EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002R1221-20130701
Regulation (EC) No 1221/2002 of the European Parliament and of the Council of 10 June 2002 on quarterly non-financial accounts for general government
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika
2002R1221 — MT — 01.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1221/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1221/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' Ġunju 2002
dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur ta' l-amministrazzjoni pubblika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ( 4 ), (ESA 95), fiha l-qafas ta' referenza ta' regoli ta' standards, definizzjonijiet, klassifiki u kontijiet komuni biex jinkitbu l-kontijiet ta' l-Istati Membri għar-rekwiżiti ta' statistika tal-Komunità, biex jinkisbu riżultati komparabbli bejn Stati Membri. |
(2) |
Ir-rapport mill-Kumitat Monetarju dwar rekwiżiti ta' informazzjoni, endorsjat mill-Kunsill ta' l-Ecofin fit-18 ta' Jannar 1999, enfasizza li, għall iffunzjonar kif imiss ta' l-unjoni ekonomika u monetarja u s-suq uniku, sorveljanza effettiva u kordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi huma ta' importanza kbira u li dan jirrikjedi sistema komprensiva ta' informazzjoni statistika li tipprovdi lil dawk li jagħmlu l-politika bid-data meħtieġa li fuqha jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Ir-rapport iddkjara wkoll li prijorita għolja għandha tingħata lil statistiċi ta' finanzi pubbliċi fuq terminu qasir għal Stati Membri, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fl-unjoni ekonomika u monetarja, u li l-għan kien il-kompilazzjoni ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur issimplifikati għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika li tirriżulta minn avviċinament pass pass. |
(3) |
Huwa xieraq li jkunu ddefiniti kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur issimplifikati għal amministrazzjoni pubblika b'referenza għal-lista tal-kategoriji ta' l-ESA 95 ta' spiża u introjtu tal-gvern iddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000 ta' l-10 ta' Lulju 2000 li jimpliment r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward l-ispiża u introjtu ta' l-amministrazzjoni pubblika ( 5 ). |
(4) |
Il-prijorita fl-avviċinament pass pass ingħata lit-taxxi, kontribuzzjonijiet soċjali attwali u benefiċċji soċjali barra minn trasferimenti soċjali f'oġġetti, bħala kategoriji li jirrapreżentaw indikaturi ta' min joqgħod fuqhom ta' tendenzi fil-finanzi pubbliċi li huma diġa disponibbli fil-ħin (l-ewwel pass). |
(5) |
It-trasmissjoni ta' l-ewwel sett ta' kategoriji fuq bażi ta' kull tliet xhur, minn Ġunju 2000, fl-Istati Membri kollha hija koperta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat-3 ta' Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2223/96 rigward statistiċi finanzjarji pubbliċi ta' termini qosra ( 6 ). |
(6) |
Huwa meħtieġ li l-ewwel pass ikun issupplimentat b'sett ieħor ta' kategoriji biex tinkiseb il-lista sħiħa ta' kategoriji li jikkostitwixxu l-ispiża u l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika. |
(7) |
Il-kredibilita tad-data ta' kull tliet xhur li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament rigward id-data annwali għandha tkun stmata (ivvalutata). Rapport dwar il-kwalità tad-data ta' kull tliet xhur għandu għalhekk isir qabel tmiem l-2005. |
(8) |
L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 jippreskrivu l-kondizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista' tadotta emendi għall-metodoloġija ta' l-ESA 95 biex tiċċara u ttejjeb il-kontenut tagħha. Il-kompilazzjoni ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għall amministrazzjoni pubblika għandu jirrikjedi riżorsi addizzjonali fl-Istati Membri. It-trasmissjoni tagħhom lill-Kummissjoni għalhekk għandha tkun ittrattata permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(9) |
Il-Kumitat dwar il-Programm Statistiku (SPC), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 7 ), u l-Kumitat dwar Statistiċi Monetarji, Finanzjarji u Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB), imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/115/KEE ( 8 ), kien kull wieħed minnhom ikkonsultat skond l-Artikolu 3 ta' dawk id-Deċiżjonijiet, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddefinixxi l-kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika, jippreskrivi l-lista ta' kategoriji ta' l-ESA 95 li għandha tintbagħat lil Stati Membri mit-30 ta' Ġunju 2002 u jispeċifika l-karatteristiċi prinċipali ta' dawn il-kategoriji.
