This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000L0053-20200306
Directive 2000/53/EC of the European Parliament and of the Council of 18 September 2000 on end-of life vehicles
Consolidated text: Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw
Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw
02000L0053 — MT — 06.03.2020 — 014.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2000/53/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw (ĠU L 269 21.10.2000, p. 34) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DIRETTIVA 2000/53/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Settembru 2000
dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw
Artikolu 1
Għanijiet
Din id-Direttiva tistipula miżuri li jimmiraw, bħala l-ewwel prijorità, għall-prevenzjoni ta' skart minn vetturi u, b'żieda ma' dan, għall-użu mill-ġdid, riċiklar u forom oħra ta' rkupru ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' skart, kif ukoll għat-titjib fil-qasam ambjentali ta' l-operaturi ekonomiċi kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi u speċjalment ta' l-operaturi involuti direttament fit-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
“vettura” tfisser kull vettura deskritta bħala kategorija M1 jew N1 definita fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE, u vettura tal-mutur bi tliet roti kif definiti fid-Direttiva 92/61/KEE, imma b'esklużjoni ta' triċikletta bil-mutur;
“vettura li m'għadhiex tintuża” tfisser vettura li hija skart fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;
“Produttur” tfisser il-manifattur tal-vettura jew l-importatur professjonali tal-vettura fl-Istat Membru;
“prevenzjoni” tfisser miżuri mmirati għat-tnaqqis ta' kwantità u l-ħsara għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, il-materjali u s-sustanzi tagħhom;
“trattament” tfisser kull attività wara li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw ġew mogħtija lil faċilità biex ma' jħammġux, għaż-żarmar, għax-shearing, għat-tqattiegħ, għall-irkupru jew preparazzjoni għar-rimi ta' skart imqatta', u kull operat ieħor imwettaq għall-irkupru u/jew rimi ta' vettura li m'għadhiex tintuża u l-komponenti tagħha;
“użu mill-ġdid” tfisser kull operat grazzi għal liema l-komponenti tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw huma wżati għall-istess għan għal dak li huma kienu maħsuba;
“riċiklar” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fil-proċess ta' produzzjoni ta' materjali ta' skart għall-għan oriġinali jew għal għanijiet oħrajn imma bl-esklużjoni ta' rkupru ta' enerġija. L-irkupru ta' enerġija tfisser l-użu ta' skart kombustibbili bħala mezz biex jiġġenera enerġija minn inċineratur dirett bi jew mingħajr skart ieħor imma bl-irkupru tas-sħana;
“rkupru” tfisser xi waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIB tad-Direttiva 75/442/KEE;
“rimi” tfisser waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA tad-Direttiva 75/442/KEE;
“operaturi ekonomiċi” tfisser produtturi, distributuri, kolletturi, kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ta' vetturi tal-mutur, dawk li jżarmaw, shredders, dawk li jirkupraw, dawk li jirriċiklaw u operaturi ta' trattament ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw;
“sustanzi perikolużi” tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 );
klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta’ periklu 4.1;
klassi ta’ periklu 5.1;
“shredder” tfisser kull mezz użat biex iqatta' f'biċċiet jew fi frammenti lill-vetturi li m'għadhomx jintużaw, b'inklużjoni għall-għan li tottjeni direttament skrapp tal-metall li jintuża mill-ġdid;
“informazzjoni taż-żarmar” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għal trattament korrett u tajjeb għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw. Għandha tkun disponibbli lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati minn manifatturi tal-vetturi u produtturi tal-komponenti fil-forma ta' manwali jew b'mezzi elettroniċi tal-medja (eż. CD-ROM, servizzi on-line)
Artikolu 3
Skop
1. Din id-Direttiva għandha tkopri vetturi u vetturi li m' għadhomx jintużaw, inklużi l-komponenti tagħhom u l-materjali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, din għandha tapplika irrispettivament għal kif il-vettura ġiet mogħtija servizz jew irranġata matul l-użu u irrispettivament jekk hiex ekwipaġġata b'komponenti akkwistati minn produttur jew b'komponenti oħra bħala spare jew replacement parts li huma bi qbil mad-disposizzjonijiet xierqa tal-Komunità jew id-disposizzjonijiet domestiċi.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudiżżju għall-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, partikolarment rigward il-livelli ta' salvagwardja, emissjonijiet ta' l-arja u kontrolli ta' l-istorbju u protezzjoni tal-ħamrija u ilma.
