Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01975L0324-20130409

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers (75/324/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/324/2013-04-09

1975L0324 — MT — 09.04.2013 — 007.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Mejju 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers

(75/324/KEE)

(ĠU L 147 9.6.1975, p. 40)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 94/1/KE tas-6 ta’ Jannar 1994

  L 23

28

28.1.1994

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

36

16.5.2003

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/47/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' April 2008

  L 96

15

9.4.2008

►M4

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/10/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tad-19 ta’ Marzu 2013

  L 77

20

20.3.2013


Emendat bi:

 A1

ATT Li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 291

17

19.11.1979

 A2

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 302

23

15.11.1985


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 4.6.2015, p.  13 (2013/10/UE)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Mejju 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers

(75/324/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 );

Billi, f’ċerti Stati Membri, l-aerosol dispensers huma meħtieġa li jkunu konformi ma’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi mandatarji; billi tali speċifikazzjonijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, u b’hekk, huma ta’ xkiel għall-kummerċ fil-Komunità;

Billi dan ix-xkiel huwa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni jista’ jitneħħa jekk l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess speċifikazzjonijiet, jew bħala żieda jew inkella minflok dawk stipulati fil-liġijiet tagħhom preżenti, u billi dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrelataw, b’mod aktar partikolari, għal manifattura, il-mili u l-kapaċitajiet nominali tal-aerosol dispensers;

Billi, fl-istadju preżenti tal-progress tekniku, il-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun limitat għall-aerosol dispensers magħmula mill-metall, ħġieġ jew plastik;

Billi ikun meħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet mniżżla fl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva jiġu addattati malajr skond il-progress tekniku; billi, biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri xierqa meħtieġa, għandha tkun stipulata proċedura għall-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan Kumitat dwar l-adattament tal-progress tekniku tad-Direttiva l-aerosol dispensers;

Billi huwa possibbli li xi aerosol dispensers imqegħda fis-suq jistgħu jippreżentaw riskji għas-sigurezza wkoll jekk huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u ta’ l-Anness tagħha; billi għalhekk għandha tkun stabbilita proċedura biex dan ir-riskju jitneħħa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA LI ĠEJJA:



Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-aerosol dispensers kif definiti fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ dawk b’kapaċita massima ta’ inqas minn 50 ml, u dawk b’kapaċita massima ikbar minn dik speċifikata fil-punti 3.1, 4.1.1, 4.2.1, 5.1 u 5.2 rispettivament ta’ l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, it-terminu “aerosol dispenser” ifisser kull kontenitur li ma jistax jerġa’ jintuża magħmul mill-metall, ħġieġ jew plastik u li jkun fih gass ikkompressat, likwifikat jew maħlul taħt pressjoni, bil-likwidu, pasta jew trab jew mingħajru, u ffittjat b’makkinarju ta’ ħelsien li jippermetti lill-kontenut li jinħareġ bħala partikoli solidi jew likwidi f’suspensjoni bħala gass, rawgħa, pasta jew trab jew fi stat likwidu.

Artikolu 3

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-aerosol dispensers għandha twaħħal is-simbolu “3” (epsilon maqluba) mal-aerosol dispensers, bħala xhieda li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-Direttiva u l-Anness li jinsab magħha.

Artikolu 4

L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva u fl-Anness li jinsab magħu, jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirristrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ xi aerosol dispenser li jkun konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Anness li jinsab tagħha.

▼M4

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Anness ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

▼B

Artikolu 6

1.  Kumitat għall-adozzjoni għall-progress tekniku tad-Direttiva l-aerosol dispensers, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’, huwa b’dan stabbilit u għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

▼M2 —————

▼M2

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Addattamet tad-Direttivi għall-Progress Tekniku dwar id-dispensuri ta' l-ajrusol.

