This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01996L0009-20190606
Directive 96/9/EC of the European Parliament and of the Council of 11 March 1996 on the legal protection of databases
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases
01996L0009 — MT — 06.06.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 077 27.3.1996, p. 20) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 130 |
92 |
17.5.2019 |
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 96/9/KE
tal-11 ta’ Marzu 1996,
dwar il-protezzjoni legali ta’ databases
Il-KAPITOLU I
IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI
L-Artikolu 1
Il-Qasam ta’ Applikazzjoni
1. Din id-Direttiva hija dwar il-protezzjoni legali ta’ databa- ses ta’ kull xorta.
2. Għall-finiijiet ta’ din id-Direttiva, ‘database’ tfisser kollez- zjoni ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew materjali oħra irran- ġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwal- ment b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħra.
3. Il-protezzjoni taħt din id-Direttiva ma tapplikax għal programmi tal-kompjuter użati biex isiru u jitħaddmu databa- ses aċċessibbli b’mezzi elettroniċi.
L-Artikolu 2
Limitazzjonijiet fuq il-qasam ta’ l-applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għad-dispożizzjo- nijiet tal-Komunità dwar:
(a) l-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter;
(b) rittijiet ta’ kiri, drittijiet ta’ self u ċerti drittijiet dwar dritt ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali;
(ċ) l-perjodu ta’ protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati.
Il-KAPITOLU II
DRITT TA’ L-AWTUR
L-Artikolu 3
Mira tal-protezzjoni
1. B’konformità ma’ din id-Direttiva, databases li, minħabba l-għażla jew l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwix- xu kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu għandhom ikunu protetti bid-dritt ta’ l-awtur. L-ebda kriterji oħra m’għandhom ikunu applikati biex tkun stabbilita l-eliġibilità tagħhom għal dik il-protezzjoni.
2. Il-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur ta’ databases kif prov- duta fdin id-Direttiva m’għandhiex testendi għall-kontenut tagħhom u għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-kontenut innifsu.
L-Artikolu 4
Awtur tad-database
1. L-awtur ta’ database għandu jkun il-persuna naturali jew grupp ta’ persuni naturali li jkunu għamlu l-base jew, fejn il- liġijiet ta’ l-Istati Membri hekk jippermettu, il-persuna ġuridika indikata bħala t-titulari tad-dritt permezz ta’ dawk il-liġijiet.
2. Fejn xogħlijiet kollettivi jkunu rikonoxxuti bil-liġijiet ta’ Stat Membru, id-drittijiet ekonomiċi għandhom ikunu proprjetà tal-persuna li jkollha d-dritt ta’ l-awtur.
3. Dwar database magħmula minn grupp ta’ persuni naturali flimkien, id-drittijiet esklussivi għandhom ikunu proprjetà tagħ- hom in solidum.
L-Artikolu 5
Atti soġġetti għal restrizzjoni
L-awtur ta’ database, dwar dak li għandu x’jaqsam mal-forma espressiva tad-database li tista’ tkun protetta bid-dritt ta’ l- awtur, għandu jkollu d-dritt esklussiv li jagħmel jew li jawto- rizza:
(a) riproduzzjoni kollha jew parti minnha, temporanja jew permanenti, b’kull mezz u fkull forma;
(b) traduzzjoni, adattament, arranġament u tibdiliet oħra;
(ċ) kull xorta ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku tad-database jew ta’ kopji tagħha. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja tad- database mit-titulari tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu jeżaw- rixxi d-dritt li jkun hemm kontroll tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dik il-kopja fil-Komunità;
(d) kull komunikazzjoni, wirja jew eżekuzzjoni għall-pubbliku;
(e) kull riproduzzjoni, distribuzzjoni, komunikazzjoni, wirja jew eżekuzzjoni għall-pubbliku tar-riżultati ta’ l-atti msem- mija f(b).
