EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0437-20130701

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/437/2013-07-01

2003R0437 — MT — 01.07.2013 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 437/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Frar 2003

dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru

(ĠU L 066, 11.3.2003, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta' Lulju ta' l-2003

  L 194

9

1.8.2003

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 546/2005 tat-8 ta’ April 2005

  L 91

5

9.4.2005

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M4

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 109  (546/2005)




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 437/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Frar 2003

dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 ta' tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Sabiex iwettqu l-kompiti fdati f'idejhom, fil-kuntest tal-politika Komunitarja dwar it-trasport bl-ajru u dak ta' l-iżvilupp ġejjieni tal-Politika tat-Trasport Komuni, l-istituzzjonijiet Komunitarji għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni statistika paragunabbli, konsistenti, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru ġewwa l-Komunità u lejn u mill-Komunità.

(2)

Bħalissa din l-istatistika komprensiva u mal-Komunità kollha ma teżistix.

(3)

d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/126/KE tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-programm statistiku tal-Komunità għas-snin mill-1998 sa l-2002 ( 4 ) identifika l-ħtieġa li tiġi stabbilita din l-istatistika.

(4)

Il-ġbir ta' l-informazzjoni komuni fuq bażi paragunabbli jew armonizzat jagħmel possibbli d-dispożizzjoni ta' sistema integrata b'tagħrif ta' min joqgħod fuqu, konsistenti u bil-ħeffa.

(5)

L-informazzjoni dwar it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru għandha, meta possibbli, tkun kompatibbli ma' l-informazzjoni pprovduta mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) u għandha ssir li tkun tista' titqabbel u tiġi applikata, bejn l-Istati Membri u għall-modi differenti tat-trasport.

(6)

Wara ċertu perjodu taż-żmien, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport sabiex tippermetti li ssir stima dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)

Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, il-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' l-informazzjoni armonizzata huwa azzjoni li tista' tiġi meħuda b'mod effiċjenti fil-livell Komunitarju biss. Dawn l-istandards għandhom jiġu implimentati minn kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjonijiet responsabbli mill-produzzjoni ta' l-istatistiċi uffiċjali.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja ( 5 ) jipprovdi kwadru ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 6 ).

(10)

Il-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382, Euratom ( 7 ) ġie kkonsultat.

(11)

L-arranġamenti għal kooperazzjoni ikbar dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1087 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq f'dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi, u dawn l-arranġamenti għad iridu jibdew jiġu mħaddma,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-għan

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu prospetti ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bis-servizzi kummerċjali ta' l-ajru kif ukoll dwar il-movimenti ta' l-inġenji ta' l-ajru ċivili ta' l-ajru lejn jew mill-ajruporti Komunitarji, għajr għat-titjiriet mill-inġenji ta' l-ajru Statali.

Artikolu 2

Ġibiltà

1.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mifhuma li hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq rigward tal-kontroversja dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih huwa lokat l-ajruport.

2.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm jibdew jaħdmu l-arranġamenti fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq tat-2 ta' Diċembru 1987. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom jgħarrfu lill-Kunsill b'din id-data tad-dħul fil-ħidma.

Artikolu 3

Il-Karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni statistika li għandha x'taqsam mal-varjanti li ġejjin:

(a) il-passiġġieri

(b) il-merkanzija u l-posta

(c) l-istadji tat-titjiriet

(d) il-postijiet tal-passiġġieri

(e) il-movimenti ta' l-inġenji ta' l-ajru.

Il-varjanti statistiċi f'kull żona, in-nomenklaturi għall-klassifika tagħhom, il-perjodiċità ta' l-osservazzjoni u d-definizzjonijiet huma ddikjarati fl-Annessi I u II.

2.  Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha kif ddikjarat fl-Anness I għall-ajruporti Komunitarji kollha fit-territorju tiegħu bi traffiku li jaqbeż il-150 000 unità ta' passiġġieri kull sena.

Għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni lista ta' l-ajruporti Komunitarji koperti bl-ewwel sub-paragrafu u, jekk meħtieġ, aġġornata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

3.  Għall-ajruporti, minbarra dawk li għandhom biss traffiku kummerċjali okkażjonali, li mhumiex koperti bil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu biss prospett annwali ta' l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella Ċ1 fl-Anness I.

