This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01998L0070-20231120
Directive 98/70/EC of the European Parliament and of the Council of 13 October 1998 relating to the quality of petrol and diesel fuels and amending Council Directive 93/12/EEC
Consolidated text: Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE
Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE
01998L0070 — MT — 20.11.2023 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350 28.12.1998, p. 58) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 287 |
46 |
14.11.2000 |
||
|
ID-DIRETTIVA 2003/17/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta’ Marzu 2003 |
L 76 |
10 |
22.3.2003 |
|
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
|
DIRETTIVA 2009/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009 |
L 140 |
88 |
5.6.2009 |
|
|
L 147 |
15 |
2.6.2011 |
||
|
L 170 |
62 |
11.6.2014 |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2015/1513 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Settembru 2015 |
L 239 |
1 |
15.9.2015 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
1 |
21.12.2018 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2023/2413 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
31.10.2023 |
|
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Ottubru 1998
dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward ta’ vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli mhux tat-triq, inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni meta ma jkunux fuq il-baħar, tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar, speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa għall-karburanti li għandhom jintużaw ma’ magni “positive ignition” u magni “compression ignition”, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tekniċi ta’ dawk il-magni.
L-Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
“petrol” ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operat tal-magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni tal-vetturi li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2710 11 41 , 2710 11 45 , 2710 11 49 , 2710 11 51 u 2710 11 59 ( 1 );
“karburanti tad-diżil” ifissru ż-żjut tal-gass li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 2710 19 41 (1) u jiġu wżati għall-vetturi li jimxu bil-qawwa tagħhom infushom kif riferiti fid-Direttiva 70/220/KEE u d-Direttiva 88/77/KEE;
“żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45 ( 2 ), maħsub għall-użu f’magni “compression ignition” imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE ( 3 ), 97/68/KE ( 4 ) u 2000/25/KE) ( 5 );
“reġjuni l-iktar il barra”; ifissru Franza rigward id-Dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar, il-Portugall rigward l-Azores u Madeira, u Spanja rigward il-Ġżejjer Kanarji;
“Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf” tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;
“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;
“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija” tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);
“fornitur” tfisser “fornitur tal-karburant” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
“bijokarburanti” tfisser “bijokarburanti” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika” tfisser il-karburanti likwidi jew gassużi, għajr il-bijokarburanti li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, u li jintużaw fit-trasport;
“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel li jinkludu prinċipalment ċereali (irrispettivament minn jekk jintużawx biss il-qmuħ jew il-pjanta kollha bħal fil-każ ta' qamħirrun aħdar, tuberi u għelejjel tal-għeruq (bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u jam), u għelejjel corm (bħal taro u cocoyam);
“bijokarburanti ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art” tfisser bijokarburanti li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti mniżżla fl-Artikolu 7b;
“residwu tal-ipproċessar” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) tal-aħħar li proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;
“residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija; dawn ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat.
▼M4 —————
L-Artikolu 3
Petrol
Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
L-Istati Membri fejn id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax jistgħu, bla ħsara għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq matul il-perijodu tas-sajf ta’ petrol li jkun fih l-etanol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 60 kPa kif ukoll ir-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III, bil-kondizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant.
Fejn l-Istati Membri jkunu jixtiequ japplikaw xi waħda mid-derogi previsti fil-paragrafu 4, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jgħaddu kull informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pożittività u t-tul ta’ żmien tagħha, filwaqt li tqis:
il-ħtieġa li jiġu evitati problemi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn pressjoni tal-fwar ogħla, inklużi l-ħtiġijiet ta’ adattament tekniku limitati fiż-żmien; u
il-konsegwenzi ambjentali jew fuq is-saħħa tal-pressjoni ogħla mill-fwar u, b’mod partikolari, l-impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja, kemm fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fi Stati Membri oħra.
Jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni turi li d-deroga ser tirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja jew it-tniġġis tal-arja, inklużi l-valuri ta’ limitu rilevanti u l-limiti massimi tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-valuri ta’ mira rilevanti.
Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga mitluba.
▼M4 —————
Artikolu 4
Karburant tad-diżil
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq tad-diżil b’kontenut ta’ ester metiliku tal-aċidi xaħmin (FAME) ta’ mhux aktar minn 7 %.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi rigward il-kontenut ta’ bijokarburant tal-karburant tad-diżil, b’mod partikolari l-FAME.
L-Artikolu 5
Ċirkolazzjoni libera
L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jipprevieni t-tqiegħid fis-suq ta' karburanti li jaqblu mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.
L-Artikolu 6
Marketing ta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti
▼M2 —————
L-Artikolu 7
Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati
Jekk, bħala riżultat ta' avvenimenti eċċezzjonali, bidla f'daqqa fil-provvista ta' żjut mhux raffinati jew prodotti petroliferi jagħmluha diffiċli għar-raffineriji fi Stat Membru li jirrispettaw il-ħtiġiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ta' l-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Istati Membri l-oħra, tista' tawtorizza valuri tal-limitu ogħla f'dak l-Istat Membru għall-komponent wieħed jew aktar tal-karburant għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.
Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha.
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu.
▼M9 —————
L-Artikolu 8
Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ
Artikolu 8a
Additivi metalliċi
Artikolu 9
Rappurtaġġ
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:
l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;
il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;
il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;
iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;
l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;
il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ( 7 ) u d-direttivi sekondarji tagħha;
▼M9 —————
analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa.
