EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01995R1683-20131018

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad- 29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1683/2013-10-18

1995R1683 — MT — 18.10.2013 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1683/95

tad-29 ta' Mejju 1995

li jistabbilixxi format uniformi għall-viża

(ĠU L 164, 14.7.1995, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 334/2002 tat-18 ta' Frar 2002

  L 53

7

23.2.2002

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 856/08 ta' l-24 ta' Lulju 2008

  L 235

1

2.9.2008

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M5

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013


Emendat bi:

 A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1683/95

tad-29 ta' Mejju 1985

li jistabbilixxi format uniformi għall-viża



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment Artikolu 100ċ (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi Artikolu 100ċ (3) tat-Trattat jeħtieġ li l-Kunsill jadotta miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' format uniformi għall-viża qabel l-1 ta' Jannar 1996;

Billi l-introduzzjoni ta' format uniformi għall-viża huwa pass importanti lejn l-armonizzazzjoni tal-politika dwar il-viża; billi Artikolu 7a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fihom il-moviment liberu ta' persuni huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat; peress illi dan il-pass għandu jitqies ukoll li joħloq koerenza sħiħa mal-miżuri li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea;

Billi huwa essenzjali li l-format uniformi tal-viża għandu jkun fih it-tagħrif kollu meħtieġ u għandu jilħaq livelli tekniċi għoljin ħafna, speċjalment rigward il-ħarsien kontra l-falsifikazzjoni; peress illi wkoll għandu jkun addattat għall-użu mill-Istati Membri kollha u għandu jkollu karatteristiċi ta' sigurtà magħrufa universalment li huma viżabbli għall-għajn b'mod ċar;

Billi dan ir-Regolament iniżżel biss dawk l-ispeċifikazzjonijiet li m'humiex sigrieti; billi dawn dawn l-ispeċifikazzjonijiet jeħtieġ li jiġu supplimentati bi speċifikazzjonijiet ulterjuri li għandhom jibqgħu jinżammu sigrieti sabiex titwaqqaf il-falsifikazzjoni u li ma jistgħux jinkludu informazzjoni personali jew referenzi għal informazzjoni ta' din ix-xorta; peress illi l-Kummissjoni għandha tingħata poteri sabiex tadotta speċifikazzjonijiet ulterjuri;

Billi, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija ma tkunx disponibbli għal aktar persuni milli meħtieġa, huwa wkoll essenzjali li kull Stat Membru għandu jaħtar mhux aktar minn organu wieħed li jkollu r-responsabbiltà li jistampa l-format uniformi għall-viża, u l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jibdlu l-organu, jekk ikun meħtieġ; billi, għal raġunijiet ta' sigurtà, kull Stat Membru għandu jikkomunika l-isem tal-organu kompetenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

Billi, sabiex ikun effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika għall-viża kollha koperti f'Artikolu 5; billi l-Istati Membri għandhom ikunu wkoll ħielsa li jużaw il-format ta' viża uniformi għall-viża li jistgħu jintużaw għall-skopijiet barra minn dawk koperti f'Artikolu 5, sakemm id-differenzi li jkunu viżibbli għall-għajn ikunu nkorporati sabiex ikun impossibbli li ssir konfużjoni mal-viża uniformi;

Billi, fir-rigward ta' l-informazzjoni personali li għandha titniżżel il-format uniformi tal-viża skond l-Anness li jinsab hawn isfel, għandha tiġi żgurata l-osservanza mad-dispożizzjonijiet tal-ħarsien ta' l-informazzjoni kif ukoll mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Viża maħruġa mill-Istati Membri f'konformità ma' Artikolu 5 għandhom ikunu magħmula fil-forma ta' format uniformi (sticker). Huma għandhom jikkonformu ma' l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa fl-Anness.