▼M4

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 8

▼M5

1.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), kull aerosol dispenser jew, fejn id-dettalji ma jistgħux jitpoġġew fuq l-aerosol dispenser minħabba qisien żgħar (kapaċità massima ta’ 150 ml jew inqas) it-tikketta mwaħħla miegħu għandu jkollha d-dettalji li ġejjin f’karattri li jidhru, jinqraw u ma jitħassrux:

▼B

(a) l-isem u l-indirizz jew marka tan-negozju tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-aerosol dispenser,

(b) is-simbolu “3” (epsilon maqluba) li tiċċertifika l-konformità mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva,

(ċ) marki tal-kodiċi li jippermettu li jkun identifikat il-lott tal-mili,

▼M5

(d) id-dettalji li għalihom hemm riferenza fil-punt 2.2 tal-Anness,

▼B

(e) il-kontenut nett skond il-piż u skond il-volum.

▼M3

1a.  Fejn dispensur ta' l-ajrusols fih komponenti fjammabbli kif definit fil-punt 1.8 ta' l-Anness imma d-dispensur ta' l-ajrusols m'huwiex ikkunsidrat bħala “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli” skond il-kriterji stabbiliti fil-punt 1.9 ta' l-Anness, il-kwantità ta' materjal fjammabbli li hemm fid-dispensur ta' l-ajrusols trid tiġi dikjarata b'mod ċar fuq it-tikketta, fil-forma li ġejja li tkun tinqara u mingħajr ma tista' titħassar: “X% bil-piż tal-kontenut huwa fjammabbli”.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw it-tqegħid fis-suq ta’ aerosol dispensers fit-territorju tagħhom għall-użu ta’ l-ilsien jew l-ilsna nazzjonali tagħhom għall-kliem fuq it-tikketta.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kolla meħtieġa biex jevitaw l-użu fuq aerosol dispensers ta’ marki jew iskrizzjonijiet li jistgħu jitħawwdu mas-simbolu “3” (epsilon maqluba).

▼M3 —————

▼B

Artikolu 10

1.  Jekk Stat Membru jinnota, fuq il-bażi ta’ ġustifikazzjoni sostantiva, li aerosol dispenser wieħed jew aktar, għalkemm jikkonforma mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva, jirrappreċenta riskju għas-sigurezza jew is-saħħa, dan jista proviżjorjament jipprojbixxi l-bejgħ tad-dispenser jew dispensers fit-territorju tiegħu jew jissuġġettah/jissuġġettahom għall-kondizzjonijiet speċjali. Għandu minnufih javża b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, filwaqt li jiddikjara l-bażi tad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt ġimgħat, tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat, u wara għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-passi xierqa.

▼M4

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta adattamenti tekniċi neċessarji ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

F'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-adattamenti.

▼B

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.   Pressjonijiet

“Pressjonijiet” tfisser il-pressjonijiet interni espressi f’bars (pressjonijiet relattivi).

1.2.   Pressjoni tat-Test

“Pressjoni tat-test” tfisser pressjoni li għaliha kontenitur vojt li jiddispensa l-ajrusol jista’ jkun issuġġettat għal 25 sekonda mingħajr ma jkun ikkawżat ħruġ jew, fil-każ ta’ kontenituri tal-metall jew plastik, kull tgħawwiġ viżibbli jew permanenti għajr kif permess taħt 6.1.1.2.

1.3.   Pressjoni tat-tifqigħ

“Pressjoni tat-tifqigħ” tfisser il-pressjoni minima li tikkawża li jinfaqa jew jiċċarrat il-kontenitur li jiddispensa l-ajrusol.

1.4.   Kapaċità totali tal-kontenitur

“Kapaċità totali tal-kontenitur” tfisser il-volum f’millilitri ta’ kontenitur sax-xifer tal-ftuħ.

1.5.   Kapaċità netta

“Kapaċità netta” tfisser il-volum f’millilitri ta’ aerosol dispenser mimli u magħluq.

1.6.   Volum tal-fażi likwida

“Volum tal-fażi likwida” tfisser il-volum tal-fażijiet mhux gassużi fl-aerosol dispenser mimli u magħluq.

1.7.   Kondizzjonijiet tat-test

“Kondizzjonijiet tat-test” tfisser il-valur tat-test u l-pressjonijiet tat-tifqigħ eżerċitati idrawlikalment f’20° C (± 5° C).

