This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01999L0074-20140101
Council Directive 1999/74/EC of 19 July 1999 laying down minimum standards for the protection of laying hens
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad- 19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad- 19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid
1999L0074 — MT — 01.01.2014 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p.53) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003 |
L 122 |
1 |
16.5.2003 |
|
L 353 |
8 |
28.12.2013 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/74/KE
tad-19 ta’ Lulju 1999
li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 dwar dan,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew ( 2 );
Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Marzu 1988 il-Kunsill adotta d-Direttiva 88/166/KEE ( 4 ) li tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ 131/86 (annullament tad-Direttiva tal-Kunsill 86/113/KEE tal-25 ta’ Marzu 1986 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid miżmuma f’batterija ta’ gaġġi); |
(2) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 88/166/KEE jeħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, kull rapport dwar żviluppi xjentifiċi rigward il-benessere tat-tiġieġ taħt diversi sistemi ta’ trobbija u dwar id-disposizzjonijiet fl-Anness għad-direttiva, akkumpanjat b’kull proposta xierqa ta’ aġġustament; |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja ( 5 ), mħejjija fuq il-bażi tal-Konvenzjoni Ewropeja għall-Ħarsien ta’ Annimali miżmuma għal Skopijiet ta’ Biedja, tistabbilixxi disposizzjonijiet tal-Komunità mmirati biex jagħtu effett lill-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni, li jinkludu id-disposizzjoni għal akkomodazzjoni, ikel, ilma u kura xierqa għall-ħtiġiet fiżjoloġiċi u etoloġiċi ta’ l-annimali; |
(4) |
Fl-1995 il-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta’ l-Annimali miżmuma għal Skopjijiet ta’ Biedja adotta kull rakkomandazzjoni dettaljata, li tinkludi tiġieġ li jbidu; |
(5) |
Il-ħarsien ta’ tiġieġ li jbidu hija kwistjoni ta’ kompetenza tal-Komunità; |
(6) |
Id-differenzi li jistgħu jxekklu l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jinterferixxu fit-tmexxija ta’ l- organizzazzjoni tas-suq ta’ l-annimali u tal-prodotti mill-annimali; |
(7) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni li għalih saret referenza fil-premessa 2, li huwa msejjes fuq kull fehma mill-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, ikkonkluda li l-kondizzjonijiet ta’ benessere ta’ tiġieġ miżmuma f’batteriji ta’ gaġġi attwali u f’sistemi oħra ta’ trobbija mhumiex adegwati u li ċertu ħtiġiet tagħhom ma jistgħux jintlaħqu f’dawn il-gaġġi; għaldaqstant għandhom jiddaħħlu l-ogħla standards possibbli, fid-dawl ta’ diversi parametri li jridu jiġu meqjusa sabiex jittejbu dawn il-kondizzjonijiet; |
(8) |
Madanakollu, għal kull perjodu li jrid jiġi determinat, l-użu ta’ sistemi ta’ gaġġi mhux arrikkiti jista’ jitkompla taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż ħtiġiet strutturali u ta’ spazju mtejba; |
(9) |
Irid jinżamm kull bilanċ bejn id-diversi aspetti li jridu jiġu meqjusa, fir-rigward kemm tal-benessere kif ukoll ta’ saħħa, konsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-impatt ambjentali; |
(10) |
Huwa xieraq li, waqt li jkunu għaddejjin studji dwar il-benessere ta’ tiġieġ li jbidu b’diversi sistemi ta’ trobbija, jiġu adottati disposizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri li jagħżlu l-iktar sistema jew sistemi xierqa; |
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull rapport ġdid bi proposti xierqa li jieħdu konsiderazzjoni ta’ dak ir-rapport; |
(12) |
Id-Direttiva 88/166/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra u mibdula, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu l
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid.
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
— stabbilimenti b’inqas minn 350 tiġieġa li tbid,
— stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu għat-trobbija.
Dawn l-istabbilimenti għandhom, madanakollu, jissoktaw li jkunu soġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 98/58/KE.