▼M1

Artikolu 2

1.  Għandhom ikunu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-format uniformi għall-viżi dwar li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2):

(a) elementi addizzjonali u ħtiġiet ta' sigurtà inkluż standards aktar għoljin kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni;

(b) proċeduri u metodi tekniċi li għandhom jintużaw għall-mili tal-viża uniformi.

2.  Il-kuluri ta' l-istiker tal-viża jistgħu jinbidlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

▼M3

3.  Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(2), jista’ jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippubblikati. F’dak il-każ, dawn ghandhom ikunu disponibbli biss għall-entitajiet maħtura mill-Istati Membri bħala l-korpi responsabbli għall-istampar u għal dawk il-persuni awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 3

▼M3 —————

▼B

2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar organu wieħed li jkollu r-responsabbiltà biex jistampa l-viża. Dan għandu jikkomunika l-isem ta' dak il-organu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-istess organu jista'għal dan il-għan jiġi nominat minn żewġ Stati Membri jew iktar. Kull Stat Membru għandu jkun intitolat li jbiddel l-organu nominat tiegħu. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 4

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti aktar estensivi li jirrigwardaw il-ħarsien ta' l-informazzjoni, individwu li għalih tkun inħarġet viża għandu jkollu d-dritt li jivverifika d-dettalji personali mniżżla fil-viża u, fejn approprjat, li jitlob li jsiru korrezzjonijiet jew tħassir.

2.  M'għandha tingħata l-ebda informazzjoni f'forma li tista' tinqara minn magna fuq il-format uniformi tal-viża, sakemm din tkunx tidher ukoll fil-kaxxi deskritti fil-punti 6 u 12 ta' l-Anness, jew sakemm ma tkunx imsemmija fid-dokument relevanti tal-ivvjaġġar.

▼M5

Artikolu 5

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viżi) ( 1 ).

▼M1

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 2 ).

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

▼B

Artikolu 7

Meta l-Istati Membri jużaw il-format ta' viża uniformi għal skopijiet apparti minn dawk koperti minn Artikolu 5, għandhom jiġu addottati miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li konfużjoni mal-viża li tagħha msemmija f'Artikolu 5 ma tkunx possibbli.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ma' l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 1 għandu jsir applikabbli sitt xhur wara l-adozzjoni tal-miżuri li msemmija f'Artikolu 2.

▼M1

L-integrazzjoni tar-ritratt provdut fil-punt 2a ta' l-Anness għandu jkun implimentat mhux aktar tard minn ħames snin wara l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi provduti għall-adozzjoni ta' din il-miżura fl-Artikolu 2.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS

Għandu jiddaħħal dan il-mudell li ġej:

image

Karatteristiċi ta' sigurtà

1. Ritratt integrat meħud b’konformità ma’ l-ogħla standards ta’ sigurtà.

2. Marka li hija ottikament varjabbli (“kinegram” jew l-ekwivalenti tagħha) għandha tidher f'dan l-ispazju. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, 12-il stilla, l-ittra “E” u globu jsiru viżibbli f'daqsijiet u lwien diversi.

▼M4

3. Il-logo li jkun jikkonsisti f’ittra jew f’diversi ittri li jindikaw il-ħruġ mill-Istati Membri (jew “BNL” fil-każ tal-pajjiżi Benelux, jiġifieri l-Belġju, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi) b’effett ta’ xbiha moħbija għandu jidher f’dan l-ispazju. Dan il-logo għandu jidher ċar meta mqiegħed ċatt u jidher skur meta mdawwar b’90°. Għandhom jintużaw il-logos li ġejjin: A għall-Awstrija, BG għall-Bulgarija, BNL għall-Benelux, CY għal Ċipru, CZE għar-Repubblika Ċeka, D għall-Ġermanja, DK għad-Danimarka, E għal Spanja, EST għall-Estonja, F għal Franza, FIN għall-Finlandja, GR għall-Greċja, H għall-Ungerija, HR għall-Kroazja, I għall-Italja, IRL għall-Irlanda, LT għal-Litwanja, LVA għal-Latvja, M għal Malta, P għall-Portugall, PL għall-Polonja, ROU għar-Rumanija, S għall-Isvezja, SK għas-Slovakkja, SVN għas-Slovenja, UK għar-Renju Unit.

