EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989L0686-20130101

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tal- 21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (89/686/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/686/2013-01-01

1989L0686 — MT — 01.01.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv

(89/686/KEE)

(ĠU L 399, 30.12.1989, p.18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/68/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993

  L 220

1

30.8.1993

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/95/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993

  L 276

11

9.11.1993

►M3

ID-DIRETTIVA 96/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta’ Settembru 1996

  L 236

44

18.9.1996

►M4

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M5

REGOLAMENT (UE) Nru 1025/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012

  L 316

12

14.11.2012


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 328, 14.12.2010, p. 36  (1989/686)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv

(89/686/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali Artikolu 100a tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni ( 1 );

Bi qbil mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku ( 3 ),

Billi jeħtieġ li jkunu adottati miżuri bil-għan li jistabbilixxu bil-mod is-suq intern fuq perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha hu żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi diversi Stati Membri, matul dawn l-aħħar snin, adottaw dispożizzjonijiet li jkopru ħafna oġġetti ta’ apparat personal protettiv bil-ħsieb li jħarsu s-saħħa pubblika, itejbu s-sigurtà fuq ix-xogħol u jiżguraw il-ħarsien ta’ min jużah;

Billi dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ sikwiet huma dettaljati ħafna rigward il-ħtiġijiet marbuta mad-disinn, il-manifattura, il-livell ta’ kwalità, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta’ l-apparat personali protettiv bil-ħsieb li jipproteġu lill-individwu minn korriment u mard;

Billi, b’mod partikulari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta mas-sigurtà fuq ix-xogħol jesiġu li l-użu ta’ l-apparat personali protettiv ikun obbligatorju; billi ħafna ħtiġijiet jobbligaw lil min iħaddem biex jagħmel disponibbli apparat protettiv personali għall-impjegati tiegħu fin-nuqqas jew fl-insuffiċjenza ta’ priorita’ ta’ miżuri ta’ protezzjoni pubblika;

Billi dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta ma’ l-apparat personali protettiv huma differenti sew minn Stat Membru għal ieħor; billi dan jista’ joħloq xkiel għall-kummerċ li jkollu konsegwenza diretta fuq il-ħolqien u l-ħidma tas-suq komuni;

Billi hu meħtieġ li jinġiebu flimkien dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali differenti sabiex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti, mingħajr ma bl-ebda mod jitnaqqsu l-livelli validi ta’ protezzjoni li diġà huma meħtieġa fl-Istati Membri, u jaħsbu għal kull żieda meħtieġa fihom;

Billi d-dispożizzjonijiet li jikkontrollaw id-disinn u l-manifattura ta’ apparat protettiv personali stabbilit f’din id-Direttiva li huma fundamentali, b’mod partikulari, t-tentattivi biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol aktar sigur mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-użu ta’ dak l-apparat u l-organizzazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol;

Billi din id-Direttiva tiddefinixxi biss il-ħtiġijiet bażiċi li għandhom jintlaħqu mill-apparat personali protettiv; billi sabiex ikun hemm prova ta’ qbil ma’ dawk il-ħtiġiet bażiċi, jeħtieġ li standards armonizzati Ewropej ikunu disponibbli, marbuta, b’mod partikulari, mad-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’, u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi ta’ testjar li jgħoddu, għall-apparat personali protettiv, minħabba li qbil magħhom jassumi li f’dawn il-prodotti hemm qbil mad-dispożizzjonijiet bażiċi msemmija hawn fuq; billi dawk l-istandards armonizzati Ewropej jissawru minn korpi privati u għandhom jżommu l-istatus ta’ testi mhux obbligatorji; billi għal dan il-għan, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi kompetenti li ġew awtorizzati biex jadottaw l-istandards armonizzati skond il-linji-gwidi ġenerali li jirregolaw il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ istituzzjonijiet irratifikati fit-13 ta’ Novembru 1984; billi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa test li fih speċifikazzjonijiet tekniċi (standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) li kien adottat minn wieħed jew miż-żewġ korpi msemmija hawn għax ġew imġagħla mill-Kummissjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi ( 4 ), kif emendata mid-Direttiva 88/182/KEE ( 5 ); u skond il-linji-gwidi ġenerali msemmija hawn fuq;

Billi, minħabba l-adozzjoni ta’ l-istandards armonizzati, li se jkunu numerużi ħafna minħabba l-iskop wiesa’ tat-tħaddin u tal-preparazzjoni li tagħha fiż-żmien stipulat għall-ħolqien tas-suq intern se jinvolvi ħafna xogħol, ikun siewi li wieħed iżomm, fuq bażi transizzjonali u skond il-ħtiġiet tat-Trattat, l-affarijiet kif inhuma fejn tidħol il-konformità ma’ l-istandards nazzjonali eżistenti għall-apparat personali protettiv li mhux kopert mill-istandard armonizzat meta tkun adottata din id-Direttiva;

Billi, minħabba n-natura ġenerali u orizzontali tas-sehem li kellu il-Kumitat Permanenti stabbilit skond Artikolu 5 tad-Direttiva 83/189/KEE fil-politika ta’ l-istandardizzazzjoni tal-Komunità, u b’mod iżjed partikulari, is-sehem tiegħu fil-preparazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-istandardizzazzjoni u t-tħaddim tal-ftehim ta’ l-istandardizzazzjoni Ewropew eżistenti, dan il-Kumitat Permanenti huwa tajjeb ħafna biex jgħin fil-ħidma tal-Kummissjoni biex tissorvelja l-ħarsien ta’ l-istandards armonizzati fil-Komunità kollha;

Billi qbil ma’ dawn il-ħtiġiet tekniċi għandu jkun sorveljat sabiex tkun żgurat il-protezzjoni adekwata għal min jużahom u għal ħaddieħor; billi l-proċeduri eżistenti li jissorveljaw jistgħu jvarjaw xi ftit minn Stat Membru għal ieħor; billi sabiex jiġi evitat li jsiru ħafna spezzjonijiet li jfixklu l-moviment liberu ta’ l-apparat personali protettiv, għandha issir dispożizzjoni għall-għarfien miż-żewġ naħat ta’ l-ispezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri; billi, sabiex jitħaffef dan l-għarfien, jeħtieġ li, b’mod partikulari, ikunu stabbiliti l-proċeduri armonizzati tal-Komunità u biex ikunu armonizzati l-kriterji li għandhom jitqiesu meta jintgħażlu l-korpi responsabbli biex jeżaminaw, jissorveljaw u jivverifikaw;

Billi l-istruttura leġislattiva għandha titjieb sabiex iż-żewġ naħat ta’ l-industrija jagħmlu kontribut effettiv u siewi lejn il-proċess ta’ standardizzazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Il-KAPITOLU I

FIRXA, TQEGĦID FIS-SUQ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tgħodd għall-apparat personali protettiv, hawn aktar ‘l isfel magħruf bħala ‘PPE’.

Hija tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid fis-suq u l-moviment liberu fil-Komunità u l-ħtiġiet bażiċi ta’sigurtà li l-PPE għandu jissodisfa sabiex jiżgura l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta’ min jużah.

2.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, PPE għandha tfisser kwalunkwe tagħmir jew apparat maħsub biex jintlibes jew ikun miżmum minn individwu għall-protezzjoni kontra wieħed jew aktar mill-perikli ta’ sigurtà.

PPE għandu jkopri wkoll:

(a) unita magħmula minn ħafna tagħmir jew apparat li ġew mqiegħda flimkien b’mod integrat mill-manifattur għall-protezzjoni ta’ l-individwu minn wieħed jew aktar mir-riskji kbar simultanji;

(b) tagħmir jew apparat protettiv magħqud, separat jew mhux separat, ma’ apparat personali mhux protettiv milbus jew miżmum minn individwu biex jagħmel biċċa xogħol speċifika;

(ċ) komponenti PPE li jistgħu jinbidlu ma’ xulxin li huma essenzjali biex isir it-tħaddim sodisfaċenti u jkun intużat esklussivament għal dak l-apparat.

3.  Kwalunkwe sistema introdotta fis-suq flimkien mal-PPE biex titwaħħal ma’ apparat ieħor estern, addizzjonali, għandha titqies bħala parti integrali minn dak l-apparat anki jekk is-sistema mhix maħsuba biex tintlibes jew tinżamm b’mod permanenti minn min jużaha għall-perjodu sħiħ li jkun espost għar-riskju.

4.  Din id-Direttiva ma tgħoddx għal:

 il-PPE kopert b’direttiva oħra maħsuba biex tilħaq l-istess għanjiet bħal din id-Direttiva fejn jidħol l-introduzzjoni fis-suq, il-moviment liberu tal-prodotti u s-sigurtà,

 il-gruppi PPE speċifikati fil-lista tal-prodotti esklużi f’Anness I, indipendentement mir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fl-ewwel inċiż.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-PPE imsemmi f’Artikolu 1 jistgħu jiġu introdotti fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk dawn ma jipperikolawx is-saħħa u jiżguraw is-sigurtà ta’ min jużahom mingħajr preġudizzju għas-saħħa jew is-sigurtà ta’ individwi oħra, annimali domestiċi jew oġġetti oħra, meta jkunu miżmuma sew u użati għall-iskop maħsub.

