EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989L0656-20191120

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (89/655/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/656/2019-11-20

01989L0656 — MT — 20.11.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Novembru 1989

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(89/655/KEE)

(ĠU L 393 30.12.1989, p. 18)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007

►M2

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1832 tal-24 ta’ Ottubru 2019

  L 279

35

31.10.2019




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Novembru 1989

dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(89/655/KEE)



IS-SEZZJONI I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Suġġett

1.  Din id-Direttiva, li hija t-tielet direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, litistabbilixxi ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' protezzjoni personali użat mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

2.  Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE jgħoddu għal kollox għall-kamp kollu li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Definizzjoni

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, tagħmir ta' protezzjoni personali ifisser kull tagħmir imfassal sabiex jintlibes jew sabiex jinżamm mill-ħaddiem sabiex jipproteġih minn xi riskju jew riskji li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà u s-saħħa tiegħu fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassla sabiex jissodisfa dan l-għan.

2.  Id-definizzjoni f'paragrafu 1 teskludi:

(a) ħwejjeġ ta' xogħol ordinarji u uniformijiet li mhumiex imfassla speċifikament sabiex jipprotegu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem;

(b) tagħmir użat minn servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ;

(ċ) tagħmir ta' protezzjoni personali milbus jew użat mill-militar, il-pulizija jew xi aġenziji żamma ta' l-ordni pubbliċi oħra;

(d) tagħmir personali ta' protezzjoni għal mezzi tat-trasport bit-triq;

(e) tagħmir sportiv;

(f) tagħmir ta' difiża personali jew ta' diterrent;

(g) apparat li jinġarr sabiex jiskopri u jimmarka riskji u disturbi.

L-Artikolu 3

Regola ġenerali

Tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jiġi użat meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew limitati biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew b'miżuri, metodi jew proċeduri ta' organizzazzjoni tax-xogħol.



IS-SEZZJONI II

OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

L-Artikolu 4

Disposizzjonijiet ġenerali

1.  Tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet rilevanti tal-Komunità dwar it-tfassil u l-manifattura fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa.

It-tagħmir ta' protezzjoni personali għandu:

(a) jkun addattat għar-riskji involuti, mingħajr ma jwassal hu stess għal xi riskju miżjud;

(b) jikkorrispondi għall-kondizzjonijiet eżistenti fuq il-post tax-xogħol;

(ċ) jagħti kas tal-ħtiġiet ergonomiċi u ta' l-istat ta' saħħa tal-ħaddiem;

(d) jkun jiġi tajjeb lil min jilbsu wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ.

2.  Fejn il-preżenza ta' aktar minn riskju wieħed jobbliga ħaddiem jilbes simultanjament aktar minn oġġett wieħed ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, tagħmir bħal dan għandu jkun kompatibbli u jibqa' jkun effettiv kontra r-riskju jew riskji msemmija.

3.  Il-kondizzjonijiet ta' użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, b'mod partikolari l-perjodu li fih jintlibes, għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-gravità tar-riskju, tal-frekwenza għall-espożizzjoni għar-riskju, tal-karatteristiċi ta' l-istazzjon tax-xogħol ta' kull ħaddiem u tar-rendiment tat-tagħmir ta' protezzjoni personali.

4.  Tagħmir ta' protezzjoni personali huwa, fil-prinċipju, maħsub għal użu personali.

Jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu li tagħmir ta' protezzjoni personali jintlibes minn aktar minn persuna waħda, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li dan l-użu ma joħloqx problemi ta' sigurtà jew ta' iġjene għall-persuni differenti li jużawh.

5.  Għandha tkun provduta informazzjoni adegwata fuq kull oġġett tat-tagħmir ta' protezzjoni personali, meħtieġa taħt paragrafi 1 u 2, u għandha tkun magħmula disponibbli fl-intrapriża u/jew fl-istabbiliment.

6.  It-tagħmir ta' protezzjoni personali għandu jiġi pprovdut b'xejn minn min iħaddem, li għandu jiżgura l-kondizzjoni operattiva tajba tiegħu u kondizzjoni iġjenika sodisfaċenti permezz tal-manutenzjoni, tiswija u tibdil li jkun hemm bżonn.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, skond il-prattika nazzjonali tagħhom, li l-ħaddiem ikun mitlub jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' ċertu tagħmir ta' protezzjoni personali fiċ-ċirkostanzi fejn l-użu tat-tagħmir ma jkunx esklussiv għall-post tax-xogħol.

7.  Min iħaddem għandu l-ewwel jinforma lill-ħaddiem bir-riskji li kontrihom jipproteġih l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

8.  Min iħaddem għandu jirranġa għal taħriġ u għandu, jekk ikun addattat, jorganizza wirjiet dwar l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

9.  Tagħmir ta' protezzjoni personali jista' jintuża biss għal skopijiet speċifikati, minbarra f'ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali.