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-ajruporti:

(a) b'inqas minn 1 500 000 unità ta' passiġġieri fis-sena li għalihom ma jkun jeżisti l-ebda ġbir ta' informazzjoni li tikkorrispondi ma' dik speċifikata fl-Anness I fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

(b) u li għalihom id-dħul ta' sistema ġdida tal-ġbir ta' l-informazzjoni tinstab diffiċli ħafna,

Stat Membru jista' jittrasmetti informazzjoni inqas kompleta min dik riferita fl-Anness I għall-perjodu limitat taż-żmien ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 2003, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2)

5.  Minkejja l-paragrafu 2, għall-ajruporti:

(a) li għalihom ma jkun jeżisti l-ebda ġbir ta' informazjoni li tikkorrispondi għal dik speċifikata fit-Tabella B1 ta' l-Anness I fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

(b) u li għalihom id-dħul ta' sistema ġdida tal-ġbir ta' l-informazzjoni jinstab diffiċli ħafna,

Stat Membru jista', sal-31 ta' Diċembru 2003, jittrasmetti biss l-informazzjoni eżistenti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

Il-ġbir ta' l-informazzjoni

1.  Il-ġbir ta' l-informazzjoni għandu jkun imsejjes, meta possibbli, fuq is-sorsi disponibbli, filwaqt li jiġi mminimizzat il-piż fuq dawk li jirrispondu.

2.  Dawk imsejħa mill-Istati Membri sabiex ifornu t-tagħrif għandhom ikunu obblgati li jagħtu tagħrif veru u kkompletat fil-limiti stabbiliti taż-żmien.

▼M4

Artikolu 5

L-eżatezza tal-istatistika

Il-ġbir tal-informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq prospetti kompletati, ħlief jekk jiġu stabbiliti standards oħra tal-eżatezza mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

▼B

Artikolu 6

Il-proċessar ta' l-informazjoni

L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi sabiex jipproċessaw l-informazzjoni li jiżguraw illi l-informazzjoni miġbura skond l-Artikolu 3 tħares l-istandards ta' l-eżattezza ddikjarati fl-Artikolu 5.

Artikolu 7

It-trasmissjoni tar-riżultati

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej ir-riżultati ta' l-informazzjoni tal-proċessar ta' l-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, inkluża l-informazzjoni ddikjarata sigrieta mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni domestika jew il-prattiċi domestiċi li jirrigwardaw is-segretezza statistika, skond ir-Regolament (KE) 322/97.

▼M4

2.  Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skont il-fajls tal-informazzjoni li jidhru fl-Anness I. Il-fajls għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Il-mezz li għandu jintuża għat-trażmissjoni għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

▼B

3.  L-ewwel perjodu taż-żmien ta' l-osservazjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2003. It-trasmissjoni għandha ssir malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni.

Artikolu 8

It-tixrid

1.  L-arranġamenti li bihom il-Kummissjoni tippubblika jew ixxerred ir-riżultati statistiċi għandhom jitfasslu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha xxerred lill-Istati Membri r-riżultati statistiċi approprjati bi frekwenza li tixbaħ lil dik stabbilita għat-trasmissjoni tar-riżultati.

Artikolu 9

Ir-rapporti

1.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tagħrif kollu li jirrigwarda l-metodi użati fil-ġbir ta' l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll, meta approprjat, lill-Kummissjoni kull bidla sostantiva użata fil-metodi tal-ġbir ta' l-informazzjoni.

2.  Wara li l-informazzjoni tkun inġabret għall-perjodu taż-żmien ta' tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8.

▼M4

Artikolu 10

Il-miżuri tal-implimentazzjoni

1.  Il-miżuri tal-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2):

 il-lista ta' ajruporti tal-Komunità koperti mill-Artikolu 3(2),

 id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet ta' d-data u l-mezz li għandu jintuża biex jiġu trażmessi r-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7),

 id-disseminazzjoni tar-riżultati statistiċi (l-Artikolu 8).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Annessi ta' dan ir-Regolament,

 l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir tal-informazzjoni (l-Artikolu 3),

 l-eżatezza tal-istatistika (l-Artikolu 5),

 id-deskrizzjoni tal-fajls tad-data (l-Artikolu 7).

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 11

Il-proċedura ta' kumitati

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5) a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

STRUTTURA TAR-REĠISTRAZZJONI GĦAT-TRASMISSJONI TA' L-INFORMAZZJONI LILL-EUROSTAT

L-informazzjoni li għandha tkun rappurtata hi limitata għall-avvjazzjoni ċivili.