▼M5

1.7a.   Sustanza

“Sustanza” tfisser sustanza kif iddefinita fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

1.7b.   Taħlita

“Taħlita” tfisser taħlita kif iddefinita fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

▼M3

1.8.   Kontenut li jaqbad

Il-kontenut ta' l-ajrusols għandu jkun ikkunsidrat bħala fjammabbli jekk ikun fih xi wieħed mill-kontenuti li huma klassifikati bħala fjammabbli:

(a) likwidu fjammabbli tfisser likwidu li fih punt fejn jieħu n-nar ta' mhux aktar minn 93 °C.

(b) solidu fjammabbli tfisser sostanza jew taħlita solida li hija kombustibbli bil-lest, jew tista' tikkawża jew tikkontribwixxi għal nar bħala riżultat tal-frizzjoni. Solidi kombustibbli bil-lest huma trab, granulari, jew sostanzi jew taħlitiet mgħaġġna li huma perikolużi jekk jistgħu jinxtegħlu faċilment b'kuntatt qasir ma' sors ta' nar, bħal suffarina, u jekk il-fjamma tinfirex malajr.

(ċ) gass fjammabbli tfisser gass jew taħlita tal-gass li għandha firxa fjammabbli ma' l-arja għal 20 °C u pressjoni standard ta' 1,013 bar.

Din id-definizzjoni ma tkoprix sostanzi jew taħlitiet piroforiċi, li jisħnu waħedhom jew li jirreaġixxu ma' l-ilma, li qatt ma jkunu komponenti ta' kontenuti ta' ajrusols.

▼M3

1.9.   Ajrusols fjammabbli

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, ajrusol huwa kkunsidrat bħala “mhux fjammabbli”, “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli” skond is-sħana kimika tal-kombustjoni u l-kontenut tal-piż tal-komponenti fjammabbli, kif ġej:

(a) L-ajrusol huwa klassifikat bħala “estremament fjammabbli” jekk ikun fih 85 % jew aktar tal-komponenti fjammabbli u s-sħana kimika tal-kombustjoni taqbeż jew hija ugwali għal 30 kJ/g;

(b) L-ajrusol huwa klassifikat bħala 'mhux fjammabbli' jekk ikun fih 1 % jew anqas tal-komponenti fjammabbli u s-sħana kimika tal-kombustjoni hija anqas minn 20 kJ/g;

(ċ) L-ajrusols l-oħra kollha jkunu sottomessi għall-proċeduri tal-klassifikazzjoni tal-fjammabbiltà jew jiġu klassifikati bħala “estremament fjammabbli”. It-test tad-distanza biex jaqbdu, it-test fi spazju magħluq u t-test tal-fjammabbiltà tal-fowm għandhom jikkonformaw mal-punt 6.3.

1.9.1.   Ajrusols ta' sprej fjammabbli

Fil-każ ta' ajrusols sprej il-klassifikazzjoni għandha ssir filwaqt li jittieħed kont tas-sħana kimika tal-kombustjoni u fuq il-bażi tar-riżultati tad-distanza biex jaqbdu, kif ġej:

(a) Jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija anqas minn 20 kJ/g:

(i) L-ajrusol huwa klassifikat bħala “fjammabbli” jekk jaqbad f'distanza li hija ugwali jew akbar minn 15ċm imma anqas minn 75ċm;

(ii) L-ajrusol huwa klassifikat bħala “estremament fjammabbli” jekk jaqbad f'distanza ta' 75 ċm jew aktar;

(iii) Jekk ma jaqbadx fit-test tad-distanza, għandu jsir it-test ta’ l-ispazju magħluq u f’dan il-każ l-ajrusol jiġi klassifikat bħala fjammabbli jekk il-ħin ekwivalenti huwa anqas minn jew ugwali għal 300 s/m3 jew jekk id-deflagrazzjoni tad-densità hija anqas jew ugwali għal 300 g/m3; inkella l-ajrusol jiġu klassifikat bħala “mhux fjammabbli”;

(b) Jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija ugwali għal jekk aktar minn 20 kJ/g, l-ajrusol jiġi klassifikat bħala “estremament fjammabbli” jekk jaqbad f’distanza ta’ 75 ċm jew aktar; inkella l-ajrusol jiġi klassifikat bħala “fjammabbli”.

