EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R0733-20081211

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU. (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/733/2008-12-11

2002R0733 — MT — 11.12.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 733/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' April 2002

dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU.

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 113, 30.4.2002, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 733/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' April 2002

dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU.

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara l-kkousidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Il-ħolqien tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell.eu (TLD) hija nkluża bħala waħda mill-miri biex jiġi aċċelerat il-kummerċ elettroniku fl-inizjattiva e-Europe kif konfermata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2000.

(2)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-Internet tirreferi għall-ħolqien ta'.eu TLD u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2000 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-Internet ( 4 ) jinkarigaw lill-Kummissjoni li tinkoraġġixxi l-koordinazzjoni tal-politika b'relazzjoni ma' l-amministrazzjoni ta' l-Internet.

(3)

It-TLDs huma parti ntegrali mill-infrastruttura ta' l-Internet. Huma element essenzjali ta' l-interoperabilità globali tal-World Wide Web (“WWW” jew “il-Web”). Il-konnessjoni u l-presenza permessa bl-allokazzjoni ta' l-ismijiet għall-qasam u l-indirizzi relatati jippermettu lill-utenti li jsibu kompjuters u websites fuq il-Web. It-TLDs huma wkoll parti integrali ta' kull indirizz ta' l-Internet tal-posta elettronika.

(4)

Il-.eu TLD għandu jippromwovi l-użu ta', u l-aċċess għal, networks ta' l-Internet u s-suq virtwali bażat fuq l-Internet, skond Artikolu 154(2) tat-Trattat, billi jipprovdi qasam ta' reġistrazzjoni komplementari għall-kodiċi eżistenti tal-pajjiż fl-Oqsma ta' l-Ogħla Livell (cc TLDs) jew ir-reġistrazzjoini globali fl-oqsma ta' l-ogħla livell ġeneriċi, u għandhom b'konsegwenza jżidu l-għażla u l-kompetizzjoni.

(5)

Il-EU TLD għandu jtejjeb l-interoperabilità tan-networks trans-Ewropew, skond Artikoli 154 and 155 tat-Trattat, billi jassigura d-disponibilità ta' servers ta' ismijiet .eu fil-Komunità. Dan jeffettwa t-topoloġija u l-infrastruttura teknika ta' l-Internet fl-Ewropa li tebbenefika minn sett addizzjonali ta' servers ta' ismijiet fil-Komunità.

(6)

Permezz ta'.ue TLD, is-suq ta' l-Internet għandu jikseb viżibilità ogħla fis-suq virtwali ibbażat fuq l-Internet. L-.eu TLD għandu jipprovdi rabta identifikata b'mod ċar mal-Komunità, il-kwadru legali assoċjat, u s-suq Ewropew. Għandu jippermetti li mpriżi, organizzazzjonijiet u persuni naturali ġewwa l-Komunità jirreġistraw f'qasam speċifiku li għandu jagħmel ovvja din ir-rabta. Bħala tali, .eu TLD mhux biss ikun parti prinċipali fil-bini għall-kummerċ elettroniku fl-Ewropa iżda għandu wkoll isostni l-għanijiet ta' Artikolu 14 tat-Trattat.

(7)

L-.ue TLD jista' jaċċelera l-benefiċċji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni fl-Ewropa kollha kemm hi, għandu rwol fl-integrazzjoni ta' l-Istati Membri futuri fl-Unjoni Ewropea, u jgħin fil-ġlieda kontra r-riskju ta' qasma diġitali mal-pajjiżi ġirien. Għandu għalhekk jiġi mistenni li dan ir-Regolament jiġi estiż għaż-Żona Ekonimika Ewropea u jista' jiġi mfittex li jsiru emendi għall-arranġamenti eżistenti bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi Ewropej, bil-ħsieb li jiġu akkommodati l-ħtiġiet ta'.eu TLD sabiex entitajiet f'dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jipparteċipaw fih.

(8)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni tat-tagħrif personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b'konformità mal-prinċipji li jirrelataw mal-privatezza u l-protezzjoni ta' tagħrif personali.

(9)

L-amministrazzjoni ta' l-Internet ġiet ġeneralment ibbażata fuq il-prinċipji ta' nuqqas ta' ndħil, amministrazzjoni u regolamentazzjoni minnhom stess. Sal-limitu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Komunità, dawn il-prinċipji għandhom ukoll japplikaw għal .eu ccTLD. L-implimentazzjoni ta'.eu TLD jista' jikkonsidra l-aqwa prattiċi f'dan ir-rigward u jista' jiġi sostnut b'linji gwida volontarji jew kodiċi ta' kondotta fejn xieraq.