Għandu jintuża skond l-istruzzjonijiet.

Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu jinftehmu mill-ħaddiema.

L-Artikolu 5

Stima tat-tagħmir ta' protezzjoni personali

1.  Qabel ma jintgħażel tagħmir ta' protezzjoni personali, min iħaddem jeħtieġ li jistma jekk it-tagħmir ta' protezzjoni personali li jkollu l-ħsieb li juża jissodissfax l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1) u (2).

L-istima għandha tinvolvi:

(a) analiżi u stima tar-riskji li ma jistgħux ikunu evitati b'mezzi oħra;

(b) definizzjoni tal-karatteristiċi li t-tagħmir ta' protezzjoni personali jista' jkollu sabiex ikun effettiv kontra r-riskji li hemm riferenza għalihom f'(a), billi jingħata kas ta' kwalunkwe riskji li t-tagħmir stess jista' joħloq;

(ċ) paraguna tal-karatteristiċi tat-tagħmir ta' protezzjoni personali disponibbli mal-karatteristiċi li hemm riferenza għalihom f'(b).

2.  L-istma li għaliha hemm provdut f'paragrafu 1 għandha tiġi riveduta jekk isiru xi tibdiliet ta' xi elementi minn tiegħu.

L-Artikolu 6 ( 1 )

Regoli għall-użu

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3, 4 u 5, Stati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti regoli ġenerali għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali u/jew regoli li jkopru każijiet u sitwazzjonijiet fejn min iħaddem għandu jipprovdi t-tagħmir ta' protezzjoni personali, billi jingħata kas tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-moviment ħieles ta' dan it-tagħmir.

Dawn ir-regoli għandhom jindikaw b'mod partikolari iċ-ċirkostanzi jew is-sitwazzjonijiet ta' riskju li fihom, mingħajr preġudizzju għall-prijorità li għandha tingħata għal mezzi kollettivi ta' protezzjoni, għandu jsir l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

L-Annessi I, II u III, li jikkostitwixxu gwida, fihom informazzjoni utili sabiex jiġu stabbiliti regoli bħal dawn.

2.  Meta Stati Membri jadottaw ir-regoli li hemm riferenza għalihom f'paragrafu 1, għandhom jagħtu kas ta' kwalunkwe tibdiliet sinnifikanti għar-riskju, mezzi kollettivi ta' protezzjoni u ta' tagħmir ta' protezzjoni personali miġjub minn żviluppi teknoloġiċi.

3.  Stati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema li hemm riferenza għalihom f'paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 7

Informazzjoni għall-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu informati bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema meta jiġi użat tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq ix-xogħol.

L-Artikolu 8

Konsultazzjoni tal-ħaddiema u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha ssir skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti b'din id-Direttiva, inklużi l-Annessi magħha.



IS-SEZZJONI III

DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI

▼M2

Artikolu 9

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 9b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

▼M2

Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9b

Proċedura ta’ urġenza

1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

▼B

L-Artikolu 10

Diżposizzjonijiet finali

1.  Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw, kif ukoll dawk li diġà adottaw, fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




ANNESS I

RISKJI RELATATI MAL-PARTIJIET TAL-ĠISEM LI GĦANDHOM IKUNU PROTETTI MINN PPE (*)

(*) Din il-lista ta’ riskji/partijiet tal-ġisem ma tistax tkun mistennija li tkun eżawrjenti.

Il-valutazzjoni tar-riskju se tiddetermina l-ħtieġa li jiġi pprovdut PPE u l-karatteristiċi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

image




ANNESS II

LISTA MHUX EŻAWRJENTI TAT-TIPI TA’ TAGĦMIR TA’ PROTEZZJONI PERSONALI FIR-RIGWARD TAR-RISKJI LI JILQGĦU GĦALIHOM

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAR-RAS

 Elmi u/jew brieret/balaklavi/ilbies għar-ras kontra:

 

 Impatti kkawżati minn oġġetti li jaqgħu jew jintremew “il barra

 Ħabta ma’ xi ostaklu

 Riskji mekkaniċi (perforazzjoni, brix)

 Kompressjoni statika (tgħaffiġ laterali)

 Riskji termali (nirien, sħana, kesħa, solidi jaħarqu inklużi metalli mdewba)

 Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi

 Riskji kimiċi

 Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

 Xbieki tax-xagħar kontra r-riskju tat-tħabbil

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAS-SMIGĦ

 Earmuffs (inkluż eż. earmuffs mehmużin ma’ elmu, earmuffs li jnaqqsu l-istorbju attiv, earmuffs b’input elettriku ta’ awdjo)

 Earplugs (inkluż eż. earplugs skont il-livell, earplugs adattati għall-individwu)

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-GĦAJNEJN U TAL-WIĊĊ

 Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ (lentijiet bi preskrizzjoni fejn xieraq) kontra:

 

 Riskji mekkaniċi

 Riskji termali

 Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

 Radjazzjoni jonizzanti

 Aerosols solidi u likwidi tal-aġenti kimiċi u bijoloġiċi

Tagħmir għall-PROTEZZJONI RESPIRATORJA

 Apparat ta’ filtrazzjoni kontra:

 

 Partikuli

 Gassijiet

 Partikuli u gassijiet

 Aerosols solidi u/jew likwidi

 Tagħmir iżolatur, inkluż bi provvista ta’ arja

 Apparati ta’ awtosalvataġġ

 Apparat tal-għaddasa

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-IDEJN U TAD-DIRGĦAJN

 Ingwanti (inkluż mittens u protezzjoni tad-dirgħajn) kontra:

 

 Riskji mekkaniċi

 Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

 Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

 Riskji kimiċi

 Aġenti bijoloġiċi

 Radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva

 Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

 Riskji mill-vibrazzjoni

 Ingwanti tas-swaba”

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAS-SAQAJN U TAR-RIĠLEJN u protezzjoni kontra ż-żliq

 Xedd tas-saqajn (eż. żraben, inkluż f’ċerti ċirkostanzi clogs, bwiez li jista’ jkollhom maskaretti tal-azzar) biex jipproteġi kontra:

 

 Riskji mekkaniċi

 Riskji ta’ żliq

 Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

 Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

 Riskjis kimiċi

 Riskji mill-vibrazzjoni

 Riskji bijoloġiċi

 Ilqugħ għall-instep li jistgħu jitneħħew kontra riskji mekkaniċi

 Kuxxinetti tal-irkoppa kontra riskji mekkaniċi

 Getti kontra riskji mekkaniċi, termali u kimiċi u aġenti bijoloġiċi

 Aċċessorji (eż., ganċijiet, takki bil-ponta)

PROTEZZJONI TAL-ĠILDA - KREMI TA’ PROTEZZJONI TAL-ĠILDA ( 3 )

 Jista’ jkun hemm kremi protettivi li jipproteġu kontra:

 

 Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

 Radjazzjoni jonizzanti

 Kimiċi

 Aġenti bijoloġiċi

 Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-ĠISEM/PROTEZZJONI OĦRA GĦALL-ĠILDA

 Tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat mill-għoli, bħal tagħmir li jwaqqaf il-waqgħa tat-tip li jidħol ’il ġewwa, irbit għall-ġisem kollu, irbit ta’ mal-qadd, ċinturini għal xogħol ta’ pożizzjonament u ta’ trażżin u kurduni għal xogħol ta’ pożizzjonament, assorbituri tal-enerġija, tagħmir li jwaqqaf il-waqgħa tat-tip iggwidat li jinkludi linji tal-ankraġġ, apparat ta’ aġġustament tal-ħbula, apparat ta’ ankraġġ li mhux iddisinjat biex jitwaħħal b’mod permanenti u li ma jkunx jeħtieġ xogħlijiet ta’ twaħħil qabel l-użu, konnetturi, ċineg, irbit tas-salvataġġ

 Ilbies protettiv, inkluż protezzjoni għall-ġisem kollu (jiġifieri, ilbies sħiħ, overalls) protezzjoni għall-ġisem parzjali (jiġifieri getti, qliezet, ġkieket, sdieri, fradal, kuxxinetti tal-irkoppa, kapep, balaklavi) kontra:

 

 Riskji mekkaniċi

 Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

 Kimiċi

 Aġenti bijoloġiċi

 Radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva

 Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

 Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

 Tħabbil u nsib mekkaniku

 Ġkieket tas-salvataġġ għall-prevenzjoni ta’ għarqiet u għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma

 PPE li jindika l-preżenza tal-utent b’mod viżiv




ANNESS III

Lista mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet u setturi ta’ attività li jistgħu jeħtieġu l-provvediment ta’ Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali (*)

(*) Il-valutazzjoni tar-riskju se tiddetermina l-ħtieġa li jiġi pprovdut PPE u l-karatteristiċi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva

I.    RISKJI FIŻIĊI



Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

FIŻIĊI - MEKKANIĊI

Impatt ikkawżat minn oġġetti li jaqgħu jew jintremew “il barra, ħabta ma’ xi ostaklu jew ġettijiet bi pressjoni għolja

Il-kranju

Elmu ta’ protezzjoni

— Xogħol fuq, taħt jew fil-viċinanzi ta’ scaffolding u postijiet tax-xogħol elevati

— Xogħol strutturali u xogħlijiet fit-toroq

— Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

— Assemblaġġ u installazzjoni ta’ scaffolding

— Xogħlijiet ta’ assemblaġġ u installazzjoni

— Twaqqigħ

— Xogħol ta’ blasting

— Xogħol f’fosos, kanali, xaftijiet u mini

— Xogħol fil-viċinanzi ta’ liftijiet, tagħmir tar-rafa’, krejnijiet u conveyors

— Xogħlijiet ta’ taħt l-art, f’barrieri, tħaffir fil-miftuħ

— Xogħol bi fran industrijali, containers, makkinarju, silos, bunkers u pajpijiet

