sena tas-suq sal-31 ta’ Awwissu tas-sena tas-suq ta’ warajha;

(ċ) it-30 jum mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Settembru ta’ l-istess sena tas-suq.

4.  B’deroga mill-paragrafu 1, fuq talba min-naħa ta’ l-operatur, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1107 10 19 , 1107 10 99 u 1107 20 00 u li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni għandhom ikunu validi sa mhux aktar tard minn:

(a) it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja attwali, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April;

(b) tmiem il-ħdax-il xahar ta’ wara d-data tal-ħruġ, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru;

(ċ) it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Diċembru.

5.  It-Taqsima 22 tal-liċenzji maħruġin skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet imniżżlin fl-Anness X.

6.  Meta jkun stabbilit perjodu ta’ validità speċjali għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw u jkunu ġejjin minn ċerti pajjiżi terzi, it-taqsimiet 7 u 8 ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji u tal-liċenzji nfushom għandhom jispeċifikaw il-pajjiż jew il-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin il-prodotti u l-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ l-oriġini tagħhom. Il-liċenzji għandhom jobbligaw li l-importazzjoni ssir minn dak il-pajjiż jew minn dawk il-pajjiżi.

▼M10

7.  B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li jirriżultaw minn liċenzji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu trasferibbli.

▼M8 —————

▼M8

Artikolu 8

1.  Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni jew taxxa għandhom jinħarġu fit-tielet jum tax-xogħol wara dak li fih tkun tressqet l-applikazzjoni, dejjem jekk, sadanittant, il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda azzjoni speċifika kif indikat fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1501/1995 jew fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/1995 ( 8 ), u dejjem jekk il-kwantità li għaliha jkunu tressqu l-applikazjonijiet għal-liċenzji tkun mgħarrfa f'konformità ma’ l-Artikolu 16(1)(a) ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jgħodd għal-liċenzji maħruġin b'konnessjoni mas-sejħiet għall-offerti jew għal-liċenzji msemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li jinħarġu għall-għanijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna ta’ l-ikel fis-sens ta’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar il-biedja li kien konkluż bħala parti min-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Round ta’ l-Urugwaj ( 9 ). Dawk il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jinħarġu fl-ewwel jum tax-xogħol wara dak li fih tkun ġiet aċċettata l-offerta.

▼M13 —————

▼M9

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzji għall-esportazzjoni għall-prodotti li għalihom ġiet iffissata r-rifużjoni jinħarġu fuq talba tal-ħaddiem fil-jum li fih tkun tressqet din it-talba sakemm din tiddetermina li l-liċenzja tinħareġ mingħajr rifużjoni u li, jekk it-taxxa għall-esportazzjoni tapplika fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, din tkun tapplika għall-prodotti kkonċernati. Fuq it-talba kif ukoll fuq il-liċenzja maħruġa, f'dan il-każ fil-kaxxa 20, tidher waħda mill-annotazzjonijiet li jissemmew fl-Anness Ia.

▼M8

Artikolu 9

▼M13 —————

▼M8

3.  L-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzja fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ perċentwali ta’ aċċettazzjoni kif indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jekk dan ikun ta’ anqas minn 80%. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw il-garanzija.

4.  L-azzjonijiet li jittieħdu abbażi tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet li jitwettqu sabiex jiġu implimentati l-miżuri Komunitarju u l-miżuri għall-għajnuna alimentari nazzjonali li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fi ftehimiet internazzjonali jew fi programmi oħrajn supplimentari, jew sabiex jiġu implimentati miżuri oħrajn ta’ provvista b'xejn mill-Komunità.

▼B

Artikolu 10

1.  Meta l-esportazzjoni ssir wara sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt li jkunu ġew miftuħa minn pajjiż terz li qed jimporta, il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għal qamħ komuni, qamħ ta' l-Awstralja, is-segala, il-barley, il-qamħirrum, ir-ross, id-dqiq magħmul mill-qamħ, id-dqiq magħmul mis-segala, ix-xgħir u s-smida tal-qamħ ta' l-Awstralja u prodotti li jaqgħu taħt il-kodici NM 2309 10 11 , 2309 10 13 , 2309 10 31 , 2309 10 33 , 2309 10 51 , 2309 10 53 , 2309 90 31 , 2309 90 33 , 2309 90 41 , 2309 90 43 , 2309 90 51 u 2309 90 53 li fihom inqas minn 50 % tal-piż tagħhom magħmul minn prodotti tal-ħalib,ikunu validi mid-data tal-ħruġ fis-sens ta' l-Artikolu 23(1)tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sad-data li fiha jridu jaderixxu ma' l-obbligazzjonijiet li għalihom intrebaħ il-kuntratt.