1.9.2.   Ajrusols ta’ fowm fjammabbli

Fil-każ ta’ ajrusols tal-fowm, il-klassifikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà tal-fowm.

(a) Il-prodott ta’ l-ajrusol għandu jiġi klassifikat bħala “estremament fjammabbli” jekk:

(i) l-għoli tal-fjamma huwa 20ċm jew aktar u l-fjamma ddum 2s jew aktar;

jew

(ii) l-għoli tal-fjamma huwa 4 ċm jew aktar u l-fjamma ddum 7s jew aktar.

(b) Il-prodott ta’ l-ajrusol li ma jilħaqx il-kriterji f’(a) huwa klassifikat bħala “fjammabbli” jekk l-għoli tal-fjamma huwa 4ċm jew aktar u l-fjamma ddum 2 s jew aktar.

1.10.   Sħana Kimika tal-Kombustjoni

Is-sħana kimika tal-kombustjoni ΔHc għandha tiġi determinata permezz ta’

(a) regoli aċċettati tat-teknoloġija, deskritti eż. Fi standards bħal ASTM D 240, ISO 13943 86.1 to 86.3 u NFPA 30B, jew li jinsabu f’litteratura xjentifikament stabbilita

jew

(b) l-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolazzjoni li ġej:

Is-sħana kimika tal-kombustjoni (ΔHc), f’kilojoules għal kull gramma (kJ/g), tista’ tiġi kalkolata bħala l-prodott tas-sħana teoretika tal-kombustjoni (ΔHcomb), u l-effiċjenza tal-kombustjoni, ġeneralment anqas minn 1,0 (effiċjenza tal-kombustjoni tipika hija 0,95 jew 95 %).

Għal formulazzjoni komposta ta’ ajrusol, is-sħana kimika tal-kombustjoni hija l-ġabra tas-sħanat imkejla tal-kombustjoni, għall-kombustjoni tal-komponenti individwali, kif ġej:

image

fejn:

ΔHc

=

sħana kimika tal-kombustjoni (kJ/g) tal-prodott;

wi%

=

frazzjoni tal-massa tal-komponenti fil-prodott;

ΔHc(i)

=

sħana speċifika tal-kombustjoni (kJ/g) ta’ komponenti fil-prodott.

Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensur ta’ l-ajrusol trid tiddeskrivi l-metodu użat għad-determinar tas-sħana kimika tal-kombustjoni f’dokument li għandu jkun disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Komunità fl-indirizz speċifikat fuq it-tikketta skond punt (a) ta’ l-Artikolu 8(1), jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija użata bħala parametru għall-evalwazzjoni tal-fjammabbiltà ta’ l-ajrusol skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

▼B

2.   DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M3

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Anness dwar il-kundizzjonijiet relatati mal-periklu tal-fjammabbiltà u l-pressjoni, il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusol għandha l-obbligu li tanalizza l-periklu sabiex tidentifika dawk li japplikaw għad-dispensuri ta’ l-ajrusol. Fejn adatt, dan l-analiżi għandu jinkludi konsiderazzjoni tar-riskji li jirriżultaw milli wieħed jibla’ bin-nifs l-isprej li joħroġ mid-dispensur ta’ l-ajrusol taħt kundizzjonijiet ta’ l-użu normali u prevedibbli b’mod raġonevoli, filwaqt li jittieħed kont tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-qtar f’rabta mal-kwalitajiet fiżiċi u kimiċi tal-kontenut. Din imbagħad trid tiddiżinja, tibni u tittestja u, jekk ikun applikabbli, tfassal abbozz ta’ dikjarazzjonijiet rigward l-użu, filwaqt li tieħu kont ta’ l-analiżi.