(10)

L-istabbiliment ta'.eu TLD għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-immaġini ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-networks globali ta' informazzjoni u jagħti valur miżjud lis-sistema ta' l-ismijiet ta' Internet b'żieda mas-ccTLDs nazzjonali.

(11)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta'.eu TLD, li jipprovdi għan-nomina ta' Reġistru u li jistabbilixxi l-kwadru ta' politika ġenerali li fih għandu jiffunzjona dan ir-Reġistru. Is-ccTLDs nazzjonali m'humiex koperti b'dan ir-Regolament.

(12)

Ir-Reġistru huwa l-entità nkarigata mill-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar ta'.eu TLD, inkluża l-manutenzjoni tad-databases korrispondenti u s-servizzi assoċjati pubbliċi ta' mistoqsijiet, l-akkreditazzjoni tar-Reġistraturi, ir-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tal-qasam li għalihom issir applikazzjoni mir-Reġistraturi akkreditati, l-operazzjoni tas-servers ta' l-ismijiet TLD u d-disseminazzjoni tal-files taż-żona TLD. Servizzi pubbliċi ta' mistoqsijiet assoċjati mat-TLD issir referenza għalihom bħala mistoqsijiet “Min hu”. Id-Databases tat-tip “Min hu” għandhom ikunu b'konformità mal-liġi tal-Komunità dwar il-protezzjoni tat-tagħrif u l-privatezza. L-aċċess għal dawn id-databases jipprovdi informazzjoni dwar id-detentur ta' l-isem ta' qasam u huwa għodda essenzjali biex jirrinforza l-konfidenza ta' l-utent.

(13)

Wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' proċedura ta' għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, tinnomina Reġistru. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'kuntratt mar-Reġistru magħżul li għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li japplikaw għar-Reġistru dwar l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta'.eu TLD li għandu jkun limitat fiż-żmien u li jista' jiġġedded.

(14)

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi għan-nom tal-Komunità, talbet għad-delega tal-kodiċi ta' l-UE għall-għan tal-ħolqien ta' Internet ccTLD. Fil-25 ta' Settembru 2000, l-Internet Corporation for Assigned Names and Numbers (ICANN) ħarġet riżoluzzjoni li tipprovdi li l-“kodiċi alpha-2 huma delegabbli bħala ccTLDs fil-każi biss fejn l- Aġenzija ta' Manutenzjoni ISO 3166, fuq il-lista eċċezzjonali tagħha ta' riżerva, ħarġet riżervazzjoni għall-kodiċi li jkopri kull applikazzjoni ta' ISO 3166-1 li teħtieġ rappreżentazzjoni kodifikata fl-isem tal-pajjiż, territorju jew żona involuta”. Dawk il-kondizzjonijiet huma konformi mal-kodiċi ta' l-UE li huwa għalhekk “delegabbli” għall-Komunità.

(15)

ICANN hija fil-preżent responsabbli biex tikkoordina d-delega tal-kodiċi li jirrappresentaw l-ccTLD lir-Reġistri. Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2000 tinkoraġġixxi l-implimentazjoni tal-prinċipji li huma applikati għar-Reġistri ccTLD adottati mill-Kumitat Governattiv ta' Konsulenza (GAC). Dan ir-Reġistru għandu jidħol f'kuntratt ma' l-ICANN li jirrispetta l-prinċipji GAC.

(16)

L-adozzjoni ta' politika pubblika li titratta reġistrazzjoni spekulattiva u abbużiva ta' l-ismijiet taqasam għandha tipprovdi li d-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti mill-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi għandhom jibbenefikaw minn perjodu speċifiku ta' żmien (“sunrise period”) li matulu r-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tagħhom ta qasama tkun esklussivament riżervata għal dawk id-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi.

(17)

L-ismijiet ta qasam m'għandhomx jiġu revokati arbitrarjament. Revoka tista', iżda, tinkiseb b'mod partikolari jekk l-isem ta' qasam jkun manifestement kuntrarju għall-ordni pubbliku. Il-politika tar-revoka għandha madanakollu tipprovdi għal mekkaniżmu f'waqtu u effiċjenti.

(18)

Għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kwistjoni ta' bona vacantia biex ikun trattat l-istatus ta' l-ismijiet ta' qasam li r-reġistrazzjoni tagħhom ma tiġix imġedda jew li, per eżempju minħabba liġi suċċessiva, jitħallew mingħajr detentur.