▼M9 —————
L-Artikolu 9a
Il-Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-multi stabbilii għandhom jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.
L-Artikolu 10
Proċedura għall-adattament ta' metodi analitiċi permessi u eżenzjonijiet tal-pressjoni tal-fwar permessa
Artikolu 10a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 11
Proċedura ta' Kumitat
Fejn il-Kumitati ma jagħtu ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
L-Artikolu 12
Tħassir u emenda tad-Direttivi dwar il-kwalità tal-karburant tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil
L-Artikolu 13
Traspożizzjoni f'leġislazzjoni nazzjonali
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2000.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
▼M4 —————
L-Artikolu 15
Dħul fis-seħħ tad-Direttiva
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 16
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS 1
SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE-IGNITION
Tip: Petrol
|
Parametru (1) |
Unità |
Limiti (2) |
|
|
Minimu |
Massimu |
||
|
Numru ottan tar-riċerka |
|
95 (3) |
— |
|
Numru ottan tal-mutur |
|
85 |
— |
|
Pressjoni tal-fwar, perjodu sajfi (4) |
kPa |
— |
60,0 (5) |
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
— perċentwal evaporat f’100 °C |
% v/v |
46,0 |
— |
|
— perċentwal evaporat f’150 °C |
% v/v |
75,0 |
— |
|
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
|
— olefini |
% v/v |
— |
18,0 |
|
— aromatiċi |
% v/v |
— |
35,0 |
|
— benżin |
% v/v |
— |
1,0 |
|
Kontenut ta’ ossiġnu |
% m/m |
|
3,7 |
|
Ossiġenati |
|
|
|
|
— Metanol |
% v/v |
|
3,0 |
|
— Etanol (jistgħu jkunu meħtieġa aġenti stabilizzanti) |
% v/v |
|
10,0 |
|
— Alkoħol isopropil |
% v/v |
— |
12,0 |
|
— Alkoħol tertbutil |
% v/v |
— |
15,0 |
|
— Alkoħol isobutil |
% v/v |
— |
15,0 |
|
— Eteri li jkun fihom ħames atomi jew iktar tal-karbonju għal kull molekula |
% v/v |
— |
22,0 |
|
— Ossiġenati oħra (6) |
% v/v |
— |
15,0 |
|
Kontenut tal-kubrit |
mg/kg |
— |
10,0 |
|
Kontenut ta’ ċomb |
g/l |
— |
0,005 |
|
►M9
(1)
Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 228:2012+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 228:2012+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi. ◄
►M9
(2)
Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 “Petroleum and related products — Precision of measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test” u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019. ◄
(3)
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkompju jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ grad regolari ta’ petrol bla ċomb b’numru ottan minimu tal-mutur (MON) ta’ 81 u numru ottan minimu tar-riċerka (RON) ta’ 91.
(4)
Il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju u m’għandux jintemm qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’temperaturi amjentali tas-sajf baxxi, il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awwissu.
(5)
Fil-każ ta’ Stati Membri b’temperaturi sajfin tal-ambjent baxxi u li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5), il-pressjoni tal-fwar massima għandha tkun ta’ 70kPa. Fil-każ ta’ Stati Membri li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5) għall-petrol li fih l-etanol, il-pressjoni massima tal-fwar għandha tkun 60 kPa flimkien mar-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III. |
|||
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION
Tip: Diżil
|
Parametru (1) |
Unità |
Limiti (2) |
|
|
Minimu |
Massimu |
||
|
Numru cetane |
|
51,0 |
— |
|
Densità fi 15 °C |
Kg/m (3) |
— |
845,0 |
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
— 95 % v/v rkuprat fi: |
°C |
— |
360,0 |
|
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi |
% m/m |
— |
8,0 |
|
Kontenut tal-kubrit |
mg/kg |
— |
10,0 |
|
Kontenut ta’ FAME — EN 14078 |
% v/v |
— |
|
|
►M9
(1)
Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2013+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi. ◄
►M9
(2)
Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 “Petroleum and related products — Precision or measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test” u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019. ◄
(3)
FAME għandu jikkonforma ma’ EN 14214. |
|||
ANNESS III
DEROGA TAL-PRESSJONI TAL-FWAR PERMESSA GĦAL PETROL LI FIH IL-BIJOETANOLl
|
Kontenut ta’ bijoetanol (%v/v) |
Rinunzja ta’ pressjoni tal-fwar permessa (kPa) (1) |
|
0 |
0 |
|
1 |
3,7 |
|
2 |
6,0 |
|
3 |
7,2 |
|
4 |
7,8 |
|
5 |
8,0 |
|
6 |
8,0 |
|
7 |
7,9 |
|
8 |
7,9 |
|
9 |
7,8 |
|
10 |
7,8 |
|
(1)
Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri vera”. Fl-istabbiliment tal-limiti tal-valuri tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt - determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006. |
|
Ir-rinunzja tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-kontenut intermedju ta’ bijoetanol bejn il-valuri elenkati għandha tkun iddeterminata b’estrapolazzjoni f’linja dritta bejn il-kontenut tal-bijoetanol immedjatament fuq u dak immedjatament taħt il-valur intermedju.
▼M9 —————
( 1 ) Il-għoti tan-numri lil dawn il-kodiċijiet tan-NM kif speċifikat fis-CCT, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2031/2001 (ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1).
( 2 ) In-numerazzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.6.1987, p. 1).
( 3 ) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.
( 4 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.
( 5 ) ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.
( 6 ) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
( 7 ) * ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).