It-titjiriet Statali u l-movimenti bil-mezzi ta' trasport fuq wiċċ l-art jew il-baħar, ta' passiġġieri jew merkanzija mgħobbija b'polza tal-kargo ta' l-ajru huma esklużi.

A.   Tabellala ta' l-istadji tat-titjira (informazzjoni mensili) ( 8 )

L-informazzjoni rapportata f'din it-Tabellala turi biss servizzi tat-trasport kummerċjali bl-ajru.



Format tar-reġistru ta' l-inkartament ta' l-informazzjoni

Elementi

Dettal tal-kodiċi

Nomenklatura

Unita

Tabella

2-alfa

“A1”

 

Pajjiż li jirraporta

2-alfa

(1) Ittri prinċipali tan-nazzjonalita' ICAO

 

Sena ta' referenza

2-ċifri

Tip “yy” (l-aħħar 2 pożizzjonijiet tas-sena)

 

Perjodu ta' referenza

2-alfa

(2) Espliċitu (jew Statra)

 

Ajruport li jirraporta

4-alfa

(3) ICAO

 

Ajruport li jmiss/preċedenti

4-alfa

(3) ICAO

 

Wasla/tluq

1-ċifra

1 = wasla

2 = tluq

 

Servizz regolari/mhux regolari

1-ċifra

1 = regolari

2 = mhux regolari

 

Servizz tal-passiġġieri/servizz esklużivament għall-merkanzija u l-posta

1-ċifra

1 = servizz tal-passiġġieri

2 = servizz esklużivament għall-merkanzija kollha u tal-posta

 

Informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru

3-alfa

(4) Informazzjoni dwar it-titjira

 

Tip ta' l-ajruplan

4-alfa

(5) ICAO

 

Passiġġieri abbord

12-ċifri

 

karinpassiġġier

Merkanzinja u posta abbord

12-ċifri

 

tunnellata metrika

Titjiriet kummerċjali

12-ċifri

 

numru ta' titjiriet

Postijiet disponnibbli għall-passiġġieri

12-ċifri

 

postijiet għall-passiġġieri

B.   Tabella ta' l-oriġini/destinazzjoni tat-titjiriet (informazzjoni mensili) (8) 

Informazzjoni mogħtija f'din it-tabella ma tirrigwardax ħlief is-servizzi tat-trasport bl-ajru kummerċjali



Format tar-registrazzjoni ta' l-inkartament ta' l-informazzjoni

Elementi

Dettal tal-kodiċi

Nomenklatura

Unita

Tabella

2-alfa

B1

 

Pajjiż li jirraporta

2-alfa

(1) Ittri prinċipali tan-nazzjonalita' ICAO

 

Sena ta' referenza

2-ċifri

Tip “yy” (l-aħħar 2 pożizzjonijiet tas-sena)

 

Perjodu ta' referenza

2-alfa

(2) Espliċitu (jew Statra)

 

Ajruport li jirraporta

4-alfa

(3) ICAO

 

Oriġini u destinazzjoni tat-titjiriet

4-alfa

(3) ICAO

 

Wasla/tluq

1-ċifra

1 = wasla

2 = tluq

 

Servizz programmati/mhux programmati

1-ċifra

1 = programmat

2 = mhux programmat

 

Servizz tal-passiġġieri/u servizz esklusiv ta merkanzija u posta

1-ċifra

1 = servizz tal-passiġġieri

2 = servizz tal-merkanzija esklussiv u tal-posta

 

Informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru

3-alfa

(4) Informazzjoni dwar it-titjira tal-linja ta' l-ajru (mhux bil-fors)

 

Passiġġieri trasportati

12-ċifra

 

passiġġier

Kargu ta' merkanzija u posta

12-ċifra

 

tunnellata

C.   Tabella ta' l-ajruporti (minimu ta' informazzjoni annwali)

L-informazzjonijiet mogħtija f'din it-tabella ma jikkonċernawx ħlief is-servizzi kummerċjali bl-ajru, ħlief “għal total ta' movimenti kummerċjali ta' l-ajruplani” li jikkonċernaw ugwalment t-titjiriet kollha ta' linji ġenerali kummerċjali, u ħlief “għal total ta' movimenti ta' ajruplani” li jikkonċernaw il-movimenti kollha ta' l-ajruplani ċivili (ħlief titjiriet Statali).



