EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003D0076-20180510

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. (2003/76/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/76(1)/2018-05-10

02003D0076 — MT — 10.05.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-1 ta' Frar 2003

li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

(2003/76/KE)

(ĠU L 029 5.2.2003, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/599 tas-16 ta' April 2018

  L 101

1

20.4.2018




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-1 ta' Frar 2003

li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

(2003/76/KE)



Artikolu 1

1.  Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-istralċ ta' attivitajiet finanzjarji tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li jkun għadhom fis-seħħ meta jiskadi t-Trattat tal-KEFA Treaty. Billi debitur tal-KEFA kontumaċja waqt il-perjodu ta' likwidazzjoni, it-telf li jirriżulta se jkun iċċarġjat l-ewwel bih il-kapital eżistenti u wara l-introjtu tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni, qabel ma tikkanċella xi pretensjoni kontra debitur tal-KEFA kontumaċja, tqis ir-rimedji kollha inkluż it-talba fuq garanti (ipoteki, kawzjonijiet, garanti jew oħrajn). Il-Kummissjoni tirriserva l-azzjonijiet kollha possibbli f'każ li d-debitur jsib soluzzjoni.

2.  Il-likwidazzjoni se tkun immexxija skond ir-regoli u l-proċeduri li japplikaw għal dawn l-operazzjonijiet, filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-Komunità jgawdu mill-poteri u prerogattivi eżistenti previsti mit-Trattar tal-KEFA u mill-leġislazzjoni sekondarja li daħlet fis-seħħ nhar it-23 ta' Lulju 2002.

Artikolu 2

1.  Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-attiv b'tali b'mod li tassigura prospetti fit-tul. L-investiment ta' l-attiv likwidu għandu jkun immirat għall-għola investiment possibbli li huwa kompatibbli mas-sigurtà.

2.  Il-Kunsill, li aġixxa b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta tal-Kummssjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, se jadotta gwidi finanzjarji multiannwali għal amministrazzjoni ta' l-attiv.

Artikolu 3

1.  Kull sena se jinħadmu kont ta' qligħ u telf, karta ta' bilanċ, u rapport finanzjarju biex juru, separatament minn operazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Komunitajiet li jkun fadal, l-operazzjonijiet ta' likwidazzjoni previsti fl-Artikolu 1 u l-operazzjonijiet ta' l-investiment taħt l-Artikolu 2.

Dawn ir-rendikontijiet finanzjarji se jkunu annessi mar-rendikontijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni ta' kull sena taħt l-Artikolu 275 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.  Il-poteri tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħlas tad-dejn kif imsemmi fit-Trattat li tistabbilixxi il-Komunità Ewropea u fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għal operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.  Introjtu nett minn investimenti previsti taħt l-Artikolu 2 għandhom jikkostitwixxu introjtu fil-budget ta' l-Unjoni Ewropea. Dan l-introjtu għandu jkun assenjat għal raġuni speċifika, jiġifieri, riċerka finanzjarja proġettata fis-setturi relatati ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar li mhux koperti mill-Programm tar-Riċerka. Dan se jifforma l-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u se tkun inkarigata minnu l-Kummissjoni.

2.  L-introjtu msemmi fil-paragrafu 1 se jkun mqassam hekk, 27,2 % se jkun assenjat għar-riċerka li għandha x'taqsam mal-faħam u 72,8 % għar-riċerka li għandha x'taqsam ma' l-azzar. Fil-każ ta' bżonn, il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jimmodifika l-iskomposizzjoni bejn ir-riċerka relatata ma' l-faħam u r-riċerka relatata ma' l-azzar.

3.  Il-proċeduri multiannwali tekniċi għall-programm se jkunu adottati mill-Kunsill li jrid jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew.

▼M1

4.  Id-dħul mhux użat u l-approprjazzjonijiet li ġejjin minn dan id-dħul li jkunu għadhom disponibbli fil-31 ta' Diċembru ta' xi sena partikolari, kif ukoll l-ammonti rkuprati, għandhom jiġu riportati awtomatikament għas-sena ta' wara. Dawk l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal partiti oħra tal-baġit.