▼B

2.1.   Konstruzzjoni u apparat

2.1.1.

L-aerosol dispenser mimli għandu jkun tali li, taħt kondizzjonijiet normali ta’użu u ħażna, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

2.1.2.

Il-valvola għandha tkun tippermetti li l-aerosol dispenser ikun issiġillat virtwalment ermetikament taħt kondizzjonijiet normali ta’ ħażna jew trasport u għandu jkun protett, per eżempju permezz ta’għatu protettiv kontra kull ftuħ mhux intenzjonat u kull deterjorazzjoni.

2.1.3.

M’għandu jkun hemm ebda possibbiltà li r-resistenza mekkanika tal-aerosol dispenser tista’ tixxekkel bl-azzjoni tas-sustanzi kontenuti fih, anki waqt ħażna twila.

▼M5

2.2.   Ittikkettar

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kull aerosol dispenser għandu juri b’mod viżibbli l-immarkar li ġej b’mod leġibbli u li ma jitħassarx:

(a) Ikun xi jkun il-kontenut tiegħu:

(i)  ►C1  id-dikjarazzjoni dwar il-periklu H229: “Kontenitur taħt pressjoni. Jista' jinfaqa' jekk jissaħħan”, ◄

(ii) id-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni P210 u P251 stipulati fil-Parti 1, it-Tabella 6.2 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(iii) id-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni P410 u P412 stipulati fil-Parti 1, it-Tabella 6.4 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(iv) id-dikjarazzjoni ta’ prekawzjoni P102 stipulata fil-Parti 1, Tabella 6.1 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, fejn l-aerosol dispenser huwa prodott tal-konsumatur;

(v) kwalunkwe prekawzjoni operattiva addizzjonali li twissi lill-konsumaturi għall-perikli speċifiċi tal-prodott; jekk l-aerosol dispenser ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet għall-użu separati, dawn tal-aħħar iridu jirriflettu wkoll dawn il-prekawzjonijiet operattivi.

(b) Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala “mhux fjammabbli” skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal “Twissija”.

(c) Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala “fjammabbli” skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal “Twissija” u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal “Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 2” stipulati fit-Tabella 2.3.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(d) Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala “estremament fjammabbli” skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal “Periklu” u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal “Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1” stipulati fit-Tabella 2.3.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

2.3.   Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida b’50 °C ma għandux jaqbeż 90 % tal-kapaċità netta.

▼B

3.   DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-METAL

3.1.   Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż l-1 000 ml.

3.1.1.   Il-pressjoni tat-test tal-kontenitur:

(a) Għal kontenituri mimlija fi pressjoni ta’ inqas minn 6-7 bars f’50 grad C, il-pressjoni tat-test għandha tkun ugwali għal ta’ l-inqas 10 bars.

(b) Għal kontenituri mimlija taħt pressjoni ugwali għal jew ikbar minn 6-7 bars f’50° C, il-pressjoni tat-test għandha tkun 50 % ogħla mill-pressjoni interna f’50° C.

▼M3

3.1.2.   Mili

F’50 °C, il-pressa tad-dispensur ta’ l-ajrusol ma tridx taqbeż it-12-il bar.

Madankollu, jekk l-ajrusol ma fihx gass jew taħlita ta’ gassijiet li għandhom firxa fjammabbli ma’ l-arja f’20 °C u pressjoni standard ta’ 1,013 bar, il-pressa massima permessibbli f’50 °C hija 13,2 bar.

▼M3 —————

▼B

4.   DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-ĦĠIEĠ

4.1.   Kontenituri miksija bil-plastik jew protetti permanentement

Il-kontenituri ta’ dan it-tip jistgħu jintużaw għal mili b’gass kompressat, likwikat jew maħlul.

4.1.1.   Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż il-220 ml.

