EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01991L0498-19950101

Consolidated text: Id-Direttiva Tal-kunsill tad-28 ta’ Lulju 1991 dwar il-kondizzjonijie sabiex jiġu konċessi derogi temporanji u limitati minn regoli speċifiċi dwar is-saħħa fil-Komunità rigward il-produzzjoni u l-marketing tal-laħam frisk (91/498/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/498/1995-01-01

1991L0498 — MT — 01.01.1995 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-28 ta’ Lulju 1991

dwar il-kondizzjonijie sabiex jiġu konċessi derogi temporanji u limitati minn regoli speċifiċi dwar is-saħħa fil-Komunità rigward il-produzzjoni u l-marketing tal-laħam frisk

(91/498/KEE)

(ĠU L 268, 24.9.1991, p.105)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-28 ta’ Lulju 1991

dwar il-kondizzjonijie sabiex jiġu konċessi derogi temporanji u limitati minn regoli speċifiċi dwar is-saħħa fil-Komunità rigward il-produzzjoni u l-marketing tal-laħam frisk

(91/498/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-laħam frisk huwa inkluż fil-lista tal-prodotti fl-Anness mat-Trattat; billi l-marketing tagħhom jipprovdi għajn ta’ introjtu għall-parti l-kbira tal-popolazzjoni tal-bdiewa;

Billi, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tas-settur, tiżdied il-produttività u jiġu progressivament stabbiliti l-kondizzjonijiet għal suq intern, ir-regoli tas-saħħa li japplikawgħall-produzzjoni u l-marketing ġew stabbiliti fil-livell Komunitarju bid-Direttiva 64/433/KEE ( 4 ) kif emendata u kkodifikata bid-Direttiva 91497/KEE ( 5 );

Billi huwa possibbli li, minħabba ċirkostanzi partikolari, uħud mill-istabbilimenti ma jkunux jistgħu, sa l-1 ta’ Jannar 1993, jikkonformaw mar-regoli speċifiċi kollha stabbiliti; billi sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet lokali u jiġi prevenut l-għeluq għall-għarrieda tal-istabbilimenti, għandhom isiru arranġamenti għal derogi limitati u temporanzji għall-istabbilimenti li kienu joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1992;

Billi l-konċessjoni tad-derogi minn regoli speċifiċi Komunitarji lil ċerti stabbilimenti hija mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa illi l-ħidmiet kollha tal-produzzjoni u tal-marketing jikkonformaw mar-regoli ta’ l-iġjene stabbiliti bid-Direttiva 64/433/KEE;

Billi sabiex jiġi prekluż minn qabel kull riskju ta’ abbuż, dawn id-derogi jridu jkunu kkontrollati strettament mill-Kummissjoni; billi għal dan il-għan, għandu jkun hemm proċedura għal kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummisjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi mill-1 ta’ Jannar 1996:

 l-istabbilimenti kollha jwettqu l-ħtiġiet tad-Direttiva 64/433/KEE,

 il-laħam minn dawn l-istabbilimenti jġorr il-marka tas-saħħa speċifikata fil-Kapitolu X ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE jew, fil-każ ta’ l-istabbilimenti riferiti f’Artikolu 4 tad-Direttiva msemmija, iġorr il-marka tas-saħħa speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri jistgħu, sal 31 ta’ Diċembru 1995 ►A1  ħlief għall-Isvezja, fejn id-data li għandha tkun adottata tkun il-31 ta' Diċembru 1996, u għall-Awstrija u għall-Finlandja, fejn id-data li għandha tkun adottata tkun il-31 ta' Diċembru 1997 ◄ , jawtorizzaw lill-istabbilimenti li, fid-data li fiha tiġi nnotifikata din id-Direttiva, ma jkunux ġew iġġudikati li jħarsu l-ħtiġiet stabbiliti bid-Direttiva 64/433/KEE għall-approvazzjoni tagħhom, li jidderogaw minn uħud mill-ħtiġiet stabbiliti fil-punti 1 sa 13 ta’ Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE sakemm dan il-laħam minn dawn l-istabbiliment jġorr il-marka nazzjonali.

2.  Id-derogi riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu konċessi biss lill-istabbilimenti li jkunu ssottomettew, qabel l-1 ta’ April 1992, applikazzjoni għal deroga minn għand l-awtorità nazzjonali rilevanti.

