EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003D0017-20181202

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2003/17/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/17(1)/2018-12-02

02003D0017 — MT — 02.12.2018 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-16 ta’ Diċembru 2002

dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/17/KE)

(ĠU L 008 14.1.2003, p. 10)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2003/403/KE tas-26 ta’ Mejju 2003

  L 141

23

7.6.2003

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 885/2004, tal-26 ta' April 2004,

  L 168

1

1.5.2004

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/834/KE tat-8 ta' Novembru 2005

  L 312

51

29.11.2005

 M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/780/KE tas-26 ta’ Novembru 2007

  L 314

20

1.12.2007

►M6

DEĊIŻJONI Nru 1105/2012/EU TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-21 ta’ Novembru 2012

  L 328

4

28.11.2012

►M7

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M8

REGOLAMENT (UE) 2018/1674 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2018

  L 284

31

12.11.2018




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-16 ta’ Diċembru 2002

dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/17/KE)



▼M3

Artikolu 1

▼M8

L-ispezzjonijiet fuq il-post li jirrigwardaw l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa tal-ispeċijiet speċifikati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni mwettqa fil-pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE ( 1 ) sakemm dawn:

▼M3

(a) jitwettqu uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati fl-Anness I, jew taħt is-sorveljanza uffiċjali ta' dawk l-awtoritajiet;

(b) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt A ta' l-Anness II.

▼M8

Artikolu 2

Iż-żerriegħa tal-ispeċijiet speċifikati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, prodotta fil-pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness u ċċertifikata uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati f’dak l-Anness, għandha titqies ekwivalenti għaż-żerriegħa li tikkonforma mad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE, jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt B tal-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 3

▼M8

1.  Meta żerriegħa ekwivalenti tiġi “mogħtija t-tikketta mill-ġdid u marbuta mill-ġdid” fil-Komunità, fit-tifsira tal-Iskemi tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetà taż-Żerriegħa li timxi fil-Kummerċ Internazzjonali, għandhom japplikaw b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-għeluq mill-ġdid tal-pakketti prodotti fil-Komunità.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-OECD applikabbli għal tali operazzjonijiet.

▼B

2.  Meta jkunu meħtieġa fil-Komunità l-għoti mill-ġdid tat-tikketti u l-irbit mill-ġdid taż-żerriegħa ekwivalenti, għandom jintużaw it-tikketti KE biss:

(a) jekk iż-żerriegħa prodotta fl-Istati Membri u ż-żerriegħa ta’ l-istess varjetà u kategorija prodotta fil-pajjiżi terzi jiġu mħallta flimkien sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-ġerminazzjoni, sakemm:

 it-taħlita tkun omoġenja, u

 it-tikketta ssemmi kull pajjiż tal-produzzjoni; jew

▼M8

(b) għall-pakketti żgħar tal-KE fit-tifsira tad-Direttivi 66/401/KEE, 2002/54/KE jew 2002/55/KE.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2003 sal- ►M6  31 ta’ Diċembru 2022 ◄ .

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M6




ANNESS I



IL-PAJJIŻI, L-AWTORITAJIET U L-ISPEĊIJIET

Pajjiż (1)

Awtorità

Speċijiet imsemmija fid-Direttivi li ġejjin

1

2

3

AR

Instituto Nacional de Semillas (INASE)

Av. Paseo Colón 922, 3 Piso

1063 BUENOS AIRES

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

AU

Australian Seeds Authority LTD.

P.O. BOX 187

LINDFIELD, NSW 2070

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

▼M8

BR

Ministry of Agriculture, Livestock and Food Supply

Esplanada dos Ministérios, bloco D

70.043-900 Brasilia-DF

66/401/KEE

66/402/KEE

▼M6

CA

Canadian Food Inspection Agency, Seed Section, Plant Health & Biosecurity Directorate

59 Camelot Drive, Room 250, OTTAWA, ON K1 A 0Y9

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

CL

Ministerio de Agricultura

Servicio Agricola y Ganadero, División de Semillas

Casilla 1167, Paseo Bulnes 140 - SANTIAGO DE CHILE

2002/54/KE

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

▼M7 —————

▼M6

IL

Ministry of Agriculture & Rural Development

Plant Protection and Inspection Services

P.O. BOX 78, BEIT-DAGAN 50250

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

MA

D.P.V.C.T.R.F.