(19)

Ir-reġistru ġdid .eu TLD m'għandux ikollu s-setgħa li joħloq oqsma tat-tieni livell bl-użu ta' kodiċi alpha-2 li jirrappresentaw pajjiżi.

(20)

Fi ħdan il-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament, ir-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' .eu TLD u l-prinċipji ta' politika pubblika dwar reġistrazzjoni, l-għażliet varji inkluż il-metodu li “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” għandhom jiġu kunsidrati meta tiġi formulata l-politika dwar ir-reġistrazzjoni.

(21)

Meta ssir referenza għall-partijiet interessati, għandha ssir dispożizzjoni għall-konsultazzjoni li tkun tħaddan, b'mod partikolari, l-awtoritajiet pubbliċi, impriżi, organizzazzjonijiet u persuni naturali. Ir-reġistru jista' jistabbilixxi korp konsultattiv biex jorganizza din il-konsultazzjoni.

(22)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi l-kriterji għall-proċedura ta' l-għażla tar-Reġistru, in-nominazzjoni tar-Reġistru, kif ukoll l-adozzjoni ta' regoli tal-politika pubblika, għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 5 ).

(23)

Minħabba li l-għan ta' l-implimentazzjoni proposta, jiġifieri l-implimentazzjoni ta'.eu TLD, ma jistgħax suffiċjentement jinkiseb mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan u kamp ta' l-applikazzjoni

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jimplimenta il-qasam ta' l-ogħla livell tal-kodiċi .eu tal-pajjiż. (ccTLD) ġewwa l-Komunità. Dan ir-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet għal din l-implimentazzjoni, inkluża n-nomina ta' Reġistru, u jistabbilixxi l-kwadru ġenerali tal-politika li fiha r-Reġistru għandu jiffunzjona.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati membri fir-rigward ta' ccTLDs nazzjonali.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “Reġistru” tfisser l-entità fdata bl-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta' .eu TLD inkluża l-manutenzjoni tad-databases korrispondenti u s-servizzi pubbliċi ta' mistoqsijiet assoċjati, ir-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet ta qasam, l-operazzjoni tar-Reġistru ta' l-ismijiet ta' qasam, l-operazzjoni tas-servers ta' l-ismijiet tar-reġistru TLD u d-disseminazzjoni ta' files taż-żona TLD;

(b) “Reġistratur” tfisser persuna jew entità li, permezz ta' kuntatt mar-Reġistru, tipprovdi servizzi ta' reġistrazzjoni ta' l-ismijiet ta' qasam lir-reġistranti.

Artikolu 3

Karatteristiċi tar-Reġistru

1.  Il-Kummissjoni għandha:

▼M1

(a) tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' uġenza msemmija fl-Artikolu 6(4);

▼B

(b) tinnomina, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(2), ir-Reġistru wara li tippublika sejħa għall-espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u wara l-proċedura għal dik is-sejħa tkun tlestiet;

(ċ) tidħol, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(2), f'kuntratt li għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li skond dawn il-Kummissjoni tissorvelja l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta' .eu TLD mir-Reġistru. Il-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-reġistru għandu jkun għal żmien limitat u għandu jkun jista' jiġġedded.

Ir-Reġistru m'għandux ikun jista' jaċċetta reġistrazzjonijiet sakemm il-politika tar-reġistrazzjoni tkun f'postha.

2.  Ir-Reġistru għandu jkun organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt, kostitwit skond il-liġi ta' l-Istat Membru u li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, l-amministrazzjoni ċentrali u l-post prinċipali tan-neġozju ġewwa l-Komunità.

3.  Wara li jkun kiseb il-kunsens minn qabel mill-Kummissjoni, ir-Reġistru għandu jidħol f'kuntratt kif xieraq li jipprovdi għad-delega tal-kodiċi.eu ccTLD. Għal dan il-għan il-prinċipji relevanti adottati mill-Kumitat Konsultattiv Governattiv għandhom ukoll jiittieħdu f'konsiderazzjoni.

4.  Ir-Reġistru .eu TLD m'għandux jaġixxi hu stess bħala Reġistratur.

Artikolu 4

Obbligi tar-Reġistru

1.  Ir-Reġistru għandu josserva r-regoli, il-politika u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-kuntratti msemmija f'Artikolu 3. Ir-Reġistru għandu josserva proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji.