L-Artikolu 6
Eċċezzjonijiet għal atti soġġetti għal restrizzjoni
1. Min juża b’mod leġittimu database jew kopja tagħha jista’ jesegwixxi l-atti kollha msemmija fl-Artikolu 5 li huwa jkun jeħtieġ għall-fmijiet ta’ aċċess għall-kontenut tad-databases u l- użu normali tal-kontenut mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtur tad-database. Fejn min juża b’mod leġittimu jkun awtorizzat li juża parti biss tad-database, din id-dispożizzjoni tapplika biss għal dik il-parti.
2. Stati Membri għandu jkollhom l-għażla li jipprovdu għal limitazzjonijiet fuq id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 5 fil-każi- jiet li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ riproduzzjoni għall-finijiet privati ta’ database mhux elettronika;
(b) meta jsir użu għall-fini biss ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u kemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih;, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(ċ) fejn ikun hemm użu għall-finijiet ta’ sigurtà pubblika jew għall-finijiet ta’ xi proċedura amministrattiva jew ġudizzjar- ja;
(d) fejn ikollhom x’jaqsmu eċċezzjonijiet oħra għad-dritt ta’ l- awtur li huma tradizzjonalment awtorizzati bil-liġijiet naz- zjonali, bla ħsara għall-punti (a), (b) u (ċ).
3. B’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Berna dwar il-protez- zjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, dan l-artikolu m’għan- dux ikun interpretat b’mod li jippermetti l-applikazzjoni tiegħu għal użu li jista’ jagħmel hsara irraġonevoli lill-interessi leġitti- mi tat-titulari tad-dritt jew li jmur kontra l-użu normali tad- database.
Il-KAPITOLU III
DRITT SUI GENERIS
L-Artikolu 7
Għan tal-protezzjoni
1. Stati Membri għandhom jipprovdu għal dritt għal min jagħmel database li juri li jkun sar investiment sostanzjali kwalitattiv u/jew kwantitattiv fil-kisba, verifika jew preżentaz- zjoni tal-kontenut biex ma titħalliex li ssir estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tiegħu kollu jew parti sostanzjali minn, valutat b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv, tal-kontenut ta’ dik id- database.
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a) ‘estrazzjoni’ tfisser it-trasferiment permanenti jew tempo- ranju tal-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database lil apparat ieħor b’kull mezz jew fkull forma;
(b) ‘użu mill-ġdid’ tfisser kull mod li jagħmel disponibbli lill- pubbliku il-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database permezz tad-distribuzzjoni ta’ kopji, kiri, trasmiss- joni on-line jew modi oħra ta’ trasmissjoni. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja tad-database mit-titulari tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jkun hemm kontroll tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dik il-kopja fil-Komunità;
Self pubbliku mhux att ta’ estrazzjoni jew użu mill-ġdid.
3. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun trasferit, as- senjat jew mogħti permezz ta’ liċenza kuntrattwali.
4. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll jekk dik id-database ma tkunx eliġibbli għal protezzjoni bid- dritt ta’ l-awtur jew bi drittijiet oħra. Barra dan, dan għandu japplika wkoll jekk il-kontenut ta’ dik id-database ma jkunx eliġibbli għall-protezzjoni bid-dritt ta’ l-awtur jew bi drittijiet oħra. Il-protezzjoni ta’ databases skond id-dritt imsemmi fil- paragrafu 1 għandha tkun bla ħsara għal drittijiet li jkun hemm fir-rigward tal-kontenut tagħhom.
5. L-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid ta’ sikwit u sistematika ta’ partijiet żghar tal-kontenut tad-database li jġibu magħhom atti kuntrarji għall-użu normali ta’ dik id-database jew li jagħmlu ħsara irraġonevoli lill-interessi leġittimi ta’ min ikun għamel id-database m’għandhomx jitħallew isiru.