Artikolu 2
1. Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/58/KE għandhom jgħoddu fejn meħtieġa.
2. Magħduda ma’ dan, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-iskop ta’ din id-Direttiva:
(a) “tiġieġ li jbidu” tfisser: tiġieġ ta’ l-ispeċi Gallus gallus li jkunu laħqu maturità f’dak li huwa bajd u li jinżammu għall-produzzjoni ta’ bajd mhux maħsuba għat-tfaqqis;
(b) “bejta” tfisser: kull post separat għat-tqegħid tal-bajd, li l-komponenti ta’ l-art tiegħu m’hemmx għalfejn jinkludi gożwajer li tista’ tiġi f’kuntatt mat-tjur, għal kull tiġieġa waħda jew għal kull grupp ta’ tiġieġ (bejta ta’ grupp);
(ċ) “ħmieġ” ifisser: kull materjal li jista’ jitfarrak li jippermetti lit-tiġieġ li jissodisfaw il-ħtiġiet etoloġiċi tagħhom;
(d) “żona li tista’ tintuża” tfisser: kull żona wiesgħa ta’ mill-inqas 30 ċm b’rampa ma’ l-art ta’ mhux iktar minn 14 %, bi spazju għar-ras ta’ mill-inqas 45 ċm. Żoni ta’ bejtiet m’għandhomx jitqiesu bħala żoni li jistgħu jintużaw.
Artikolu 3
Skond is-sistema jew sistemi adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom jagħmlu ċert li s-sidien u d-detenturi ta’ tiġieġ li jbidu japplikaw mhux biss id-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 98/58/KE u ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva imma wkoll il-ħtiġiet speċifiċi għal kull waħda mis-sistemi li għaliha saret referenza hawn isfel, jiġifieri:
(a) jew id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I fir-rigward ta’ sistemi alternattivi;
(b) jew id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II fir-rigward ta’ sistemi ta’ gaġġi mhux arrikkiti;
(ċ) jew id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III rigward gaġġi arrikkiti.
KAPITOLU I
Disposizzjonijiet applikabbli għal sistemi alternattivi
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li mill-1 ta’ Jannar 2002 kull sistema ta’ produzzjoni mibnija jew mibnija mill-ġdid li għaliha saret referenza f’dan il-kapitolu u kull sistema ta’ produzzjoni ta’ dan it-tip li bdiet tintuża għall-ewwel darba tikkonforma mill-inqas mal-ħtiġiet ta’ hawn isfel.
1. Kull sistema trid tiġi mgħammra b’tali mod li kull tiġieġa li tbid ikollha:
(a) jew feeders linejari li jipprovdu ta’ l-inqas 10 ċm għal kull tajra jew feeders ċirkolari li jipprovdu ta’ mill-inqas 4 ċm għal kull tajra;
(b) jew ħawt ta’ tisqija kontinwa li jipprovdi 2,5 ċm għal kull tiġieġa jew ħawt ċirkolari ta’ tisqija li jipprovdi 1 ċm għal kull tiġieġa.
Magħduda ma’ dan, jekk jiġu użati bżieżel jew kikkri għat-tisqija, għandu jkun hemm ta’ mill-inqas beżżula waħda jew kikkra għal kull 10 tiġieġ. Meta l-punti ta’ tisqija huma ċċumbati l-ġewwa, ta’ mill-inqas żewġ kikkri jew żewġt ifliexken bil-beżżul irid ikun milħuq minn kull tiġieġa;
(ċ) ta’ mill-inqas bejta waħda għal kull seba’ tiġiġiet. Jekk jintużaw bejtiet ta’ gruppi, irid ikun hemm ta’ mill-inqas 1 m2 ta’ spazju fil-bejta għal kull massimu ta’ 120 tiġieġa;
(d) perċi adegwati, mingħajr truf li jaqtgħu u li jipprovdu ta’ mill-inqas 15 ċm għal kull tiġieġa. Il-perċi ma jistgħux jitpoġġew fuq iż-żibel u d-distanza orizzontali bejn il-perċi trid tkun ta’ mill-inqas 30 ċm u d-distanza orizzontali bejn il-perċa u l-ħajt trid tkun ta’ mill-inqas 20 ċm;
(e) ta’ mill-inqas 250 ċm2 ta’ żona biż-żibel għal kull tiġieġa, u ż-żibel għandu jokkupa ta’ mill-inqas terz tal-wiċċ ta’ l-art.