Din l-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata bi pjan tax-xogħol u programm li jindikaw il-perjodu taż-żmien li fih ikun posibbli li l-istabbiliment jikkonforma mal-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 1.

Meta tiġi mitluba l-assistenza finanzjarja minn għand il-Komunità, jistgħu jiġu aċċettati biss it-talbiet rigward il-proġetti li jħarsu l-ħtiġiet tad-Direttiva 64/433/KEE.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Lulju 1992 ►A1  jew għall-Awstrija, għall-Finlandja u għall-Isvezja, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ◄ lista ta’ l-istabbilimenti li lilhom ikun propost li tiġi konċessa deroga. Din il-lista għandha, għal kull stabbiliment individwali, tispeċifika t-tip u t-tul taż-żmien tad-derogi previsti, in-natura tal-kontrolli magħmula fuq il-laħam mill-istabbiliment fil-kwistjoni u l-personal responsabbli mit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli.

L-approvazzjoni nazzjonali tal-istabbilimenti li ma jkunux issottomettew applikazzjonijiet għal deroga sad-data riferita fl-ewwel subparagrafu jew li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew rifjutati mill-Istati Membri interessati għandhom jiġu rtirati qabel l-1 ta’ Jannar 1993.

Malli tirċievi l-lista riferita fir-raba’ paragrafu ssottomessa minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandu jkollha xahrejn żmien sabiex fihom teżamina din il-lista u s-sottomissjoni tagħha, jekk meħtieġ wara emenda lill-Kumitat Veterinarju Permanenti li għandu jiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 6.

3.  Il-lista tal-istabbilimenti li jkunu ġew konċessi derogi għandha tiġi pubblikata mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

B’effett mill-1 ta’ Lulju 1992, Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/409/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1988 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li japplikaw għal-laħam maħsub għas-suq domestiku u l-livelli tad-drittijiet li jridu jiġu ċċarġjati, skond id-Direttiva 85/73/KEE, rigward l-ispezzjoni ta’ dan il-laħam ( 6 ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 1996 l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-laħam frisk kollu prodott fit-territorju tagħhom sabiex jiġi mqiegħed fis-suq ta’ hemmhekk jinkiseb minn stabbiliment approvat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 64/433/KEE.”

Artikolu 4

Sal-31 ta’ Diċembru 1997, ir-Repubblika Ellenika għandha tiġi awtorizzata li tissokta bil-proċedura stabbilita f’Artikolu 6, bil-qatla tan-nagħaġ u l-mogħoż li, mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Mejju, titwettaq fuq il-fondi li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ Annessi I u II mad-Direttiva 64/433/KEE u li tidderoga rigward il-ħtiġiet tal-misħun mid-dispożizzjonijiet tal-punt 2 (a) ta’ Anness II ma’ din id-Direttiva.

Ir-Repubblika Ellenika għandha tiżgura illi l-laħam miksub taħt din id-deroga jkun jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Greċja biss u biss wara li jkun għadda min spezzjon post mortemminn veterinarju uffiċjali u jkun irċieva l-marka tas-saħħa provvduta f’Artikolu 4A (3) tad-Direttiva 64/433/KEE.

Fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposti possibbli li fuqhom irid jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata, il-Kunsill għandu jeżamina dan l-Artikolu mill-ġdid.

Artikolu 5

Ir-Repubblika Federali Ġermaniża tista’, skond il-proċedura dikjarata f’Artikolu 6, tikseb perjodu ieħor taż-żmien għall-istabbilimenti lokati fil-Laender ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża ġewwa l-qafas tal-pjani korrenti ta’ strutturazzjoni mill-ġdid.

Artikolu 6

Fejn issir riferenza għall-proċedura provvduta f’dan l-Artikolu, ir-regoli li japplikaw għandhom ikunu dawk iddikjarati f’Artikolu 16 tad-Direttiva 64/433/KEE.

Artikolu 7

L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1993. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif tintgħamel din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU Ċ 84, ta’ l-1.4.1990, p. 100.

( 2 ) ĠU Ċ 183, tal-15.7.1991.

( 3 ) ĠU Ċ 332, tal-31.12.1990, p. 62.

( 4 ) ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

( 5 ) Ara l-paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 6 ) ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 28.

Top