2.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxi - bi qbil mat-Trattat - kwalunkwe ħtiġiet li jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ min jużahom, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki għall-PPE li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri ma għandhomx iwaqqfu l-preżentazzjoni f’fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u postijiet oħra simili tal-PPE li ma tkunx taqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sakemm pero’ avviż xieraq ikun imwaħħal biex jiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt, u l-projbizzjoni fuq l-akkwist tiegħu u/jew l-użu tiegħu għal kwalunkwe skop li jkun tibqa’ fis-seħħ sakemm il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità jġibu konformi mad-Direttiva.

Artikolu 3

Il-PPE msemmi f’Artikolu 1 għandu jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi tas-saħħa u tas-sigurtà stabbiliti f’Anness II.

Artikolu 4

▼M1

1.  L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ PPE jew komponenti tal-PPE li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u li għandhom l-immarkar CE li jafferma l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, li jinkludi l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni fil-Kapitolu II.

▼B

2.  L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu l-introduzzjoni fis-suq tal-komponenti PPE li m’għandhomx ►M1  l-immarkar CE ◄ , u li huma maħsuba biex jiddaħħlu fil-PPE, dejjem jekk mhumiex essenzjali biex dan jaħdem sew.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom iqisu bħala konformi mal-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3 il-PPE msemmi f’Artikolu 8(3) li jkollu ►M1  l-immarkar CE ◄ skond liema l-manifattur hu kapaċi jipproduċi, meta mitlub, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija f’Artikolu 12.

2.  L-Istati Membri għandhom jippreżumu li l-PPE msemmi f’Artikolu 8(2) jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3 jekk ikollu ►M1  l-immarkar CE ◄ skond liema l-manifattur hu kapaċi jipproduċi, meta mitlub, mhux biss id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 12 iżda wkoll iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp li għalih ingħata notifika skond Artikolu 9 li jivverifika l-konformità tagħhom ma’ l-istandards nazzjonali relevanti, li jbiddlu l-istandards armonizzati, valutati fuq livell ta’ eżami tat-tip KE skond l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 10(4)(a) u (b).

Fejn manifattur ma jkunx applika jew ikun applika biss parzjalment parti mill-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux dawk l-istandards iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp li jkun ġie nnotifikat għandu jistqarr il-konformità mal-ħtiġiet bażiċi skond it-tieni inċiż ta’ Artikolu 10(4)(a) u (b).

▼M2 —————

▼B

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ l-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali li jbiddlu l-istandards armonizzati.

5.  L-Istati Membri jgħandhom jiżguraw li sat-30 ta’ Ġunju 1991 ikunu ttieħdu passi xierqa biex jgħinu liż-żewġ naħat ta’ l-industrija biex ikollhom influwenza fuq livell nazzjonali fuq il-proċess tal-formulazzjoni ta’ l-istandards armonizzati u r-reviżjoni tagħhom.

▼M1

6.  

(a) Fejn il-PPE huwa soġġett għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li l-PPE huwa preżunt li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

(b) Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dan il-PPE.

▼B

Artikolu 6

▼M5 —————

▼M4

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 98/37/KE ( 6 ), minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

Dan jista jkun ikkonsultat, skond il-proċedura referuta f'dan il-paragrafu, dwar kwalunkwe materja li dwarha l-implementazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva jistgħu jitolbu.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 7 ) għandhom ikunu applikabli, wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼B

Artikolu 7

1.  Jekk Stat Membru jsib li l-PPE li jkollu ►M1  l-immarkar CE ◄ u użat skond l-iskop li għalih kien maħsub jista’ jikkomprometti s-sigurtà ta’ l-individwi, l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħi l-apparat mis-suq u jipprojbixxi l-bejgħ jew il-moviment liberu tiegħu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura ta’ dan it-tip, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b’mod partikulari, jgħid jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:

(a) nuqqas ta’ qbil mal-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3;

(b) l-applikazzjoni żbaljata ta’ l-istandards imsemmija f’Artikolu 5;

(ċ) nuqqas fl-istandards imsemmija f’Artikolu 5;

2.  Il-Kummissjoni għandha tniedi diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kemm jista’ jkun malajr. Jekk, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċidi li l-azzjoni meħuda kienet ġustifikata, hi għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Istati Membri l-oħra kollha dwarha. Jekk, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċidi li l-azzjoni meħuda ma kinetx ġustifikata, hi għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Istat Membru kkonċernat u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità dwarha. Jekk id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hi in risposta għal difett fl-istandards, il-Kummissjoni għandha tirreferi l-każ lill-Kumitat imsemmi f’Artikolu 6(1) jekk l-Istat Membru kkonċernat hux beħsiebu jsostni d-deċiżjoni tiegħu u għandha tniedi l-proċedura msemmija f’Artikolu 6(2).

3.  Jekk il-PPE li ma tkunx konformi mal-ħtiġiet relevanti jkollha ►M1  l-immarkar CE ◄ , l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa rigward dawk li huma responsabbli biex iwaħħlu l-marka u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-progress u r-riżultat tal-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu.



IL-KAPITOLU II



PROĊEDURI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI

Artikolu 8

1.  Qabel ma mudell PPE jiġi introdott fis-suq, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiġbor id-dokumentazzjoni teknika msemmija f’Anness III sabiex din tkun, jekk hemm bżonn, tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Qabel ma ssir is-serje ta’ produzzjoni tal-PPE barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jissottometti mudell għat-tip ta’ eżami KE kif hemm imsemmi f’Artikolu 10.

3.  Eżami tat-tip KE ma għandux ikun meħtieġ fil-każ tal-mudelli PPE li jkollhom disinn sempliċi meta d-disinjatur jassumi li min jużah jista’ hu stess jivvaluta l-livell ta’ protezzjoni kontra riskji minimi kkonċernati li l-effetti tagħhom, meta jkunu bil-mod, jistgħu jkunu identifikati b’mod sigur minn min jużawhom fi żmien adekwat.

Din il-kategorija għandha tkopri esklussivament il-PPE maħsub biex jipproteġi lil min jilbsu kontra:

 azzjoni mekkanika li l-effetti tagħha huma superfiċjali (ingwanti tal-ġnien, ħoloq, eċċ),

 materjal li jnaddaf li jkollu azzjoni dgħajfa u li l-effetti tiegħu jistgħu jitneħħew malajr (ingwanti li jagħtu protezzjoni minn taħlita dgħajfa ta’ deterġenti, eċċ.),

 riskji li jkun hemm meta jinġarru komponenti jaħarqu li ma jesponux lil min jużahom għal temperatura ogħla minn 50 °C jew għal impatt perikoluż (ingwanti, fardali għal użu professjonali, eċċ.),

 aġenti atmosferiċi li mhumiex la ta’ natura eċċezzjonali u lanqas estrema (ilbies tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, eċċ.),

 impatti żgħar u vibrazzjonijiet li ma jaffettwawx żoni importanti tal-ġisem u li l-effetti tagħhom ma jikkaġunawx ħsarat li ma jitfejqux (elmi ħfief li jipprevjenu l-ħsara lir-ras, żraben ħfief, eċċ.),

 dawl tax-xemx (nuċċalijiet tax-xemx).

4.  Il-produzzjoni tal-PPE għandha tkun suġġetta għall:

(a) l-għażla tal-manifattur, għal waħda miż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 11 fil-każ tal-PPE li jkollu disinn kumpless maħsub biex jagħti protezzjoni kontra periklu mortali jew kontra perikli li jistgħu jaffettwaw serjament u b’mod irreparabbli s-saħħa, li d-disinjatur jista’ jassumi li l-effetti immedjati tagħhom ma jistgħux jiġu identifikati fil-waqt minn min jużahom. Din il-kategorija għandha tkopri esklussivament:

 l-apparat li jiffiltra n-nifs għall-protezzjoni minn aerosols solidi u likwidi jew gassijiet irritanti, perikolużi, tossiċi jew radjotossiċi,

 apparat tan-nifs protettiv li jagħti protezzjoni sħiħa mill-atmosfera, inklużi dawk li jintużaw biex jgħoddsu,

 PPE li jipprovdi biss protezzjoni limitata minn attakk kemiku jew minn radjazzjoni ionizzanti,

 apparat ta’ emerġenza biex jintuża f’ambjenti b’temperatura għolja li l-effetti tagħha jitqabblu sew ma’ dawk ta’ temperatura ta’ l-arja ta’ 100 °C jew aktar u li jistgħu jew ma jistgħux ikunu karatterizzati mill-preżenza ta’ radjazzjoni infra-red, minn fjammi jew il-projezzjoni ta’ammonti kbar ta’ materjal imdewweb jaħraq,

 apparat ta’ l-emerġenza biex jintuża’ f’ambjenti ta’ temperatura baxxa li l-effetti tiegħu jitqabblu sew ma’ dawk tat-temperatura ta’ l-arja ta’ 50 °C jew anqas,

 PPE biex jipproteġi kontra waqgħat mill-għoli,

 PPE kontra riskji tad-dawl u vultaġġi perikolużi jew dak użat bħala protezzjoni f’xogħlijiet ta’ tensjoni għolja;

▼M2 —————

▼B

(b) id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija f’Artikolu 12 għal PPE kollha.