2.  Skond l-artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 iż-żmien ta' validità tal-liċenza ma jistax jaqbeż l-erba' xhur mid-data tal-ħruġ.

3.  Minkejja t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi m'għandhomx isiru iktar minn erbat ijiem qabel id-data ta' l-għeluq biex isiru l-offerti fis-sejħa għall-offerti għal xogħol bl-appalt.

4.  Minkejja l-Artikolu 49(5) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu massimu bejn id-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti u n-notifikazzjoni li tingħata lill-aġenzija li ħarġet l-offerti mill-applikant dwar ir-riżultat tas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandu jkun dak ta' sitt ijiem kif previst fl-Artikolu 44(5)(a) sa (d) ta' dak ir-Regolament.

▼M8 —————

▼M8

Artikolu 12

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 ( 10 ), għandha tkun kif ġej:

▼M13 —————

▼M8

(b) għall-prodotti importati jew esportati taħt il-kwoti tat-tariffa, ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor:

(i) għall-prodotti importati, 30 Ewro għal kull tunnellata;

(ii) għall-prodotti esportati mingħajr rifużjoni, 3 Ewro għal kull tunnellata;

(ċ) għall-prodotti esportati li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni jew għal-liċenzji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti li għalihom, dakinhar li tkun tressqet l-applikazzjoni għal-liċenzja, tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni:

(i) għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1102 20 , 1103 13 , u 1104 19 50 , 1104 23 10 , 1108 , 1702 , u 2106 , 20 Ewro għal kull tunnellata;

(ii) għall-prodotti l-oħrajn, 10 Ewro għal kull tunnellata;

▼M9

(iii) EUR 3 kull tunnellata għall-prodotti li għalihom japplika l-Artikolu 8(3).

▼B

Artikolu 13

Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenza jiġi estiż skond l-artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-ammont korrettiv applikabbli għandu jkun dak li jgħodd dakinhar li tkun ingħatat l-applikazzjoni għall-esportazzjoni waqt l-aħħar xahar tat-terminu normali ta' validità tal-liċenza.

Fuq kollox, ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għandu jiġi aġġustat skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

1.  Ir-Rifużjonijiet li japplikaw skond l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament minbarra l-qamħirrum u l-qamħ sorgu għandu jiġi aġġustat, matul ix-xhur bejn Awissu u Mejju ta' l-istess sena tal-kummerċ b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar applikabbli għall-prezz ta' intervenzjoni deċiża għal dik is-sena tal-kummerċ.

Fil-każ tal-qamħirrum u l-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu aġġustati tul ix-xhur bejn Novembru tas-sena tal-kummerċ sa Awissu tas-sena tal-kummerċ ta' wara, b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar fil-prezz ta' intervenzjoni iffissat għal dik is-sena tal-kummerċ partikolari.

L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel ġurnata tax-xahar tal-kalendarju wara l-applikazzjoni. Aġġustamenti oħra wara dan għandhom isiru kull xahar.

Fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet aġġustati skond l-ewwel subparagrafu u applikabbli f'Mejju għandhom jibqgħu japplikaw f'Ġunju. Fil-każ tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet aġġustati skond it-tieni subparagrafu u applikabbli f'Awissu għandhom jibqgħu japplikaw f'Settembru.

2.  L-aġġustament previst fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw meta l-ammont tar-rifużjoni jkun żero.

3.  Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenzi jestendi lil hinn mit-tmiem ta' sena tal-kummerċ u l-esportazzjoni issir fis-sena tal-kummerċ ta' wara, ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92, minbarra xi żidiet ta' kull xahar imsemmija fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu għandha titnaqqas bid-differenza fil-prezz bejn is-sentejn tal-kummerċ. Id-differenza fil-prezz għandha sseħħ fl-1 ta' Lulju u għandha tiġi definita bħala:

(a) id-differenza bejn il-prezzijiet ta' intervenzjoni, minbarra xi żieda ta' kull xahar, għas-sena tal-kummerċ ta' qabel u s-sena l-ġdida; flimkien ma'

(b) ammont daqs iż-żieda ta' kull xahar, immoltiplikat bin-numru ta' xhur li jkunu għaddew bejn Awissu u x-xahar ta' l-applikazzjoni tal-liċenza, ix-xhur inklużi.

