This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003R1185-20130706
Council Regulation (EC) N o 1185/2003 of 26 June 2003 on the removal of fins of sharks on board vessels
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas- 26 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas- 26 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti
2003R1185 — MT — 06.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 605/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Ġunju 2013 |
L 181 |
1 |
29.6.2013 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1185/2003
tas-26 ta’ Ġunju 2003
dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tal-ħut skont il-Politika Komuni tas-Sajd ( 3 ), il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-isfruttament ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar li jipprovdu kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, u l-Kunsill għandu jistabbilixxi miżuri tal-Komunità li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd. |
(2) |
Ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, li jinkludi klieb il-baħar, ħut tar-razza Rajidae, rajji, u speċi bħal dawn huma ġeneralment vulnerabbli għall-isfruttament minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-ispeċi ħafna drabi jkunu qbid aċċidentali fl-attivitajiet ta’ sajd fil-Komunità li jkun immirat lejn speċi ta’ valur akbar. |
(3) |
Tagħrif xjentifiku kurrenti, ġeneralment bażat fuq l-eżami tar-rati ta’ qbid, jindika li ħafna riservi ta’ klieb il-baħar huma mhedda serjament. |
(4) |
Sakemm ikun hemm aktar tagħrif fuq id-dinamiċi tal-popolazzjoni tal-klieb il-baħar u r-rispons tagħhom għall-isfruttament, li jkun jippermetti l-abbozzar ta’ pjan ta’ maniġġar magħmul kif imiss u komprensiv, kull miżura li żżomm l-izvilupp ta’ prattiċi li mhumiex sostenibbli jew li twassal għal tnaqqis fl-isfruttament ta’ klieb il-baħar għandu jkollha effetti posittivi fuq il-konservazzjoni tagħhom. |
(5) |
Il-prattika ta’ “tneħħija tal-pinna tal-kelb il-baħar”, li permezz tagħha titneħħa l-pinna ta’ klieb il-baħar, bil-kumplament tal-kelb il-baħar jintrema fil-baħar, tista’ tgħin il-mortalità eċċessiva ta’ klieb il-baħar tant li ħafna mir-riservi jonqsu sew u s-sostenibbiltà tagħhom għall-futur tkun fil-periklu. |
(6) |
Miżuri biex jikkontrollaw jew biex ma jħallux aktar l-iżvilupp tal-prattika ta “tneħħija tal-pinna tal-kelb il-baħar” huma urġentement meħtieġa, u t-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar minn fuq bastimenti għandha għalhekk tiġi projbita. Minħabba d-diffikultajiet prattiċi involuti fl-identifikazzjoni tal-ispeċi bażata fuq pinen imneħħija, din il-projbizzjoni għandha tapplika għall-Elasmobranchii kollha, ħlief għat-tneħħija tal-ġwienaħ tar-rajji. |
(7) |
Madankollu, t-tneħħija tal-pinen minn klieb il-baħar mejta minn fuq il-bastiment għandha titħalla jekk it-tneħħija issir bl-iskop ta’ użu aktar effiċjenti tal-partijiet kollha tal-kelb il-baħar bil-proċessar separat abbord tal-pinen u l-partijiet li jkun fadal mill-kelb il-baħar. F’dan il-każ, l-Istat Membru tal-bandiera għandu joħroġ u jimmaniġġa, b’kondizzjonijiet assoċjati, permess speċjali għas-sajd skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-72 ta’ Ġunju 1994 li jippreskrivi disposizzjonijiet ġenerali dwar permessi speċjali għas-sajd ( 4 ). |
(8) |
Biex ikun żgurat li l-partijiet kollha li jkun fadal minn klieb il-baħar jinżammu abbord, wara t-tneħħija tal-pinen, il-kaptani ta’ bastimenti li jkollhom permess speċjali u validu għas-sajd għandhom iżommu rekords tal-pinen ta’ klieb il-baħar u tal-partijiet li jkun fadal mill-klieb il-baħar wara li jkunu żvixxrati u qatgħulhom l-irjus. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu fil-ġurnal tal-bastiment kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd ( 5 ), jew f’reġistru speċjali kif xieraq. |
(9) |