Artikolu 9

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8 flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jħaddnu l-kriterji mniżżla f’Anness V għall-valutazzjoni tal-korpi li għandhom infikati f’tali notifika. Il-korpi li jilħqu l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-istandards armonizzati relevanti għandhom jitqiesu li ssodisfaw dawk il-kriterji.

3.  Stat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni tiegħu lil dak il-korp jekk jistabbilixxi li ta’ l-aħħar ma baqax jissodisfa l-kriterji msemmija f’Anness V. Dan għandu jgħarraf minnufih bl-azzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.



EŻAMI TAT-TIP KE

Artikolu 10

1.  Eżami tat-tip KE hi l-proċedura li biha l-korp approvat biex jispezzjoni jistabbilixxi u jiċċertifika li l-mudell PPE msemmi jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva.

2.  L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha issir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lil korp wieħed li jispezzjona approvat skond il-mudell imsemmi. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun stabbilit fil-Komunità.

3.  L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u l-impjant ta’ produzzjoni tal-PPE msemmi,

 il-fajl tekniku tal-manifattur imsemmi fl-Anness III.

Dan għandu jkollu miegħu n-numru xieraq ta’ kampjuni tal-mudell li għandu jiġi approvat.

4.  Il-korp li jispezzjona li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħmel l-eżami tat-tip KE skond il-proċeduri msemmija hawn taħt:

(a) Eżami tal-fajl tekniku tal-manifattur

 Hu għandu jeżamina l-fajl tekniku tal-manifattur biex jara jekk hux tajjeb fir-rigward ta’ l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5.

 Fejn manifattur ma jkunx applika, jew applika biss parzjalment, l-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux tali standards armonizzati, il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jivverifika jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi użati mill-manifattur humiex tajbin fil-każ tal-ħtiġijiet bażiċi qabel ma jeżamina l-fajl tekniku tal-manifattur biex jistabbilixxi jekk hux tajjeb fil-każ ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(b) Eżami tal-mudell

 Meta jeżaminat l-mudell, il-korp li jispezzjona għandu jivverifika jekk dan sarx skond il-fajl tekniku tal-manifattur u li jista’ jintuża b’sigurtà sħiħa għall-għan li għalih sar.

 Għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa biex jistabbilixxi jekk il-mudell jaqbilx ma’ l-istandards armonizzati.

 Fejn manifattur ma jkunx applika jew applika biss parti mill-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux dawk l-istandards il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet neċessarji biex jara jekk il-mudell jaqbilx ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi użati mill-manifattur, skond jekk humiex tajbin fil-każ tal-ħtiġiet bażiċi.

5.  Jekk il-mudell jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti, il-korp li jispezzjona jgħandu joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u għandu jgħarraf lill-applikant b’dan. Dan iċ-ċertifikat għandu jindika r-riżultat ta’ l-eżami, xi kondizzjonijiet marbuta miegħu u jkollu wkoll id-deskrizzjonijiet u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun identifikat il-mudell approvat.

Il-Kummissjoni, il-korpi l-oħra approvati biex jispezzjonaw u l-Istati Membri l-oħra jistagħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, bi tweġiba għal talba b’raġonevoli, kopja tal-fajl tekniku tal-manifattur u r-rapporti ta’ l-eżamijiet u t-testijiet li saru.

Il-fajl se jinżamm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti għal 10 snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-PPE.

6.  Kull korp li jispezzjona li jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra approvati li jispezzjonaw b’dan il-fatt. Korp approvat li jispezzjona li jirtira ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE għandu jgħarraf lill-Istat Membru li approvah, dwar dan. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.



VERIFIKA TAL-PPE MANIFATTURAT

Artikolu 11

A.   Sistema ta’ kontroll ta’ kwalità ‘KE’ għall-prodott finali

1.  Manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura, inkluż l-ispezzjoni finali tal-PPE u t-testijiet, jwassal għall-omoġenità fil-produzzjoni u l-konformità tal-PPE mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE u mal-ħtiġijiet bażiċi relevanti ta’ din id-Direttiva.

2.  Korp li għalih ingħatat notifika, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jsiru bl-addoċċ, normalment f’intervall ta’ mill-anqas sena.

3.  Kampjun suffiċjenti tal-PPE meħud mill-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa mfissra fl-istandards armonizzati jew meħtieġa biex juru konformità mal-ħtiġiet bażiċi ta’ din id-Direttiva għandu jsir biex jivverifika l-konformità tal-PPE.

4.  Meta korp ma jkunx il-korp li ħareġ iċ-ċertifikat relevanti tat-tip ta’ approvazzjoni KE għandu jikkuntatja l-korp li tiegħu ngħatat notifika f’każ ta’ diffikultajiet marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità tal-kampjuni.

5.  Il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħti lill-manifattur rapport tat-test. Jekk ir-rapport juri li l-produzzjoni mhix omoġenea jew li l-PPE eżaminat ma jaqbilx mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tat-tip ta’ approvazzjoni KE jew il-ħtiġiet bażiċi relevanti, il-korp għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa għad-difett jew difetti misjuba u jgħarraf lill-Istat Membru li ta notifika tagħhom bihom.

6.  Il-manifattur għandu jkun kapaċi jagħti, fuq talba, ir-rapport lill-korp li tiegħu ngħatat notifika.

B.   Sistema biex tkun żgurata l-kwalità KE tal-produzzjoni permezz ta’ sorveljanza

1.  Sistema

(a) Skond din il-proċedura l-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità tiegħu lill-korp li tiegħu ngħatat notifika, fuq għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni kollha marbuta mal-kategorija tal-PPE kkonċernat, inkluż, fejn jixraq, id-dokumentazzjoni marbuta mal-mudell approvat,

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità,

 l-impriża biex iżomm l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kontroll ta’ kwalità u biex iżżommha b’mod suffiċjenti u effiċjenti.

(b) Skond is-sistema ta’ kwalità ta’ kontroll, kull PPE għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa msemmija f’Sezzjoni A paragrafu 3 għandhom isiru biex tiġi vverifikata l-konformia’ tagħhom mal-ħtiġiet bażiċi relevanti ta’ din id-Direttiva.

Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni tajba ta’:

 l-objettivi ta’ kwalità, iċ-chart ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbilitajiet tan-nies fl-eżekuttiv u s-setgħat tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

 l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jsiru wara l-manifattura,

 il-mezzi li għandhom jintużaw biex jivverifikaw it-tħaddim effettiv tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità.

(ċ) Il-korp għandu jivvaluta s-sistema tal-kontroll ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (b). Għandu jassumi li s-sistemi ta’ kontroll tal-kwalità li jħaddnu l-istandard armonizzat relevanti jissodisfaw dawk id-dispożizzjonijiet.

Il-korp li jagħmel il-verifiki għandu jagħmel il-valutazzjonijiet kollha oġġettivi meħtieġa tal-komponenti tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità u għandu jivverifika b’mod partikulari jekk is-sistema tiżgurax il-konformita’ tal-PPE mmanifatturat mal-mudell approvat.

Id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-manifattur. Għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni raġonata tad-deċiżjoni ta’ l-valutazzjoni.

(d) Il-manifattur għandu jgħarraf lill-korp li approva s-sistema ta’ kontroll tal-kwalità bi kwalunkwe pjan biex ibiddel is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.

Il-korp għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċidi jekk is-sistema ta’ kontroll ta’ kwalità mibdula tissodisfax id-dispożizzjonijiet relevanti. Għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. Il-komunikazzjoni għandu jkollha fiha l-konklużjonijiet ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni raġonata ta’ l-eżami.

2.  Superviżjoni

(a) L-iskop tas-sorveljanza huwa biex jiżgura li l-manifattur jaqdi sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema tal-kontroll ta’ kwalità approvata.

(b) Il-manifattur għandu jawtorizza lill-korp biex ikollu aċċess, għal skopijiet ta’ spezzjoni, ta’ l-ispezzjoni tal-PPE, it-testjar u s-siti ta’ ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità,

 id-dokumentazzjoni teknika,

 il-manwali tal-kontroll tal-kwalità.

(ċ) Il-korp għandu kull tant żmien jagħmel l-audits biex jiżgura li l-manifatur qed iżomm u jħaddan is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità approvata u għandu jagħti lill-manifattur kopja tar-rapport tal-verifika.

(d) Barra minn hekk, il-korp jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż lill-manifattur. Meta jsiru dawk iż-żjarat il-korp għandu jagħti lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk jeħtieġ, rapport tal-verifika.

(e) Il-manifattur għandu jkun kapaċi jagħti, fuq talba, rapport lill-korp li tiegħu ngħatat notifika.



DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Artikolu 12

▼M1

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE hija l-proċedura li biha l-manifattur jew ir-rappreżentant awotirizzat tiegħu huwa stabbilit fi ħdan il-Komunità:

▼B

1. jifformola dikjarazzjoni billi juża’ l-forma stabbilita f’Anness VI li tiċċertifika li l-PPE introdott fis-suq jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb li tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti;

2. iwaħħal ►M1  l-immarkar CE ◄ ta’ konformità imsemmija f’Artikolu 13 għal kull PPE.