Format ta' reġistrazzjoni ta' l-inkartament ta' l-informazzjoni

Elementi

Dettal tal-kodiċi

Nomenklatura

Unita

Tabella

2-alfa

C1

 

Pajjiż li jirraporta

2-alfa

(1) Ittri prinċipali tan-nazzjonalita' ICAO

 

Sena ta' referenza

2-ċifri

Tip “yy”

 

Perjodu ta' referenza

2-alfa

(2) Espliċitu (jew Statra)

 

Ajruport li jirraporta

4-alfa

(3) ICAO

 

Informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru (1)

3-alfa

(4) Informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru

 

Total ta' passiġġieri trasportati

12-ċifra

 

passiġġier

Total ta' passiġġieri fi transitu dirett

12-ċifra

 

passiġġier

Total tal-kargu ta' merkanzija u posta

12-ċifra

 

tunnellata metrika

Total tal-movimenti kummercjali ta' l-ajruplani

12-ċifra

 

moviment

Total tal-movimenti ta' l-ajruplani

12-ċifra

 

moviment

(1)   Il-parti ta' l-“informazjzoni dwar il-linja ta' l-ajru” hija obbligatorju għal ajruporti li għandhom jirraportaw ukoll it-tabelli A1 u B1. Għall-ajruporti li m'humiex obbligati li jirraportaw t-tabelli A1 u B1, kodiċi illi jiġbor l-linji kollha ta' l-ajru jista' jkun użat.

KODIĊIJIET

1.   Pajjiż li jirraporta

Is-sistema tal-kodiċi li għandha tkun użata hija miġjuba mill-indiċi ICAO ta' l-ittri ta' nazzjonalita' li jindikaw il-lok. Jekk ikun hemm numru ta' prefissi ICAO għal istess pajjiż, il-prefisss prinċipali biss ta' l-ICAO tal-Metropoli għandu jintuża.

Belġju

EB

Danimarka

EK

Ġermanja

ED

Greċja

LG

Spanja

LE

Franza

LF

▼M5

Il-Kroazja

LD

▼M1

Irlanda

EI

Italja

LI

Lussemburgu

EL

Olanda

EH

Awstrija

LO

Portugall

LP

Finlandja

EF

Svezja

ES

Renju Unit

EG

▼C1

Ir-Repubblika Ċeka

LK

L-Estonja

EE

Ċipru

LC

Il-Latvja

EV

Il-Litwanja

EY

L-Ungerija

LH

Malta

LM

Il-Polonja

EP

Is-Slovenja

LJ

Is-Slovakkja

LZ

▼M3

Il-Bulgarija

LB

Ir-Rumanija

LR

▼M1

2.   Perjodu ta' referenza

AN

(jew 45) sena

Q1

(jew 21) Jannar-Marzu (l-ewwel trimestri)

Q2

(jew 22) April-Ġunju (it-tieni trimestri)

Q3

(jew 23) Lulju-Settembru (it-tielet trimestri)

Q4

(jew 24) Ottubru -Diċembru (ir-raba' trimestri)

01 sa 12

Jannar sa Diċembru (xahar)

3.   Ajruporti

L-ajruporti jistgħu jkunu kodifikati skond il-kodiċi b'erbgħa ittri ICAO kif indikat fid-dokument ICAO 7910. L-L-ajruporti mhux magħrufa għandhom ikunu kodifikati bħala “ZZZZ”.

4.   Informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru

“IEU” għal-linji ta' l-ajru liċenzjati fl-Unjoni Ewropea,

“INE” għal-linji ta' l-ajru mhux liċenzjati fl-Unjoni Ewropea,

“ZZZ” għal-linji ta' l-ajru mhux magħrufa,

“888” għal “kunfidenzjali” (li għandha tiġi użata fit-tabelli A1 u B1 jekk “l-informazzjoni dwar il-linja ta' l-ajru” ma tistax tkun mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita'),

“999” għal-linji ta' l-ajru kollha (biex tintuża fit-tabella C1 biss).

Linji ta' l-ajru parzjalment liċenzjati fl-UE għandhom ikunu rapportati bħala “linji ta' l-ajru UE”.

Fuq bażi volontarja, il-kodiċi “2” + Iso alfa 2 kodiċi tal-pajjiż (pajjiż li jilliċenzja l-linja ta' l-ajru) jista' wkoll jintuża bħal kodiċ tal-linja ta' l-ajru ICAO.