Meta d-differenza fil-prezz tkun akbar mir-rifużjoni li qed insemmu, ir-rifużjoni rranġata trid titnaqqas għal żero.

Ir-Rifużjonijiet imnaqqsa minħabba d-differenza fil-prezz għandhom jiżdiedu minn Awissu tas-sena tal-kummerċ il-ġdida, skond ir-regoli previsti fil-paragrafu 1, biż-żidiet ta' kull xahar li jkunu japplikaw għas-sena tal-kummerċ il-ġdida.

4.  Fil-każ tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-regoli dwar l-aġġustament previsti fil-paragrafu 3 għandhom jgħoddu, ovvjament wara li jinbidel dak li għandu jinbidel, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tmiem tas-sena tal-kummerċ għandha tkun it-30 ta'Settembru;

(b) il-bidla fil-prezz imsemmija hawn fuq għandha sseħħ fl-ewwel ta' Ottubru minflok fl-1 ta' Lulju;

(ċ) ix-xahar ta' Awissu għandu jeħodlu postu x-xahar ta' Novembru;

(d) iż-żidiet ta' kull xahar għandhom ikunu dawk li jgħoddu fis-sena tal-kummerċ in kwistjoni.

Artikolu 15

1.  Fil-każ tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, l-ammont li jirriżulta minn kull aġġustament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u (3) ta' dan ir-Regolament għandu jiġi mmoltiplikat bil-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li japplika għall-prodotti in kwistjoni.

2.  L-ammont tar-rifużjoni li japplika skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi mibdul fix-xhur minn Ottubru sa Lulju, dax-xhur inklużi, b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar li tgħodd għall-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa li jkun ġie ffissat għal dik is-sena tal-kummerċ, ibbażat fuq l-istadju ta' l-ipproċessar u l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar applikabbli.

L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara li ssir l-applikazzjoni għal-liċenza. L-aġġustamenti ta' wara għandhom isiru kull xahar.

3.  L-aġġustament previst fil-paragrafu 2 m'għandux japplika meta l-ammont tar-rifużjoni ikun żero.

4.  Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenza jaqbeż it-tmiem tas-sena tal-kummerċ u l-esportazzjoni ssir fis-sena tal-kummerċ ta' wara, ir-rifużjonijiet, minbarra ż-żidiet ta' kull xahar imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jitnaqqsu bid-differenza fil-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa bejn is-sentejn tal-kummerċ, ibbażata fuq l-istadju ta' l-ipproċessar u l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li jkun jgħodd.

Id-differenza fil-prezz għandha sseħħ fl-1 ta' Settembru u għandha tkun deċiża b'dan il-mod:

(a) id-differenza bejn il-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa, wara li jitnaqqas kull żieda ta' kull xahar għas-sena ta' qabel u għas-sena tal-kummerċ il-ġdida;

(b) ammont daqs iż-żieda ta' xahar immoltiplikata bin-numru ta' xhur li jgħaddu bejn Ottubru u x-xahar ta' l-applikazzjoni tal-liċenza, ix-xhar inkluż.

Dawn iż-żewġ fatturi għandhom jiġu konvertiti billi jintuża l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li jkun jgħodd dak iż-żmien li fih il-prodott jiġi esportat.

Meta d-differenza fil-prezz tkun ikbar mir-rifużjoni, ir-rifużjoni irranġata għandha titnaqqas għal żero.

Ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu b'(a) u(b) tat-tieni subparagrafu, skond l-istadju tat-tħin u għandhom jiżdiedu minn Ottubru tas-sena l-ġdida tal-kummerċ biż-żidiet ta' kull xahar li jgħoddu għas-sena l-ġdida tal-kummerċ, skond ir-regoli previsti fil-paragrafu 2.