2.  Ir-Reġistru għandu:

(a) jorganizza, jamminsitra u jimmaniġġja l-.eu TLD fl-interess ġenerali u fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kwalità, effiċjenza, fidabilità u aċċessibilità;

(b) jirreġistra ta' l-ismijiet ta' qasam ta'.eu TLD permezz ta' Reġistratur.eu akkreditat mitlub minn kull:

(i) impriża li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju ġewwa l-Komunità, jew

(ii) organizzazzjoni stabbilita fil-Komunità mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali, jew

(iii) persuna naturali residenti ġewwa l-Komunità;

(ċ) jimponi tariffi direttament relatati ma’ l-ispejjeż magħmula;

(d) jimplimenta politika ta' soluzzjonijiet extra-ġudizzjarji ta' konflitti bbażata fuq l-irkupru ta' l-ispejjeż u proċedura biex tirriżolvi malajr disputi bejn detenturi ta' l-ismijiet ta' qasam fir-rigward ta' drittijiet li jirrelataw ma' ismijiet inklużi drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif ukoll disputi b'relazzjoni ma' deċiżjonijiet individwali mir-reġistru. Din il-politika għandha tiġi adottata skond Artikolu 5(1) u tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali. Il-politika għandha tipprovdi garanziji adegwati proċedurali għall-partijiet konċernati, u għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull proċedura fil-qrati;

(e) jadotta proċeduri għal, u jwettaq, akkreditazzjoni ta' Reġistraturi.eu u jassigura kondizzjonijiet effettivi u ġusti ta' kompetizzjoni fost ir-Registraturi .eu;

(f) jassigura l-integrità tad-databases ta' l-ismijiet ta' qasam.

Artikolu 5

Kwadru tal-politika

▼M1

1.  Wara li tikkonsulta mar-Reġistru, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta' politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' l-.eu TLD u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Il-politika pubblika għandha tinkludi:

(a) politika dwar is-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' konflitti;

(b) politika pubblika dwar reġistrazzjoni spekulattiva u abużiva ta' ismijiet ta' qasam inkluża l-possibbiltà ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' qasam f'fażijiet biex jiġu assigurati opportunitajiet temporanji adegwati għad-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u biex korpi pubbliċi jirreġistraw isimhom;

(ċ) politika dwar il-possibiltà tar-revokazzjoni ta' ismijiet ta' qasam, inkluża l-kwistjoni ta' bona vacantia;

(d) kwistjonijiet dwar il-lingwa u kunċetti ġeografiċi;

(e) it-trattament ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra.

▼B

2.  Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'lista limitata ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' fir-rigward ta' kunċetti ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi li jeffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tagħhom li jistgħu jew:

(a) li ma jiġux reġistrati, jew

(b) li jiġu reġistrati biss taħt qasam tat -tieni livell skond ir-regoli tal-politika pubblika.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru mingħajr dewmien bil-lista ta' l-imijiet notifikati li għalihom japplikaw dawk il-kriterji. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fl-istess żmien li tinnotifika lir-Reġistru.

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni fi żmien 30 jum tal-pubblikazzjoni tqajjem oġġezzjoni għal xi partita nkluża fil-lista notifikata, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(3), biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

3.  Qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tar-reġistrazzjoni, ir-Reġistru għandu jadotta l-politika inizjali ta' reġistrazzjoni għall-.eu TLD b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u partijiet oħra nteressati. Ir-Reġistru għandu jimplimenta fil-politika ta' reġistrazzjoni r-regoli tal-politika pubblika adottati skond il-paragrafu 1, waqt li jittieħe kont tal-listi ta' eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha perjodikament tinforma lill-Kumitat imsemmi f'Artikolu 6 dwar l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

▼M1

Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni li għandu x'jaqsam man-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) ( 6 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 7

Riżervazzjoni ta' drittijiet

Il-Kummissjoni għandha żżomm id-drittijiet kollha li jirrelataw ma' l-.eu TLD inkluż, b'mod partikolari, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra tad-databases tar-Reġistru meħtieġa biex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u d-dritt li tinnomina mill-ġdid ir-Reġistru.

Artikolu 8

Rapport ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, l-effettività u l-iffunzjonament ta'.eu TLD sena wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u wara dan kull sentejn.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU Ċ 96 E, tas-27.3.2001, p. 333.

( 2 ) ĠU Ċ 155, tad-29.5.2001, p. 10.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Lulju 2001 (ĠU Ċ 65 E, ta' l-14.3.2002, p. 147), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembrur 2001 (ĠU Ċ 45 E, tad-19.2.2002, p. 53) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2002 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2002.

( 4 ) ĠU Ċ 293, ta' l-14.10.2000, p. 3.

( 5 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 6 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

Top