Service de Contrôle des Semences et Plants,

B.P. 1308 RABAT

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

▼M8

MD

National Agency for Food Safety (ANSA)

str. Mihail Kogălniceanu 63,

MD-2009, Chisinau

66/402/KEE

2002/55/KE

2002/57/KE

▼M6

NZ

Ministry for Primary Industries,

25 “THE TERRACE”

P.O. BOX 2526

6140 WELLINGTON

2002/54/KE

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

RS

Ministry of Agriculture, Forestry and Water Management Plant Protection Directorate

Omladinskih brigada 1, 11070 NOVI BEOGRAD

Il-Ministeru tal-Agrikoltura awtorizza lill-istituzzjonijiet li ġejjin sabiex joħorġu ċ-ċertifikati OECD:

National Laboratory for Seed Testing

Maksima Gorkog 30 - 21000 NOVI SAD

Maize Research Institute “ZEMUN POLJE”

Slobodana Bajica 1

11080 ZEMUN, BEOGRAD

2002/54/KE

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

TR

Ministry of Agriculture and Rural Affairs,

Variety Registration and Seed Certification Centre

Gayret mah. Fatih Sultan Mehmet Bulvari No:62

P.O.BOX: 30,

06172 Yenimahalle/ANKARA

2002/54/KE

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

US

USDA - Agricultural Marketing Service

Seed Regulatory & Testing Branch

801 Summit Crossing, Suite C, GASTONIA NC 28054

2002/54/KE

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

UY

Instituto Nacional de Semillas (INASE)

Cno. Bertolotti s/n y Ruta 8 km 29

91001 PANDO - CANELONES

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE

ZA

National Department of Agriculture,

c/o S.A.N.S.O.R.

Lynnwood Ridge, P.O. BOX 72981, 0040 PRETORIA

66/401/KEE

66/402/KEE – fir-rigward biss ta’ Zea mays u Sorghum spp.

2002/57/KE

(1)   AR – l-Arġentina, AU – l-Awstralja, ►M8  BR – il-Brażil, ◄ CA – il-Kanada, CL – iċ-Ċili, ►M8  HR – il-Kroazja, ◄ IL – l-Iżrael, MA – il-Marokk, ►M8  MD – ir-Repubblika tal-Moldova, ◄ NZ – New Zealand, RS – is-Serbja, TR – it-Turkija, US – l-Istati Uniti, UY – l-Urugwaj, ZA – l-Afrika t’Isfel.

▼B




L-ANNESS II

A.   Il-Kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa

1.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu skond ir-regoli nazzjonali sabiex jiġu applikati l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali kif ġej:

 iż-żerriegħa tal-pitravi għaz-zokkor u tal-pitravi għall-għalf aħdar, fil-każ tal-Beta vulgaris riferita fid-Direttiva 2002/54/KE,

 iż-żerriegħa tal-ħaxix u tal-legumi, fil-każ ta’ l-ispeċji riferitri fid-Direttiva 66/401/KEE,

 iż-żerrtiegħa tal-kruċiferi u żerriegħa oħra ta’ l-ispeċji taż-żejt u l-fibri, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttivi 66/401/KEE u 2002/57/KE,

 iż-żerriegħa taċ-ċereali, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE, għajr għaż-Zea mays u s-Sorgu spp.,

 iż-żerriegħa tal-qamħ ir-rum u s-sorgu, fil-każ taż-Zea mays u s-Sorgu spp. riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE,

▼M8

 iż-żerriegħa tal-ħxejjex, fil-każ tal-ispeċijiet imsemmija fid-Direttiva 2002/55/KE.

▼B

2.

Iż-żerriegħa mhux iċċertifikata finalment għandha tiġi ppakkjata f’pakkeġġi magħluqa uffiċjalment li jġorru tikketta speċjali pprovvduta għal dan il-għan mill-OECD.

3.

Iż-żerriegħa mhux iċċertifikata finalment għandha tkun akkumpanjata, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikat ipprovvdut mill-iskemi ta’ l-OECD, b’ċertifikat uffiċjali li jagħti t-tagħrif li ġej:

 in-numru tar-referenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa, u l-isem ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

 iż-żona kkultivata,

 il-kwantità taż-żerriegħa,

 l-attestat illi kienu ġew imwettqa l-kondizzjnjiet li riedu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba’ li minnhom ġiet iż-żerriegħa.

B.   Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu maż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

1.