IL-KAPITOLU III

▼M1

IMMARKAR CE

Artikolu 13

1.  L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” fil-forma murija fil-kampjun fl-Anness IV. Fl-eventwalità ta’ l-involviment ta’ korp notifikat fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni kif indikat fl-Artikolu 11, għandu jiġi miżjud in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.

2.  L-immarkar CE għandu jitwaħħal ma kull biċċa ta’ PPE manifatturat sabiex ikun viżibbli, jinqara u ma jistax jitħassar tul iż-żmien kollu tal-ħajja tal-PPE; iżda, jekk dan mhuwiex possibbli mil-lat tal-karatterisitiċi tal-prodott, l-immarkar CE jista’ jitwaħħal mal-imballaġġ.

3.  It-twaħħil ta’ marki fuq il-PPE li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mal-PPE jew l-imballaġġ tiegħu sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar CE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-immarkar CE jkun ġie mwaħħal bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7.

▼B



IL-KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u li twassal għal restrizzjonijiet ta’ marketing tal-PPE għandu jkollha magħha spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li fuqhom hi bbażata. Il-parti kkonċernata għandha tkun mgħarrfa bid-deċiżjoni mingħajr dewmien u mgħarrfa bil-possibiltajiet għal appell skond il-leġislazzjoni li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u biż-żmien stipulat biex isir dak l-appell.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-informazzjoni li tolqot id-deċiżjonijiet kollha relevanti marbuta mal-ġestjoni ta’ din id-Direttiva jkunu disponibbli.

▼M2

Artikolu 16

1.  Qabel il-31 ta' Diċembru 1991, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw il-miżuri in kwistjoni b'effett mill-1 ta' Lulju 1992.

2.  U aktar, l-Istati Membri għandhom jippermettu, sal-perijodu tat-30 ta' Ġunju 1995, it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' PPE li jikkonforma mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fit-30 ta' Ġunju 1992.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp regolat b'din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA EŻAWRJENTI TAL-GRUPPI TAL-PPE MHUX KOPERTI B’DIN ID-DIRETTIVA

1.

PPE ddisinjati u manifatturati speċifikament biex jintużaw mill-forzi armati jew biex titħares il-liġi u l-ordni (elmi, tarki, eċċ).

2.

PPE għad-difiża personali (bottijiet ta’ l-aerosol, armi personali li huma ta’ deterrent, eċċ.).

3.

PPE ddisinjati u mmanifatturati għall-użu privat kontra:

▼C1

 kondizzjonijiet atmosferiċi (tagħmir tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, umbrelel, eċċ),

▼B

 umdu u ilma (ingwanti biex taħsel il-platti, eċċ.),

 sħana (ingwanti, eċċ.).

4.

PPE maħsuba għall-protezzjoni jew salvataġġ ta’ nies fuq dgħajjes jew ajruplani, li ma jintlibsux il-ħin kollu.

▼M2

5.

Elmi u viżieri maħsuba għal dawk li jużaw vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta.

▼B




ANNESS II

ĦTIĠIJIET BAŻIĊI DWAR IS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA

1.   ĦTIĠIJIET ĠENERALI LI JGĦODDU GĦALL-PPE KOLLHA

Il-PPE għandu jagħti protezzjoni biżżejjed kontra r-riskji kollha li wieħed jiltaqa’ magħhom.

1.1.   Prinċipji tad-disinn

1.1.1.   Ergonomija

Il-PPE għandu jkun iddisinjat u manifatturat b’tali mod li fil-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu maħsub għalih min jużah jagħmel l-attività li fiha riskju b’mod normali waqt li jserraħ rasu li ser jkollu l-ogħla livell ta’ protezzjoni xierqa.

1.1.2.   Livelli u gruppi ta’ protezzjoni

1.1.2.1.   L-ogħla livell ta’ protezzjoni possibbli

L-aqwa livell ta’ protezzjoni li għandu jitqies fid-disinn hu dak li lil minnu l-intoppi imposti bl-ilbies tal-PPE jipprevjeni l-użu effettiv tiegħu waqt il-perjodu li jkun espost għar-riskju jew il-ħidma normali ta’ l-attività.

1.1.2.2.   Gruppi ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju

F’każ li jkun hemm kondizzjonijiet differenti prevedibbli għall-użu huma tali li tista’ ssir distinzjoni bejn il-livelli differenti ta’ l-istess riskju, għandhom jitqiesu klassijiet xierqa ta’ protezzjoni meta jkun qed jiġi ddisinjat il-PPE.

1.2.   PPE li ma jagħmilx ħsara

1.2.1.   Nuqqas ta’ riskji u fatturi oħra ‘moħbija’ li jdejqu

PPE għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod biex ma jkunx fih riskji u fatturi oħra li jdejqu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

1.2.1.1.   Materjali kostitwenti siewja

Materjal u partijiet tal-PPE, inkluż kwalunkwe prodotti tad-dikompożizzjoni tagħhom, ma jistgħux jaffettwaw ħażin is-saħħa jew l-iġjene ta’ min jużahom.

1.2.1.2.   Kondizzjoni sodisfaċenti tal-wiċċ tal-partijiet kollha tal-PPE li jkollhom kuntatt ma’ min jużahom.

Kwalunkwe parti tal-PPE li jkollha kuntatt jew li jista’ jkollha kuntatt potenzjali sew ma’ min jużaha meta l-apparat jintlibes ma għandhiex tkun ħarxa, ikollha xfar jaqtgħu, ponot ħerġin u affarijiet simili li jistgħu jikkawżaw irritazzjonijiet jew weġgħat.

1.2.1.3.   L-anqas impediment permessibbli għal min jużahom

Kull impediment ikkawżat mill-PPE għal movimenti li għandhom isiru, posizzjonijiet li għandhom ikunu adottati u l-perċezzjoni tas-sensi għandhom ikunu minimizzati; u lanqas ma jista’ l-PPE joħloq movimenti li jkunu ta’ periklu għal min jużahom jew għal persuni oħra.

1.3.   Kumdità u effiċjenza

1.3.1.   Addattament tal-PPE għall-morfoloġija ta’ min jużah

PPE għandu jkun iddisinjat u mmanifaturat b’tali mod li jgħin biex min jużahom jilbishom sew u jibqgħu f’posthom sakemm jintużaw, billi jitqiesu l-fatturi ta’ l-ambjent, il-movimenti li għandhom isiru u l-posizzjonijiet li għandhom ikunu adottati. Għal dan il-għan, għandu jkun possibbli li jsir l-aħjar addattament tal-PPE għall-morfoloġija ta’ min jużahom bil-mezzi kollha xierqa, bħalma huma l-aġġustament adekwat u s-sistemi li jeħlu jew il-proviżjoni ta’ ammont ta’ daqsijiet adekwati.

1.3.2.   Il-ħeffa u s-saħħa tad-disinn

Il-PPE għandu jkun ħafif kemm jista’ jkun mingħajr ma jikkomprometti s-saħħa u l-effiċjenza tad-disinn.

Barra mill-ħtiġiet l-oħra speċifiċi li għandhom jissodisfaw sabiex jagħtu protezzjoni adekwata mir-riskji msemmija (ara 3), il-PPE għandu jkun kapaċi jiflaħ l-effetti tal-fenomena ta’ l-ambjent moħbija fil-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

1.3.3.   Kompatibbiltà tal-gruppi jew tipi differenti tal-PPE ddisinjati għall-użu fl-istess ħin

Jekk l-istess manifattur iqiegħed fis-suq ħafna mudelli tal-PPE ta’ gruppi jew tipi differenti sabiex jiżgura li l-protezzjoni fl-istess ħin tal-parti viċin tal-ġisem kontra riskji magħquda, dawn għandhom ikunu kompatibbli.

1.4.   Informazzjoni mogħtija mill-manifattur

Flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tal-manifattur u/jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, in-noti li għandhom jinkitbu minn ta’ l-ewwel u jingħataw meta l-PPE jitqiegħed fis-suq għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha relevanti dwar:

(a) il-ħżin, l-użu, it-tindif, il-manutenzjoni, is-servizz u d-disinfettant. Prodotti tat-tindif, tal-manutenzjoni jew disinfettanti rakkomandati mill-manifattur majistax ikollhom effett ħażin fuq il-PPE jew fuq min jużahom meta jintużaw skond l-istruzzjonijiet relevanti;

(b) ħidma kif magħrufa waqt it-testijiet tekniċi biex tivverifika l-livelli jew gruppi ta’ protezzjoni mogħtija mill-PPE imsemmi;

(ċ) aċċessorji adattati tal-PPE u l-karatteristiċi ta’ l-ispare parts xierqa;

(d) il-gruppi ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju u l-limiti korrispondenti ta’ l-użu;

(e) iż-żmien meta jiskadi jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew xi wħud mill-komponenti tiegħu;

(f) it-tip ta’ imballaġġ tajjeb għat-trasport;

(g) l-importanza ta’ xi sinjali (ara 2.12);

▼M1

(h) fejn xieraq, ir-referenzi tad-Direttivi applikati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5(6)(b);

(i) l-isem, indirizz u numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fl-istadju tad-disinn tal-PPE.

