EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01999D0470-20010802

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Ġunju 1999 dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kolla tal-bini (notifikat taħt dokument numru K(1999) 1478) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (1999/470/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/470/2001-08-02

1999D0470 — MT — 02.08.2001 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ġunju 1999

dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kolla tal-bini

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 1478)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/470/KE)

(ĠU L 184, 17.7.1999, p.32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ġunju 1999

dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kolla tal-bini

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 1478)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/470/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

(1)

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, kif bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, il-’proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għall-prodott jew grupp ta' prodotti partikolari, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-fabbrika ta' produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa għalhekk meħtieġ;

(2)

Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilità għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

(3)

Billi ż-żewġ proċeduri li għalihom jipprovdi Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b'riferenza għal Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, minħabba li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

(4)

Billi l-proċedura riferita fil punt (a) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi mniżżla fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema mniżżla fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III;

(5)

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-prodotti jew gruppi ta' prodotti mniżżla f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha il-manifattur ikollu fir-responsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika li tiżgura li l-prodott ikun f’konformità ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti mniżżla f'Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll ta' produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Din il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif imniżżla f'Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kolla tal-madum (b'mod partikolari binders idriċi, binders bis-siment , dispersion polymers, reżini ta' reazzjoni)

Użu intern u estern f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra, esklużi dawk suġġetti għal reazzjoni għal regolamenti tal-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet ►M1  A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3)  ◄ .




ANNESS II

Kolla tal-madum (b'mod partikolari binders idriċi, binders tas-siment , dispersion polymers, reżini ta' reazzjoni)

Għall-użu suggetti għar-reazzjoni tar-regolamenti tal-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet ►M1  A1 ( 4 ), A2 (4) , B (4) , Ċ (4)  ◄ .

Kolla strutturali (b'mod partikolari reżini tal-epoxy, reżini tal-polyurethane, reżini akriliċi, reżini tal-aminoplastic, u reżini tal -phenolic)

Għall-użu strutturali f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra.




ANNESS III

Nota:

għal prodotti li jkollhom aktar minn użu maħsub wieħed speċifikati fil-gruppi li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, miksuba mis-sistema relevanti għall-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TA' PRODOTTI:

KOLLA TAL-BINI (1/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt,CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/jin għall-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard/s ta' armonizzazzjoni relevanti:



Prodott

Użu maħsub

Livell/i jew klassi/jiet

Sistema ta' attestazzjoni ta' konformità

Kolla strutturali

Għall-użu strutturali f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra

2+

Kolla għall-madum

Għall-użu intern u estern f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra

3

Sistema 2+: Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), l-ewwel possibiltà, inkluża ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' spezzjoni iniżjali fil-fabbrika u fil-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll ta' sorveljanza kontinwa, stima u approvazzjoni tal-kontroll ta' approvazzjoni tal-fabbrika.

Sistema 3: Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi l-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TA' PRODOTTI:

KOLLA TAL-BINI (2/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/ji għall-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard/s ta' armonizzazzjoni relevanti:



Prodott

Użu maħsub

Livell/i jew klassi/jiet

Sistema ta'

attestazzjoni ta' konformità

Kolla strutturali

Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti ta' kontra l-ħruq

►M1  A1 (1), A2 (1), B (1), Ċ (1)  ◄

1

Kolla tal-madum

►M1  A1 (2), A2 (2), B (2), Ċ (2), D, E ◄

3

►M1  (A1 sa E) (3), F ◄

4

(1)    ►M1  Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi) ◄ .

(2)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar 1 ◄ .

(3)    ►M1  Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/Materjali ta' Klassi A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE) ◄ .

Sistema 1+: Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), mingħajr ta' ittestjar awditjat tal-kampjuni

Sistema 3: Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi l-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tal-11.02.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.08.1993, p. 1.

( 3 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

( 4 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

Top