2. Il-paviment ta’ l-installazzjonijiet irid ikun kostruwit b’tali mod li jappoġġa b’mod adegwat id-dwiefer ta’ kull sieq li jħarsu ’l quddiem.
3. Magħduda ma’ dawn id-disposizzjonijiet stabbiliti f’punti 1 u 2,
(a) jekk jintużaw sistemi ta’ trobbija fejn it-tiġieġ jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles bejn livelli differenti,
(i) m’għandux ikun hemm iktar minn erba’ livelli;
(ii) l-ispazju għar-ras bejn il-livelli jrid ikun ta’ mill-inqas 45 ċm;
(iii) il-faċilitajiet ta’ tisqija u ta’ ikel irid ikun distribwit b’tali mod li jipprovdi aċċess ugwali għal kull tiġieġa;
(iv) il-livelli jridu jkunu rranġati b’tali mod li ma jippermettux li l-ħmieġ jaqa’ fil-livelli ta’ isfel.
(b) Jekk it-tiġieġ li jbidu jkollhom aċċess għal ftuħ ta’ barra:
(i) irid ikun hemm diversi toqob li jagħtu aċċess dirett għaż-żona ta’ barra, ta’ mill-inqas 35 ċm għoljin u 40 ċm wiesgħa u li jestendu t-tul kollu tal-bini; f’kull kas, fetħa totali ta’ 2 m trid tkun disponibbli għal kull grupp ta’ 1000 tiġieġa;
(ii) iż-żoni fejn jistgħu jiġru fil-beraħ iridu jkunu:
— ta’ kull żona xierqa għad-densità ta’ l-istokk u n-natura ta’ l-art, sabiex ma jkun hemm ebda kontaminazzjoni;
— mgħammra b’kenn minn temp qieraħ u annimali predaturi, u, jekk meħtieġ, ħwat tax-xorb adattati.
4. Id-densità ta’ l-istokk ma tistax teċċedi disa’ tiġieġ li jbidu għal kull 2 m ta’ żona li tista’ tintuża.
Madanakollu, meta ż-żona li tista’ tintuża tikkorrispondi għall-wiċċ ta’ l-art disponibbli, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2011, jawtorizzaw kull densità ta’ stokk ta’ 12-il tiġieġa għal kull 2m ta’ żona disponibbli għal dawk l-istabbilimenti li japplikaw din is-sistema fit-3 ta’ Awissu 1999.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-ħtiġiet minimi stipulati fil-paragrafu 1 japplikaw għal kull sistema alternattiva mill-1 ta’ Jannar 2007.