▼M13 —————

▼B

Artikolu 17

Ir-Regolament (KE) Nru 1162/95 jigi irrevokat

Għandu jibqa' jgħodd għal-liċenzi maħruġa qabel jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu użati bħala riferenza għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu interpretati bi qbil mat-tabella fl-Anness VI.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M8 —————

▼M9




L-ANNESS Ia

ANNOTAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(3)

bil-Bulgaru

:

износ без възстановяване — приложими експортни такси — Регламент (ЕО) № 1342/2003, член 8, параграф 3

bl-Ispanjol

:

Exportación sin restitución — Gravámenes por exportación aplicables — Reglamento (CE) no 1342/2003, artículo 8, apartado 3

biċ-Ċek

:

Vývoz bez náhrady – platné vývozní poplatky – Nařízení (ES) č. 1342/2003, čl. 8 odst. 3

bid-Daniż

:

Eksport uden restitution — Eksportafgifter gældende — Forordning (EF) nr. 1342/2003, artikel 8, stk. 3

bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr ohne Erstattung — Ausfuhrabgaben finden Anwendung — Verordnung (EG) Nr. 1342/2003, Artikel 8 Absatz 3

bl-Estonjan

:

Toetuseta eksport – kohaldatakse ekspordimakse – määruse (EÜ) nr 1342/2003 artikli 8 lõige 3

bil-Grieg

:

Εξαγωγή χωρίς επιστροφή — Επιβαλλόμενοι φόροι κατά την εξαγωγή — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1342/2003 άρθρο 8 παράγραφος 3

bl-Ingliż

:

Export without refund — Export taxes applicable — Regulation (EC) No 1342/2003, Article 8(3)

bil-Franċiż

:

Exportation sans restitution — Taxes à l'exportation applicables — Règlement (CE) no 1342/2003, article 8, paragraphe 3

▼M11

bil-Kroat

:

Izvoz bez subvencije – primjena izvoznih pristojbi – Uredba (EZ) br. 1342/2003, članak 8. stavak 3

▼M9

bl-Irlandiż

:

Onnmhairiú gan aisíoc – cánacha onnmhairiúcháin infheidhme – Rialachán (CE) Uimh. 1342/2003, Airteagal 8, mír 3

bit-Taljan

:

Esportazione senza restituzione — Tasse all’esportazione applicabili — Regolamento (CE) n. 1342/2003, articolo 8, paragrafo 3

bil-Latvjan

:

Eksports bez kompensācijas – Piemērojamie izvedmuitas nodokļi – Regulas (EK) Nr. 1342/2003 8. panta 3. punkts

bil-Litwan

:

Eksportas be grąžinamosios išmokos – Eksportui taikytini mokesčiai – Reglamento (EB) Nr. 1342/2003 8 straipsnio 3 dalis

bl-Ungeriż

:

Visszatérítés nélküli kivitel – Kiviteli vám alkalmazandó – Az 1342/2003/EK rendelet 8. cikkének (3) bekezdése

bil-Malti

:

Esportazzjoni bla rifużjoni — Taxxi tal-esportazzjoni applikabbli — L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003

bl-Olandiż

:

Uitvoer zonder restitutie — Uitvoerbelasting van toepassing — Verordening (EG) nr. 1342/2003, artikel 8, lid 3

bil-Pollakk

:

Wywóz bez refundacji – Stosowane podatki wywozowe – art. 8 ust. 3 rozporządzenia (WE) nr 1342/2003

bil-Portugiż

:

Exportação sem restituição — Imposições de exportação aplicáveis — Regulamento (CE) n.o 1342/2003, artigo 8.o, n.o 3

bir-Rumen

:

Export fără restituire – Taxe la export aplicabile – Regulamentul (CE) nr. 1342/2003, articolul 8 alineatul (3)

bis-Slovakk

:

Vývoz bez náhrady – Platné vývozné poplatky – Nariadenie (ES) č. 1342/2003 článok 8 ods. 3

bis-Sloven

:

Izvoz brez nadomestila – Veljavne izvozne takse – Uredba (ES) št. 1342/2003, člen 8(3)

bl-Iżvediż

:

Export utan bidrag – Exportavgifter tillämpliga – Förordning (EG) nr 1342/2003, artikel 8.3

bil-Finlandiż

:

Vienti ilman vientitukea – Sovellettavat vientiverot – Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 8 artiklan 3 kohta

