EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01998L0059-20151009

Consolidated text: Id-Direttiva Tal-Kunsill 98/59/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/59/2015-10-09

1998L0059 — MT — 09.10.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/59/KE

ta' l-20 ta' Lulju 1998

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi

(ĠU L 225 12.8.1998, p. 16)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2015/1794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Ottubru 2015

  L 263

1

8.10.2015




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/59/KE

ta' l-20 ta' Lulju 1998

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

(1)

Billi għar-raġunijet ta' ċarezza u razzjonalità d-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE tas-17 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' redundancies kollettivi ( 3 ) għandhom jiġu kkonsolidati;

(2)

Billi huwa importanti li jkun hemm iżjed protezzjoni għall-ħaddiema fil-każ ta' redundancies kollettivi waqt li jittieħed kont tal-bżonn ta' żvilupp ibbilanċjat ekonomiku u soċjali fil-Komunità;

(3)

Billi, minkejja ż-żieda ta' konverġenza, jibqgħu differenzi bejn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar l-arranġamenti prattiċi u l-proċeduri għal din ir- redundancy u l-miżuri intenzjonati biex iserrħu mill-konsegwenzi tar- redundancy tal-ħaddiema;

(4)

Billi dawn id-differeni jistgħu jkollom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern;

(5)

Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 1974 dwar programm ta' azzjoni soċjali ( 4 ) għamlet dispożizzjoni għal-direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar il- redundancies kollettivi;

(6)

Billi l-Karta tal-Komunità dwar id-drittijiet soċjali fundamentali tal-ħaddiema, li ġiet adottata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Strasbourgu fid-9 ta' Diċembru 1989 mill-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern tal-ħdax-il Stat Membru, tgħid,

inter alia

, fil-punt 7, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza, u fit-tieni paragrafu; fil-punt 17, l-ewwel paragrafu; u fil-punt 18, it-tielet inċiż:

“7. Il-kompletazzjoni tas-suq intern għandha twassal għal titjib fil-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol fil-Komunità Ewropea (…).

It-titjib għandu jkopri, meta neċessarju, l-iżvilupp ta' ċerti aspetti tar-regolamenti ta' l-impjieg bħal proċeduri għall- redundancies kollettivi u dawk li jirrigwardaw il-falliment.

(…)

17. L-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni għall-ħaddiema għandhom jiġu żviluppati b'mod approprijat, b'kont meħud tal-prattiċi fis-seħħ fil-varji Stati Membri.

(…)

18. Din l-informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni għandha tiġi implimentata fi żmien dovut, partikolarment fil-każijiet li ġejjin:

( —…)

( —…)

 f'każijiet ta' proċeduri għal redundancies kollettivi;

( —…)”;

(7)

Billi din l-approssimazzjoni għandha għalhekk tiġi promossa filwaqt li t-titjib qed jinżamm fit-tifsira ta' l-Artikolu 117 tat-Trattat;

(8)

Billi, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta- redundancies li tipprovdi għalihom id-definizzjoni ta' redundancies kollettivi fis-sens ta' din id-Direttiva, forom oħra ta' terminazzjoni ta' kuntratti ta' l-impjieg fuq l-inizjattiva ta' min iħaddem għandhom ikunu ekwivalenti għal redudancies, sakemm ikun hemm mill-inqas ħames redundancies.

(9)

Billi għandu jkun stipulat li din id-Direttiva tapplika fil-prinċipju wkoll għall- redundancies kollettivi li jirriżulta meta l-attivitajiet ta' l-istabbiliment jitwaqqfu bħala riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja.

(10)

Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jistipulaw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jsejħu esperti fuq bażi tal-kumplessità teknika tal-kwistjonijiet li x'aktarx ikunu s-soġġett ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni;

(11)

Billi huwa neċessarju li l-obbligi ta' min iħaddem fejn għandhom x'jaqsmu l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u n-notifika japplikaw indipendentament minn jekk id-deċiżjoni dwar redundancies kollettivi jiġi minn min iħaddem jew minn impriża li tikkontrolla lil dak li jħaddem;

(12)

Billi l-Istati Membri għndhom jiżguraw li r-rapreżentanti tal-ħaddiema u/jew il-ħaddiema jkollom għad-dispożizzjoni tagħhom proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jassiguraw li l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva jitwettqu;

(13)

Billi din id-Direttiva ma għandhiex teffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi indikati fl-Anness I, il-Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TAQSIMA I