Artikolu 2
Kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika
Il-kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika huwa ddefinit fl-Anness b'referenza għal lista ta' kategoriji ta' l-ESA 95 li jikkostitwixxu l-ispiża u l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika.
Artikolu 3
Kategoriji kkonċernati bit-trasmissjoni ta' data ta' kull tliet xhur
1. Stati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) data ta' kull tliet xhur għall-kategoriji jew grupp ta' kategoriji inklużi fil-lista pprovduta fl-Anness, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kategoriji li għalihom id-data għandha tkun trasmessa skond ir-Regolament (KE) Nru 264/2000.
2. Data ta' kull tliet xhur għandha tkun trasmessa għall-kategoriji (jew gruppi ta' kategoriji) ta' spiża u introjtu ta' amministrazzjoni pubblika li ġejjin:
(a) spiża:
— konsum intermedju (P.2)
— formazzjoni ta' kapital gross + Akkwisti naqqas ir-rimi ta' assi mhux finanzjarji mhux prodotti (P.5 + K.2)
— formazzjoni tal-kapital fiss gross (P.51)
— kumpens lill-impjegati (D.1)
— taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29)
— sussidji, pagabbli (D.3)
— introjtu minn proprjeta (D.4)
— imgħax (D.41)
— taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ. (D.5)
— trasferimenti soċjali f'oġġetti konnessi ma' spiża fuq prodotti forniti lil djar via produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131)
— trasferimenti kurrenti oħra (D.7)
— aġġustament għat-tibdil f'net equity ta' djar fir-riżervi ta' fondi tal-pensjoni (D.8)
— taxxi kapitali + Għotjiet għall-investimenti + trasferimenti kapitali oħra, pagabbli (D.91 + D.92 + D.99).
(b) introjtu:
— prodott tas-suq + Prodott għal użu finali proprju + Pagamenti għall-prodott mhux tas-suq l-ieħor (P.11 + P.12 + P.131)
— sussidji oħra fuq il-produzzjoni, riċevibbli (D.39)
— introjtu minn proprjeta (D.4)
— kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti (D.612)
— trasferimenti oħra kurrenti (D.7)
— għotjiet għall-investimenti + Trasferimenti oħra kapitali, riċevibbli (D.92 + D.99).
3. Transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 jkunu kkonsolidati ġewwa s-settur tal-amministrazzjoni pubblika. It-transazzjonijiet l-oħra m'humiex ikkonsolidati.
Artikolu 4
Kompilazzjoni tad-data ta' kull tliet xhur: sorsi (għejun) u metodi
1. Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2001 'il quddiem għandha tkun ikkompilata skond ir-regoli li ġejjin:
(a) data ta' kull tliet xhur għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq informazzjoni diretta minn sorsi bażiċi, bil-għan li jitnaqqsu, għal kull tliet xhur, id-differenzi bejn l-ewwel estimi u ċ-ċifri finali;
(b) l-informazzjoni diretta għandha tintemm b'aġġustamenti ta' kopertura, jekk meħtieġa, u b'arranġamenti konċettwali biex id-data ta' kull tliet xhur tinġieb taqbel mal-konċetti ta' l-ESA 95;
(ċ) id-data ta' kull tliet xhur u d-data annwali korrispondenti għandhom ikunu konsistenti.
2. Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-1999 sar-raba' tliet xhur ta' l-2000 għandhom ikunu kkompilati skond is-sorsi u metodi li jiżguraw konsistenza bejn id-data ta' kull tliet xhur u d-data annwali korrispondenti.
Artikolu 5
Skeda taż-żmien għat-trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur
1. Data ta' kull tliet xhur li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat) l-iktar tard fi żmien tliet xhur wara t-tmiem tat-tliet xhur li magħhom id-data jkunu konnessi.
Kull reviżjoni tad-data ta' kull tliet xhur għal kwarti ta' sena ta' qabel għandha tintbagħat fl-istess żmien (ħin).
2. L-ewwel trasmissjoni ta' data ta' kull tliet xhur għandha tirrigwarda data għall-ewwel tliet xhur ta' l-2002. Stati Membri għandhom jibagħtu dawn id-data mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002. ►M1 Għar-Repubblika tal-Kroazja, l-ewwel trasmissjoni ta’ dejta ta’ kull tliet xhur għandha tirrigwarda dejta għall-ewwel tliet xhur tal-2012. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat tali dejta mhux aktar tard mill-aħħar tal-ewwel tliet xhur wara d-data tal-adeżjoni. ◄
Madankollu, il-Kummissjoni tista' tikkonċedi deroga, li ma teċċedix iktar minn sena, dwar id-data ta' l-ewwel trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur għall-ewwel tliet xhur ta' l-2002 'il quddiem, sakemm is-sistema ta' statistika nazzjonali jirrikjedu adattazzjonijiet kbar.