▼M7 —————

▼B




ANNESS V



Regolament revokat u l-emendi successivi tieghu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95

(ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, pġ. 2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95, fejn għandu x'jaqsam l-Artikolu 9 tiegħu biss

(ĠU L 147, tat-30.6.1995, pġ. 51)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95, fejn għandu x'jaqsam l-Arikolu 7 biss

(ĠU L 147, tat-30.6.1995, pġ. 55)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/95

(ĠU L 154, tal-5.7.1995, pġ. 5)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1861/95

(ĠU L 177, tat-28.7.1995, pġ. 86)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2147/95

(ĠU L 215, tad-9.9.1995, pġ. 4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2917/95

(ĠU L 305, tad-19.12.1995, pġ. 53)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 285/96

(ĠU L 37, tal-15.2.1996, pġ. 18)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/96

(ĠU L 137, tat-8.6.1996, pġ. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1527/96

(ĠU L 190, tal-31.7.1996, pġ. 23)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/97

(ĠU L 135, tas-27.5.1997, pġ. 2)

Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 444/98 (emendat mir-Regolament (KE) Nru 2067/2002, ĠU L 318, tat-22.11.2002, p. 6)

(ĠU L 56, tas-26.2.1998, pġ. 12)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/1999

(ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, pġ. 56)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2110/2000

(ĠU L 250, tal-5.10.2000, pġ. 23)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2001

(ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, pġ. 27)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001, f'dak li għandu x'jaqsam mar-referenza magħmula fl-Artikolu 5 tiegħu għall-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1162/95

(ĠU L 308, tas-27.11.2001, pġ. 16)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2002

(ĠU L 142, tal-31.5.2002, pġ. 25)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/2002

(ĠU L 153, tat-13.6.2002, pġ. 5)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2002

(ĠU L 194, tat-23.7.2002, pġ. 22)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2002

(ĠU L 348, tal-21.12.2002, pġ. 92)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2003

(ĠU L 74, ta' l-20.3.2003, pġ. 15)




ANNESS VI



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1162/95

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1, l-ewwel u t-tieni inċiż

L-Artikolu 1(a) u (b)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż

L-Artikolu 4(2)(a) sa (d)

L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 7(1a)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet, inċiż

L-Artikolu 7(3)(a) sa (c)

L-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 7(2a)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 7(3a)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 8(3)

L-Artikolu 7a(1) u (2)

L-Artikolu 9(1) u (2)

L-Artikolu 7a(3), punti (a) sa (f)

L-Artikolu 9(3)(a) sa (f)

L-Artikolu 7a(3), punt(g)

L-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 7a(4) sa (6)

L-Artikolu 9(4) sa (6)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 10

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 11(2) l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

L-Artikolu 11(2) it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

L-Artikolu 9(2) it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 11(2) it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 9(3) sa (8)

L-Artikolu 11(3) sa (8)

L-Artikolu 10, punt (a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

L-Artikolu 12(a)(i) sa(iii)

L-Artikolu 10, punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiż

L-Artikolu 12(b)(i) u (ii)

L-Artikolu 10, punti (ċ) u (d)

L-Artikolu 12, punti (c) u (d)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 12(1a)

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 14(3)

L-Artikolu 12(2a) l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż

L-Artikolu 14(4)(a) sa (d)

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 12(4)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 12(4a)

L-Artikolu 15(3)

L-Artikolu 12(5) l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 15(4) l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sub-punt

L-Artikolu 15(4) it-tieni subparagrafu, punt(a)

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (a),

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (b)

L-Artikolu 15(4) it-tieni subparagrafu, punt (b)

L-Artikolu 12(5), it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi

L-Artikolu 15(4), it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi

L-Artikolu 13(1), punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (i), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i)

L-Artikolu 13(1) punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (i), it-tieni inċiż

L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii)

L-Artikolu 13(1) punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (ii)

L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii)

L-Artikolu 13(1) punt(b)

L-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, pun t (b)

L-Artikolu 13(1) punt (ċ)

L-Artikolu 16(1),l-ewwel subparagrafu, punt (c)

L-Artikolu 13(1) punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u it-tieni inċiż