— Tbiċċir u linja tal-qtugħ fil-biċċeriji

— Ġarr ta’ tagħbija jew trasport u ħżin

— Xogħol fil-foresti

— Xogħol fuq pontijiet tal-azzar, kostruzzjoni ta’ bini tal-azzar, strutturi idrawliċi tal-azzar, fran tal-blast, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, containers kbar, pajpijiet twal, impjanti tal-bojlers u impjanti tal-enerġija

— Xogħol tal-art u tal-blat

— Xogħol b’għodda li twassal il-boltijiet

— Xogħol bi fran tal-blast, impjanti ta’ riduzzjoni diretta, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar, imtieħen tal-laminazzjoni, impjanti għall-produzzjoni tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging) u tidwib tal-metall (casting)

— Xogħol li jinvolvi vjaġġar fuq roti u roti mmexxijin mekkanikament

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Produzzjoni tal-enerġija

— Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Biċċeriji

— Xogħol ta’ trasferiment bl-użu ta’ linji ferrovjarji

— Portijiet, trasport u loġistika

— Industrija forestali

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol tal-iwweldjar, tal-grinding jew ta’ separar

— Tismir manwali

— Mili u xogħol bil-furmatur

— Xogħol u proċessar tal-blat

— Xogħol b’għodda li twassal il-boltijiet

— Xogħol fuq magni li jneħħu l-istokk għal frak żgħar

— Kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging)

— Tneħħija u ksur ta’ frammenti

— Sprejjar ta’ sustanzi li joborxu

— Użu ta’ għodda għall-qtugħ tas-sigar jew srieraq bil-katina

— Proċeduri dentali u kirurġiċi

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Produzzjoni tal-enerġija

— Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

— Industriji tal-ħadid u l-azzar

— Industriji tal-metall u tal-injam

— Skultura tal-ġebel

— Ġardinaġġ

— Kura tas-saħħa

— Forestrija

Is-saqajn u r-riġlejn (partijiet)

Xedd tas-saqajn (żraben/bwiez, eċċ.) b’maskaretti tas-sikurezza jew ta’ protezzjoni għas-swaba”

Xedd tas-saqajn bil-protezzjoni tal-metatarsu

— Xogħol strutturali u xogħlijiet fit-toroq

— Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

— Assemblaġġ u installazzjoni ta’ scaffolding

— Twaqqigħ

— Xogħol ta’ blasting

— Xogħol u proċessar tal-blat

— Xogħol ta’ tbiċċir u tal-linja tal-qtugħ

— Trasport u ħżin

— Xogħol bil-forom fl-industrija taċ-ċeramika

— Xogħol bi blokok ta’ laħam iffriżat u ppakkjar ta’ikel priservat

— Manifattura, xogħol u pproċessar ta’ prodotti ċatti tal-ħġieġ u ta’ reċipjenti tal-ħġieġ

— Xogħol ta’ konverżjoni u manutenzjoni

— Xogħlijiet fil-foresti

— Xogħol tal-konkos u b’biċċiet prefabbrikati li jinvolvi xogħol ta’ twaqqif u ta’ tneħħija ta’ strutturi temporanji

— Xogħol fi btieħi u mħażen ta’ kuntratturi

— Xogħol fuq bjut

— Xogħol fuq pontijiet tal-azzar, kostruzzjoni ta’ bini tal-l-azzar, arbli, torrijiet, liftijiet, strutturi idrawliċi tal-azzar, fran tal-blast, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, containers kbar, pajpijiet twal, krejnijiet, impjanti tal-bojlers u impjanti tal-enerġija

— Kostruzzjoni ta’ fran, installazzjoni ta’ tisħin u ta’ ventilazzjoni u xogħol ta’ assemblaġġ tal-metall

— Xogħol bi fran tal-blast, impjanti ta’ riduzzjoni diretta, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, impjanti għall-produzzjoni tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging), impjanti tal-pressjoni termali u l-ġbid