▼M3

4. Il-kelma “viża” b'ittri kapitali għandha tidher fin-nofs ta' dan l-ispazju b'kuluri li jkanġu. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, għandha tidher ħadra jew ħamra.

5. Din il-kaxxa għandha jkollha n-numru nazzjonali b’9 karattri ta’ l-istiker tal-viża, li għandha tkun stampata minn qabel. Għandha tintuża tipa speċjali.

5a. Din il-kaxxa għandha jkollha l-kodiċi tal-pajjiż bi tliet karattri kif stabbilit fid-Dokument ta' l-ICAO 9303 dwar id-Dokumenti ta' l-Ivjaġġar li Jinqraw minn Makkinarju ( 3 ), li jindika l-Istat Membru li joħroġ il-viża.

In-“numru ta’ l-istiker tal-viża” huwa l-kodiċi tal-pajjiż bi tliet karattri kif jidher fil-kaxxa 5a u n-numru nazzjonali kif imsemmi fil-kaxxa 5.

Taqsimiet li għandhom jimtlew

6. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem “valida għal”. L-awtorità li toħroġha għandha tindika t-territorju jew territorji li għalihom il-viża hi valida.

7. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma “minn” u l-kelma “sa” għandha tidher aktar ’il quddiem fuq il-linja. L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika hawn iż-żmien ta' validità tal-viża.

8. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem it-“tip ta' viża”. L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika l-kategorija tal-viża b'mod konformi ma' l-Artikoli 5 u 7 ta' dan ir-Regolament. Aktar ’il fuq l-istess linja il-kliem “għadd ta’ dħul”, “dewmien taż-żjara” (jiġifieri kemm l-applikant bi ħsiebu jdum) u għandha tidher ukoll “jiem”.

9. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem “maħruġa fi” u għandha tintuża biex tindika l-post minn fejn inħarġet.

10. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma “fi” (li ħdejha għandha timtela d-data tal-ħruġ mill-awtorità li toħroġha) u aktar 'il quddiem fil-linja għandu jidher il-kliem “numru tal-passaport” (li ħdejh għandu jidher in-numru tal-passaport tad-detentur).

11. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem “Kunjom, Isem”.

12. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem “kummenti”. Din għandha tintuża mill-awtorità tal-ħruġ sabiex tindika kull informazzjoni ulterjuri li titqies neċessarja, sakemm tkun konformi ma' Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ linji u nofs li jiġu wara għandhom jitħallew vojta għal kummenti bħal dawn.

13. Din il-kaxxa għandha jkun fiha informazzjoni f'forma li tista' tinqara minn makkinarju għall-iffaċilitar tal-kontrolli fil-fruntieri esterni. L-ispazju li jinqara mill-makkinarju għandu jkun fih test stampat fl-ipprintjar fl-isfond, li jindika l-Istat Membru li joħroġ id-dokument. It-test m’għandux jaffettwa l-fatturi tekniċi ta' l-ispazju li jinqara mill-makkinarju jew il-kapaċità li jkun jista' jinqara.

Il-karta għandha tkun ta' lewn naturali ċar b'marki ħomor u blu.

Il-kliem li jindika l-kaxxi għandu jidher bl-Ingliż u bil-Franċiż. L-Istat li joħroġ il-viża jista' jżid tielet lingwa li tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, il-kelma “viża” fil-linja ta' fuqnett tista' tidher fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Komunità.



( 1 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

( 2 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 3 ) Bl-eċċezzjoni għall-Ġermanja: Id-dokument ta’ l-ICAO 9303 dwar dokumenti ta’ l-ivjaġġar li jinqraw minn makkinarju jipprevedi li l-kodiċi tal-pajjiż tal-Ġermanja jkun “D”.

Top