▼B

Dawn in-noti, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw ta’ l-inqas bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri destinatarji.

2.   ĦTIĠIET OĦRA LI HUMA KOMUNI GĦALL-GRUPPI JEW TIPI DIFFERENTI TAL-PPE

2.1.   Sistemi tal-PPE li jdaħħlu aġġustament

Jekk il-PPE jdaħħal sistemi ta’ aġġustar, dan ta’ l-aħħar għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi aġġustat ħażin mingħajr ma jkun jaf min jużah taħt il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

2.2.   PPE ‘li jagħlaq’ il-partijiet tal-ġisem li għandhom ikunu protetti

Sakemm hu possibbli, PPE ‘li jagħlaq’ il-partijiet tal-ġisem li għandhom jkunu protetti għandu jkun fih arja biżżejjed biex jagħti lok biex l-għaraq joħroġ meta jintuża; jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jkun possibbli li jkollu apparat li jixrob l-għaraq.

2.3.   PPE għall-wiċċ, l-għajnejn u l-pajpijiet tan-nifs

Kull restrizzjoni milli wieħed jara minħabba l-PPE għall-wiċċ, l-għajnejn jew il-pajpijiet tan-nifs għandha tkun minimizzata.

L-ammont ta’ newtralità ottika tas-sistemi tal-viżta ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandu jkun kompatibbli mat-tip ta’ attivitajiet li huma x’aktarx metikolużi jew imtawla għal min jużahom.

Jekk hemm bżonn, huma għandhom ikunu ttrattati jew mogħtija faċilitajiet biex ma tittrabbiex umdità.

Mudelli tal-PPE maħsuba għal dawk li għandhom itejbu l-vista għandhom ikunu kompatibbli max-xedd ta’ nuċċali jew contact lenses.

2.4.   PPE espost li jiqdiem

Jekk ikun magħruf li l-utilità tad-disinn ta’ PPE ġdid tista’ tiġi effettwata sew meta dan jiqdiem, id-data tal-manifattura u/jew, jekk possibbli, id-data ta’ meta jiskadi, għandhom jkunu miktuba b’mod li ma jitħassrux fuq kull oġġett tal-PPE jew komponent li jinbidel introdott fis-suq b’tali mod li ma jagħtix lok għal interpretazzjoni ħażina; din l-informazzjoni għandha tkun miktuba b’mod li ma titħassarx fuq l-imballaġġ.

Jekk il-manifattur ma jkunx jista’ jagħti garanzija ta’ kemm iservi l-PPE, in-noti tiegħu għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ix-xerrej jew min jużahom ikun jista’ jistabbilixxi data raġonevoli meta jiskadu, billi jqis il-livell ta’ kwalità tal-mudell u l-kondizzjonijiet effettivi ta’ kif jintrefgħu, jintużaw, jitnaddfu, jiġu serviced u tingħatihom il-manutenzjoni.

Fejn hu possibbli li jkun hemm deterjorazzjoni mgħaġġla fl-operat tal-PPE x’aktarx ikkawżata minħabba l-mogħdija taż-żmien riżultanti mill-proċess ta’ tindif rakkomandat mill-manifattur, dan ta’ l-aħħar għandu, jekk ikun possibbli, ijwaħħal marka ma’ kull oġġett tal-PPE fis-suq li tindika l-ammont massimu li l-apparat jista’ jitnaddaf qabel ma dan għandu jkun spezzjonat jew mormi; jekk ma jagħmilx hekk, il-manifattur għandu jagħti din l-informazzjoni fin-noti tiegħu.

2.5.   PPE li jistgħu jinqabdu waqt l-użu

F’każ li l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu jinkludu b’mod partikulari r-riskju li l-PPE jinqabad minn oġġett li jkun qed jaħdem u għalhekk ikun ta’ periklu għal min jużah, il-PPE għandu jkollu livell ta’ reżistenza tali li ’l fuq minnu l-parti kostitwenti għandha tinkiser u telimina l-periklu.

2.6.   PPE għall-użu f’atmosferi splussivi

PPE maħsub biex jintuża’ f’atmosferi splussivi għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li ma jistax ikun il-kawża ta’ arc elettriku, elettrostatiku jew ikkawżat minn impatt jew spark li x’aktarx jġiegħel taħlita splussiva biex taqbad.

2.7.   PPE maħsub għall-użu t’emerġenza jew stallazzjoni ta’ malajr u/jew tneħħija

Dawn il-gruppi tal-PPE għandhom jkunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jnaqqsu l-ħin meħtieġ biex jitwaħħlu u (jew) jitneħħew.

Kwalunkwe sistemi integrati li jkollhom jintlibsu sew, jew jitneħħew, minn min jużahom għandhom jiżguraw li din il-ħidma tkun waħda rapida u faċli.

2.8.   PPE biex jintużaw f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna

In-noti ta’ informazzjoni mogħtija mill-manifattur flimkien mal-PPE biex jintużaw f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna msemmija f’Artikolu 8(4)(a) għandhom jinkludu, b’mod partikulari, informazzjoni maħsuba għall-użu esklussiv ta’ nies kompetenti mħarrġa li huma kkwalifikati biex jinterpretawhom u jiżguraw li jiġu applikati minn min jużahom.

Huma għandhom jiddeskrivu wkoll il-proċedura li għandha tiġi adottata sabiex jivverifikaw li l-PPE hu aġġustat sew u jaħdem meta jintlibes minn min jużah.

Jekk il-PPE jinkorpora alarm li hu attivat fin-nuqqas ta’ livell ta’ protezzjoni li normalment tingħata, dan għandu jkun iddisinjat u akkomodat b’tali mod li jkun meqjus minn min jużah fil-kondizzjonijiet ta’ l-użu li għalih hu mibjugħ il-PPE.

2.9.   PPE li jkollu komponenti inkorporati li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija minn min jużahom.

Kwalunkwe komponenti tal-PPE li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija minn min jużahom għall-iskop ta’ bdil għandhom ikunu ddisinjati u mmanifaturati b’tali mod li jkun faċli taġġustahom, twaħħalhom u tneħħihom mingħajr ma tuża’ għodda.

2.10.   PPE biex jaqbad ma’ apparat ieħor, estern kumplimentari

Jekk il-PPE jinkorpora sistema li tagħti lok li taqbad ma’ apparat ieħor, kumplimentari, il-mekkaniżmu li jgħaqqad għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li dan ikun jista’ jitwaħħal biss fuq apparat apposta.

2.11.   PPE li jinkorpora sistema taċ-ċirkulazzjoni tal-fluwidu

Jekk il-PPE jinkorpora sistema taċ-ċirkolazzjoni tal-fluwidu, dan ta’ l-aħħar għandu jkun magħżul b’tali mod, jew iddisinjat, u inkorporat sabiex ikun jista’ jsir tiġdid biżżejjed tal-fluwidu fil-viċin tal-parti kollha tal-ġisem li għandu jkun protett, minkejja l-mossi ta’ min jużah, il-pożizzjoni jew il-moviment skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

2.12.   PPE li jkollu wieħed jew aktar mis-sinjali ta’ identifikazzjoni jew għarfien direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà

Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew għarfien direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi jew gruppi tal-PPE l-aħjar li jkunu qishom piktogrammi jew ideogrammi armonizzati u għandhom jibqgħu jinqraw sew kemm idum iservi l-PPE. Barra minn hekk, dawn is-sinjali għandhom Ikunu kompluti, preċiżi u jinftehmu sabiex ma jkunx hemm interpretazzjoni ħażina; b’mod partikulari, meta dawk is-sinjali jkun fihom kliem jew sentenzi, ta’ l-aħħar għandhom jidhru bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn se jintuża l-apparat.

Jekk PPE (jew komponent tal-PPE) ikun żgħir wisq biex jitwaħħal is-sinjal meħtieġ kollu jew parti minnu, l-informazzjoni relevanti għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fin-noti tal-manifattur.

2.13.   PPE fil-forma ta’ ħwejjeġ li kapaċi jindikaw il-preżenza ta’ min jużahom b’mod viżiv

PPE fil-forma ta’ ħwejjeġ maħsuba għall-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu li fihom il-preżenza ta’ min jużahom tkun tidher sew u b’mod individwali għandu jkollu wieħed (jew aktar) mekkaniżmi li jkunu mqiegħda f’postijiet prominenti biex jitfgħu radjazzjoni diretta jew riflessa li tkun visibbli u tkun ta’ intensità tad-dawl xierqa u jkollu proprjetajiet fotometriċi u kolorimetriċi.

2.14.   PPE għal protezzjoni minn ‘numru ta’ riskji’

Il-PPE kollha ddisinjati biex jipproteġu lil min jużahom minn ħafna riskji perikolużi għandhom jkunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jissodisfaw, b’mod partikulari, il-ħtiġiet bażiċi speċifiċi għal kull wieħed minn dawk ir-riskji (ara 3).