3. Meta produttur jagħmel jew jimporta biss vetturi li huma eżenti mid-Direttiva 70/156/ KEE bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2)(a) tagħha, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-produttur u l-vetturi tiegħu mill-Artikoli 7(4), 8 u 9 ta' din id-Direttiva.
4. Vetturi b'għan speċjali kif definita fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jiġu esklużi mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva.
5. Għall-vetturi bi tliet roti bil-mutur l-Artikoli 5(1), 5(2) u 6 biss ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw.
Artikolu 4
Prevenzjoni
1. Sabiex imexxu 'l quddiem il-prevenzjoni ta' l-iskart, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, partikolarment:
fabbrikanti tal-vetturi, f'koperazzjoni ma' manifatturi ta' materjal u apparat, jillimitaw l-użu ta' sustanzi perikolużi f'vetturi u li jnaqqsuhom sakemm possibbli mit-tnissil tal-vettura 'l quddiem, sabiex partikolarment jipprevjenu r-rilaxx fl-ambjent, jagħmlu r-riċiklaġġ aktar faċli, u jevitaw il-bżonn li jintrema skart perikoluż;
id-disinn u l-produzzjoni ta' vetturi ġodda li jieħdu in kunsiderazzjoni u jiffaċilitaw iż-żarmar, l-użu mill-ġdid u l-irkupru, partikolarment ir-riċiklaġġ, tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw, il-komponenti u l-materjali tagħhom;
vetturi manifatturati, bi ftehim ma' manifatturi ta' materjal u apparat, għal integrazzjoni u tnaqqis ta' kwantità ta' materjal riċiklat f'vetturi u prodotti oħra, sabiex jiżviluppa s-suq għal materjal riċiklat.
2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali u l-komponenti tal-vetturi mpoġġija fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003 m'għandhomx ikollhom ċomb, merkurju, kadmju jew kromju hexavalent f'każijiet oħra elenkati fl-Anness II skond il-kundizzjonijiet speċifikati hawnhekk;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a, biex temenda l-Anness II fuq bażi regolari sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku, bil-għan li:
skont kif ikun meħtieġ, tistabbilixxi valuri ta’ konċentrazzjoni massimi safejn għandha tiġi ttollerata l-eżistenza tas-sustanzi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu f’materjali u komponenti speċifiċi tal-vetturi;
teżenta ċerti materjali u komponenti ta’ vetturi mill-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jekk l-użu tas-sustanzi msemmija f’dak il-punt ikun inevitabbli;
tħassar materjali u komponenti tal-vetturi mill-Anness II jekk l-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkun evitabbli;
tispeċifika, fir-rigward tal-punti (i) u (ii), dawk il-materjali u komponenti tal-vetturi li jistgħu jitneħħew qabel ma jgħaddu minn trattament ulterjuri u tobligahom jiġu ttikkettati jew li jsiru identifikabbli b’mezzi oħrajn xierqa.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull sustanza, materjal jew komponent ikkonċernati mill-punti (i) sa (iv);
Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-21 ta' Ottubru 2001. F'kull każ l-ebda eżenzjoni elenkata hawn m'għandha tiġi mħassra mill-Anness qabel l-1 ta' Jannar 2003.
Artikolu 5
Ġbir
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw:
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw huma trasferiti lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li permezz tagħha presentazzjoni ta' ċertifikat ta' tkissir hi kundizzjoni għad-dereġistrazzjoni tal-vettura li m'għadhiex tintuża. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ lid-detentur u/jew sid meta l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita għall-faċilità ta' trattament. Faċilitajiet ta' trattament, li kisbu permess bi qbil ma' l-Artikolu 6, għandhom ikollhom permess li joħorġu ċertifikat ta' distruzzjoni. L-Istati Membri jistgħu jħallu lil produtturi, negozjanti u kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata li joħorġu ċertifikati ta' distruzzjoni basta jiggarantixxu li l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita lill-faċilità ta' trattament awtorizzata u sakemm huma reġistrati ma' awtoritajiet pubbliċi.