5.   Tip ta' l-ajruplan

It-tipi ta' ajruplani huma kkodifikati skond it-tip ta' ajruplani ICAO kif jidher fid-dokument ICAO 8643.

It-tipi ta' ajruplani mhux magħrufa għandhom ikunu kodifikati “ZZZZ”.




ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET U STATISTIKA LI GĦANDHA TIĠI DIKJARATA

Wara t-titolu ta' kull tifsira hemm il-lista ta' l-artikoli jew tabelli tar-regolament fejn tinstab riferenza għall-frażi.

I.   TIFSIRIET U VARJANTI TA INTERESS ĠENERALI

1.   Ajruport tal-Komunità (L-Artikolu 1 sa 3)

Wicc partikulari fuq art jew l-ilma li jkun jinsab fi Stat Membru soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-trattat, li hu maħsub li jkun użat għal kollox jew inparti għall-wasla, tluq jew moviment ta' l-ajruplani u miftuħ għas-servizzi ta' l-ajru kummerċjali (ara -4-).

2.   Titjira Statali (L-Artikolu 1 u Lista C1)

Kwalunkwe titjira magħmula permezz ta' ajruplan tal-militar, tad-dwana, tal-pulizija jew ta' servizzi li jeżegwixxu liġi ta' Stat.

Kull titjira dikjarata bħala “titjira Statali” mill-awtoritajiet ta' l-Istat.

L-espressjoni “ħlief għat-titjiriet mill-ajruplan ta' l-Istat” fl-Artikolu 1 għandha tiġi interpretat bħala “ħlief għat-titjiriet ta' l-Istat”.

3.   Unita ta' passiġġier (L-Artikolu 3(2), (3) u (5))

Unita ta' passiġġier hija ekwivalenti għal passiġġier wieħed jew għal 100 kilogramma ta' merkanzija jew posta.

Biex tiġi stabbilita l-lista ta' l-ajruporti tal-Komunitarji (ara -1-) skond l-Artikolu 3(2) u għall-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 3(4) u (5), il-kalkulu limitu minimu ta' “unita tal-passiġġieri” għandu jieħu kont, fl-ajruporti Komunitarji (ara -1-), in-numru totali ta' passiġġieri trasportati (ara -16-) b'żieda tan-numru totali ta' passiġġieri ta' transitu dirett (ara -18-) (magħdud darba) flimkien mall-kwantità totali ta' merkanzija u posta mgħobbija u maħtuta (ara -17-).

4.   Servizz kummerċjali ta' l-ajru (L-Artikolu 1 u listi A1, B1, C1)

Titjira jew serje ta' titjiriet għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri u/jew tal-merkanzija u tal-posta, bil-ħlas jew skond kuntratt ta' kiri.

Is-servizz ta' l-ajru jista' jkun regorali (-5-) jew mhux regolari (-6-).

5.   Servizz ta' l-ajru regolari (Tabelli A1 u B1)

Servizz bl-ajru kummerċjali (ara -4-) operat skond skeda pubblikata, jew b'regolarita' u frekwenza jikkostitwixxu serje ta' titjiriet sistematiċi faċilment rikonoxxibli.

Tinkludi titjiriet suplimentari minħabba eċċess ta' traffiku fuq titjiriet regolari.

6.   Servizz ta' trasport bl-ajru mhux regolari (Tabelli A1 u B1)

Servizz kummerċjali bl-ajru (ara -4-) li mhux servizz bl-ajru regolari (ara -5-)

7.   Servizz bl-ajru ta' passiġġieri (Tabelli A1 u B1)

Servizz bl-ajru regolari (ara -5-) jew mhux regolari (ara -6-) li jsiru permezz ta' ajruplan li jitrasporta passiġġier wieħed jew aktar bil-ħlas kif ukoll kull titjira imħabbra b'orarju ppubblikat bħala miftuħ għall-passiġġieri.

Kompriżi t-titjiriet li jġorru kemm passiġġieri bil-ħlas u kemm merkanzija u posta bil-ħlas.

8.   Servizz bl-ajru esklużivament għall-merkanzija u posta (Tabelli A1 u B1)

Servizz bl-ajru regolari (ara -5-) jew mhux regolari (ara -6-) li jsir b'ajruplan li jġorr kargu bi ħlas ta' merkanzija u posta barra minn passiġġieri bi ħlas.