3.   ĦTIĠIET OĦRA MARBUTA MA’ RISKJI PARTIKULARI

3.1.   Protezzjoni kontra impatt mekkaniku

3.1.1.   Impatt ikkawżat minn oġġetti li jaqgħu jew ħerġin ’il barra u ħbit ta’ partijiet tal-ġisem ma’ xi xkiel

PPE xieraq għal dan it-tip ta’ riskju għandu jkun suffiċjenti biżżejjed biex jassorbi x-xokk biex jevita l-weġgħa kkaġunata minn, b’mod partikulari, it-tgħaffiġ jew il-penetrazzjoni tal-parti protetta, ta’ l-inqas sal-livell ta’ l-impatt ta’ l-enerġija li ‘l fuq minnu d-dimensjonijiet eċċessivi jew id-daqs tal-mekkaniżmu li jassorbi ma jħallix l-użu effettiv tal-PPE għal kemm idum iservi.

3.1.2.   Waqgħat

3.1.2.1.   Prevenzjoni mill-waqgħat minħabba ż-żliq

Is-suletti ta’ barra taż-żraben iddisinjati biex jevitaw iż-żliq għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod, immanifatturati jew mogħnija b’elementi oħra sabiex jiżguraw li s-sieq taqbad sew skond it-tip jew l-istat ta’ l-art.

3.1.2.2.   Il-prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli

PPE ddisinjati biex jevitaw waqgħat mill-għoli jew l-effetti tagħhom għandu jkun fihom ċinga torbot il-ġisem u sistema li tista’ titqbbad ma’, u li tista’ tintrabat ma’ punt ta’ rbit b’saħħtu. Għandu jkun iddisinjat b’tali mod li skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu l-waqgħa vertikali ta’ min jużahom titnaqqas biex tevita l-ħbit ma’ ostakli u l-forza tal-brejk ma tilħaqx, madankollu, il-livell li fih min juża l-PPE jista’ jindarab jew li jiċċarrat jew jinqasam xi komponent tal-PPE li jista’ jkun il-kawża tal-waqgħa ta’ min jużah.

Għandu jiżgura wkoll li wara li jibbrejkja min jużah jinżamm f’pożizzjoni tajba li fiha jkun jista’ jistenna l-għajnuna jekk ikun hemm bżonn.

In-noti tal-manifattur għandhom jispeċifikaw b’mod partikulari l-informazzjoni kollha relevanti marbuta mal-:

 karatteristiċi meħtieġa biex jinstab punt ta’ rbit b’saħħtu u l-għoli minimu meħtieġ taħt min jużahom,

 l-aħjar mod kif tintlibes iċ-ċinga mal-ġisem u kif tintrabat is-sistema mal-punt ta’ rbit b’saħħtu.

3.1.3.   Il-vibrazzjoni mekkanika

PPE ddisinjat biex jelimina l-effetti ta’ vibrazzjonijiet mekkaniċi għandu jkun kapaċi li jiżgura li jkollu komponenti adekwati li jnaqqsu l-effett ħżiena tal-vibrazzjoni li tagħmel ħsara lill-parti tal-ġisem li tkun f’riskju.

Taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandu l-valur effettiv ta’ l-aċċelerazzjonijiet trasmessi lil min jużahom mill-vibrazzjonijiet jaqbżu l-valuri tal-limitu rrakkomandati meħud kont, b’mod prevedibbli, kemm dik il-parti tal-ġisem l-aktar esposta kuljum tkun f’riskju.

3.2.   Protezzjoni kontra l-kompressjoni (statika) ta’ parti tal-ġisem

PPE ddisinjat biex jipproteġi parti mill-ġisem minn stress kompressiv (statiku) għandu jkun kapaċi biżżejjed li jnaqqas is-saħħa ta’ l-effetti tiegħu sabiex jipprevjeni weġgħat serji jew ilmenti kroniċi.

3.3.   Protezzjoni minn weġgħa fiżika ((brix, titqib, qtugħ, gdim)

Materjal kostitwenti għall-PPE u komponenti oħra ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu minn weġgħa superfiċjali kkaġunata minn makkinarju, bħal brix, titqib, qtugħ jew gdim, għandu jkun magħżul b’tali mod jew iddisinjat u inkorporat sabiex jiżgura li dawn il-gruppi tal-PPE joffru reżistenza biżżejjed kontra l-brix, titqib u qatgħat fondi (ara anki 3.1) skond kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

3.4.   Prevenzjoni mill-għarqa (ġgieget tas-salvataġġ, armbands u lifesaving suits)

PPE ddisinjati biex jipproteġu mill-għarqa għandhom jkunu kapaċi li jtellgħu fil-wiċċ kemm jista’ jkun malajr, mingħajr periklu għal saħħtu, xi ħadd li jkun eżawrit jew intilef minn sensih wara li waqa’ f’post bil-likwidu, u li jżomm fil-wiċċ f’pożizzjoni li jkun jista’ jieħu nifs waqt li jistenna l-għajnuna.

PPE jista’ jkun kollu jew parti minnu li jista’ jibqa’ fil-wiċċ jew ikun minfuħ permezz ta’ gass li jista’ jitbattal manwalment jew awtomatikament jew bil-ħalq.

Skond kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:

 il-PPE għandu, mingħajr preġudizzju għall-ħidma sodisfaċenti tiegħu, ikun kapaċi jiflaħ l-effetti ta’ l-impatt ma’ post bil-likwidu u l-fatturi ta’ l-ambjent li jkun hemm f’dak il-post,

 PPE li jintefaħ għandu jkun kapaċi jintefaħ kollu u malajr.

Meta kondizzjonijiet partikulari ta’ l-użu jitolbu hekk, ċerti tipi ta’ PPE għandhom jissodisfaw waħda jew iktar mill-ħtiġiet żejda li ġejjin:

 għandu jkollhom il-mekkaniżmi kollha li jintefħu msemmija fit-tieni subparagrafu, u/jew mekkaniżmu li jarmi d-dawl jew jagħmel ħoss,

 għandu jkollhom mekkaniżmu biex jintrabtu u jitwaħħlu mal-ġisem sabiex min jużahom ikun jista’ jittella’ mill-post likwidu,

 għandhom ikunu tajba għall-użu fit-tul waqt il-perjodu ta’ attività li jesponi lil min jużahom, possibilment imlibbes, għar-riskju li jaqa’ fil-post likwidu jew li jogħdos fih.

3.4.1.    Għajnuniet għall-kapaċtà li wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma

Ħwejjeġ li jiżguraw livell effettiv li wieħed jżommu f’wiċċ l-ilma, skond l-użu prevedibbli tagħhom, li huma siguri meta jintlibsu u li jistgħu joffru appoġġ posittiv fl-ilma. F’kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux inaqqas il-moviment ħieles minn min jużah iżda għandu jgħinu biex, b’mod partikulari, jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil nies oħra.

3.5.   Protezzjoni kontra l-effetti perikolużi ta’ l-istorbju

PPE ddisinjati biex jilqgħu għall-effetti ħżiena ta’ l-istorbju għandhom ikunu kapaċi li jnaqqsu s-saħħa ta’ dan ta’ l-aħħar għal-livell ta’ ħoss meqjus minn min jużah li taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jaqbżu l-valur tal-limitu ta’ kuljum stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat-12 ta’ Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji marbuta minħabba li jkunu esposti għall-ħsejjes fuq ix-xogħol ( 8 ).

Il-PPE kollha għandu jkollhom tabella li tindika l-livell tas-saħħa tal-ħoss u l-valur komdu mogħti mill-PPE; jekk dan ma jkunx possibbli, it-tabella għandha titwaħħal mal-pakkett.

3.6.   Protezzjoni kontra s-sħana u/jew nirien

PPE ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tas-sħana u/jew nirien għandhom ikunu kapaċi jipproteġu kontra s-sħana u s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.

3.6.1.   Il-materjali li l-PPE hu kkostitwit minnhom u komponenti oħra

Materjal kostitwenti u komponenti oħra tajba għall-protezzjoni kontra s-sħana kbira u konvetiva għandu jkollu koeffiċjent addattat ta’ trasmissjoni ta’ incident heat flux u għandu jkun inkombustibbli biżżejjed biex ineħħi kull riskju ta’ nar spontanju skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

Fejn il-parti ta’ barra ta’ dan il-materjal u komponenti għandha tkun tirrifletti, is-saħħa tar-rifless tagħha għandu jkun adattat għall-intensità tas-sħana kkaġunata mir-radjazzjoni fil-livell infra-red.

Il-materjali u komponenti oħra ta’ apparat maħsub għal użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin u ta’ PPE li jista’ jintlaqat minn titjir ta’ prodotti jaħarqu bħalma huma kwantitajiet kbar ta’ materjal imdewweb jaħraq għandu jkollu wkoll biżżejjed kapaċità termali biex iżomm ħafna mis-sħana maħżuna sa meta min jużah ikun ħareġ miż-żona tal-periklu u neħħa l-PPE tiegħu.

Il-materjali tal-PPE u l-komponenti l-oħra li jistgħu jintlaqtu minn ammonti kbar ta’ prodotti jaħarqu għandhom ikunu kapaċi jassorbu sew l-impatt mekkaniku (ara 3.1).

Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifatturar ta’ apparat li jitfi n-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx li jikkorrispondi mal-grupp tar-riskju assoċjat mal-kondizzjonijiet ta’ użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu esposti għall-fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.

3.6.2.   PPE komplut lest biex jintuża

Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:

1. l-ammont ta’ sħana trasmessa mill-PPE lil min jużaha għandu jkun baxx biżżejjed biex ma jħallix is-sħana miġmugħa waqt l-ilbies f’dik il-parti tal-ġisem f’perikolu, taħt l-ebda ċirkostanza, milli tweġġa’, jew milli ssofri ħsara għas-saħħa;

2. Il-PPE għandu jekk hemm bżonn jipproteġi mill-penetrazzjoni tal-likwidu jew stim u ma għandux joħloq ħruq li jiġi minn kuntatt bejn il-qoxra protettiva u min jużah.

Jekk il-PPE ikun fih mekkaniżmi li jkessħu biex jassorbu s-sħana mitfugħa permezz ta’ likwidu li jevapora jew solid sublimation, id-disinn tagħhom għandu jkun b’tali mod li sustanzi volatili rrilaxxjati jinħarġu ‘l barra mill-qoxra protettiva ta’ barra u mhux lejn min jużahom.

Jekk il-PPE fih mekkaniżmu biex jittieħed in-nifs, dan ta’ l-aħħar għandu jissodisfa l-funzjoni protettiva mogħtija lilu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

In-noti tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull mudell tal-PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikulari jagħti l-informazzjoni kollha relevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih min jużah għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skond l-iskop li għalih sar.

3.7.   Protezzjoni kontra l-bard

PPE ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tal-bard għandhom ikunu kapaċi jipproteġu kontra l-bard u s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli li għalih huma mibjugħa.

3.7.1.   Materjali li l-PPE hu kkostitwit minnhom u komponenti oħra

Materjali kostitwenti u komponenti oħra addattati għall-protezzjoni kontra l-bard għandu jkun fihom koeffiċjent li jgħaddi l-incident thermal flux baxxa kemm meħtieġa skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu. Materjali flessibbli u komponenti oħra tal-PPE maħsuba għall-użu f’ambjent b’temperatura baxxa għandu jżomm il-livell ta’ flessibbiltà meħtieġ għall-mossi neċessarji u l-posizzjonijiet.

Il-materjali tal-PPE u l-komponenti l-oħra li jistgħu jintlaqtu minn ammonti kbar ta’ titjir ta’ prodotti kesħin għandhom ikunu kapaċi jassorbu sew l-impatt mekkaniku (ara 3.1).

3.7.2.   PPE komplut lest biex jintuża

Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:

1. il-fluss li joħroġ mill-PPE u jasal għand min jużah għandu jkun baxx biżżejjed biex ma jħallix il-kesħa miġmugħa waqt l-ilbies fi kwalunkwe parti tal-ġisem li hi protetta, inkluż it-truf tas-swaba’ ta’ l-idejn u tas-saqajn, milli jħossu, taħt kwalunkwe ċirkostanza, l-uġigħ jew li s-saħħa ta’ min jużahom tbati;

2. Il-PPE għandu kemm jista’ jkun jevita l-penetrazzjoni ta’ likwidu bħall-ilma tax-xita u ma għandux joħloq weġgħat li jiġu mill-kuntatt bejn il-qoxra protettiva kiesħa tiegħu u min jużah.

Jekk il-PPE fih mekkaniżmu biex tieħu n-nifs, dan għandu jissodisfa sew il-funzjoni protettiva mogħtija lilu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

In-noti tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull mudell tal-PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi baxxi għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha relevanti rigwardanti l-ammont massimu permissibbli li wieħed jista’ jesponi ruħu għall-kesħa li toħroġ mill-apparat.

3.8.   Protezzjoni kontra xokk elettriku

Il-PPE ddisinjat biex jipproteġi l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tal-kurrenti elettriku għandu jkun protett sew kontra l-vultaġġi li x’aktarx ikun espost għalihom min jużah skond il-kondizzjonijiet l-aktar ħżiena prevedibbli.

Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u gruppi oħra ta’ dawn il-PPE għandhom jkunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw li l-kurrent li joħroġ imkejjel mill-qoxra protettiva ta’ barra skond kondizzjonijiet ta’ test b’vultaġġi mqabbla ma’ dawk li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-post oriġinali jkun imnaqqas u, fis-sitwazzjonijiet kollha, inqas mill-valur massimu konvenzjonali permissibbli li jaqbel mal-livell tollerat.

Flimkien mal-pakketti tagħhom, it-tipi PPE maħsuba esklussivament biex jintużaw waqt ix-xogħol jew attivitajiet f’installazzjonijiet elettriċi li jistgħu jew ikunu taħt tensjoni għandu jkollhom fuqhom sinjali li jindikaw, b’mod partikulari, il-grupp tal-protezzjoni tagħhom u (jew) il-vultaġġ korrispondenti li jħaddem, is-serial number tagħhom u d-data tal-manifattura tagħhom; għandu jkun hemm spazju barra l-qoxra ta’ barra protettiva ta’ dak il-PPE għall-iskrizzjoni li jmiss tad-data ta’ meta beda s-servizz u dawk tat-testijiet li jsiru kull tant żmien jew ispezzjonijiet li għandhom isiru.

In-noti tal-manifattur għandhom jindikaw, b’mod partikulari, l-użu esklussiv li għalihom huma maħsuba dawn it-tipi ta’ PPE u n-natura u l-frekwenza tat-testijiet dielettrici li huma esposti għalihom kemm idumu jintużaw.

3.9.   Protezzjoni mir-radjazzjoni

3.9.1.   Radjazzjoni li mhix ionizzanti

Il-PPE ddisinjati biex jipproteġu minn ħsara kbira jew kronika lill-għajnejn minn sorsi ta’ radjazzjoni li mhix ionizzanti għandhom jkunu kapaċi jassorbu jew jirriflettu l-maġġoranza ta’ l-enerġija li toħroġ f’wavelengths li jagħmlu l-ħsara mingħajr ma taffetwa l-ħruġ tal-parti ta’ l-ispectrum viżibbli li ma tagħmilx ħsara, il-perspezzjoni tal-kuntrasti u l-abbiltà li tiddistingwi l-kuluri meta meħtieġ mill-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

Għal dan il-għan, nuċċalijiet protettivi għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkollhom, għal kull mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trasmissjoni li permezz tiegħu d-densità ta’ l-illuminazzjoni ta’ l-enerġija radjanti tkun tista’ tilħaq l-għajnejn ta’ min jużahom mill-filter tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza, ma taqbeż il-valur massimu permissibbli li wieħed għandu jkun espost għalih.

Barra minn hekk, in-nuċċalijiet ma għanduux jiddeterjoraw jew jitilfu l-karatteristiċi tagħhom minħabba l-effetti tar-radjazzjoni li toħroġ mill-kondizzjonijiet ta’ użu prevedibbli u l-kampjuni kollha mibjugħa għandu jkollhom fuqhom in-numru tal-fattur ta’ protezzjoni li jaqbel ma’ l-ispectral distribution curve tal-fattur tat-trasmissjoni tagħhom.

Nuċċalijiet adattati għal sorsi ta’ radjazzjoni ta’ l-istess tip għandhom ikunu kklassifikati f’ordni li titla’ skond il-fatturi ta’ protezzjoni tagħhom u n-noti tal-manifattur għandhom juru, b’mod partikulari, il-curves tat-trasmissjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar PPE adattat billi jqisu l-fatturi moħbija tal-kondizzjonijiet effettivi ta’ l-użu bħal distanza mis-sors u d-distribuzzjoni speċjali ta’ l-enerġija li toħroġ f’dik id-distanza.

In-numru tal-fattur ta’ protezzjoni għandu jidher fuq il-kampjuni kollha tan-nuċċalijiet li jiffiltraw mill-manifatur.

3.9.2.   Radjazzjoni ionizzanti

3.9.2.1.   Protezzjoni kontra kontaminazzjoni radjoattiva esterna

Materjali kostitwenti tal-PPE u komponenti oħra ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra trab radjuattiv, gassijiet, likwidi jew taħlitiet tiegħu għandhom ikunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u inkorporati biex jiżguraw li dan l-apparat jipprevjeni b’mod effettiv il-penetrazzjoni tal-kontaminanti skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.

Skond in-natura jew il-kondizzjoni ta’ dawk il-kontaminanti, biex ma jkunx hemm ħruġ għandu jkun hemm qoxra protettiva li ma tinfidx u/jew permezz ta’ xi mezzi oħra adattati, bħalma huma sistemi ta’ ventilazzjoni u ta’ pressurizzazzjoni ddisinjati biex ma jħallux it-tixrid b’lura ta’ dawn il-kontaminanti.

Kull miżura ta’ dekontaminazzjoni li hu espost għalih il-PPE ma għandux tikkomprometti l-użu tiegħu mill-ġdid kemm idum iservi b’mod prevedibbli dan il-grupp ta’ apparat.