Artikolu 6
Trasmissjoni ta' backdata
1. Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) backdata ta' kull tliet xhur għall-kategoriji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, billi jibdew mill-ewwel tliet xhur ta' l-1999. ►M1 Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta b’lura ta’ kull tliet xhur għall-kategoriji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, billi jibdew mill-ewwel tliet xhur tal-2002. ◄
2. Data ta' kull tliet xhur konnessi ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-1999 sar-raba' tliet xhur ta' l-2001 għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002. ►M1 Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tibgħat lill-Kummissjoni (Eurostat) dejta ta’ kull tliet xhur konnessa mal-ewwel tliet xhur tal-2002 sar-raba’ tliet xhur tal-2011 mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Diċembru 2015. ◄
Madankollu, il-Kummissjoni tista' tikkonċedi deroga, li ma teċċedix iktar minn sena, dwar id-data ta' l-ewwel trasmissjoni tad-data ta' kull tliet xhur mill-ewwel tliet xhur ta' l-1999 'il quddiem, sakemm is-sistema ta' statistika nazzjonali jirrikjedu adattazzjonijiet kbar.
Artikolu 7
Implimentazzjoni
1. Stati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'deskrizzjoni tas-sorsi u metodi użati biex jikkompilaw id-data ta' kull tliet xhur li jirreferi għaliha l-Artikolu 3 (deskrizzjoni inizzjali), fl-istess ħin li jibdew jittrasmettu data ta' kull tliet xhur skond l-iskeda taż-żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).
2. Kull reviżjoni tad-deskrizzjoni inizjali tas-sorsi u metodi użati biex jikkompilaw id-data ta' kull tliet xhur għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) meta d-data riveduti jkunu mibgħuta.
3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm lill-SPC u lill-CMFB informati bis-sorsi u metodi użati minn kull Stat Membru.
Artikolu 8
Rapport
Fuq il-bażi tad-data trasmessi għall-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 3, u wara li tkun ikkonsultat mal-SPC, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, sal-31 ta' Diċembru 2005 l-iktar tard, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih stima tal-kredibilita tad-data ta' kull tliet xhur mibgħuta minn Stati Membri.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Stati Membri li m'humiex f'pożizzjoni jittrasmettu, matul il-perjodu transizzjonali li jipprovdi għalih il-paragrafu 4, data ta' kull tliet xhur mill-ewwel tliet xhur ta' l-2001 'il quddiem skond is-sorsi u metodi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 4(1) u l-iskeda ta' żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(1) għandhom japplikaw il-paragrafu 2.
2. L-Istati Membri li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) “l-aħjar estimi ta' kull tliet xhur” tagħhom (jiġifieri, billi jinkorporaw l-informazzjoni ġdida kollha li ssir disponibbli matul il-proċess ta' l-ikkompilar ta' sistema mtejba ta' kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika) skond l-iskeda ta' żmien li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(1).
Huma għandhom jindikaw fl-istess ħn liema passi baqagħlhom jittieħdu biex ikunu osservati s-sorsi u metodi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 4(1).
3. Matul il-perjodu transizzjonali li jipprovdi għalih il-paragrafu 4, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha teżamina l-progress magħmul minn Stati Membri lejn l-osservanza sħiħa ta' l-Artikolu 4(1).
4. Il-perjodu transizzjonali għandu jibda mid-data ta' l-ewwel trasmissjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) u għandu jintemm fil-31 ta' Marzu 2005 l-iktar tard.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
Kontenut tal-kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika
Kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur għal amministrazzjoni pubblika huma ddefiniti b'referenza għal-lista ta' spiża u introjtu tal-gvern inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1500/2000.
Spiża tal-amministrazzjoni pubblika tikkomprendi kategoriji ta' l-ESA 95 irreġistrati taħt in-naħa ta' l-użu, jew il-bidliet fin-naħa ta' l-assi jew bidliet fin-naħa ta' djun u siwi nett tas-sekwenza ta' kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika, bl-eċċezzjoni ta' D.3 li hija rreġistrata taħt in-naħa ta' riżorsi tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika.