It-tifsiriet u l-iskop

L-Artikolu 1

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) redundancies kollettivi” ifisser tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem għal raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati meta, skond l-għażla ta' l-Istati Membri, in-numru tar- redundancies huwa:

(i) jew, fuq perijodu ta' 30 ġurnata:

 mill-inqas 10 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw iżjed minn 20 u inqas minn 100 impjegat,

 mill-inqas 10 % tan-numru ta' ħaddiema fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw mill-inqas 100 iżda inqas minn 300 ħaddiem,

 mill-inqas 30 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw 300 ħaddiema jew iżjed,

(ii) jew, fuq perijodu ta' 90 ġurnata, mill-inqas 20, ikun xi jkun in-numru ta' impjegati li jaħdmu fl-istabbilimenti inkwistjoni;

(b) “rappreżentanti tal-ħaddiema” jfisser ir-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti mill-liġijiet jew mill-prattiċi ta' l-Istati Membri.

Għall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar- redundancies kif previst fis-subparagrafu tal-punt (a), it-termini ta' kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta' min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar- redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a)  redundancies kollettivi effettwat taħt kuntratti tax-xogħol konklużi għal perjodi limitati taż-żmien jew għal xogħlijiet speċifiċi ħlief meta dan il- redundancies iseħħ qabel id-data ta' skadenza jew il-kompletazzjoni ta' dawn il-kuntratti;

(b) ħaddiema impjegati minn korpi amministrattivi jew minn stabbilimenti regolati minn liġi pubblika (jew, fl-Istati Membri fejn dan il-kunċett mhux magħruf, minn korpi ekwivalenti).

▼M1 —————

▼B



IT-TAQSIMA II

L-informazzjoni u l-konsultazzjoni

L-Artikolu 2

1.  Meta dak li jħaddem ikun qed jikkontempla redundancies kollettivi, huwa għandu jibda konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi żmien tajjeb bl-iskop li jintlaħaq ftehim.

2.  Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, mill-inqas, ikopru mezzi u miżuri li jevitaw redundancies kollettivi jew tnaqqis ta' numri ta' impjegati affettwati, u biex jittaffew il-konsegwenzi billi jkun hemm rikors għal miżuri soċjali magħhom immirati, inter alia, li jgħinu għall-impjieg jew it-taħriġ mll-ġdid tal-ħaddiema mingħajr xogħol.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jużaw is-servizzi ta' esperti skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.

3.  Sabiex jgħinu r-rappreżentanti tal-ħaddiema biex jagħmlu proposti kostruttivi, min iħaddem għandu fi żmien tajjeb matul il-konsultazzjonijiet:

(a) ifornihom bl-informazzjoni rilevanti kollha u

(b) f'kull każ jagħtihom notifka bil-miktub:

(i) tar-raġunijiet għar- redundancies ipproġettati;

(ii) tan-numri tal-kategoriji ta' ħaddiema li se jisfaw bla xogħol;

(iii) tan-numri u l-kategoriji tal-ħaddiema normalment impjegati;

(iv) tal-perijodu meta r- redundancies ipproġettati għandhom jiġu effettwati;

(v) tal-kriterji proposti għas-selezzjoni tal-ħaddiema li se jisfaw bla xogħol sakemm u safejn il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali jagħtu l-poter għal dan lil min iħaddem;

(vi) tal-metodu għall-kalkolu ta' xi pagamenti tar- redundancy ta' xort' oħra minn dawk ikkawżati mil-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.

Min iħaddem għandu jgħaddi lill-awtorità pubblika kompetenti kopja ta', mill-inqas, l-elementi tal-kommunikazzjoni bil-miktub li hemm previsti fl-ewwel subparagrafu, l-punt (b), is-subpunti (i) sa (v).

4.  L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, u 3, għandhom japplikaw irrespettivament minn jekk id-deċiżjoni dwar il- redundancies kollettivi tkux qed tittieħed minn min iħaddem jew minn impriża li tikkontrolla lil min iħaddem.

Waqt li jkun qed jiġi kkunsidrat il-ksur allegat tal-ħtiġiet ta' l-informazzjoni, tal-konsultazzjoni u tan-notifika stabbiliti f'din id-Direttiva, m'għandux jittieħed kont ta' xi difiża fuq il-parti ta' min iħaddem fuq il-bażi li l-informazzjoni neċessarja ma ġietx ipprovduta lil min iħaddem mill-impriża li ħadet id-deċiżjoni li wasslet għar-redundancies kollettivi.