Ħruġ ta' ċertifikati ta' distruzzjoni minn faċilitajiet ta' trattament jew negozjanti jew kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata m'għandux jintitolahom għal xi rimbors finanzjarju, ħlief f'każi fejn dan kien irranġat b'mod espliċitu mill-Istati Membri.
L-Istati Membri li m'għandhomx sistema ta' dereġistrazzjoni fid-data tal-bidu tas-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jistabbilixxu sistema li biha ċertifikat ta' distruzzjoni ikun notifikat lill-awtorità kompetenti rilevanti meta l-vettura li tkun waslet fl-aħħar hija trasferita għal faċilità ta' trattament u għandha b'mod ieħor tkun konformi mal-provvedimenti ta' dan il-paragrafu. L-Istati Membri li jagħmlu użu min dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-konsenja tal-vettura għall-faċilità ta' trattament awtorizzata skond il-paragrafu 3 isseħħ mingħajr spiża għall-aħħar detentur u/jew sid billi il-vettura m'għandhiex valur jew għandha valur negattiv fis-suq.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jħallsu l-ispejjeż kollha, jew parti sostanzjali minnhom, meta tiġi implimentata din il-miżura u/jew jieħdu lura l-vettura li m'għadhiex tintuża bl-istess kundizzjonijiet kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-konsenja tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw m'humiex kollha b'xejn jekk il-vettura li m'għadhiex tintuża ma jkollhiex komponenti essenzjali tal-vettura, partikolarment il-magna u coachwork, jew li jkun fihom skart li ġie miżjud fil-vettura li m'għadhiex tintuża.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu biex tiżgura li dan ma jirriżultax f'tgħawwiġ tas-suq, u jekk neċessarju tipproponi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill emendi għalih.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu b’mod reċiproku u jaċċettaw iċ-ċertifikati ta’ distruzzjoni maħruġa fi Stati Membri oħra skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni.
Artikolu 6
Trattament
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vetturi li m’għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skont il-ġerarkija tal-iskart u r-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi minimi stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull stabbiliment jew kumpanija li jwettqu ħidma ta' trattament jiksbu permess minn jew reġistrat ma' l-awtorità kompetenti, b'konformità ma' l-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 75/442/KEE.
Id-deroga għall-permess meħtieġ imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 75/442/KEE tistà tapplika għall-operazzjonijiet ta' rkupru dwar skart ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw wara li ġew trattati skond l-Anness 1(3) ta' din id-Direttiva jekk hemm spezzjoni minn awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni. Din l-ispezzjoni għandha tivverifika:
tip u kwantitajiet ta' skart li ser ikun trattat;
ħtiġijiet ġenerali tekniċi li għandhom ikunu rispettati;
prekawzjonijiet ta' sigurtà li għandhom jiġu meħuda,
biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE. Din l-ispezzjoni għandha ssir darba f'sena. L-Istati Membri li jużaw id-deroga għandhom jibagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull stabbiliment jew kumpanija li twettaq operazzjoni ta' trattament jissodisfaw mill-inqas l-obbligi li ġejjin skond l-Anness I:
vetturi li m' għadhomx jintużaw għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor jew isiru arranġamenti ekwivalenti oħra biex inaqqsu kull impatt kontra l-ambjent. Komponenti jew materjali tikkettjati jew inkella magħmula identifikabbli skond l-Artikolu 4(2) għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor;
materjali perikolużi u komponenti għandhom jiġu mneħħija u mwarrba b'mod magħżul biex ma jikkontaminawx skart li jkun imqatta' wara minn vetturi li m'għadhomx jintużaw;
operazzjonijiet għaż-żarmar u l-ħażna għandhom jiġu mwettqa b'mod li jiżguraw l-istabbilità ta' komponenti ta' vetturi biex jerġgħu jintużaw u jkunu rkuprati, u partikolarment għar-riċiklaġġ.