Mhux kompriżi t-titjiriet illi jitrasportaw passiġġieri wieħed jew aktar bil-ħlas u t-titjiriet imħabbra b'orarji pubbliċi bħala miftuħa għall-passiġġieri.

9.   Linja ta' l-ajru (operatur tat-trasport ta' l-ajru kummerċjali) (Tabelli A1, B1 u C1)

Trasport ta' l-ajru li jopera b'liċenzja valida ta' operazzjoni għall-operazzjoni tat-titjiriet kummerċjali ta' l-ajru (ara -13-).

Meta l-linji ta' l-ajru għandhom konsorzju bejniethom jew arranġamenti kontrattwali li jipprevedu li tnejn jew aktar minnhom li jassumu responsabbilita' separata għall-dak li jiġi offert u għall-bejgħ ta' prodotti tat-trasport bl-ajru għal titjira jew kumbinazzjoni ta' titjiriet, il-linja li tassigura effettivament it-titjira għandha tkun indikata.

II.   DEFINIZZJONIJIET U VARJANTI GĦAT-TABELLA A1 (STADJU TAT-TITJIRA)

10.   Stadju tat-titijira (Tabella A1)

Il-perkors ta' l-ajruplan bejn it-tlugħ u l-ewwel inżul li jmiss.

11.   Passiġġieri abbord (Tabella A1)

Il-passiġġieri kollha abbord ta' l-ajruplan mal-wasla fl-ajruport li jirraporta jew fit-tlugħ mill-ajruport li jirraporta.

Il-passiġġieri kollha li jħallsu u dawk li ma jħallsux abbord ajruplan matul stadju ta' titjira (ara -16-).

Inklużi passiġġieri fi transit dirett (ara -18-) (magħduda mal-wasla jew mat- tluq).

12.   Merkanzija u posta abbord (Tabella A1)

Il-merkanzija u posta kollha flimkien abbord ta' l-ajruplan mal-wasla fl-ajruport li jirraporta jew fit-tlugħ mill-ajruport li jirraporta.

Il-merkanzija u il-posta kollha flimkien abbord ta' ajruplan matul stadju ta' titjira (ara -119-).

Il-merkanzija u il-posta fi transit dirett huma nklużi (mgħaduda mal-wasla jew mat-tluq).

Is-servizzi espress u l-valiġġi diplomatiċi.

Teskludi il-baggalji tal-passiġġieri.

13.   Titjira kummerċjali (Tabella A1)

Titjira ta' trasport pubbliku ta' passiġġieri u/jew merkanzija u posta, bil-ħlas u skond kuntratt ta' kiri.

Fit-tabella A1, it-titjiriet kummerċjali jinġabru flimkien għall-kalkolu ta' “l-indikaturi oħra”. [“Passiġġieri abbord (ara -11-)”, “Merkanzija u posta abbord (ara -12-)” u “Postijiet disponibbli għall-passiġġieri (ara -14-)”).

14.   Postijiet disponibbli għall-passiġġieri (Tabella A1)

In-numru totali ta' postijiet offerti għall-bejgħ għall-passiġġieri fuq ajruplan li jopera stadju ta' titjira (ara -10-) bejn żewġ ta' ajruporti.

Fi stadju tat-titjira (-10-), in-numru totali ta' passiġġieri li jħallsu m'għandux ikun aktar minn numru totali ta' postijiet ta' passiġġieri offerti għal bejgħ.

Tinkludi postijiet diġa' mibjugħa għal stadju ta' titjira, jiġifieri dawk okkupati minn passiġġieri fi transitu dirett (ara -18-).

Ma jinkludix postijiet, li ma humiex attwalment disponibbli minħabba limitazzjonijiet ta' piz massimu għat-trasport ta' passiġġieri.

Jekk l-informazzjonijiet ma jkunux disponibbli fuq din il-bażi allura jistgħu jingħataw stimi kif ġej (b'ordni ta' preferenza, mill-aktar adegwata sa l-inqas adegwata):

1. l-konfigurazzjoni speċifika ta' l-ajruplan espressa fin-numru ta' siġġijiet ta' passiġġieri fl-ajruplan (kif murija fin-numru ta' registrazzjoni);

2. il-konfigurazzjoni medja ta' l-ajruplan espressa fin-numru medju ta' siġġijiet ta' passiġġieri offerta għat-tip ta' ajruplan għat-trasport bl-ajru;

3. il-konfigurazzjoni medja ta' l-ajruplan espressa fin-numru ta' siġġijiet ta' passiġġieri disponibbli skond it-tip ta' ajruplan.