IT-TAQSIMA III

Il-proċedura għal redundancies kollettivi

L-Artikolu 3

1.  Kull min iħaddem għandu jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub dwar kull pjan ta' redundancies kollettivi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li f'każ ta' redundancies kollettivi ippjanat ikkawżat mit-terminu ta' l-attivitajiet ta' l-istabbiliment bħala riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja, min iħaddem għandu jkun obbligat jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub biss jekk hi titlob hekk.

▼M1

Meta s-sensji kollettivi previsti jkunu jikkonċernaw lil membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment tal-baħar, min jimpjega għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera mtajra mill-bastiment.

▼B

Din in-notifika għandu jkollha l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna r- redundancies kollettivi u l-konsultazzjonijiet ippjanati mar-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti fl-Artikolu 2, u partikolarment ir-raġunijiet għar-redundancy, in-numru ta' ħaddiema li ser jisfgħu mingħajr xogħol, in-numru ta' ħaddiema normalment impjegati u l-perijodu li fih il- redundancy għandu jiġi effettwat.

2.  Min iħaddem għandu jgħaddi lir-rapreżentanti tal-ħaddiema kopja tan-notifika prevista fil-paragrafu 1.

Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jibħagtu xi kummenti li jista' jkollhom lill-awtorità pubblika kompetenti.

L-Artikolu 4

1.  Il- redundancies kollettivi pproġettati nnotifikati lill-awtorità pubblika kompetenti m'għandhomx iseħħu qabel 30 ġurnata wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 3(1) bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet individwali fir-rigward ta' l-avviż tat-tkeċċija mix-xogħol.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-poter lill-awtorità pubblika kompetenti sabiex tnaqqas il-perijodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti.

2.  Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża mill-awtorità pubblika kompetenti sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi kkawżati mir- redundancies kollettivi proġettati.

3.  Meta l-perijodu inizjali previst fil-paragraph 1 huwa iqsar minn 60 ġurnata, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-poter lill-awtorià pubblika kompetenti biex testendi l-perijodu inizjali ta' 60 ġurnata wara n-notika meta l-problemi kkawżati mill-pjanijiet proġettati ta' redundancies kollettivi x'aktarx ma tinstabx soluzzjoni għalihom fil-perijodu inizjali.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtorità pubblika kompetenti poteri iktar wiesgtra ta' estenzjoni.

Min iħaddem għandu jkun infurmat bl-estenzjoni u l-bażi tagħha qabel ma jiskadi l-perijodu tal-bidu msemmi fil-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri m'għandhomx bżonn japplikaw dan l-Artikolu għar- redundancies kollettivi kkawżati mit-tmiem ta' l-attivitajiet ta' l-istabbiliment meta dawn huwa r-riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja.



IT-TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa d-dritt ta' l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma iktar favorevoli għal ħaddiema jew li jippromovu jew li jippermettu l-applikazzjoni ta' ftehim kollettivi iktar favorevoli għall-ħaddiema.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi għall-infurzar ta' l-obbligi taħt din id-Direttiva huma disponibbli għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew għall-ħaddiema.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test ta' kull dispożizzjoni fondamentali tal-liġi nazzjonali diġà fis-seħħ jew li għad trid tidħol fis-seħħ fis-settur ggvernat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

1.  Id-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, huma hawnhekk imħassrin mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva stabbilita fl-Anness I, il-Parti B.

2.  Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

IL-PARTI A

Id-Direttivi mħassrin

(imsemmija fl-Artikolu 8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE u l-emenda li ġejja:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/56/KEE.

IL-PARTI B

Il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni għal-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 8)



Id-Direttiva

Il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni

75/129/KEE (ĠU L 48, tsat-22.2.1975, p. 29)

id-9 ta' Frar 1977

92/56/KEE (ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 3)

l-24 ta' Ġunju 1994




L-ANNESS II



TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 75/129/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, IL-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 1

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(I), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 2

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(I), it-tieni inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 3

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i), it-tielet inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-it-tieni inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii)

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b),

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b),

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(2)

Artikolu 2

L-Artikolu 2

Artikolu 3

L-Artikolu 3

Artikolu 4

L-Artikolu 4

Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5a

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Anness I

L-Anness II



( 1 ) ĠU C 210, tas-6.7.1998.

( 2 ) ĠU C 158, tas-26.5.1997, p.11.

( 3 ) ĠU L 48, tat-22.2.1975, p.29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/56/KEE (ĠU L 245, tas-26.8.1992, p.3).

( 4 ) ĠU C 13, tat-12.2.1974, p.1.

Top