KAPITOLU II
Disposizzjonijiet applikabbli għat-trobbija f’sistemi ta’ gaġġi mhux arrikkiti
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li mill-1 ta’ Jannar 2003 kull sistema ta’ gaġġi li għaliha saret referenza f’dan il-kapitolu tikkonforma ta’ l-inqas mal-ħtiġiet li ġejjin:
1. ta’ l-anqas 550 ċm2 għal kull tiġieġa, mkejla fuq kull pjan orizzontali, li tista’ tintuża mingħajr restrizzjoni, b’mod partikolari li ma jinkludux pjanċi mhux taż-żibel li jintużaw biex ixellfu u li jistgħu jirrestrinġu l-arja disponibbli, iridu jiġu provduti għal kull tiġieġa li tbid;
2. kull ħawt ta’ l- ikel li jista’ jintuża mingħajr restrizzjonijiet irid jiġi provdut. It-tul tiegħu jrid ikun ta’ mill-inqas 10 ċm multiplikat bin-numru ta’ tiġieġ fil-gaġġa;
3. kemm-il darba ma jiġux ipprovduti drinkers bil-beżżula jew kikkri għax-xorb, kull gaġġa jrid ikollha kanal ta’ xorb kontinwu ta’ l-istess tul bħall-ħawt ta’ l-ikel imsemmi fil-punt 2. Meta jiġu ċċumbati l-punti tax-xorb, ta’ mill-inqas żewġ drinkers tal-beżżula jew żewġ kikkri bir-ras għandhom ikunu milħuqa minn kull gaġġa;
4. il-gaġġi jridu jkunu ta’ mill-inqas 40 ċm għoljin fuq ta’ mill-inqas 65 % taż-żona tal-gaġġa u mhux inqas minn 35 ċm f’kull punt;
5. Il-pavimenti tal-gaġġi jridu jinbnew b’tali mod li jappoġġaw b’mod adegwat id-dwiefer li jħarsu ’l quddiem ta’ kull sieq. Iż-żerżiqa tal-paviment ma tistax tkun iktar minn 14 % jew 8 %. Fil-każ ta’ pavimenti li ma jużawx gożwajer rettangolari, l-Istati Membri jistgħu jippermettu żerżiqa aktar wieqfa;
6. il-gaġġi għandhom jiġu mgħammra b’tagħmir xierqa għat-tqassir tad-dwiefer.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li t-trobbija f’gaġġi li għalihom saret referenza f’dan il-kapitolu tiġi projbita b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Apparti dan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003 ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”), tiġieġ li jbid jista' jibqa' jiġi mrobbi f'gaġeġ kif imsemmi f'dan il-Kapitolu sal-31 ta' Diċembru 2017.
Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba fil-Majott.
Il-bajd li ġej minn stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu biss fis-suq lokali tal-Majott. Dak il-bajd u l-pakki tagħhom għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’marka speċjali, b'mod li jkunu jistgħu jsiru l-kontrolli neċessarji. Deskrizzjoni ċara ta’ dan l-immarkar speċjali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
KAPITOLU III
Disposizzjonijiet applikabbli għal trobbija f’gaġġi arrikkiti
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li mill-1 ta’ Jannar 2002 kull gaġga li għaliha saret referenza f’dan il-kapitolu tikkonforma ta’ mill-inqas mal-ħtiġiet li ġejjin:
1. it-tiġieġ li jbidu jrid ikollhom:
(a) ta’ mill-inqas 750 ċm2 ta’ żona ta’ gaġġa għal kull tiġieġa, li ta’ mill-inqas 600 ċm2 minnhom trid tiġi użata; l-għoli tal-gaġġa apparti minn dak ’l fuq miż-żona li tiġi użata għandu jkun ta’ mill-inqas 20 ċm f’kull punt u ebda gaġġa m’għandha jkollha żona totali li hija inqas minn 2000 ċm2;
(b) kull bejta;
(ċ) ħmieġ li jagħmlu t-tnaqqir u ħakk possibbli;
(d) perċi xierqa li jippermettu ta’ mill-inqas 15 ċm għal kull tiġieġa;
2. irid jiġi provdut kull ħawt ta’ l-ikel li jista’ jintuża mingħajr restrizzjonijiet. It-tul tiegħu jrid ikun ta’ mill-inqas 12 ċm multiplikat bin-numru ta’ tiġieġ fil-gaġġa;
3. kull gaġġa jrid ikollha kull sistema ta’ xorb addattat għad-daqs tal-grupp; meta drinkers bil-beżżul jiġu provduti, ta’ mill-inqas żewġ drinkers bil-bżieżel jew żewġ kikkri jridu jkunu jintlaħqu minn kull tiġieġa;
4. sabiex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni, l-installazzjoni u d-depopolazzjoni tat-tiġieġ irid ikun hemm kull navata minima ta’wisgħa minima ta’ 90 ċm bejn is-sarbut ta’ gaġeġ u kull spazju ta’ mill-inqas 35 ċm irid jitħalla bejn il-paviment tal-bini u l-qiegħ ta’ sarbut tal-gaġġi;
5. il-gaġġi għandhom jiġu armati b’tagħmir xieraq għat-tqassir tad-dwiefer.