Iż-żerriegħa għandha tkun iċċertifikata finalment u l-pakkeġġi tagħha magħluqa uffiċjalment skond ir-regoli nazzjonali sabiex jiġu applikati l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali kif ġej; il-lottijiet taż-żerriegħa għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati meħtieġa taħt dawn l-iskewmi ta’ l-OECD:

 iż-żerriegħa tal-pitravi għaz-zokkor u tal-pitravi għall-għalf aħdar, fil-każ tal-Beta vulgaris riferita fid-Direttiva 2002/54/KE,

 iż-żerriegħa tal-ħaxix u tal-legumi, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/401/KEE,

 iż-żerriegħa tal-kruċiferi u żerriegħa oħra ta’ l-ispeċji taż-żejt u l-fibri, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttivi 66/401/KEE u 2002/57/KE,

 iż-żerriegħa taċ-ċereali, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE, għajr għaż-Zea mays u s-Sorgu spp.,

 iż-żerriegħa tal-qamħ ir-rum u s-sorgu, fil-każ taż-Zea mays u s-Sorgu spp. riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE,

▼M8

 iż-żerriegħa tal-ħxejjex, fil-każ tal-ispeċijiet imsemmija fid-Direttiva 2002/55/KE.

▼B

Barra minn dan, iż-żerriegħa għandha trissodisfa l-kondizzjonijiet tar-regoli Komunitarji għajr dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-identità tal-varjetal u s-safa tal-varjetal.

2.

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2.1.

Il-kondizzjonijiet li ż-żerriegħa għandha tissodisfa skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fid-Direttivi li ġejjin:

 l-Anness II mad-Direttiva 66/401/KEE,

 l-Anness II mad-Direttiva 66/402/KEE,

 l-Anness I (B) mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE,

▼M8

 id-Direttiva 2002/55/KE, Anness II,

▼B

 l-Anness II mad-Direttiva 2002/57/KE.

▼M8

2.2.

Għall-fini tal-eżami biex jiġi ċċekkjat jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.1, għandhom jittieħdu kampjuni b’mod uffiċjali jew taħt superviżjoni uffiċjali skont ir-Regoli tal-ISTA, u l-piżijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mal-piż stipulat skont dawn il-metodi, filwaqt li jitqiesu l-piżijiet speċifikati fid-Direttivi li ġejjin:

 id-Direttiva 66/401/KEE, Anness III, kolonni 3 u 4,

 id-Direttiva 66/402/KEE, Anness III, kolonni 3 u 4,

 id-Direttiva 2002/54/KE, Anness II, it-tieni linja,

 id-Direttiva 2002/55/KE, Anness III,

 id-Direttiva 2002/57/KE, Anness III, kolonni 3 u 4.

2.3.

L-eżami għandu jitwettaq b’mod uffiċjali jew taħt superviżjoni uffiċjali skont ir-Regoli tal-ISTA.

▼M8 —————

▼B

3.

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward il-għoti tal-marka lill-pakkeġġi.

3.1.

Għandu jingħata t-tagħrif uffiċjali li ġej:

 dikjarazzjoni illi ż-żerriegħa tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-regoli Komunitarji għajr dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-identità tal-varjetal u s-safa tal-varjetal: “ir-regoli u l-istandards tal-KE”,

▼M8

 dikjarazzjoni li ttieħdu kampjuni miż-żerriegħa u ġew ittestjati skont metodi internazzjonali attwali: “Ittieħed kampjun u ġie analizzat f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli Internazzjonali għall-Ittestjar taż-Żrieragħ tal-ISTA fir-rigward taċ-Ċertifikati Internazzjonali Oranġjo tal-Lott ta’ Żrieragħ minn …, (isem jew kodiċi tal-membru tal-istazzjon tat-testijiet taż-żrieragħ tal-ISTA)”,

▼B

 id-data uffiċjali tal-għeluq,

 meta l-lottijiet kienu “mogħtija t-tikketta mill-ġdid u marbuta mill-ġdid” fit-tifsira ta’ l-iskemi ta’ l-OECD, kif ukoll dikjarazzjoni illi din il-ħidma saret, id-data l-iktar riċenti tal-għeluq mill-ġdid u l-Awtoritajiet responsabbli minn dawn.

 il-pajjiż tal-produzzjoni,

 il-piż nett jew gross iddikjarat, jew in-numru ddkjarat taż-żerriegħa pura jew, fil-każ taż-żerriegħa tal-pitravi, l-għenieqed, u

 meta jiġi indikat il-piż u jintużaw il-pestiċidi gerbub, is-sustanzi li jagħmlu l-gerbub jew additivi oħra solidi, in-natura ta’ l-additiv kif ukoll il-proporzjon bejn wieħed u ieħor bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew fuq it-tikketta ta’ l-OECD jew fuq tikketta uffiċjali miżjuda li għandha tagħti l-isem tas-servizz u tal-pajjiż. Kull tikketta tal-fornitur għandha titfassal f’manjiera hekk illi ma tistax tiġi mħawda tat-tikketta uffiċjali miżjuda.