5.  L-approprjazzjonijiet baġitarji li jikkorrispondu għall-kanċellamenti ta' impenji għandhom jiskadu b'mod awtomatiku fi tmiem kull sena finanzjarja. Il-provvedimenti għal impenji rilaxxati minħabba kanċellamenti għandhom ikunu disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

▼M1

Artikolu 4a

L-ammont li jikkorrispondi għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu saru mill-24 ta' Lulju 2002 skont l-Artikolu 4(5) għandu jsir disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar fl-10 ta' Mejju 2018.

▼B

Artikolu 5

1.  Introjtu nett qiegħed għad-dispożizzjoni (jew disponibbli) għar-riċerka finanzjarja proġettata għas-sena n + 2 se tkun irrekordjata fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA f'likwidazzjoni tas-sena n, u, mat-tmiem tal-likwidazzjoni, fil-karta tal-bilanċ ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

2.  Sabiex jonqos il-flatwazzjoni fil-fondi tar-riċerka dovut għall-movimenti finanzjarji mqiegħda fis-suq, għandu jsir livellar u jkun hemm disposizzjonijijiet ta' kontinġenza. Id-dettalji tal-kalkulazzjonijiet għal livellar li jiddeterminaw id-daqs tad-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza jinsabu fl-Anness.

Artikolu 6

L-investiment amministrattiv li huwa riżultat tal-likwidazzjoni, l-investment u l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijet msemmija f'din id-deċiżjoni, li jikkorrispondu ma' l-investiment stabbilit fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tat-8 ta' April 1965, l-ammont li minnu ġie aġġustat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeà.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont t'attiv u passiv tal-KEFA f'karta tal-bilanċ li nqalgħet nhat it-23 ta' Lulju 2002.

Artikolu 8

Din id-deċiżjoni tiġi fis-seħħ l-għada li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeà.

Għandha tgħodd mill-24 ta' Lulju 2002.

Artikolu 9

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Il-proċeduri li ġejjin jistabbilixxu l-ammont ta' introjtu nett li għandu jiġi assenjat għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar

1.   INTRODUZZJONI

L-Introjtu nett li jista' jiġi użat biex jiffinanzja proġetti ta' riċerka li jikkorrispondi mar-riżultat nett ta' kull sena tal-KEFA f'likwidazzjoni u konsegwentement, meta l-likwidazzjoni tkun ġiet kompluta, għall-fini tar-riżultat nett ta' kull sena ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. Il-metodu użat jikkonsisti milli jiġu stabbilitti il-fondi għar-riċerka tal-faħam u l-azzar għas-sena n + 2 meta tiġi maħduma l-karta tal-bilanċ għas-sena n, wara li jkun ġie meqjus nofs iż-żieda jew tnaqqis fir-riżultat nett b'konnessjoni ma' l-aħħar lieva ta' fondi assenjat għar-riċerka tal-faħam u l-azzar.

2.   DEFINIZZJONI

n

:

is-sena ta' referenza

Rn

:

ir-riżultat nett għas-sena n

Pn

:

id-disposizzjonijijiet ta' kontinġenza għas-sena n

Dn + 1

:

l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 1 (jistabbilixxu meta l-karta tal-bilanċ għas-sena n - 1 tiġi maħduma)

Dn + 2

:

l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2

3.   L-ALGORITHMS UŻAT

L-algorithms użat biex jistabbilixxi id-daqs tad-disposizzjonijijiet tal-kontinġenza u l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2, li se jidher fil-karta tal-bilanċ għas-sena n, huma kif ġejjin:

3.1. iddaqs dispożizzjonijiet kontinġenza

image

3.2. l-allokazzjonijiet għar-riċerka għas-sena n + 2 (sa l-ammont li jqarrab għall-eqreb jew żajbar sa l-eqreb EURO 100 000 . Jekk il-kalkulazzjoni tagħti riżulatat preċizament fin-nofs, l-allokazzjoni se tingħata sa l-eqreb EURO 100 000 ):

image

Meta approprjat, l-ammont meħtieġ għar-rounding up (jew l-ammont li jkun fadal mir-rounding down) għandu jkun meħud mid- (jew ritornat lid-) dispożizzjonijiet tal-kontinġenza.

Top