This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003R0006-20100331
Commission Regulation (EC) No 6/2003 of 30 December 2002 concerning the dissemination of statistics on the carriage of goods by road (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 6/2003 tat- 30 ta' Diċembru 2002 dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 6/2003 tat- 30 ta' Diċembru 2002 dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2003R0006 — MT — 31.03.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 6/2003 tat-30 ta' Diċembru 2002 dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 001, 4.1.2003, p.45) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 |
L 61 |
24 |
11.3.2010 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 6/2003
tat-30 ta' Diċembru 2002
dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar prospetti ta'l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li tiġi sfruttata kemm jista' jkun possibbli l-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, riferita fir-Regolament (KE) Nru 1172/98, filwaqt li tiġi rrispettata s-segretezza tar-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat livell raġjonevoli tal-kwalità fit-tagħrif imxerred u ż-żamma tas-serje ta' statistika eżistenti. |
(3) |
Huwa meħtieġ illi ċerta informazzjoni tkun magħmula disponibbli lill-Istati Membri sabiex tikkompleta l-kopertura statistika tat-trasport bit-triq fil-livell nazzjonali. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali trasmessi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skond ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandhom jintużaw sabiex jinbnew it-tabelli statistiċi li jkun fihom il-valuri aggregati miksuba bil-ġabra ta' l-informazzjoni li tibbaża ruħha fuqhom. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha xxerred it-tabelli statistiċi li jirriżultaw skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti l-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 2
It-tixrid għandu jiġi awtorizzat għat-tabelli statistiċi elenkati fl-Anness.
Artikolu 3
1. It-tixrid tat-tabelli lil utenti oħra għajr lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjoni li kull ċellola għandha tkun imsejsa fuq mill-inqas 10 registrazzjonijiet ta' vetturi, jiddependi mill-varjant ittabulat. Meta ċellola tiġi msejsa fuq inqas minn 10 reġistrazzjonijiet ta' vetturi, għandha tiġi aggregata maċ-ċelloli l-oħra, jew mibdula u b'sinjal xieraq. It-Tabelli riferiti fl-punt A ta' l-Anness għandhom jitħallew barra minn din ir-regola.
2. It-tabelli li jinkludu l-valuri aggregati msejsa fuq inqas minn 10 registrazzjonijiet tal-vetturi jistgħu jiġu forniti lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-istatistika Komunitarja tat-trasport fl-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-awtoriajiet nazzjonali japplikaw il-kondizzjoni ddikjarata fil-paragrafu 1 għal kull tabella mxerrda lil utenti oħra.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
IL-LISTA TAT-TABELLI GĦAD-DISSEMINAZZJONI
A. Il-kontinwità tat-tabelli eżistenti
Sabiex tinżamm il-kontinwità, it-tabelli eżistenti jistgħu jiġu ddisseminati mill-Kummissjoni (l-Eurostat).
B. Tabelli ewlenin
Jistgħu jiġu ddisseminati s-settijiet u s-subsettijiet tat-tabelli tagħhom li ġejjin.
Tabella |
Deskrizzjoni Nota 1 |
Il-perjodu ta’ referenza |
Unitajiet Nota 2 |
Noti |
B1 |
Taqsira ta’ attività skont it-tip ta’ operazzjoni u t-tip ta’ trasport |
Sena, tliet xhur |
1 000 t Miljun tunnellata-km Vettura-km |
Nota 3 |
B2 |
Trasport, skont it-tip ta’ operazzjoni |
Sena, tliet xhur |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
Nota 3 |
B3 |
Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
|
B4.1 |
Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (it-total tal-pajjiżi kollha li jirrappurtaw) |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
|
B4.2 |
Għat-Tabella B4.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija. |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
|
B4.3 |
Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (b’rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta) |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
|
B4.4 |
Għat-Tabella B4.3, iżda skont ir-rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija. |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
|
B5.1 |
Trasport, skont ir-reġjun tat-tagħbija |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Ċaqliq |
Nota 4 |
B5.2 |
Trasport, skont ir-reġjun tal-ħatt |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Ċaqliq |
Nota 4 |
B6.1 |
Trasport, skont il-klassi tad-distanza |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B6.2 |
Għat-Tabella B6.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija. |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B7 |
Trasport, skont il-konfigurazzjoni tal-fus |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B8 |
Trasport, skont kemm għandha snin il-vettura |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B9 |
Trasport, skont il-piż massimu permissibbli tal-vettura |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B10 |
Trasport, skont il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B11 |
Trasport, skont il-fergħa NACE |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B12 |
Ċaqliq tal-vettura, mgħobbija jew vojta |
Sena |
Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B13.1 |
Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu, skont il-piż tal-vettura mgħobbija/vojta u dak massimu permissibbli (it-total tal-pajjiżi kollha li qed jirrappurtaw) |
Sena, trimestru |
1 000 t Ċaqliq |
|
B13.2 |
Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu (bit-tqassim skont il-pajjiż li qed jirrapporta) |
Sena |
1 000 t Ċaqliq |
|
B14 |
Trasport ta’ merkanzija perikoluża, skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B15 |
Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija |
Sena |
Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B16 |
Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija u l-klassi tad-distanza |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km Ċaqliq |
|
B17 |