3.9.2.2.   Protezzjoni limitata kontra radjazzjoni esterna

Il-PPE maħsub biex jagħti protezzjoni sħiħa lil min jużah kontra irradjazzjoni esterna jew, jekk ma jirnexxilux hekk, tnaqqis fis-saħħa tagħha, għandu jkun iddisinjat biex jikkumbatti elektrons dgħajfa biss (eż. beta) jew photon dgħajfa (eż. X, gamma) radjazzjoni.

Il-materjal kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi ta’ PPE għandhom jkunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u mdaħħla sabiex jagħtu livell ta’ protezzjoni lil min jużahom meħtieġa skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli mingħajr ma jwasslu għal żieda fil-ħin li jkunu esposti minħabba li min jużahom ma jkunx jista’ jagħmel ġesti, pożizzjoni jew moviment (ara 1.3.2).

Il-PPE għandu jkollu s-simbolu li jindika t-tip u l-ħxuna tal-materjal kostitwenti adattat għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.

3.10.   Protezzjoni kontra sustanzi perikolużi u aġenti infettivi

3.10.1.   Protezzjoni respiratorja

Il-PPE maħsub għall-protezzjoni tal-pajpijiet tan-nifs għandhom jkunu tali li jkun possibbli li min jużahom ikollu l-arja li jista’ jieħu nifs minnha meta dan ta’ l-aħħar ikun espost għall-atmosfera mniġġża u/jew għall-atmosfera li ma jkollhiex biżżejjed konċentrazzjoni ta’ ossiġenu.

L-arja li jista’ jieħu nifs minnha permezz tal-PPE għandha tinkiseb permezz ta’ mezzi adattati, per eżempju wara l-filtrazzjoni ta’ l-arja mniġġża permezz ta’ mekkaniżmu protettiv jew apparat jew provista b’pajp minn sors mhux imniġġeż.

Il-materjal kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandhom ikunu magħżula t’tali mod jew iddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw li jkun hemm respirazzjoni tajba minn min jużahom u iġjene respiratorja għall-perjodu ta’ l-użu kkonċernat skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.

Il-biċċa ta’ mal-wiċċ għandha tkun tali li ma tidħolx minnha arja u l-waqgħa tal-pressjoni mat-teħid tan-nifs ’l ġewwa u, fil-każ tal-mekkaniżmi tal-filters, il-kapaċità li tippurifika għandha tkun tali li twaqqaf il-penetrazzjoni ta’ kontaminant minn atmosfera mniġġża baxxa biżżejjed sabiex ma tkunx ta’ ħsara għas-saħħa jew l-iġjene ta’ min jużaha.

Il-PPE għandu jkollu s-sinjal ta’ identifikazzjoni tal-manifattur u d-dettalji tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak it-tip ta’ apparat li, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu, jgħinu lil min jużah li jkun imħarreġ u kkwalifikat biex juża l-PPE sew.

In-noti tal-manifattur għandhom wkoll fil-każ tal-mekkaniżmi tal-filters, jindikaw iż-żmien stipulat għall-ħżin tal-filters ġodda u miżmuma fil-pakkett oriġinali tagħhom.

3.10.2.   Protezzjoni minn kuntatt mal-ġilda u okulari

Il-PPE maħsub biex ma jħallix li jsir l-kuntatt tal-wiċċ tal-ġisem kollu jew ta’ parti minnu ma’ sustanzi perikolużi u affarijiet infettivi għandu jkun kapaċi li jżomm il-penetrazzjoni jew it-tixrid ta’ dawk is-sustanzi mill-qoxra protettiva ta’ barra skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu li għalih il-PPE jitqiegħed fis-suq.

Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandhom jintagħżlu b’tali mod, jew ikunu ddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw, kemm jista’ jkun, li ma jkunx hemm ħruġ, li jkun jista’ jintuża għal ħin twil kuljum fejn meħtieġ jew, jekk dan ma jkunx possibbli, billi jkollu leak-tightness limitat li jinneċessità restrizzjoni tal-perjodu ta’ l-użu ta’ l-ilbies.

Fejn, minħabba l-karatteristika u l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu tagħhom, ċerti sustanzi perikolużi jew affarijiet infettivi jkollhom saħħa penetrattiva għolja li tillimita t-tul tal-protezzjoni mogħtija mill-PPE msemmi, dan ta’ l-aħħar għandu jkun espost għal testijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu skond l-effiċjenza. Il-PPE li hu meqjus li jaqbel ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandu jkollu sinjal li jindika, b’mod partikulari, l-ismijiet, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-kodiċi tas-sustanzi użati fit-testijiet u l-perjodu ta’ protezzjoni standard. In-noti tal-manifattur għandu jkun fihom ukoll, b’mod partikulari, spjegazzjoni tal-kodiċi (jekk meħtieġ), deskrizzjoni dettaljata tat-testijiet standard u l-informazzjoni kollha adattata biex ikun determinat il-perjodu massimu permissibbli ta’ lbies skond il-kondizzjonijiet differenti prevedibbli ta’ użu.

3.11.   Mekkaniżmi ta’ sigurtà għall-apparat ta’ l-għads

1.

Apparat li jittieħed in-nifs minnu

L-apparat li jittieħed in-nifs minnu għandu jgħin biex min jużah ikollu provvista ta’ taħlita ta’ gass li jieħu nifs minnu, skond kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu u li jqisu b’mod partikulari l-fond massimu li jogħdos fih.

2.

Meta l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu jirrikjedu hekk, l-apparat għandu jkun fih:

(a) libsa li tipproteġi lil min jużaha mill-pressjoni li tinħoloq minħabba li jogħdos fil-fond (ara 3.2) u/jew kontra l-kesħa (ara 3.7);

(b) allarm iddisinjat biex javża lil min jużah dwar difett li jkun se jinqala’ fil-provista tat-taħlita ta’ gass li jieħu nifs minnu (ara 2.8);

(ċ) libsa tas-salvataġġ li tgħin lil min jużaha jerġa’ jitla’ fil-wiċċ (ara 3.4.1).




ANNESS III

DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA MOGĦTIJA MILL-MANIFATTUR

Id-dokumentazzjoni msemmija f’Artikolu 8(1) għandha tkun fiha l-informazzjoni kollha relevanti dwar il-mezzi użati mill-manifattur sabiex jiżgura li l-PPE jaqbel mal-ħtiġijiet bażiċi marbuta miegħu.

Fil-każ tal-mudelli PPE msemmija f’Artikolu 8(2), id-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula b’mod partikulari minn:

1. il-fajl tekniku tal-manifattur li jkun fih:

(a) pjanijiet globali u dettaljati tal-PPE flimkien ma’, fejn jixraq, noti ta’ kalkoli u r-riżultati tat-testijiet prototipi sa fejn hu meħtieġ biex ikun ivverifikat il-qbil mal-ħtiġiet bażiċi;

(b) lista dettaljata tal-ħtiġiet bażiċi ta’ sigurtà u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra msemmija f’Artikoli 3 u 5, billi jitqies id-disinn tal-mudell;

2. deskrizzjoni tal-kontroll u l-faċilitajiet tat-testijiet li għandhom jintużaw fl-impjant tal-manifattur biex jivverifika jekk hemm qbil bejn il-produzzjoni tal-PPE u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biex jinżamm il-livell ta’ kwalità;

3. kopja ta’l-avviż ta’ l-informazzjoni msemmi f’Anness II, 1.4.

▼M1




ANNESS IV

L-IMMARKAR TA’ KONFORMITÀ CE U INFORMAZZJONI

 L-immarkar ta’ konformita CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l-forma segwenti:

  image

 Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

 Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm. Din id-dimensjoni minima tista’ titneħħa għal PPE ta’ skala żgħira.

▼M3 —————

▼B




ANNESS V

KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JINTLAĦQU MILL-KORPI LI TAGĦHOM INGĦATAT NOTIFIKA

(Artikolu 9(2))

Il-korpi nnominati mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:

1. id-disponibbilità ta’ nies u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;

2. l-kompetenza teknika u integrità professjonali tan-nies;

3. l-imparzjalità, biex isiru t-testijiet, jiġu ppreparati r-rapporti, jinħarġu ċ-ċertifikati u ssir is-sorveljanza msemmija f’din id-Direttiva, tal-ħaddiema u tan-nies tekniċi fir-rigward taċ-ċirkoli kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament konċernati mal-PPE;

4. iż-żamma tas-sigriet professjonali mill-ħaddiema;

5. il-pussess ta’ liċenzja ta’ insurance li tagħmel tajjeb għal danni ċivili sakemm dik l-indemnifikazzjoni ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.

It-twettiq tal-kondizzjonijiet skond 1 u 2 għandhom ikunu vverifikati minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.




ANNESS VI

MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ KE

image



( 1 ) ĠU C 141, tat-30.5.1988, p. 14.

( 2 ) ĠU C 12, tas-16.1.1989, p. 109 u

ĠU C 304, ta’ l-4.12.1989, p. 29.

( 3 ) ĠU C 337, tal-31.12.1988, p. 37.

( 4 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

( 5 ) ĠU L 81, tas-26.3.1988, p. 75.

( 6 ) ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331. 7.12.1998, p. 1).

( 7 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23)

( 8 ) ĠU L 137, ta’ l-24.5.1986, p. 28.

Top