— Xogħol fil-barrieri u tħaffir fil-miftuħ, tneħħija ta’ provvisti tal-faħam

— Xogħol bil-forom fl-industrija taċ-ċeramika

— Kisi tal-kalkari fl-industrija taċ-ċeramika

— Xogħol ta’ trasferiment bl-użu ta’ linji ferrovjarji

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Produzzjoni tal-enerġija

— Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Biċċeriji

— Kumpaniji tal-loġistika

— Industrija tal-manifattura

— Industrija tal-ħġieġ

— Industrija forestali

Waqgħat minħabba żliq

Is-sieq

Xedd għas-saqajn li ma jiżloqx

— Xogħlijiet fuq uċuħ jiżolqu

— Xogħlijiet fuq ambjenti tal-umdità

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Biċċerija

— Tindif

— Industrija tal-ikel

— Ġardinaġġ

— Industrija tas-sajd

Waqgħat mill għoli

Il-ġisem kollu

PPE ddisinjat biex jipprevjeni jew iwaqqaf il-waqgħat mill-għoli

— Xogħol fuq scaffolding

— Assemblaġġ ta’ partijiet prefabbrikati

— Xogħol fuq arbli

— Xogħol fuq bjut

— Xogħol fuq uċuħ vertikali jew inklinati

— Xogħol f’kabini ta’ krejnijiet fl-għoli

— Xogħol f’kabini għoljin ta’ tagħmir ta’ stivar u ta’ lħuq fi mħażen

— Xogħol f’sezzjonijiet għoljin ta’ torrijiet ta’ tħaffir

— Xogħol f’xaftijiet u kanali tad-dranaġġ

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Manutenzjoni tal-infrastruttura

Vibrazzjoni

L-idejn

Ingwanti protettivi

— Xogħol b’għodod iggwidati bl-idejn

— Industriji tal-manifattura

— Xogħol ta’ bini

— Xogħol tal-inġinerija ċivili

Kompressjoni statika tal-partijiet tal-ġisem

L-irkoppa (partijiet tar-riġel)

Kuxxinetti tal-irkoppa

— Installazzjoni ta’ blokok, madum u ċangaturi mal-art

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Is-sieq

Xedd tas-saqajn bil-maskaretti

— Twaqqigħ

— Maniġġar ta’ tagħbija

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Trasport u ħżin

— Manutenzjoni

Korrimenti mekkaniċi (brix, titqib, qtugħ, gdim, ġrieħi jew tinfid)

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet, goggles, lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol b’għodod iggwidati bl-idejn

— Iwweldjar u kiwi tal-metalli

— Xogħol ta’ grinding jew ta’ separar

— Xogħol bl-iskarpell

— Xogħol u proċessar tal-blat

— Xogħol fuq magni li jneħħu l-istokk għal frak żgħar

— Kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging)

— Tneħħija u ksur ta’ frammenti

— Sprejjar ta’ sustanzi li joborxu

— Użu ta’ għodda għall-qtugħ tas-sigar jew srieraq bil-katina

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Produzzjoni tal-enerġija

— Manutenzjoni tal-infrastruttura

— Industriji tal-ħadid u l-azzar

— Industriji tal-metall u tal-injam

— Skultura tal-ġebel

— Ġardinaġġ

— Forestrija

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra r-riskji mekkaniċi

— Xogħlijiet fuq strutturi tal-azzar

— Maniġġar ta’ oġġetti bit-tarf jaqta’, għajr magni fejn ikun hemm il-periklu li jinqabdu l-ingwanti

— Qtugħ regolari bl-użu ta’ sikkina tal-id għall-produzzjoni u għall-qtil

— Bdil ta’ skieken ta’ magni tal-qtugħ

— Xogħlijiet fil-foresti

— Xogħol tal-ġnien

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Manutenzjoni tal-infrastruttura

— Industriji tal-manifattura

— Industrija tal-ikel

— Qatla

— Industrija forestali

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Protezzjoni tad-driegħ

— Tneħħija ta’ għadam u qtugħ

— Industrija tal-ikel

— Qatla

It-tronk/Iż-żaqq/Ir-riġel

Fardal, getti protettivi

Qliezet li jirreżistu l-penetrazzjoni (qliezet li jirreżistu l-qatgħat)

— Qtugħ regolari bl-użu ta’ sikkina tal-id għall-produzzjoni u għall-qtil

— Xogħlijiet fil-foresti

— Industrija tal-ikel

— Qatla

— Industrija forestali

Is-sieq

Xedd tas-saqajn li jirreżisti l-penetrazzjoni

— Xogħlijiet strutturali u xogħlijiet fit-toroq

— Twaqqigħ

— Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

— Xogħlijiet fil-foresti

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Industrija forestali

Tħabbil u nsib mekkaniku

Il-ġisem kollu

Ħwejjeġ protettivi għall-użu fejn ikun hemm riskju ta’ tħabbil ma’ partijiet li jiċċaqilqu