KAPITOLU IV
Disposizzjonijiet finali
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-istabbilimenti koperti fil-mira ta’ din id-Direttiva huma reġistrati mill-awtorità kompetenti u jingħataw kull numru distintiv li għandu jkun il-medju sabiex jiġu intraċċati bajd impoġġija fis-suq għall-konsum uman.
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti qabel l-1 ta’ Jannar 2002 b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li l-awtorità kompetenti twettaq spezzjonijiet sabiex tissorvelja l-konformità tad-disposizzjonijiet ta’ din id- Direttiva. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fl-okkażjoni meta jrisu kontrolli għal skopijiet oħrajn.
2. Minn kull data stabbilita skond il-proċedura li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet imwettqa b’mod konformi ma’ paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti sommarji ta’ dawn ir-rapporti lill-Kumitat Veterinarju Permanenti.
3. Qabel l-1 ta’ Jannar 2002 il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, tissottometti proposti għall-armonizzazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
(a) l-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1;
(b) il-format u l-kontenut tar-rapporti li għalih saret referenza fil-paragrafu 2 u l-frekwenza li biha għandhom jiġu sottomessi.
Artikolu 9
1. Kull meta tinħtieġ l-applikazzjoni uniformi tal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, esperti veterinarji mill- Kummissjoni jistgħu, konġuntivament ma’ l-awtoritajiet kompetenti:
(a) jivverifikaw li l-Istati Membri jikkonformaw mal-ħtiġiet imsemmija;
(b) jagħmlu kontrolli fuq il-lok sabiex jagħmlu ċert li l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konformi ma’ din id-Direttiva.
2. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu ssir kull spezzjoni għandu jipprovdi l-esperti veterinarji mill-Kummissjoni b’kull assistenza li dawn jistgħu jeħtiġu fil-qadi ta’ dmirhom. L-eżitu tal-kontrolli li jsiru jridu jiġu diskussi ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati qabel ma jsir ir-rapport finali u jiġi mdawwar.
3. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu kull miżura li tista’ tkun meħtieġa sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni r-riżultati tal-provi.
4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, jekk meħtieġa, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.
Artikolu 10
Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005 il-Kummissjoni għandha tagħti kull rapport lill-Kunsill, imsejjes abbażi ta’ kull fehma mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, dwar id-diversi sistemi ta’ trobbija ta’ tiġieġ li jbid, u b’mod partikolari dwar dawk koperti minn din id-Direttiva, b’konsiderazzjoni kemm l-aspetti patoloġiċi, zootekniċi, fiżjoloġiċi, u etoloġiċi tad-diversi sistemi kif ukoll ta’ l-impatt tagħhom fuq is-saħħa u fuq l-ambjent..
Dak ir-rapport għandu jitħejja wkoll fuq il-bażi ta’ kull studju ta’ l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tad-diversi sistemi u ta’ l-effetti tagħhom fuq is-sħab ekonomiċi tal-Komunità.
Magħduda ma’ dan, għandu jiġi akkumpanjat bi proposti xierqa li jieħdu in konsiderazzjoni l-konklużjonijiet tar-rapport u l-eżitu tan-negozjati ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Il-Kunsill għandu jaġixxi b’kull maġġoranza kkwalifikata fuq dawn il-proposti fi żmien 12-il xahar minn meta jiġu sottomessi.
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 6 ).
2. Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 7 ).
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.
Artikolu 12
Id-Direttiva 88/166/KEE qiegħda hawnekk tiġi mħassra b’effett mill-1 ta’ Janar 2003.
