EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003D0076-20210811
Council Decision of 1 February 2003 establishing the measures necessary for the implementation of the Protocol, annexed to the Treaty establishing the European Community, on the financial consequences of the expiry of the ECSC Treaty and on the Research Fund for Coal and Steel (2003/76/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (2003/76/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (2003/76/KE)
02003D0076 — MT — 11.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►C1 ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ◄ (ĠU L 029 5.2.2003, p. 22) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 101 |
1 |
20.4.2018 |
||
L 261 |
54 |
22.7.2021 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Frar 2003
li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
(2003/76/KE)
Artikolu 1
Il-Kummissjoni għandha tħassar il-pretensjonijiet, anke qabel ma jiġu eżawriti r-rimedji kollha msemmija, fil-każijiet li ġejjin:
fejn il-kost prevedibbli tal-irkupru jkun jaqbeż l-ammont li jrid jiġi rkuprat u t-tħassir ma jkunx jagħmel ħsara lill-immaġni tal-Unjoni;
fejn it-talba ma tkunx tista’ tiġi rkuprata fid-dawl tal-insolvenza tad-debitur, jew ta’ kwalunkwe proċedimenti ta’ insolvenza oħrajn;
fejn l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 2
Artikolu 3
Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser ikunu annessi mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni kull sena taħt l-Artikolu 318 TFUE u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”).
Is-setgħat tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħelsien mid-dejn kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
▼M2 —————
Artikolu 4a
L-ammont li jikkorrispondi għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu saru mill-24 ta' Lulju 2002 skont l-Artikolu 4(5) għandu jsir disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar fl-10 ta' Mejju 2018.
Artikolu 5
▼M2 —————
Artikolu 6
L-investiment amministrattiv li huwa riżultat tal-likwidazzjoni, l-investment u l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijet msemmija f'din id-deċiżjoni, li jikkorrispondu ma' l-investiment stabbilit fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tat-8 ta' April 1965, l-ammont li minnu ġie aġġustat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont t'attiv u passiv tal-KEFA f'karta tal-bilanċ li nqalgħet nhat it-23 ta' Lulju 2002.
Artikolu 8
Din id-deċiżjoni tiġi fis-seħħ l-għada li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Għandha tgħodd mill-24 ta' Lulju 2002.
Artikolu 9
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
▼M2 —————
( 1 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).