— Riskju li dak li jkun jitħabbel f’komponenti tal-magni

— Riskju li dak li jkun jinqabad f’komponenti tal-magni

— Riskju li dak li jkun jinqabad bil-ħwejjeġ f’komponenti ta’ magni

— Riskju li dak li jkun jinħataf u jintrema

— Bini tal-magni

— Manifattura ta’ magni tqal

— Inġinerija

— Kostruzzjoni

— Agrikoltura

FIŻIĊI — ĦOSS

Ħoss

Il-widnejn

Protetturi tas-smigħ

— Xogħol bi preses tal-metalli

— Xogħol bi drillijiet pnewmatiċi

— Xogħol tal-persunal tal-art fl-ajruporti

— Xogħol bl-għodda tal-elettriku

— Xogħol ta’ blasting

— Xogħol ta’ ċaqliq tal-imnieżel

— Xogħol tal-injam u tat-tessuti

— Industrija tal-metalli

— Industrija tal-manifattura

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Industrija ajrunawtika

— Xogħlijiet fil-minjieri

FIŻIĊI — TERMALI

Sħana u/jew nirien

Il-wiċċ/ir-ras kollha

Ilqugħ għar-ras tal-iwweldjar,

elmi/brieret kontra s-sħana jew in-nar, kapep protettivi kontra s-sħana u/jew fjammi

— Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

— Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

— Xogħol b’gann tal-iwweldjar tal-plastik

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Servizzi tal-manutenzjoni

— Industrija tal-manifattura

It-tronk/Iż-żaqq/Ir-riġlejn

Fardal, getti protettivi

— Iwweldjar u kiwi tal-metalli

— Ikkastjar

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Servizzi tal-manutenzjoni

— Industrija tal-manifattura

L-Id

Ingwanti protettivi kontra s-sħana u/jew fjammi

— Iwweldjar u kiwi tal-metalli

— Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

— Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Servizzi tal-manutenzjoni

— Industrija tal-manifattura

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem

— Iwweldjar u kiwi tal-metalli

— Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Servizzi tal-manutenzjoni

— Industrija tal-manifattura

Is-sieq

Xedd tas-saqajn kontra s-sħana u/jew fjammi

— Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Servizzi tal-manutenzjoni

— Industrija tal-manifattura

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra s-sħana u/jew fjammi

— Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

— Industrija tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-metalli

— Industrija forestali

Kesħa

L-Id

Ingwanti protettivi kontra l-kesħa

Is-sieq

Xedd tas-saqajn kontra l-kesħa

— Xogħol fil-beraħ f’temp kiesaħ ħafna

— Xogħol fi kmamar friża

— Xogħol b’likwidi krijoġeniċi

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Industrija tal-ikel

— Settur tal-agrikoltura u sajd

Il-ġisem kollu/parzjali inkluż ir-ras

Ilbies protettiv kontra l-kesħa

— Xogħol fil-beraħ f’temp kiesaħ

— Xogħol fi kmamar friża

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Industrija tal-ikel

— Settur tal-agrikoltura u sajd

— Trasport u ħżin

FIŻIĊI — ELETTRIĊI

Xokk elettriku (kuntatt dirett jew indirett)

Ir-ras kollha

Elmi elettrikament iżolanti

L-idejn

Ingwanti elettrikament iżolanti

Is-sieq

Xedd tas-saqajn elettrikament iżolanti

Il-ġisem kollu/L-idejn/Ir-riġlejn

PPE konduttiv maħsub biex jintlibes minn persuni kkwalifikati waqt xogħol fuq wajers attivi f’sistemi ta’ vultaġġ b’qawwa nominali sa 800 kV AC u 600 kV DC

— Xogħol fuq wajers attivi jew qrib partijiet b’wajers attivi taħt tensjoni elettrika

— Xogħol fuq sistema elettrika

— Produzzjoni tal-enerġija

— Trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija elettrika

— Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Elettriċità statika

L-idejn

Ingwanti antistatiċi

Maniġġar ta’ plastik u lastku

Tferrigħ, ġbir jew tagħbija f’container

Xogħol qrib elementi b’karika elevata bħal ċineg tal-ġarr

Maniġġar ta’ splussivi

— Industrija tal-manifattura

— Industrija tal-għalf

— Impjanti tat-tgeżwir u tal-ippakkjar

— Produzzjoni, ħżin jew trasport ta’ splussivi

— Is-sieq

— Xedd tas-saqajn antistatiku/konduttiv

— Il-ġisem kollu

— Ilbies antistatiku

FIŻIĊI — RADJAZZJONI

Radjazzjoni li mhix jonizzanti, inkluż id-dawl tax-xemx (għajr l-osservazzjoni diretta)

Ir-ras

Brieret u elmi

— Xogħol fil-beraħ

— Sajd u agrikoltura

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

L-għajnejn

Nuċċalijiet protettivi, goggles u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol bis-sħana radjanti

— Operazzjonijiet tal-fran

— Xogħol bil-laser

— Xogħol fil-beraħ

— Iwweldjar u qtugħ tal-gass

— Infiħ tal-ħġieġ

— Lampi ġermiċidali

— Industriji tal-ħadid u l-azzar

— Industrija tal-manifattura

— Sajd u agrikoltura

Il-ġisem kollu (il-ġilda)