L-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 17

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 18

L-Anness I, II, III u IV

L-Anness I, II, III u IV

L-Anness V

L-Anness VI

▼M7




ANNESS VII

Annotazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 (1)

  bil-Bulgaru: Офериран размер на основното възстановяване при износ

  bl-Ispanjol: Tipo de la restitución de base a la exportación adjudicado

  biċ-Ċek: Nabídková výše pro základní vývozní náhradu

  bid-Daniż: Tilslagssats for basiseksportrestitutionen

  bil-Ġermaniż: Zugeschlagener Satz der Grundausfuhrerstattung

  bl-Estonjan: Pakkumiskutsega kinnitatud eksporditoetus

  bil-Grieg: Ποσοστό της κατακυρωθείσας επιστροφής βάσεως κατά την εξαγωγή

  bl-Ingliż: Tendered rate of basic export refund

  bil-Franċiż: Taux de la restitution de base à l'exportation adjugé

▼M11

  bil-Kroat: Iznos osnovne izvozne subvencije utvrđen natječajem

▼M7

  bit-Taljan: Tasso della restituzione di base all'esportazione aggiudicato

  bil-Latvjan: Pamata izvešanas kompensācijas likme

  bil-Litwan: Pagrindinės eksporto grąžinamosios išmokos dydis

  bl-Ungeriż: Az alap export-visszatérítés megítélt hányada

  bil-Malti: Rata aġġudikata ta' rifużjoni bażika fuq l-esportazzjoni

  bl-Olandiż: Gegunde basisrestitutie bij uitvoer

  bil-Pollakk: Przyznana stawka podstawowej refundacji wywozowej

  bil-Portugiż: Taxa de restituição de base à exportação adjudicada

  bir-Rumen: Rată de restituire de bază la exportul adjudecat

  bis-Slovakk: Základná sadzba vývoznej náhrady ustanovená v rámci výberového konania

  bis-Sloven: Dodatna stopnja dajatve na osnovi izvoznih nadomestil

  bil-Finlandiż: Tarjouskilpailutetun perusvientituen määrä

  bl-Iżvediż: Anbudssats för exportbidrag




ANNESS VIII

Annotazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 (2)