Artikolu 13
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi, inkluż kull penali meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Meta l-Istati Membru jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkummpanjati b'din ir-referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri jistgħu, waqt li jirrispettaw ir-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat, iżommu jew japplikaw fit-territorji tagħhom disposizzjonijiet għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbidu li huma iktar strinġenti minn dawk previsti minn din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura meħuda għal dawn il-finijiet.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil jum tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
B’żieda mad-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness għad-Direttiva 98/58/KE, il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw:
1. Kull tiġieġa trid tiġi spezzjonata mis-sid jew mill-persuna responsabbli għat-tiġieġ ta’ mill-inqas darba kuljum.
2. Il-livell ta’ storbju jrid jiġi minimizzat. Storbju bla waqfien jew storbju għallarrieda jrid jiġi evitat. Fannijiet ta’ ventilazzjoni, makkinarju ta’ l-għalf u tagħmir ieħor irid jiġi kostruwit, jitqiegħed, imħaddem, u miżmum b’tali mod li jikkawża l-inqas storbju possibbli.
3. Kull bini jrid ikollu livelli ta’ dawl biżżejjed biex jippermetti li t-tiġieġ kollu jara lil xulxin u li jidhru b’mod ċar, biex jinvestigaw l-inħawi ta’ madwarhom b’mod viżwali u li jintwerew livelli normali ta’ attività. Jekk ikun hemm dawl naturali, l-aperturi tad-dawl iridu jiġu rranġati b’tali mod li d-dawl jiġi distribwit b’mod ugwali ġewwa l-akkomodazzjoni.
Wara l-ewwel ftit jiem ta’ kondizzjonar, is-sistema ta’ dawl għandha tkun tali li tipprevjeni problemi ta’ saħħa u ta’ mġieba. Għaldaqstant, trid issegwi ritmu ta’ 24 siegħa u trid tinkludi kull perjodu mhux interrott ta’ dlam li jdum, bħala indikazzjoni, madwar terz tal-ġurnata, sabiex it-tiġieġ ikunu jistgħu jistrieħu u sabiex jiġu evitati problemi bħal immunodipressjoni u anomaliji okulari. Kull perjodu ta’ għabex ta’ żmien xieraq irid jiġi provdut meta d-dawl jitbaxxa sabiex it-tiġieġ ikollhom ħin biex jadattaw mingħajr tfixkil jew ħsara.
4. Dawk il-partijiet tal-bini, tagħmir jew strumenti li jmissu mat-tiġieġ iridu jiġu mnaddfa u ddisinfettati sew regolarment u f’kull każ kull darba li titwettaq depopolazzjoni u qabel ma tiddaħħal konsenja ġdida ta’ tiġieġ. Waqt li l-gaġġi jkunu okkupati, l-uċuħ u t-tagħmir irid jinżamm nadif b’mod sodisfaċenti.
Il-ħmieġ irid jitneħħa kemm jista’ jkun ta’ spiss u tiġieġ mejjet irid jitneħħa kuljum.
5. Il-gaġġi jridu jkunu mgħammra b’tali mod li jipprojbixxu t-tiġieġ milli jaħrab.
6. Akkomodazzjoni li tikkonsisti f’żewġ sarbuti ta’ gaġġi jew aktar irid ikollhom tagħmir jew miżuri xierqa li jippermettu spezzjoni ta’ kull sarbut mingħajr difffikultà u li tiffaċilità t-tneħħija ta’ tiġieġ.
7. Id-disinn u d-dimensjonijiet tal-bieb tal-gaġġa jrid ikun tali li tiġieġa adulta tkun tista’ tiġi mneħħija mingħajr tbatija żejda jew mingħajr ma tweġġa’.
8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-punt 19 ta’ l-Anness għad-Direttiva 98/58/KE, kull mutilazzjoni għandha tiġi projbita.
Sabiex tittieħed prevenzjoni kontra tnaqqir tar-rix u kannibaliżmu, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tirqim tal-munqar sakemm dan isir minn impjegati kwalifikati fuq flieles li għandhom inqas minn 10 ijiem u li huma maħsuba sabiex ibidu.
( 1 ) ĠU C 157, ta’ l-4.6.1999, p. 8.
( 2 ) ĠU C 128, tas-7.5.1999, p. 78.
( 3 ) ĠU C 101, tat-12.4.1999.
( 4 ) ĠU L 74, tad-19.3.1988, p. 83.
( 5 ) ĠU L 221, tat-8.8.1998, p. 23.
( 6 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.
( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.