III.   DEFINIZZJONIJIET U VARJANTI GĦAT-TABELLA B1 (DWAR L-ORIĠINI U DESTINAZZJONI TAT-TITJIRA) U T-TABELLA C1 (AJRUPORTI)

15.   Oriġini u destinazzjoni tat-titjira (Tabella B1)

It-traffiku fuq servizz ta' l-ajru kummerċjali (ara -4-) identifikat bin-numru tat-titjira uniku, diviż bejn żewġ ajruporti skond il-post ta' l-imbark u l-post ta' l-iżbark ta' dik it-titjira.

Għall-passiġġieri, merkanzija u posta li ma mhux magħruf il-post ta' l-imbark, il-punt tat-tluq ta' l-ajruplan għandu jitqies bħala l-punt ta' l-imbark; bl-istess mod, jekk l-ajruport ta' l-iżbark mhux magħruf, il-punt tad-destinazzjoni ta' l-ajruplan għandu jitqies bħala l-punt ta' l-iżbark.

16.   Passiġġieri trasportati (Tabella B1 u C1)

Il-passiġġieri kollha fuq titjira partikulari (b'numru ta' titjira waħda) magħduda darba waħda u mhux għall kull stadju tat-titjira.

Il-passiġġieri kollha li jħallsu u li ma jħallsux fejn jibda l-vjaġġ jew fejn jispiċċa fl-ajruport li jirraporta u l-passiġġieri intransit li jimbarkaw jew jitilqu t-tijira fl-ajruport li jirraporta.

l-passiġġieri fi transitu dirett huma esklużi (ara -18-).

17.   Merkanzija u posta mgħobbija jew maħtuta (Tabelli B1 u C1)

Il-merkanzija u l-posta kollha mgħobbija jew maħtuta minn ajruplan.

Is-servizz espress u l-valiggi diplomatiċi huma inklużi.

Il-baggalji tal-passiġġieri huma esklużi.

Il-Merkanzija u l-posta fi transitu dirett m'humiex inklużi.

18.   Passiġġieri f'transitu dirett (Tabella C1)

Il-passiġġieri li, wara waqfa qasira, jkomplu l-vjaġġ tagħhom fl-istess ajruplan fuq titjira li jkollha l-istess numru ta' titjira bħal dik li biha jaslu.

Fl-istatistika ta' l-ajruport totali kif ukoll għall-kalkulu tal-unita tal-passiġġieri (ara -3-), il-passiġġieri fi

transitu dirett huma magħduda darba waħda.

Passiġġieri li jibdlu l-ajruplan minħabba problemi tekniċi iżda jkomplu t-titjira bl-istess numru tat-titjira huma magħduda bħala passiġġieri fi transitu dirett.

19.   Total ta' movimenti kummerċjali ta' ajruplan (Tabella C1)

Total ta' tlugħ w inżul ta' titjiriet li jsiru bi ħlas u skond kuntratt ta' kiri.

Is-servizzi kummerċjali bl-ajru (ara -4-) huma nklużi bħal operazzjonijiet ta' avjazzjoni ġenerali kummerċjali.

20.   Total ta' movimenti ta' l-ajruplani (Tabella C1)

It-tlugħ u l-inżul kollu ta' l-ajruplani.

Il-movimenti kummerċjali ta' ajruplani kollha (-ara 19-) huma nklużi kif ukoll it-titjiriet ta' l-avjazzjoni ġenerali kummerċjali.

It-titjiriet Statali (ara -2-) mhumiex inklużi.

Huma esklużi t-“Touch and Go”, l-“overshoots” u l-attentati ta' nżul li ma jirnexxix.



( 1 ) ĠU C 325, tas-6.12.1995, p. 11.

( 2 ) ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 25.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 1996 (ĠU C 78, tat-18.3.1996, p. 28), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru 1999 (ĠU C 54, tal-25.2.2000, p. 79), Pożizzjoni Komuni tat-30 ta' Settembru 2002 (ĠU C 275 E, tat-12.11.2002, p. 33) u d-Deċiżjoni tat-18 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 42, tas-16.2.1999, p. 1.

( 5 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 8 ) L-informazzjoni ta' kull kwart ta' l-2003 tista' tkun aċċettata.

Top