L-Artikolu 8
Drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ min jaghmel UŻU leġittimu
1. Min jagħmel database li tkun disponibbli għall-pubbliku b’kull mod jista’ ma jitħalliex li jżomm lil min ikun qed jagħmel użu leġittimu tad-database milli jagħmel estrazzjoni jew użu mill-ġdid ta’ partijiet żgħar tal-kontenut tagħha, valu- tati b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv, ikun x’ikun il-fini. Meta min jagħmel użu leġittimu jkun awtorizzat li jagħmel estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid ta’ parti biss tad-database, dan il-paragrafu għandu japplika biss għal dik il-parti.
2. Min jagħmel użu leġittimu ta’ database li tkun disponibbli għall-pubbliku b’kull mod ma jistax jagħmel atti kuntrarji għall-użu normali tad-database jew li jagħmlu ħsara irraġone- voli lill-interessi leġittimi ta’ min ikun għamel id-database.
3. Min jagħmel użu leġittimu ta’ database li tkun disponibbli għall-pubbliku b’kull mod ma jistax jagħmel ħsara lit-titulari tad-dritt ta’ l-awtur jew dritt relatat fir-rigward tax-xogħlijiet jew suġġetti li jkunu jinsabu fid-database.
L-Artikolu 9
Eċċezzjonijiet għad-dritt sui generic
Stati Membri jistgħu jistipulaw li min jagħmel użu leġittimu ta’ database li jkun disponibbli għall-pubbliku b’kull mod jista’, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ min ikun għamilha, jagħmel estratt jew użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tagħha:
(a) fil-każ ta’ estrazzjoni għal finijiet privati tal-kontenut ta’ database mhix elettronika;
(b) fil-każ ta' estrazzjoni għall-finijiet ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u sakemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790;
(ċ) fil-każ ta’ estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid għall-finijiet ta’ sigurtà pubblika jew xi proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja.
L-Artikolu 10
Perjodu ta’ protezzjoni
1. Id-dritt provdut fl-Artikolu 7 għandu jibda jghaddi mid- data ta’ meta titlesta d-database. Dan għandu jagħlaq wara ħmistax-il sena mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena ta’ wara li fiha tkun tlestiet.
2. Fil-każ ta’ database li tkun disponibbli għall-pubbliku b’kull mod qabel jagħlaq il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il- perjodu ta’ protezzjoni b’dak id-dritt għandu jagħlaq wara ħmistax-il sena mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena ta’ wara li d- database tkun saret għall-ewwel darba disponibbli għall-pubbli- ku.
3. Kull bidla sostanzjali, valutata b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv, fir-rigward tal-kontenut ta’ database, magħduda kull bidla sostanzjali minħabba l-ġabra ta’ żidiet suċċessivi, tħassir jew tibdil, li b’riżultat ta’ dan id-database tista’ titqies bħala investiment sostanzjali ġdid, valutata b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv, għandha tikkwalifika lid-databse li tirriżulta minn dak l-investiment għall-perjodu speċifiku ta’ protezzjoni għaliha.
L-Artikolu 11
Benefiċjarji ta’ protezzjoni skond id-dritt sui generic
1. Id-dritt imsemmi fl-Artikolu 7 għandu japplika għal database li min għamilha jew it-titulari tad-dritt ikun persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru jew li jkollu r-residenza abitwali tieghu fit-territorju tal-Komunità.
2. Il-Paragrafu 1 ghandu japplika wkoll għal kumpaniji u ditti mwaqqfa skond il-liġijiet ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali fejn jaħdmu fil-Komunità; iżda, meta kumpanija jew ditta jkollha biss l-uffiċċju reġistrat tagħha fil-Komunità, l-operazzjonijiet tagħha għandhom ikollhom x’jaqsmu b’mod effettiv u kontinwu ma’ l-ekonomija ta’ Stat Membru.
3. Ftehim li jistiednu d-dritt imsemmi fl-Artikolu 7 għal databases magħmula fterzi pajjiżi u li ma japplikawx għalihom id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru mill- Kunsill li jaġixxi wara proposta tal-Kummissjoni. Il-perjodu ta’ protezzjoni mogħti lil databases bis-saħħa ta’ dik il-proċedura m’għandux ikun aktar minn dak mogħti skond l-Artikolu 10.