Operazzjonijiet ta' trattament għall-dekontaminazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw kif imsemmija fl-Anness I (3) għandhom jiġu mwettqa malajr kemm jistà jkun.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-permess jew reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jinkludu l-kundizzjonijiet kollha neċessarji għall-konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3.
5. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-istabbilimenti jew kumpaniji li jwettqu l-operazzjonijiet ta' trattament biex jintroduċu sistemi ta' maniġġjar ċertifikati għall-ambjent.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a, biex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 7
Użu mill-ġdid u rkupru
1. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri neċessarji biex jinkoraġġixxu li l-komponenti li jistgħu jintużaw għal darb'oħra huma adattati biex jerġgħu jintużaw, l-irkupru tal-komponenti li ma' jistgħux jintużaw għal darb'oħra u l-preferenza mogħtija għal riċiklaġġ meta jkun vijabbli għall-ambjent, mingħajr preġudizzju għal bżonnijiet għas-sigurtà tal-vetturi u l-bżonnijiet ambjentali bħal emissjonijiet fl-arja u kontroll tal-ħoss.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-miri li ġejjin jistgħu jintlaħqu mill-operaturi ekomomiċi:
mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu għal darb'oħra u l-irkupru għandhom jigu miżjuda għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' kull vettura u sena. Fl-istess żmien l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ għandhom jiżdiedu għall-minimu ta' 80 % b'medja ta' piż ta' vettura u sena; għal vetturi li ġew manufatturati qabel l-1 ta' Jannar 1980, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw miri iktar baxxi imma mhux inqas minn 75 % għal użu mill-ġdid u rkupru u mhux inqas min 70 % għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bir-raġunijiet tagħhom.
mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2015, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu mill-ġdid u l-irkupru għandu jiżdied għal minimu ta' 95 % b'piż medju ta' vettura u sena. Fl-istess limitu ta' żmien, l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ irid jiżdied għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' vettura u sena.
Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jerġgħu jeżaminaw l-miri msemmija fil-paragrafu (b) fuq ir-rapport bażiku tal-Kummissjoni, akkompanjat minn proposta. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni trid tieħu in kunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-materjal li bih huma magħmulin il-vetturi u kull aspett ieħor rilevanti għall-ambjent relatat mal-vetturi.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. ta’ dan il-paragrafu. Fit-tħejjija ta’ dawn ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
3. Fuq il-bażi tal-proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu miri għall-użu mill-ġdid u rkupru u użu mill-ġdid u riċiklaġġ għas-snin wara l-2015.
4. Biex tipprepara emendi għad-Direttiva 70/156/KEE, il-Kummissjoni għandha tippromwovi il-preparazzjoni ta' livelli Ewropej relatati maż-żarmar, irkupru u riċiklaġġ tal-vetturi. La darba l-livelli huma miftehma, imma f'kull każ mhux iktar tard mill-2001, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandhom jemendaw id-Direttiva 70/156/KEE li l-vetturi ta' tip approvat skond id-Direttiva u mpoġġija fis-suq wara tliet snin wara li jsiru emendi għad-Direttiva 70/156/KEE huma wżati mill-ġdid u/jew riċiklati għal minimu ta' 85 % bil-piż ta' vettura u jerġgħu jistgħu jintużaw u/jew ikunu rkuprati għal minimu ta' 95 % bil-piż ta' vettura.
5. Waqt li qed tipproponi l-emenda għad-Direttiva 70/156/KEE relatata ma' l-abilità għaż-żarmar, irkupru u riċiklaġġ ta' vetturi, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni kif xieraq tal-bżonn biex jiżgura li l-użu ta' komponenti għal darb'oħra ma' jagħtix lok għal perikoli għas-sigurtà jew l-ambjent.
Artikolu 8
Standards ta' kodifikazzjoni/informazzjoni dwar żarmar
1. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi, miftehma ma' fabbrikanti tal-materjali u apparat, jużaw standards ta' kodifikazzjoni ta' komponenti u materjal, partikolarment biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' dawn il-komponenti u l-materjali li huma adattati biex jerġgħu jintużaw u jiġu rkuprati.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fit-tħejjija ta’ dawn l-istandards, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħidma li qed titwettaq f’dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għal din il-ħidma kif xieraq.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu informazzjoni ta' żarmar għal kull tip ta' vettura ġdida mpoġġija fis-suq fi żmien sitt xhur wara li l-vettura tpoġġiet fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tidentifika, sakemm hija meħtieġa mill-faċilitajiet ta' trattament biex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-komponenti u materjali ta' vetturi differenti, u l-post fejn ikunu s-sustanzi perikolużi fil-vetturi, partikolarment biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7.
4. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-kummerċ u l-industrija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li fabbrikanti tal-komponenti wżati fil-vetturi jagħmlu disponibbli lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati, sakemm ikun mitlub minn dawn il-faċilitajiet, l-informazzjoni xierqa konċernata għal żarmar, ħażna u testijiet ta' komponenti li jistgħu jerġgħu jintużaw.
Artikolu 9
Rappurtaġġ u informazzjoni
▼M13 —————
1a. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2).
Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu.
L-ewwel perijodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.
1b. Id-data li jirrapportaw l-Istati Membri skont il-paragrafu 1a għandha tkun akkumpanjata b’rapport ta’ verifika tal-kwalità.
1c. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont il-paragrafu 1a, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tal-eżami mill-ġdid tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
1d. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data msemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu f'kull każ mill-operaturi rilevanti ekonomiċi li jippublikaw l-informazzajoni dwar:
Il-Produtturi għandhom jagħmlu din l-informazzjoni aċċessibbli lil xerrejja prospettivi tal-vetturi. Trid tkun inkluża fil-letteratura promozzjonali wżata fis-suq tal-vetturi ġodda.
Artikolu 9a
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikoli 5(5), 6(6) u 8(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikoli 5(5), 6(6) u 8(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 5(5), 6(6) u 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 10
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-21 ta' April 2002. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni biha.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew inkella akkompanjati minn riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membrii għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi domestika li minnhom huma adottaw fil-qasam governat minn din id-Direttiva.
3. Dment li l-għanijiet stipulati fid-Direttiva huma miksuba, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1), 5(1), 7(1), 8(1), 8(3) u 9(2) u r-regoli dettaljati speċifikati ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu skond il-ħtiġijiet li ġejjin
l-arranġamenti għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati
l-arranġamenti għandhom bżonn li jispeċifikaw l-għanijiet flimkien maż-żminijiet limitu li jikkorrispondu magħhom;
l-arranġamenti għandhom ikunu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali ugwalment aċċessibbli għall-pubbliku u trasmessi lill-Kummissjoni;
ir-riżultati mwettqa skond qbil għandhom ikunu sorveljati regolarment, rappuratati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u magħmulin disponibbli għall-pubbliku skond kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim;
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disposizzjonijiet biex jeżaminaw il-progress li jintlaħaq fi ftehim;
f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim l-Istati Membri jridu jimplimentaw id-disposizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva b'miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi.
Artikolu 10a
Rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid din id-Direttiva u, għal dak il-għan, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.
Artikolu 11
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. L-Artikolu 5(4) għandu japplika:
3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 5(4) qabel id-dati stipulati fil-paragrafu 2.
Artikolu 13
Lil min hi indirizzata
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-bżonnijiet minimi tekniċi għat-trattament skond l-Artikolu 6(1) u (3)
1. Siti għall-ħażna (inkluża ħażna temporanja) ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw qabel it-trattament tagħhom:
2. Siti għal trattament:
3. Operazzjonijiet ta' trattamenti għal dekontaminazzjoni tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw:
4. Operazzjonijiet ta' trattament biex jippromwovi r-riċiklaġġ:
5. Operazzjonijiet tal-ħażna għandhom jiġu mwettqa biex jevitaw ħsara lil komponenti li jkun fihom il-fluwidi jew komponenti li jistgħu jiġu rkuprati u partijiet spare.
ANNESS II
Materjali u komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)
Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta' konċentrazzjoni ta' mhux aktar minn 0,1 % tal-piż f'materjal omoġenu, għaċ-ċomb, għall-kromju eżavalenti u għall-merkurju u ta' mhux aktar minn 0,01 % tal-piż f'materjal omoġenu għall-kadmju.
L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003 li jintużaw għal vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-brushes tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.