Introjtu tal-amministrazzjoni pubblika jikkomprendi l-kategoriji ta' l-ESA 95 irreġistrati taħt in-naħa tar-riżorsi jew bidliet fid-djun fis-siwi nett tas-sekwenza tal-kontijiet mux finanzjarji għall-amministrazzjoni pubblika, bl-eċċezzjoni ta' D.39 li hija rreġistrata taħt in-naħa ta' l-użu tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika.
B'definizzjoni, id-differenza bejn l-introjtu tal-amministrazzjoni pubblika u spiża tal-amministrazzjoni pubblika, kif iddefinita hawn iktar 'il fuq, hija tislif nett (+)/self nett (-) tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika.
It-transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 huma kkonsolidati ġewwa s-settur tal-amministrazzjoni pubblika. It-transazzjonijiet l-oħra m'humiex ikkonsolidati.
It-tabella hawn iktar 'l isfel turi kategoriji ESA 95 li jikkostitwixxu l-ispiża u introjtu tal-amministrazzjoni pubblika. Il-kategoriji murija f'korsiv huma diġa suġġetti għal trasmissjoni fuq bażi ta' kull tliet xhur fil-kuntest tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 264/2000.
Kodiċijiet ESA 95 |
Spiża tal-amministrazzjoni pubblika |
P.2 |
Konsum intermedju |
P.5 + K.2 |
Formazzjoni ta' kapital gross + akkwisti naqqas rimi ta' assi mhux finanzjarji mhux prodotti |
P.51 |
Formazzjoni ta' kapital fiss gross |
D.1 |
Kumpens ta' l-impjegati |
D.29 |
Taxxi oħra fuq il-produzzjoni |
D.3 |
Sussidji, pagabbli |
D.4 |
Introjtu minn proprjeta |
D.41 |
Imgġax |
D.5 |
Taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ. |
D.62 + D.6311 + D.63121 + D.63131 |
Benefiċċji soċjali barra trasferimenti soċjali f'oġġetti + trasferimenti soċjali f'oġġetti konnessi għal spiża fuq prodotti forniti lil djar via produtturi tas-suq |
D.7 |
Trasferimenti kurrenti oħra |
D.8 |
Aġġustament għall-bidla fin-net equity tal-fondi ta' pensjoni riżervi |
D.9 |
Trasferimenti kapitali, pagabbli |
Kodiċijiet ESA 95 |
Introjtu tal-amministrazzjoni pubblika |
P.11 + P.12 + P.131 |
Prodott tas-suq + prodott għal użu finali proprju + pagamenti għall-prodott mhux tas-suq l-ieħor |
D.2 |
Taxxi fuq produzzjoni u importazzjonijiet |
D.39 |
Sussidji oħra fuq il-produzzjoni |
D.4 |
Introjtu minn proprjeta |
D.5 |
Taxxi kurrenti fuq introjtu, ġid eċċ. |
D.61 |
Kontribuzzjonijiet soċjali |
D.611 |
Kontribuzzjonijiet soċjali attwali |
D.612 |
Kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti(?) |
D.7 |
Trasferimenti kurrenti oħra |
D.9 (1) |
Trasferimenti kapitali, riċevibbli |
D.91 |
Taxxi kapitali |
B.8g |
Tifdil, gross |
B.9 |
Tislif nett/self nett |
(1) Aġġustamenti għal taxxi u kontrbuzzjonijiet soċjali assessjati imma qatt ma nġabru, meta rreġistrati taħt D.9, jitqiesu bħala introjtu negattiv.
( 1 ) ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 300.
( 2 ) ĠU C 131, tat-3.5.2001, p. 6.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2001 (ĠU C 65 E, ta' l-14.3.2002, p. 33) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju.
( 4 ) ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 359/2002 (ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 1).
( 5 ) ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 3.
( 6 ) ĠU L 29, ta' l-4.2.2000, p. 4.
( 7 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.
( 8 ) ĠU L 59, tas-6.3.1991, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/174/KE (ĠU L 51, ta' l-1.3.1996, p. 48).
( 9 ) Aġġustamenti għal taxxi u kontrbuzzjonijiet soċjali assessjati imma qatt ma nġabru, meta rreġistrati taħt D.9, jitqiesu bħala introjtu negattiv.