Il-KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI
L-Artikolu 12
Rimedji
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rimedji xierqa għall- ksur tad-drittijiet imsemmija fdin id-Direttiva.
L-Artikolu 13
Żamma ta’ l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali oħra
Din id-Direttiva hi bla ħsara partikolarment għad-dispożizzjo- nijiet dwar dritt ta’ l-awtur, drittijiet relatati ma’ dritt ta’ l-awtur jew drittijiet oħra jew obbligazzjonijiet li jkunu jinsabu fid-data, xoghlijiet jew materjal ieħor inkorporat fdatabase, brevetti, marki kummerċjali, disinji, il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali, liġijiet dwar prattiċi ristrettivi u kompetizzjoni inġusta, sigrieti tal-kummerċ, sigurtà, konfidenzjalità, protezzjoni ta’ data u privatezza, aċċess għal dokumenti pubbliċi, u l-liġi tal-kuntratti.
L-Artikolu 14
Applikazzjoni transitorja
1. Il-protezzjoni skond din id-Direttiva dwar dritt ta’ l-awtur għandha tkun tapplika wkoll għal databases magzħmula qabel id-data msemmija fl-Artikolu 16(1), li jissodisfaw fdik id-data il-kondizzjonijiet imsemmija fdin id-Direttiva dwar protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur ta’ databases.
2. Minkejja l-paragrafu l, fejn database protetta bl-arranġa- menti tad-dritt ta’ l-awtur fi Stat Membru fid-data tal-pubbli- kazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibi- lità għall-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur stabbilita fl-Artiko- lu 3(1), din id-Direttiva ma jkollhiex l-effett li tnaqqas fdak l- Istat Membru il-perjodu li jkun fadal ta’ protezzjoni mogħti permezz ta’ dawk l-arranġamenti.
3. Il-protezzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Diretti- va dwar id-dritt imsemmi fl-Artikolu 7 għandha tapplika wkoll għal databases li jkunu tlestew mhux aktar minn ħmistax-il sena qabel id-data msemmija fl-Artikolu 16(1) u li fdik id-data jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.
4. Il-protezzjoni mogħtija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun bla ħsara għal atti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data msemmija fdawk il-paragrafi.
5. Fil-każ ta’ database li tkun tlestiet mhux aktar minn ħmistax-il sena qabel id-data msemmija fl-Artikolu 16(1), il- perjodu ta’ protezzjoni skond id-dritt imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jagħlaq wara ħmistax-il sena mill-ewwel ta’ Jannar wara dik id-data.
L-Artikolu 15
Dispożizzjonijiet obbligatorji
Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-Artikoli 6(1) u 8 hija nulla u bla effett.
L-Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, rego- lamenti u dispożizzjonijiet amministattivi meħtieġa biex jikkon- formaw ma’ din id-Direttiva qabel 1-1 ta’ Jannar 1998.
Meta Stati Membri jadottawhom, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikoll- hom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l- eżami tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadot- taw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.
3. Mhux iktar tard mill-aħħar tat-tielet sena wara d-data msemmija fil-paragrafu 1, u kull tlett snin wara, il-Kummissjo- ni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li fih, skond l-informazzjoni speċifika mogħtija mill-Istati Membri, hija għandha teżamina b’mod partikolari t- tħaddim tad-dritt sui generis, magħduda l-Artikoli 8 u 9, u għandha tivverifika l-aktar jekk l-applikazzjoni ta’ dan id-dritt ikunx wassal għal abbuż ta’ pożizzjoni dominanti jew interfe- renza oħra mal-kompetizzjoni ħielsa li jiġġustifika li jittieħdu miżuri, fost oħrajn li jsiru arranġamenti ta’ liċenzjar volontarju. Fejn ikun meħtieġ, hija għandha tibgħat proposti biex din id- Direttiva tkun adattata skond żviluppi fil-qasam ta’ databases.
L-Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).