Materjali u komponenti |
L-ambitu u d-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollu tikketta jew ikun magħmul identifikabbli skont l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |
Iċ-ċomb bħala element ta' lligar |
||
1(a). Azzar maħsub biex jinħadem bil-makkinarju u komponenti tal-azzar iggalvanizzati b'immersjoni taħraq (batch hot dip) li fih mhux aktar minn 0,35 % tal-piż f'ċomb |
|
|
1(b). Folja ta' azzar galvanizzat kontinwament li fiha mhux aktar minn 0,35 % tal-piż f'ċomb |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
2(a). Aluminju maħsub biex jinħadem bil-makkinarju, b'kontenut ta' ċomb ta' mhux aktar minn 2 % tal-piż |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2005 |
|
2(b). Aluminju b'kontenut ta' ċomb ta' mhux aktar minn 1,5 % tal-piż |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
2(c)(i). Ligi tal-aluminju maħsubin sabiex jinħadmu bil-makkinarju b'kontenut ta' ċomb sa 0,4 % tal-piż |
|
|
2(c)(ii). Ligi tal-aluminju mhux inklużi fl-entrata 2(c)(i) b'kontenut ta' ċomb sa 0,4 % tal-piż ((1a)) |
|
|
3. Ligi tar-ram b'kontenut ta' ċomb ta' mhux aktar minn 4 % tal-piż |
|
|
4(a). Ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
4(b). Ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings fil-magni, trażmissjonijiet u kumpressuri tal-arja kkundizzjonata |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2011 |
|
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||
5(a). Ċomb fil-batteriji f'sistemi ta' vultaġġ għoli ((2a)) li jintużaw biss għall-propulsjoni f'vetturi M1 u N1 |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
5(b). Ċomb fil-batteriji għall-applikazzjonijiet tal-batteriji mhux inklużi fl-entrata 5(a) |
X |
|
6. Mezzi għat-taffija tal-vibrazzjonijiet |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
7(a). Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f'pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-arja, partijiet tal-elastomeri jew tal-metall fix-xażi, u l-mountings tal-magna |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2005 |
|
7(b). Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f'pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-arja, partijiet tal-elastomeru jew tal-metall fix-xażi, u l-mountings tal-magna b'kontenut ta' ċomb ta' mhux aktar minn 0,5 % tal-piż |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-1 ta' Lulju 2006 |
|
7(c). Aġenti tal-irbit għall-elastomeri f'applikazzjonijiet tat-trażmissjoni b'kontenut ta' ċomb ta' mhux aktar minn 0,5 % tal-piż |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2009 |
|
8(a). Ċomb fl-istann biex jorbot il-komponenti elettriċi u elettroniċi mal-pjanċi taċ-ċirkwiti elettroniċi u ċ-ċomb fil-finituri tat-terminali tal-komponenti apparti mill-capacitors tal-elettrolit tal-aluminju, fuq il-pinnijiet tal-komponenti u fuq il-pjanċi taċ-ċirkwiti elettroniċi |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(b). Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi apparti mill-issaldjar fuq il-pjanċi taċ-ċirkwiti elettroniċi jew fuq il-ħġieġ |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(c). Ċomb fil-finituri tat-terminali tal-kapasiters elettrolitiċi tal-aluminju |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(d). Ċomb użat fl-issaldjar fuq il-ħġieġ fis-sensors tal-fluss tal-massa tal-arja |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2015 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(e). Ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar tal-piż f’ċomb) |
X |
|
8(f)(a). Ċomb fis-sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet konformi |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(f)(b). Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi apparti minn f’dawk il-punti fejn jitqabbdu l-konnetturi tal-faxx tal-wajers tal-vettura |
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
8(g)(i). Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u carrier ġewwa ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip |
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
8(g)(ii). Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u carrier ġewwa ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip meta dik il-konnessjoni elettrika tkun tikkonsisti f’xi waħda minn dawn li ġejjin: (i) nodu tat-teknoloġija semikonduttura ta’ 90 nm jew iktar; (ii) damma unika ta’ 300 mm2 jew iktar f’xi nodu tat-teknoloġija semikonduttura; (iii) pakketti ta’ dammi stivati b’dammi ta’ 300 mm2 jew iktar, jew interposers tas-silikon ta’ 300 mm2 jew iktar. |
(2) Valida għall-vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa mill-1 ta’ Ottubru 2022 ’il quddiem u għall-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