Trasport nazzjonali skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, skont il-pajjiż li qed jirrapporta |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Ċaqliq |
Nota 5 |
B18 |
Trasport internazzjonali, skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, total tal-pajjiżi kollha li qed jirrapportaw |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km Ċaqliq |
Nota 6 |
Nota 1 Għajr fejn mhux speċifikat mod ieħor, it-tabelli jinkludu rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta. Nota 2 Il-miżuri li ġejjin huma kkalkolati internament għat-tabelli kollha: 1 000 t Miljun tunnellata-km Miljun vettura-km (mgħobbija, vojta) Ċaqliq (mgħobbija, vojta) L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi użati biex jikkalkolaw iċ-ċellola tat-tabella Din il-kolonna tindika l-miżuri li s-soltu jkunu offruti lill-utenti. Jistgħu jiġu ddisseminati miżuri u unitajiet oħra jekk l-utenti jitolbu dan. Skont il-ħtiġijiet tal-utenti, it-tabelli jistgħu jkunu bbażati fuq varjabbli marbuta mal-vjaġġ (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A2) jew fuq operazzjonijiet relatati mal-merkanzija (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A3) (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1172/98). Iċ-ċaqliq għalhekk ikun espress jew bħala għadd ta’ vjaġġi jew bħala għadd ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bażiku. Ċaqliq ta’ tranżitu jkun ittikkettjat b’dan il-mod. Nota 3 It-tip ta’ operazzjoni titqassam kif ġej: Vjaġġ nazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, it-tnejn li huma fil-pajjiż li qed jirrapporta. Vjaġġ internazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, jew it-tnejn, f’pajjiżi oħra għajr il-pajjiż li qed jirrapporta (= total tal-erba’ kategoriji li ġejjin) (li minnhom)ħruġ (merkanzija mgħobbija fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda fil-pajjiż li qed jirrapporta u jispiċċa xi mkien ieħor dħul (merkanzija mħotta fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda xi mkien ieħor u jispiċċa fil-pajjiż li qed jirrapporta traffiku terz: vjaġġ bejn żewġ pajjiżi oħra apparti l-pajjiż li qed jirrapporta kabutaġġ: vjaġġ bejn post u ieħor f’pajjiż li mhux il-pajjiż li qed jirrapporta. Nota 4 Id-dejta skont ir-reġjun tat-tagħbija jew ħatt hija ppubblikata fil-livell NUTS-3. Nota 5 Għat-trasport nazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-2. Nota 6 Għat-trasport internazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-1. |
C. It-Tabelli dwar il-kabutaġġ
Sabiex jiġi pprovdut it-tagħtif dwar il-kabutaġġ ekwivalenti għal dak disponibbli fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3118/93 ( 2 ), jista’ jiġi ddisseminat is-sett ta’ tabelli u s-subsettijiet ta’ dawn it-tabelli li ġejjin:
Deskrizzjoni |
Perjodu |
Unità |
|
C1 |
Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li qed jirrapporta |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
C2 |
Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
C3 |
Il-kabutaġġ mill-pajjiż li qed jirrapporta, u skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ |
Sena |
1 000 t Miljun tunnellata-km |
D. It-Tabelli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri
Sabiex jiġu megħjuna l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, eskluż il-pajjiż li qed jirrapporta, fil-binja ta’ statistika kompleta dwar il-ħidmiet tat-trasport bit-triq fit-territorju nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiġu forniti bl-inkartamenti tal-informazzjoni aggregata li ġejjin:
Deskrizzjoni |
Perjodu |
Aggregata fuq dimensjonijiet Nota 7 |
Unitajiet |
|
D.1 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — il-pajjiż tat-tagħbija — il-pajjiż tal-ħatt — tip ta’ merkanzija — tip ta’ trasport — klassi ta’ snin — klassi ta’ distanza — konfigurazzjoni tal-fus |
Tunnellati Tunnellata-Km Vettura-km Ċaqliq L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D.2 |
Trasport ta’ merkanzija perikoluża fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — il-pajjiż tat-tagħbija — il-pajjiż tal-ħatt — merkanzija perikoluża — tip ta’ trasport |
Tunnellati Tunnellata-Km Vettura-km Ċaqliq L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D2 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi vojta) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — pajjiż tal-oriġini — pajjiż tad-destinazzjoni — tip ta’ trasport — klassi ta’ snin — klassi ta’ distanza |
Vettura-km Ċaqliq L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D3.1 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — reġjun tat-tagħbija — reġjun tal-ħatt — konfigurazzjoni tal-fus — tip ta’ merkanzija — klassi ta’ snin |
Tunnellati Tunnellata-Km Vettura-km Ċaqliq Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D3.2 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — reġjun tat-tagħbija — tip ta’ merkanzija — konfigurazzjoni tal-fus — klassi ta’ snin |
Tunnellati Tunnellata-Km Vettura-km Ċaqliq Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D3.3 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — reġjun tal-ħatt — tip ta’ merkanzija — konfigurazzjoni tal-fus — klassi ta’ snin |
Tunnellati Tunnellata-Km Vettura-km Ċaqliq Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D4 |
Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi vojta) |
Sena |
— il-pajjiż li qed jirrapporta. — regjun ta’ oriġini — regjun ta’ destinazzjoni — konfigurazzjoni tal-fus — klassi ta’ snin |
Vettura-km Ċaqliq Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
D5 |
Trasport ta’ tranżitu (vjaġġi mgħobbija u vojta) |
Sena |
— pajjiż ta’ tranżitu — il-pajjiż li qed jirrapporta. — mgħobbija/vojta — regjun ta’ oriġini — regjun ta’ destinazzjoni |
Tunnellati Ċaqliq L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi |
Nota: Għat-tabelli-D, se jintużaw il-klassifiki li ġejjin: tip ta’: trasport għal rasu/b’kiri jew bi premju klassi ta’: snin: tliet klassijiet klassi ta’: distanza: erba’ klassijiet reġjun: NUTS-3 konfigurazzjoni tal-fus: aggregati għal tipi ta’ vettura (trakk, vettura artikolata u tren ta’ triq). |
( 1 ) ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1.
( 2 ) ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.