EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R0586-20090101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 tas-26 ta' Marzu 2001 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 li jikkonċerna l- statistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/586/2009-01-01

2001R0586 — MT — 01.01.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 586/2001

tas-26 ta' Marzu 2001

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 li jikkonċerna l- statistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)

(ĠU L 086, 27.3.2001, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 656/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

  L 155

3

15.6.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 586/2001

tas-26 ta' Marzu 2001

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 li jikkonċerna l- statistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 ( 1 ) dwar statistika għal perjodu qasir, u partikolarment l-Artikolu 3 u l-Artikolu 17(ċ) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Numru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika għal perjodu qasir għall-Komunità dwar iċ-ċiklu ekonomiku.

(2)

Skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 17(ċ) tar-Regolament (KE) Numru 1165/98, miżuri implimentattivi huma meħtieġa fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS).

(3)

Id-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 ( 2 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 ( 3 ), (NACE rev. 1). Hija tuża l-livell ta' Gruppi (3 numri) sabiex issir distinzjoni bejn ir-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS).

(4)

Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Isatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 4 ),

ADOTTAT DIN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)

L-allokazzjoni ta' Gruppi ►M1  NACE Rev. 2 ◄ għar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) hija definita fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Non-disponibbilità ta'tagħrif fil-livell ta' Grupp ►M1  NACE Rev. 2 ◄

L-Istati Membri li ma jikkalkolawx it-tagħrif ta' statistika kopert bir-Regolament (KE) Numru 1165/98 għal-livell ta' dettall ta' Gruppi ►M1  NACE Rev. 2 ◄ huma permessi li jikkalkolaw il-piżijiet nazzjonali għall-Gruppi f'Diviżjoni sabiex iqassmu t-tagħrif ibbażat fuq id-Diviżjoni fi Gruppi.

L-Istati Membri li japplikaw l-allokazzjoni għar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) f'parti jew fit-total fuq il-bażi ta' Diviżjonijiet ►M1  NACE Rev. 2 ◄ għandhom jinformaw lill-Eurostat dwar il-piżijiet użati għat-tqassim fil-Gruppi ►M1  NACE Rev. 2 ◄ .

Artikolu 3

Implimentazzjoni tad-definizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjoniet elenkati fl- l-Anness għat-tagħrif ta' statistika kominikat skond ir-Regolament (KE) Numru 1165/98, ►M1  mill-1 ta’ Jannar 2009 ◄ ; l-Istati Membri għandhom, fl-applikazzjoni tad-definizzjoniet elenkati fl-Anness, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li t-tagħrif eżistenti ta' statistika kopert bir-Regolament (KE) Numru 1165/98 jiġi rivedut permezz ta' kalkolazzjoni mill-ġdid jew stima biex tissodisfa dawn id-definizzjoniet.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-konformità mad-definizzjonijiet

Kull Stat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni relevanti dwar il-konformità f'dak l-Istat Membru mad-definizzjonijiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 5

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS



L-ALLOKAZZJONI TA’ L-INTESTATURI TA’ NACE REV 2 LIL KATEGORIJI TA’ KLASSIFIKA AGGREGATA

Rev. 2 tan-NACE

deskrizzjoni ta’ l-NACE Rev 2

Klassifika aggregata

07

Qtugħ ta’ metall mill-minjieri

Prodotti Intermedji

08

Minjieri u barrieri oħra

Prodotti Intermedji

09

Attivitajiet ta’ sostenn għall-minjieri

Prodotti Intermedji

10.6

Manifattura ta’ prodotti ta’ l-imtieħen tal-qmuħ, lamti u prodotti oħra tal-lamtu

Prodotti Intermedji

10.9

Manifattura ta’ għalf lest għall-annimali

Prodotti Intermedji

13.1

Tħejjija u għażil ta’ fibri tat-tessuti

Prodotti Intermedji

13.2

L-insiġ tat-tessuti

Prodotti Intermedji

13.3

Irfinar ta’ tessuti

Prodotti Intermedji

16

Manifattura ta’ injam u ta’ prodotti ta’ l-injam u tas-sufra, għajr għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjali għall-immaljar

Prodotti Intermedji

17

Manifattura ta’ karta u ta’ prodotti tal-karta

Prodotti Intermedji

20.1

Manifattura ta’ kimiċi bażiċi, fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu, plastik u lasktu sintetiku f’għamliet primarji

Prodotti Intermedji

20.2

Manifattura ta’ pestiċidi u prodotti oħra agrokimiċi

Prodotti Intermedji

20.3

Manifattura ta’ żebgħa, verniċ u kisi simili, inka ta’ l-istampar u mastiċi

Prodotti Intermedji

20.5

Manifattura ta’ prodotti kimiċi oħra

Prodotti Intermedji

20.6

Manifattura ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Prodotti Intermedji

22

Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik

Prodotti Intermedji

23

Fabbrikazzjoni ta’ prodotti minerali oħra mhux metalliċi

Prodotti Intermedji

24

Manifattura ta’ metalli bażiċi

Prodotti Intermedji

25.5

Funderija, pressa, ttimbrar u rrumblar ta’ metall; metallurġija tat-trab

Prodotti Intermedji

25.6

Trattament u kisi ta’ metalli; ħidma bil-magni

Prodotti Intermedji

25.7

Manifattura ta’ pożati, għodod u oġġetti ta’ ferramenta

Prodotti Intermedji

25.9

Manifattura ta’ prodotti oħra tal-metall iffabrikat

Prodotti Intermedji

26.1

Manifattura ta’ komponenti elettroniċi u bordijiet

Prodotti Intermedji

26.8

Manifattura ta’ mezzi manjetiċi u ottiċi

Prodotti Intermedji

27.1

Manifattura ta’ muturi ta’ l-elettriku, ġeneraturi, trasformaturi u apparat għat-tqassim u l-kontroll ta’ l-elettriku