8(h). Ċomb fl-istann biex jorbot il-heat spreaders mar-radjatur tas-sħana (il-heat sink) fl-assemblaġġi tas-semikondutturi tal-qawwa (power semiconductor assemblies) b'ċippa b'daqs ta' mhux inqas minn 1 cm2 b'erja ta' projezzjoni u densità tal-kurrent nominali tal-inqas 1 A/mm2 tal-erja taċ-ċippa tas-silikon |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(i). Ċomb fi stann għall-applikazzjonijiet tal-igglejżjar bl-elettriku fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tal-issaldjar fl-igglejżjar laminat |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(j). Ċomb fi stann għall-issaldjar tal-ħġieġ laminat |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2020 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (6) |
8(k). L-issaldjar tal-applikazzjonijiet tat-tisħin b’kurrent tas-sħana ta’ 0,5 A jew iktar għal kull ġonta tal-issaldjar fuq il-ħġieġ uniku tal-ħġieġ laminat li ma jaqbiżx ħxuna tal-ħajt ta’ 2,1 mm. Din l-eżenzjoni ma tkoprix l-issaldjar tal-kuntatti inkorporati fil-polimeru intermedju |
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X(4) |
9. Valve seats |
Bħala spare parts għal tipi ta' magni żviluppati qabel l-1 ta' Lulju 2003 |
|
10(a). Komponenti elettriċi u elettroniċi li fihom ċomb fi ħġieg jew ċeramika, f'komposti matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, f'materjal tal-ħġieg u taċ-ċeramika, jew f'komposti matriċi tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. Din l-eżenzjoni ma tkoprix l-użu taċ-ċomb fi: — ħġieġ fil-bozoz u glejż tal-ispark plugs, — materjali dielettriċi taċ-ċeramika ta' komponenti elenkati taħt 10(b), 10(c) u 10(d). |
|
X (7) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
10(b). Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażat fuq PZT tal-kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti |
|
|
10(c). Ċomb f'materjali taċ-ċeramika dielettrika f'kapasiters b'vultaġġ nominali ta' anqas minn 125 V AC jew 250 V DC |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
10(d). Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika ta' kapasiters li jagħmel tajjeb għad-devjazzjonijiet relatati mat-temperatura tas-sensors f'sistemi tas-sonar ultrasoniċi |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2017 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
11. Inizjaturi pirotekniċi |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
12. Materjali termoelettriċi li fihom iċ-ċomb u li jintużaw f'applikazzjonijiet elettriċi awtomotivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 permezz tal-irkupru tas-sħana mill-egżost |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
Il-kromju eżavalenti |
||
13(a). Kisi kontra l-korrużjoni |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2007 |
|
13(b). Kisi preventiv kontra l-korrużjoni marbut mal-assemblaġġi tal-boltijiet u l-iskorfini għall-applikazzjonijiet tax-xażi |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
14. Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment: |
|
X |
(i) maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ inqas minn 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu; |
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
(ii) maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ 75 W jew iktar f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu; |
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
(iii) maħsubin biex jaħdmu għalkollox b’ħiter li mhux tal-elettriku. |
|
|
Merkurju |
||
15(a). Bozoz ta' skariku elettriku għall-applikazzjonijiet tal-fanali ta' quddiem |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
15(b). Tubi florexxenti użati fil-pannelli tad-displej tal-istrumenti |
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
Kadmju |
||
16. Batteriji għall-vetturi elettriċi |
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta' Diċembru 2008 |
|
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2021. (1a) Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b'mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta' aluminju riċiklat. (3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2024. (2a) Is-sistemi li għandhom vultaġġ ta' > 75VDC kif iddefinit fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10). (5) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2019. (6) Iż-żarmar fil-każ li, f'korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta' 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta' din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni. (7) Iż-żarmar jekk, f'korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(j), jinqabeż limitu medju ta' 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta' din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni. |
( 1 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1
( 2 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).