PPE kontra

UV naturali u artifiċjali

— Xogħol fil-beraħ

— Iwweldjar bl-elettriku

— Lampi ġermiċidali

— Lampi tal-ksenon

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Produzzjoni tal-enerġija

— Manutenzjoni tal-infrastruttura

— Sajd u agrikoltura

— Industrija forestali

— Ġardinaġġ

— Industrija tal-ikel

— Industrija tal-plastik

— Industrija tal-istampar

Radjazzjoni jonizzanti

L-għajnejn

Nuċċalijiet/goggles protettivi kontra r-radjazzjoni jonizzanti

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra r-radjazzjoni jonizzanti

— Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

— Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

— Xogħol bi prodotti radjuattivi

— Kura tas-saħħa

— Kura veterinarja

— Impjant tal-iskart radjuattiv

— Produzzjoni tal-enerġija

It-tronk/iż-żaqq/il-ġisem parzjali

Fardal protettiv kontra r-raġġi X

/Kowt/Ġakketta/Dublett kontra r-raġġi X

— Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

— Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

— Kura tas-saħħa

— Kura veterinarja

— Kura dentali

— Uroloġija

— Kirurġija

— Radjoloġija ta’ intervent

— Laboratorji

Ir-ras

Xedd tar-ras u brieret

PPE għall-protezzjoni kontra pereżempju l-iżvilupp ta’ tumuri fil-moħħ

— Postijiet tax-xogħol u faċilitajiet mediċi tar-raġġi X

— Kura tas-saħħa

— Kura veterinarja

— Kura dentali

— Uroloġija

— Kirurġija

— Radjoloġija ta’ intervent

Il-ġisem parzjalment

PPE għall-protezzjoni tat-tirojde

PPE għall-protezzjoni tal-gonadi

— Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

— Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

— Kura tas-saħħa

— Kura veterinarja

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra r-radjazzjoni jonizzanti

— Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

— Xogħol bi prodotti radjuattivi

— Produzzjoni tal-enerġija

— Impjant tal-iskart radjuattiv

II.    RISKJI KIMIĊI (inkluż nanomaterjal)



Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

KIMIĊI — AEROSOLS

Solidi (trabijiet, duħħan, dħaħen, fibri,

u nanomaterjal)

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

— Twaqqigħ

— Xogħol ta’ blasting

— Xkatlar u llostrar tas-superfiċi

— Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

— Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

— Iwweldjar

— Knis taċ-ċmieni

— Xogħol fuq il-kisi ta’ fran u ta’ kuċċara fejn jista’ jkun hemm trab

— Xogħol fil-viċinanza ta’ truf ta’ fran tal-blast fejn jista’ jkun hemm ħafna dħaħen ta’ metalli

— Xogħol fil-viċinanza taċ-ċarġ tal-fran tal-blast

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Industriji tal-ħadid u l-azzar

— Industriji tal-metall u tal-injam

— Industrija awtomobilistika

— Skultura tal-ġebel

— Industrija tal-farmaċewtiċi

— Servizzi tal-kura tas-saħħa

— Preparazzjoni ta’ ċitostatiċi

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

u krema protettiva bħala protezzjoni addizzjonali/aċċessorja

— Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

— Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-partikuli solidi

— Twaqqigħ

— Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

— Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

— Knis taċ-ċmieni

— Preparazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

— Agrikoltura

L-għajnejn

Nuċċalijiet/goggles u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol fl-injam

— Xogħlijiet tat-toroq

— Industrija tal-minjieri

— Industrija tal-metall u tal-injam

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Likwidi

(ċpar)

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

— Trattament tas-superfiċe (eż. verniċ/żebgħa, ibblastjar bil-brix)

— Tindif tas-superfiċe

— Industrija tal-metalli

— Industrija tal-manifattura

— Settur tal-karozzi

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

— Trattament tas-superfiċe

— Tindif tas-superfiċe

— Xogħol bi sprejs likwidi

— Xogħol b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u sustanzi korrużivi tat-tindif

— Industrija tal-metalli

— Industrija tal-manifattura

— Settur tal-karozzi

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

— Trattament tas-superfiċe

— Tindif tas-superfiċe

— Industrija tal-metalli

— Industrija tal-manifattura

— Settur tal-karozzi

KIMIĊI - LIKWIDI

Għaddis

Titjir, sprejs u ġettijiet

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi,

— Xogħol bi sprejs likwidi

— Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

— Proċessar ta’ materjali tal-kisi

— Konzar

— Xogħol fi ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija

— Industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

— Industrija tat-tindif

— Industrija tal-karozzi

— Is-setturi tal-estetika u tax-xagħar

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem protettivi kontra l-kimiċi

— Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

— Tindif

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija tat-tindif

— Industrija tal-karozzi

Is-sieq

Bwiez protettivi kontra l-kimiċi

— Xogħol bi sprejs likwidi

— Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

— Industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

— Industrija tat-tindif

— Industrija tal-karozzi

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

— Xogħol bi sprejs likwidi

— Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

— Tindif

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija tat-tindif

— Industrija tal-karozzi

— Agrikoltura

KIMIĊI — GASSIJIET U FWAR

Gassijiet u fwar

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-gassijiet

— Trattament tas-superfiċe (eż. verniċ/żebgħa, ibblastjar bil-brix)

— Tindif tas-superfiċe

— Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

— Xogħol f’tankijiet u diġesturi

— Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

— Knis taċ-ċmieni

— Diżinfettanti u sustanzi korrużivi tat-tindif

— Xogħol fil-viċinanzi ta’ konvertituri tal-gass u ta’ pajpijiet tal-gass tal-fran tal-blast

— Industrija tal-metalli

— Settur tal-karozzi

— Industrija tal-manifattura

— Industrija tat-tindif

— Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija petrokimika

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

— Trattament tas-superfiċe

— Tindif tas-superfiċe

— Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

— Xogħol f’tankijiet u diġesturi

— Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

— Industrija tal-metalli

— Settur tal-karozzi

— Industrija tal-manifattura

— Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija petrokimika

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

— Trattament tas-superfiċe

— Tindif tas-superfiċe

— Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

— Xogħol f’tankijiet u diġesturi

— Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

— Industrija tal-metalli

— Settur tal-karozzi

— Industrija tal-manifattura

— Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija petrokimika

L-għajnejn

Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ

— Żebgħa bl-isprej

— Xogħol fl-injam

— Operazzjonijiet tal-minjieri

— Settur tal-karozzi

— Industrija tal-manifattura

— Industrija tal-minjieri

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija petrokimika

III.    AĠENTI BIJOLOĠIĊI



Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - AEROSOLS

Solidi u likwidi

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

— Produzzjoni bijokimika

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet protettivi, goggles u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - LIKWIDI

Kuntatt dirett u indirett

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Goggles protettivi u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali (gdim, tingiż)

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

— Industrija forestali

Titjir, sprejs u ġettijiet

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem protettivi kontra mikroorganiżmi

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

Is-Sieq/ir-Riġel

Bwiez u getti protettivi

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - MATERJALI, PERSUNI, ANNIMALI, EĊĊ.

Kuntatt dirett u indirett

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Goggles protettivi u lqugħ tal-wiċċ

— Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali (gdim, tingiż)

— Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

— Kura tas-saħħa

— Kliniki veterinarji

— Laboratorji ta’ analiżi klinika

— Laboratorji ta’ riċerka

— Djar għall-anzjani

— Assistenza fid-djar

— Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

— Impjant tat-trattament tal-iskart

— Industrija tal-ikel

— Industrija forestali

IV.    RISKJI OĦRAJN



Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

Nuqqas ta’ viżibbiltà

Il-ġisem kollu

PPE li jindika l-preżenza tal-utent b’mod viżiv

— Xogħol f’post fejn jiċċirkolaw il-vetturi

— Xogħlijiet bl-asfalt u mmarkar tat-toroq

— Xogħlijiet ferrovjarji

— Sewqan mezzi tat-trasport

— Xogħol tal-persunal tal-art fl-ajruporti

— Kostruzzjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Xogħlijiet fil-minjieri

— Servizzi tat-trasport u trasport tal-passiġġieri

Defiċjenza ta’ ossiġenu

Is-sistema respiratorja

Tagħmir ta’ protezzjoni respiratorju iżolatur

— Xogħol fi spazji konfinati

— Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

— Xogħol f’tankijiet u diġesturi

— Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

— Xogħol f’xaftijiet, kanali tad-dranaġġ u żoni oħra taħt l-art li jkollhom x’jaqsmu mad-dranaġġ

— Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Industrija tal-kimiċi

— Industrija petrokimika

Sistema respiratorja

Apparat tal-għaddasa

— Xogħlijiet taħt l-ilma

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Għarqa

Il-ġisem kollu

Ġakketta tas-salvataġġ

— Xogħol fuq il-baħar jew ħdejh

— Xogħol fil-baħar

— Xogħol f’ajruplan

— Industrija tas-sajd

— Industrija ajrunawtika

— Kostruxxjoni tal-bini

— Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

— Bini tal-bastimenti

— Baċiri u portijiet



( 1 ) Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU Nru C 328, tat-30.12.1989, p. 3).

( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1

( 3 ) F’ċerti ċirkostanzi, bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, il-kremi protettivi jistgħu jintużaw flimkien ma’ PPE ieħor bl-għan li jipproteġu l-ġilda tal-ħaddiema minn riskji relatati. Il-kremi protettivi huma PPE skont il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/656/KEE peress li dan it-tip ta’ tagħmir jista’ jitqies f’ċerti ċirkostanzi bħala “addizzjonali jew aċċessorju” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/656/KEE. Madankollu, il-kremi protettivi mhumiex PPE skont id-definizzjoni fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/425.

Top