EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0006-20100331

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 6/2003 tat- 30 ta' Diċembru 2002 dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/6/2010-03-31

2003R0006 — MT — 31.03.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 6/2003

tat-30 ta' Diċembru 2002

dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 001, 4.1.2003, p.45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010

  L 61

24

11.3.2010




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 6/2003

tat-30 ta' Diċembru 2002

dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar prospetti ta'l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi sfruttata kemm jista' jkun possibbli l-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, riferita fir-Regolament (KE) Nru 1172/98, filwaqt li tiġi rrispettata s-segretezza tar-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat livell raġjonevoli tal-kwalità fit-tagħrif imxerred u ż-żamma tas-serje ta' statistika eżistenti.

(3)

Huwa meħtieġ illi ċerta informazzjoni tkun magħmula disponibbli lill-Istati Membri sabiex tikkompleta l-kopertura statistika tat-trasport bit-triq fil-livell nazzjonali.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ir-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali trasmessi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skond ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandhom jintużaw sabiex jinbnew it-tabelli statistiċi li jkun fihom il-valuri aggregati miksuba bil-ġabra ta' l-informazzjoni li tibbaża ruħha fuqhom. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha xxerred it-tabelli statistiċi li jirriżultaw skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti l-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 2

It-tixrid għandu jiġi awtorizzat għat-tabelli statistiċi elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

1.  It-tixrid tat-tabelli lil utenti oħra għajr lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjoni li kull ċellola għandha tkun imsejsa fuq mill-inqas 10 registrazzjonijiet ta' vetturi, jiddependi mill-varjant ittabulat. Meta ċellola tiġi msejsa fuq inqas minn 10 reġistrazzjonijiet ta' vetturi, għandha tiġi aggregata maċ-ċelloli l-oħra, jew mibdula u b'sinjal xieraq. It-Tabelli riferiti fl-punt A ta' l-Anness għandhom jitħallew barra minn din ir-regola.

2.  It-tabelli li jinkludu l-valuri aggregati msejsa fuq inqas minn 10 registrazzjonijiet tal-vetturi jistgħu jiġu forniti lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-istatistika Komunitarja tat-trasport fl-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-awtoriajiet nazzjonali japplikaw il-kondizzjoni ddikjarata fil-paragrafu 1 għal kull tabella mxerrda lil utenti oħra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

IL-LISTA TAT-TABELLI GĦAD-DISSEMINAZZJONI

A.    Il-kontinwità tat-tabelli eżistenti

Sabiex tinżamm il-kontinwità, it-tabelli eżistenti jistgħu jiġu ddisseminati mill-Kummissjoni (l-Eurostat).

B.    Tabelli ewlenin

Jistgħu jiġu ddisseminati s-settijiet u s-subsettijiet tat-tabelli tagħhom li ġejjin.



Tabella

Deskrizzjoni

Nota 1

Il-perjodu ta’ referenza

Unitajiet

Nota 2

Noti

B1

Taqsira ta’ attività skont it-tip ta’ operazzjoni u t-tip ta’ trasport

Sena, tliet xhur

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Vettura-km

Nota 3

B2

Trasport, skont it-tip ta’ operazzjoni

Sena, tliet xhur

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Nota 3

B3

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.1

Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (it-total tal-pajjiżi kollha li jirrappurtaw)

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.2

Għat-Tabella B4.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.3

Trasport internazzjonali, skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (b’rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta)

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B4.4

Għat-Tabella B4.3, iżda skont ir-rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

 

B5.1

Trasport, skont ir-reġjun tat-tagħbija

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 4

B5.2

Trasport, skont ir-reġjun tal-ħatt

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 4

B6.1

Trasport, skont il-klassi tad-distanza

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B6.2

Għat-Tabella B6.1, iżda b’rendikont addizzjonali skont it-tip ta’ merkanzija.

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B7

Trasport, skont il-konfigurazzjoni tal-fus

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B8

Trasport, skont kemm għandha snin il-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B9

Trasport, skont il-piż massimu permissibbli tal-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B10

Trasport, skont il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B11

Trasport, skont il-fergħa NACE

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B12

Ċaqliq tal-vettura, mgħobbija jew vojta

Sena

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B13.1

Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu, skont il-piż tal-vettura mgħobbija/vojta u dak massimu permissibbli (it-total tal-pajjiżi kollha li qed jirrappurtaw)

Sena, trimestru

1 000 t

Ċaqliq

 

B13.2

Ċaqliq ta’ vetturi ta’ tranżitu, skont il-pajjiż ta’ tranżitu (bit-tqassim skont il-pajjiż li qed jirrapporta)

Sena

1 000 t

Ċaqliq

 

B14

Trasport ta’ merkanzija perikoluża, skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B15

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija

Sena

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B16

Trasport, skont it-tip ta’ merkanzija u l-klassi tad-distanza

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km

Ċaqliq

 

B17

Trasport nazzjonali skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, skont il-pajjiż li qed jirrapporta

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 5

B18

Trasport internazzjonali, skont ir-reġjun tat-tagħbija u ħatt, total tal-pajjiżi kollha li qed jirrapportaw

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Ċaqliq

Nota 6

Nota 1  Għajr fejn mhux speċifikat mod ieħor, it-tabelli jinkludu rendikont skont il-pajjiż li qed jirrapporta.

Nota 2  Il-miżuri li ġejjin huma kkalkolati internament għat-tabelli kollha:

1 000 t

Miljun tunnellata-km

Miljun vettura-km (mgħobbija, vojta)

Ċaqliq (mgħobbija, vojta)

L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi użati biex jikkalkolaw iċ-ċellola tat-tabella

Din il-kolonna tindika l-miżuri li s-soltu jkunu offruti lill-utenti. Jistgħu jiġu ddisseminati miżuri u unitajiet oħra jekk l-utenti jitolbu dan.