Il-problemi li jirriżultaw mill-prattika tat-tneħħija tal-pinna tal-kelb il-baħar imorru lil hinn sew mill-ibħra tal-Komunità. Huwa xieraq li l-Komunità turi l-istess impenn għall-konservazzjoni tar-riservi fl-ibħra marittimi kollha. Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-Komunità. |
(10) |
Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, hu meħtieġ u xieraq għall-ksib tal-finijiet bażiċi ta’ konservazzjoni ta’ riservi ta’ klieb il-baħar li jiġu preskriti regolamenti dwar it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar minn fuq bastimenti. Dan ir-Regolament ma’ jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet mixtieqa skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tneħħija ta’ pinen tal-klieb il-baħar, iż-żamma abbord, it-trasbord u t-tniżżil l-art ta’ klieb il-baħar jew pinen tal-klieb il-baħar:
1. minn bastimenti f’ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri;
2. minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’, jew reġistrati fi, Stati Membri f’ibħra oħra.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1. “pinen ta’ klieb il-baħar” tfisser kull pinna ta’ klieb il-baħar inklużi dik maghrufa bħala “ix-xewka” (pinna ta fuq id-dahar), dawk maghrufa bħala “ġwienaħ” (pinen tas-sider), il-pinna tad-denb, pinen ta’ taħt iż-żaqq, u kwalunkwe pinna oħra, iżda mhux pinen tas-sider ta’ rajji, li huma parti kostitwenti tal-ġwienaħ ta-rajji;
2. “kelb il-baħar” tfisser kull ħuta tassonomika Elasmobranchii;
▼M1 —————
Artikolu 3
Projbizzjonijiet
1. Għandha tkun projbita t-tneħħija ta’ pinen tal-klieb il-baħar minn fuq bastimenti, u ż-żamma abbord, it-trasbord u t-tniżżil l-art ta’ pinen ta’ klieb il-baħar.
1a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-klieb il-baħar jistgħu jiġu parzjalment imqatta’ u jintwew kontra l-karkassa, imma ma għandhomx jitneħħew minn mal-karkassa qabel ma jinħattu l-art.
2. Għandu jkun projbit ix-xiri, l-offerta għal bejgħ jew il-bejgħ ta’ pinen tal-klieb il-baħar li jkunu tneħħew minn fuq il-bastiment, miżmuma abbord, trasbordati jew imniżżla l-art b’kontravenzjoni ta’ dan ir-Regolament.
▼M1 —————
Artikolu 6
Rapporti
1. Meta bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru jaqbad, iżomm abbord, jittrażborda jew iħott klieb il-baħar, l-Istat Membru tal-bandiera għandu, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd ( 6 ) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 7 ), jibgħat kull sena lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Mejju, rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu ta’ dan ir-Regolament matul is-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-monitoraġġ mill-Istat Membru tal-bandiera tal-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-bastimenti tiegħu kemm fl-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni, u l-miżuri ta’ infurzar li jkun ħa fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. B’mod partikolari, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja:
— l-għadd ta’ ħatt ta’ klieb il-baħar;
— l-għadd, id-data u l-post tal-ispezzjonijiet li twettqu;
— l-għadd u n-natura ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li nkixfu, inkluża identifikazzjoni sħiħa tal-bastiment(i) involut(i) u l-pieni applikati għal kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità; u
— il-ħatt totali skont l-ispeċijiet (piż/għadd) u skont il-port.
2. Wara li l-Istati Membri jkunu bagħtu t-tieni rapport annwali tagħhom skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2016, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 121.
( 2 ) Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Marzu 2003 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.
( 4 ) ĠU L 171, 06.07.1994, p. 7.
( 5 ) ĠU L 261, ta’ l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.2003, p. 1).
( 6 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
( 7 ) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.