  bil-Bulgaru: Rată de restituire de bază la exportul adjudecat

  bl-Ispanjol: Tipo del gravamen a la exportación adjudicado

  biċ-Ċek: Nabídková výše vývozního cla

  bid-Daniż: Tilslagssats for eksportafgiften

  bil-Ġermaniż: Zugeschlagener Satz der Ausfuhrabgabe

  bl-Estonjan: Pakkumiskutsega kinnitatud ekspordimaks

  bil-Grieg: -Ύψος φόρου κατά την εξαγωγή

  bl-Ingliż: Tendered rate of export tax

  bil-Franċiż: Taux de la taxe à l'exportation adjugé

▼M11

  bil-Kroat: Iznos izvozne pristojbe utvrđen natječajem

▼M7

  bit-Taljan: Aliquota della tassa all'esportazione aggiudicata

  bil-Latvjan: Izvešanas muitas nodevas likme

  bil-Litwan: Eksporto muito mokesčio dydis

  bl-Ungeriż: Az exportadó megítélt mértéke

  bil-Malti: Rata aġġudikata ta' taxxa fuq l-esportazzjoni

  bl-Olandiż: Gegunde belasting bij uitvoer

  bil-Pollakk: Przyznana stawka podatku eksportowego

  bil-Portugiż: Taxa de exportação adjudicada

  bir-Rumen: Rată de restituire de bază la exportul adjudecat

  bis-Slovakk: Vývozný poplatok ustanovený v rámci výberového konania

  bis-Sloven: Dodatna stopnja dajatve za izvozno pristojbino

  bil-Finlandiż: Tarjouskilpailutetusta viennistä kannettavan maksun määrä

  bl-Iżvediż: Anbudssats för exportavgift




ANNESS IX

Annotazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5

  bil-Bulgaru: Не се прилага износна такса

  bl-Ispanjol: Gravamen a la exportación no aplicable

  biċ-Ċek: Vývozní clo se nepoužije

  bid-Daniż: Eksportafgift ikke anvendelig

  bil-Ġermaniż: Ausfuhrabgabe nicht anwendbar

  bl-Estonjan: Ekspordimaksu ei kohaldata

  bil-Grieg: Μη εφαρμοζόμενος φόρος κατά την εξαγωγή

  bl-Ingliż: Export tax not applicable

  bil-Franċiż: Taxe à l'exportation non applicable

▼M11

  bil-Kroat: Izvozna pristojba se ne primjenjuje

▼M7

  bit-Taljan: Exportadó nem alkalmazandó

  bil-Latvjan: Tassa all'esportazione non applicabile

  bil-Litwan: Eksporto muitas netaikytinas

  bl-Ungeriż: Izvešanas muita netiek piemērota

  bil-Malti: Taxxa fuq l-esportazzjoni mhux applikabbli

  bl-Olandiż: Uitvoerbelasting niet van toepassing

  bil-Pollakk: Podatku eksportowego nie stosuje się

  bil-Portugiż: Taxa de exportação não aplicável

  bir-Rumen: Taxă la export neaplicabilă

  bis-Slovakk: Vývozný poplatok sa neuplatňuje

  bis-Sloven: Izvozni davek ni sprejemljiv

  bil-Finlandiż: Vientimaksua ei sovelleta

  bl-Iżvediż: Exportavgift icke tillämplig.

▼M8




ANNESS X

L-annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(5)

bil-Bulgaru

:

специален срок на валидност, както е предвидено в член 6 от Регламент (ЕО) № 1342/2003

bl-Ispanjol

:

período especial de validez conforme a lo dispuesto en el artículo 6 del Reglamento (CE) no 1342/2003

biċ-Ċek

:

zvláštní doba platnosti stanovená v článku 6 nařízení (ES) č. 1342/2003

bid-Daniż

:

Særlig gyldighedsperiode, jf. artikel 6 i forordning (EF) nr. 1342/2003.

bil-Ġermaniż

:

besondere Gültigkeitsdauer gemäß Artikel 6 der Verordnung (EG) Nr. 1342/2003

bl-Estonjan

:

erikehtivusaeg ajavahemik vastavalt määruse (EÜ) nr 1342/2003 artiklile 6

bil-Grieg

:

Ειδική περίοδος ισχύος όπως προβλέπεται στο άρθρο 6 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1342/2003

bl-Ingliż

:

special period of validity as provided for in Article 6 of Regulation (EC) No 1342/2003

bil-Franċiż

:

durées particulières de validité prévues à l’article 6 du règlement (CE) no 1342/2003

▼M11

bil-Kroat

:

posebni rok valjanosti utvrđen člankom 6. Uredba (EZ) br. 1342/2003

▼M8

bit-Taljan

:

periodo di validità particolare di cui all'articolo 6 del regolamento (CE) n. 1342/2003

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 1342/2003 6. pantā paredzētais īpašais derīguma termiņš

bil-Litwan

:

specialus galiojimo terminas, kaip nustatyta Reglamento (EB) Nr. 1342/2003 6 straipsnyje

bl-Ungeriż

:

az 1342/2003/EK rendelet 6. cikke szerinti speciális érvényességi idő

bil-Malti

:

perjodu ta’ validità speċjali kif ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003

bl-Olandiż

:

Bijzondere geldigheidsduur als bedoeld in artikel 6 van Verordening (EG) nr. 1342/2003

bil-Pollakk

:

szczególny okres ważności przewidziany w art. 6 rozporządzenia (WE) nr 1342/2003

bil-Portugiż

:

período de eficácia especial conforme previsto no artigo 6.o do Regulamento (CE) n.o 1342/2003

bir-Rumen

:

perioadă de valabilitate specială, în conformitate cu articolul 6 din Regulamentul (CE) nr. 1342/2003

bis-Slovakk

:

osobitné obdobie platnosti podľa ustanovenia článku 6 nariadenia (ES) č. 1342/2003

bis-Sloven

:

posebno obdobje veljavnosti, kot je določeno v členu 6 Uredbe (ES) št. 1342/2003

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 6 artiklan mukainen erityinen voimassaolo aika

bl-Iżvediż

:

särskild giltighetstid enligt artikel 6 i förordning (EG) nr 1342/2003

▼M8 —————



( 1 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

( 2 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 3 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

( 4 ) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.

( 5 ) ĠU L 191, tal-31.7.93, pġ. 76.

( 6 ) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7.

( 7 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

( 8 ) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55.

( 9 ) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

( 10 ) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

Top