Skont il-ħtiġijiet tal-utenti, it-tabelli jistgħu jkunu bbażati fuq varjabbli marbuta mal-vjaġġ (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A2) jew fuq operazzjonijiet relatati mal-merkanzija (informazzjoni mis-settijiet ta’ dejta tal-A3) (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1172/98). Iċ-ċaqliq għalhekk ikun espress jew bħala għadd ta’ vjaġġi jew bħala għadd ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bażiku. Ċaqliq ta’ tranżitu jkun ittikkettjat b’dan il-mod.

Nota 3  It-tip ta’ operazzjoni titqassam kif ġej:

Vjaġġ nazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, it-tnejn li huma fil-pajjiż li qed jirrapporta.

Vjaġġ internazzjonali: postijiet tat-tagħbija u ħatt, jew it-tnejn, f’pajjiżi oħra għajr il-pajjiż li qed jirrapporta (= total tal-erba’ kategoriji li ġejjin)

(li minnhom)

ħruġ (merkanzija mgħobbija fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda fil-pajjiż li qed jirrapporta u jispiċċa xi mkien ieħor

dħul (merkanzija mħotta fil-pajjiż li qed jirrapporta): il-vjaġġ jibda xi mkien ieħor u jispiċċa fil-pajjiż li qed jirrapporta

traffiku terz: vjaġġ bejn żewġ pajjiżi oħra apparti l-pajjiż li qed jirrapporta

kabutaġġ: vjaġġ bejn post u ieħor f’pajjiż li mhux il-pajjiż li qed jirrapporta.

Nota 4  Id-dejta skont ir-reġjun tat-tagħbija jew ħatt hija ppubblikata fil-livell NUTS-3.

Nota 5  Għat-trasport nazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-2.

Nota 6  Għat-trasport internazzjonali, il-postijiet tat-tagħbija jew ħatt huma ppubblikati fil-livell NUTS-1.

C.    It-Tabelli dwar il-kabutaġġ

Sabiex jiġi pprovdut it-tagħtif dwar il-kabutaġġ ekwivalenti għal dak disponibbli fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3118/93 ( 2 ), jista’ jiġi ddisseminat is-sett ta’ tabelli u s-subsettijiet ta’ dawn it-tabelli li ġejjin:



 

Deskrizzjoni

Perjodu

Unità

C1

Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li qed jirrapporta

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

C2

Il-kabutaġġ li jsir mill-burdnara minn kull pajjiż li qed jirrapporta, skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

C3

Il-kabutaġġ mill-pajjiż li qed jirrapporta, u skont il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ

Sena

1 000 t

Miljun tunnellata-km

D.    It-Tabelli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

Sabiex jiġu megħjuna l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, eskluż il-pajjiż li qed jirrapporta, fil-binja ta’ statistika kompleta dwar il-ħidmiet tat-trasport bit-triq fit-territorju nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiġu forniti bl-inkartamenti tal-informazzjoni aggregata li ġejjin:



 

Deskrizzjoni

Perjodu

Aggregata fuq dimensjonijiet

Nota 7

Unitajiet

D.1

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— il-pajjiż tat-tagħbija

— il-pajjiż tal-ħatt

— tip ta’ merkanzija

— tip ta’ trasport

— klassi ta’ snin

— klassi ta’ distanza

— konfigurazzjoni tal-fus

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D.2

Trasport ta’ merkanzija perikoluża fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi mgħobbija)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— il-pajjiż tat-tagħbija

— il-pajjiż tal-ħatt

— merkanzija perikoluża

— tip ta’ trasport

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D2

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell ta’ pajjiż (vjaġġi vojta)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— pajjiż tal-oriġini

— pajjiż tad-destinazzjoni

— tip ta’ trasport

— klassi ta’ snin

— klassi ta’ distanza

Vettura-km

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.1

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— reġjun tat-tagħbija

— reġjun tal-ħatt

— konfigurazzjoni tal-fus

— tip ta’ merkanzija

— klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.2

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— reġjun tat-tagħbija

— tip ta’ merkanzija

— konfigurazzjoni tal-fus

— klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D3.3

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— reġjun tal-ħatt

— tip ta’ merkanzija

— konfigurazzjoni tal-fus

— klassi ta’ snin

Tunnellati

Tunnellata-Km

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D4

Operazzjonijiet ta’ trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi vojta)

Sena

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— regjun ta’ oriġini

— regjun ta’ destinazzjoni

— konfigurazzjoni tal-fus

— klassi ta’ snin

Vettura-km

Ċaqliq

Għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

D5

Trasport ta’ tranżitu (vjaġġi mgħobbija u vojta)

Sena

— pajjiż ta’ tranżitu

— il-pajjiż li qed jirrapporta.

— mgħobbija/vojta

— regjun ta’ oriġini

— regjun ta’ destinazzjoni

Tunnellati

Ċaqliq

L-għadd ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi

Nota:  Għat-tabelli-D, se jintużaw il-klassifiki li ġejjin:

tip ta’: trasport għal rasu/b’kiri jew bi premju

klassi ta’: snin: tliet klassijiet

klassi ta’: distanza: erba’ klassijiet

reġjun: NUTS-3

konfigurazzjoni tal-fus: aggregati għal tipi ta’ vettura (trakk, vettura artikolata u tren ta’ triq).



( 1 ) ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.

Top