Prodotti Intermedji

27.2

Manifattura ta’ batteriji u kumulaturi

Prodotti Intermedji

27.3

Manifattura ta’ wajers u għodod għall-wajers

Prodotti Intermedji

27.4

Manifattura ta’ tagħmir tad-dawl elettriku

Prodotti Intermedji

27.9

Manifattura ta’ tagħmir elettriku ieħor

Prodotti Intermedji

05

Tħaffir għall-faħam u l-lignite

Enerġija

06

Estrazzjoni ta’ żejt mhux irraffinat u gass naturali

Enerġija

19

Manifattura ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

Enerġija

35

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

Enerġija

36

Ġbir, trattament u provvista ta’ l-ilma

Enerġija

25.1

Manifattura ta’ prodotti strutturali tal-metall

Oġġetti kapitali

25.2

Manifattura ta’ tankijiet, ġwiebi u kontenituri tal-metal

Oġġetti kapitali

25.3

Manifattura ta’ ġeneraturi tal-fwar, għajr bojlers tal-misħun tat-tisħin ċentrali

Oġġetti kapitali

25.4

Manifattura ta’ armi u munizzjon

Oġġetti kapitali

26.2

Manifattura ta’ kompjuters u tagħmir periferali

Oġġetti kapitali

26.3

Manifattura ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni

Oġġetti kapitali

26.5

Manifattura ta’ strumenti u għodod għall-kejl, ittestjar u navigazzjoni; arloġġi ta’ l-idejn u arloġġi oħra

Oġġetti kapitali

26.6

Manifattura ta’ tagħmir ta’ irradjazzjoni, elettromediku u elettroterapewtiku

Oġġetti kapitali

28

Manifattura ta’ magni u tagħmir n.e.c.

Oġġetti kapitali

29

Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers

Oġġetti kapitali

30.1

Bini ta’ vapuri u dgħajjes

Oġġetti kapitali

30.2

Manifattura ta’ lokomottivi tal-ferrovija u materjal ċirkulanti

Oġġetti kapitali

30.3

Manifattura ta’ inġenji ta’ l-ajru u ta’ l-ispazju u makkinarju relatat

Oġġetti kapitali

30.4

Manifattura ta’ vetturi tal-ġlied militari

Oġġetti kapitali

32.5

Manifattura ta’ strumenti u provvisti mediċi u tad-dentistrija

Oġġetti kapitali

33

Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

Oġġetti kapitali

26.4

Manifattura ta’ elettronika ta’ konsum

Prodotti Dewwiema

26.7

Manifattura ta’ strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku

Prodotti Dewwiema

27.5

Manifattura ta’ apparat domestiku

Prodotti Dewwiema

30.9

Manifattura ta’ tagħmir għat-trasport n.e.c.

Prodotti Dewwiema

31

Manifattura ta’ mobbli

Prodotti Dewwiema

32.1

Manifattura ta’ ġojjellerija, biġotterija u oġġetti relatati

Prodotti Dewwiema

32.2

Manifattura ta’ strumenti mużikali

Prodotti Dewwiema

10.1

Ipproċessar u ppreservar ta’ laħam u ta’ prodotti tal-laħam

Prodotti Mhux Dewwiema

10.2

Ipproċessar u ppreservar ta’ ħut, krustaċji u molluski

Prodotti Mhux Dewwiema

10.3

Ipproċessar u ppreservar ta’ frott u ħxejjex

Prodotti Mhux Dewwiema

10.4

Manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali u mill-annimali

Prodotti Mhux Dewwiema

10.5

Manifattura ta’ prodotti tal-ħalib

Prodotti Mhux Dewwiema

10.7

Manifattura ta’ prodotti tal-furnara u magħmula bid-dqiq

Prodotti Mhux Dewwiema

10.8

Manifattura ta’ prodotti oħra ta’ l-ikel

Prodotti Mhux Dewwiema

11

Manifattura ta’ xarbiet

Prodotti Mhux Dewwiema

12

Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk

Prodotti Mhux Dewwiema

13.9

Manifattura ta’ tessuti oħra

Prodotti Mhux Dewwiema

14

Manifattura ta’ ħwejjeġ li jintlibsu

Prodotti Mhux Dewwiema

15

Manifattura ta’ prodotti tal-ġilda u prodotti relatati

Prodotti Mhux Dewwiema

18

Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata

Prodotti Mhux Dewwiema

20.4

Manifattura ta’ sapun u deterġenti, sustanzi għat-tindif u l-illustrar, fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta

Prodotti Mhux Dewwiema

21

Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

Prodotti Mhux Dewwiema

32.3

Manifattura ta’ oġġetti ta’ l-isport

Prodotti Mhux Dewwiema

32.4

Manifattura ta’ logħob u ġugarelli

Prodotti Mhux Dewwiema

32.9

Industriji oħra ta’ manifattura mhux klassifikati band’ oħra

Prodotti Mhux Dewwiema



( 1 ) ĠU L 162, tal-5.6.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1.

( 3 ) ĠU L 83, tat-3.4.1993, p. 1.

( 4 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

Top