3.2.

Fil-każ taż-żerriegħa ta’ varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew xorta oħra, li jitwaħħlu mal-lott taż-żerriegħa jew jakkumpanjawha, għandhom jindikaw biċ-ċar illi l-varjietà ġiet immodifikata ġenetikament u għandhom jipprovdu kull tagħrif ieħor li jista’ jiġi stabbilit fil-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-liġijiet Komunitarji.

3.3.

Avviż uffiċjali mqiegħed ġewwa l-pakkeġġ għandu jagħti mill-inqas in-numru tar-referenza tal-lott, l-ispeċje u l-varjetà; b’żieda ma’ dan, fil-każ taż-żerriegħa tal-pitravi, għandu jiġi ddikjarat, meta approprjat, jekk iż-żerriegħa hix ta’ ġermolju wieħed jew żerriegħa tal-preċiżjoni.

Dan l-avviż mhux meħtieġ jekk it-tagħrif minimu jkun stampat mingħajr ma jista’ jitħassar fuq il-pakkeġġ jew jekk jintużaw tikketta adeżiva jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

3.4.

Kull trattament kimiku taż-żerriegħa u tas-sustanza attiva għandhom jiġu nnotati jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq tikketta speċjali kif ukoll fuq il-kontenitur jew ġo fih.

3.5.

It-tagħrif kollu meħtieġ għat-tikketti uffiċjali, għall-avviżi uffiċjali u għall-pakkeġġi għandu jingħata f’mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità.

▼M8

4.

Il-lottijiet ta’ żrieragħ għandhom ikunu akkumpanjati minn Ċertifikat Internazzjonali Oranġjo tal-ISTA tal-Lott ta’ Żrieragħ li jagħti t-tagħrif marbut mal-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2.

▼B

5.

Fil-każ taż-żerriegħa bażika tal-verjetajiet li huma miżmuma esklussivament fil-Komunità, iż-żerriegħa tal-ġenerazzjonjiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotta fil-Komunità.

Fil-każ taż-żerriegħa bażika tal-varjetajiet l-oħra, iż-żerriegħa tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotti taħt ir-responsabbiltà tal-persuni responsabbli mit-tagħmir taż-żamma, riferit fil-katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċji tal-pjanti jew ġewwa l-Komunità jew fil-pajjiż terz fejn tkun ġiet konċessa, skond id-Direttiva 97/788KE ( 2 ), l-ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiċi taż-żamma tal-varjetajiet imwettqa fil-pajjiżi terzi.

6.

Għaż-żerriegħa ċċertifikata tal-ġenerazzjonijiet kollha, iż-żerriegħa ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotta u kkontrollata u ċċertifikata uffiċjalment:

 jew ġewwa l-Komunità, jew

 f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond din id-Deċiżjoni sabiex jipproduċi ż-żerriegħa bażika ta’ l-ispeċje interessata, sakemm din tkun ġiet prodotta minn żerriegħa prodotta skond il-paragrafu 5.

7.

Fil-każ tal-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, bħala deroga minn:

 il-punti 2 u 3,

 it-tieni inċiż tal-punt 3.1 (1), u

 il-punt 4,

it-teħid tal-kampjuni, it-testijiet u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi taż-żerriegħa jistgħu jitwettqu minn laboratorji kkonoxxuti uffiċjalment li jittestjaw iż-żerriegħa skond ir-regoli ta’ l-AAUŻ. F’dan il-każ:

 għandha tingħata d-dikjarazzjoni li ġejja skond il-paragrafu 3.1: “Ikkampjunata u analizzata skond ir-regoli ta’ l-AAUŻ minn …” (l-isem u l-inizjali tal-laboratorju tat-testijiet taż-żerriegħa kkonoxxut uffiċjalment), u

 iċ-ċertrifikati meħtieġa skond il-paragrafu 4 għandhom jinħarġu minn laboratorju tat-testijiet taż-żerriegħa kkonoxxut uffiċjalment taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtoritajiet elenkati fl-Anness I.



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

( 2 ) ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 39. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/580/KE (ĠU L 184, tat-13.7.2002, p. 26).

Top