EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989L0361-20080903

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir (89/361/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/361/2008-09-03

1989L0361 — MT — 03.09.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 1989

li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir

(89/361/KEE)

(ĠU L 153, 6.6.1989, p.30)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 1989

li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir

(89/361/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 );

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi it-tgħammir u t-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità; billi dawn l-attivitajiet jistgħu jikkostitwixxu għajn ta’ dħul ta’ flus għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja;

Billi t-tgħammir tan-nagħaġ u l-mogħoż għandu jiġi inkoraġġit u billi riżultati sodisfaċenti f’ dak ir-rigward jiddependu mill-użu ta’ annimali tar-razza;

Billi disparitajiet jeżistu rigward dħul fil-kotba tal-merħla; billi dawk id-disparitajiet jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ fil-Komunità; billi liberalizzazzjoni kompleta tal-kummerċ issejjaħ għal armonizzazzjoni ta’ wara partikolarment rigward dħul fil-kotba tal-merħla;

Billi, sabiex jitneħħew dawk id-disparitajiet u għal daqshekk jikkontribwixxu għaż-żieda fil-produttività agrikola fis-settur, kummerċ intra-Komunitarju għandu jiġi liberalizzat;

Billi l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati sabiex jirrikjedu li ċ-ċertifikati mfassla bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità jiġu ppreżentati;

Billi dispożizzjonijiet għandhom jiġu ntrodotti sabiex nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir ma’ jitħallewx li jiġu mportati mill-pajjiżi terzi fuq termini li huma inqas restrittivi minn dawk applikabbli fil-Komunità;

Billi miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati rigward ċerti aspetti tekniċi; billi, għall-għanijiet ta’ miżuri ppjanati, dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-koperazzjoni fil-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġol-Kumitat Permanenti taż-Żootekniċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tkopri l-problemi żootekniċi li jistgħu jinqalgħu f’kummerċ intra-Komunitarju fin-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u embrijuni li hemm fih.

2.  Sakemm id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità, regoli nazzjonali tas-saħħa tal-annimali għandhom, basta jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-trattat KEE, japplikaw rigward il-kummerċ intra-Komunitarju.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir: kull nagħġa jew mogħża li l-ġenituri u n-nanniet tagħha huma mdaħħla jew reġistrati f’ ktieb tal-merħla ta’ l-istess razza u li hija nnifisha hija mdaħħla jew reġistrata u eliġibbli għad-dħul fih;

(b) ktieb tal-merħla: kull ktieb, reġistru, fajl jew mezz ta’ data:

 li huwa miżmum minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu uffiċċjalment approvata mill-Istati Membri fejn dik l-organizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu hija stabbilita, jew minn aġenzija uffiċjali tal-Istati Membri fil-kwistjoni, u

 li ġo fih nagħaġ jew mogħoż tar-razza għat-tgħammir ta’ razza mogħtija huma mdaħħla jew reġistrati bl-antenati tagħhom imsemmija.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri ma’ jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu fuq bażijiet zootekniċi:

 kummerċ intra-Komunitarju f’nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir u sperma, l-ova u l-embrijuni miġjuba fih,

 l-approvazzjoni uffiċjali tal-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħla bi qbil ma’ l-Artikolu 4.

2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jikkonformaw mar-regoli ġenerali tat-trattat tal-KEE sakemm isir id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tal-Komunità riferiti fl-Artikoli 4 u 6.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 8, tiddetermina qabel l-1 ta’ Jannar 1991:

 il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li jżommu u jwaqqfu il-kotba tal-merħla,

 il-kriterji għad-dħul jew reġistrazzjoni fil-kotba tal-merħla,

 metodi għall-immonitorjar tal-qadi u l-assessjar tal-valur ġenetiku tan-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir,

 Il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ annimal għat-tgħammir għall-għan li tintuża l-isperma, l-ova jew l-embrijuni tiegħu.

▼M1

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tal-korpi kif imsemmi fl-Artikolu 2 (b), l-ewwel inċiż, li huma approvati uffiċjalment bil-għan li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri tan-nagħaġ u l-mogħoż u li jilħqu l-kriterji stabbiliti skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4 u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

▼B

Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu jinħtieġu li n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u l-embrijuni ta’ dawn l-annimali għandhom jiġu akkompanjati fil-ħin tal-bejgħ tagħhom minn ċertifikat żootekniku mfassal bi qbil mal-kampjun stipulat mill-Kummissjoni skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 8.

Artikolu 7

Sakemm l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar is-suġġett, il-kundizzjonijiet żootekniċi applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u l-embrijuni miġjuba fih mill-pajjiżi terzi m’għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju.

Artikolu 8

Billi il-proċedura stipulata f’ dan l-Artikolu trid tintuża, il-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika stabbilit mid-Deċiżjoni 77/505/KEE ( 4 ), għandha taġixxi bi qbil mar-regoli mwaqqfa fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE ( 5 ).

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2002. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 348, tat-23.12.1987, p. 6.

( 2 ) ĠU C 94, tal-11.4.1988, p. 182.

( 3 ) ĠU C 80, tat-28.3.1988, p. 35.

( 4 ) ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

( 5 ) ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

Top