4.1.2.   Kisi

Il-kisi għandu ikun invilops protettiv ta’ plastik jew materjal addattat ieħor, maħsub biex jevita r-riskju li biċċiet tal-ħġieġ itiru kemm-il darba l-kontenitur jinkiser aċċidentalment, u għandu ikun hekk iddisinjat li ma jkun hemm ebda frak ta’ ħġieġ li jtir kemm-il darba l-aerosol dispenser, miġjub għal temperatura ta’ 20° C, jaqa’ minn għoli ta’ 1.8 metru fuq art tal-konkos.

4.1.3.   It-test tal-pressjoni ta’ kontenitur

(a) Kontenituri wżati għal mili b’gass kompressat jew maħlul iridu jirreżistu test ta’ pressjoni ugwali għal ta’ l-inqas 12-il bar.

(b) Kontenituri wżati għal mili bil-gass likwikat jridu jirreżistu pressjoni tat-test ugwali għal ta’ l-inqas 10 bars.

4.1.4.   Mili

(a) ta’ aerosol dispensers mimlija b’gass kompressat mhumiex meħtieġa jgħaddu pressjoni ta’ iktar minn 9 bars f’50° C.

(b)  aerosol dispensers mimlija bil-gass maħlul ma jkollhomx il-ħtieġa li jkunu jifilħu għal pressjoni ta’ iktar minn 8 bars f’50° C.

(ċ)  Aerosol dispensers li jkun fihom gass likwikat jew taħlit ta’ gass likwikat ma jkollhomx il-ħtieġa li jifilħu għal, f’20° C, pressjonijiet ogħla minn dawk murija fit-tabella li ġejja:



Kapaċità totali

Perċentwali skond il-piż ta’ gass likwikat fit-taħlita totali

20 %

50 %

80 %

50 sa 80 ml

3.5 bars

2.8 bars

2.5 bars

<80 sa 160 ml

3.2 bars

2.5 bars

2.2 bars

<160 sa 220 ml

2.8 bars

2.1 bars

1.8 bars

Din it-tabella turi l-limiti ta’ pressjoni permessi f’20° C f’relazzjoni mal-perċentwali tal-gass.

Il-limiti ta’ pressjoni għal perċentwali ta’ gass mhux murija fit-tabella għandhom ikunu estrapolati minnha.

▼M3 —————

▼B

4.2.   Kontenituri tal-ħġieġ mhux protetti

Aerosol dispensers li jużaw kontenituri tal-ħġieġ mhux protetti għandhom ikunu mimlijin esklussivament b’gassijiet likwifikati jew maħlula.

4.2.1.   Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż l-150 ml.

4.2.2.   Pressjoni tat-Test tal-kontenitur

Il-pressjoni tat-test tal-kontenitur għandha tkun ugwali għal ta’ l-inqas 12-il bar.

4.2.3.   Mili

(a)  Aerosol dispensers mimlija b’gass maħlul m’għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu jifilħu għall-pressjoni ta’ iktar minn 8 bars f’50° C.

(b)  Aerosol dispensers li jkun fihom gass likwikat m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu jifilħu, f’20° C, għall-pressjonijiet ogħla minn dawk murija fit-tabella li ġejja:



Kapaċità totali

Perċentwali skond il-piż ta’ gass likwikat fit-taħlita totali

20 %

50 %

80 %

50 sa 70 ml

1.5 bars

1.5 bars

1.25 bars

< 70 sa 150 ml

1.5 bars

1.5 bars

1

Din it-tabella turi l-limiti ta’ pressjoni permessi f’20° C f’relazzjoni għall-perċentwali ta’ gass likwikat.

Il-limiti ta’ pressjoni għal perċentwali ta’ gass mhux murija fit-tabella għandhom ikunu estrapolati minnha.

▼M3 —————

▼B

5.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JAPPLIKAW GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-PLASTIK

5.1.

Aerosol dispensers tal-plastik li jistgħu jitfarrku kif jinfaqgħu għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal dak tal-aerosol dispensers tal-ħġieġ mhux protett.

5.2.

Aerosol dispensers tal-plastik li ma jistgħux jitfarrku kif jinfaqgħu għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal dak tal-aerosol dispensers b’kisja protettiva.

6.   TESTIJIET

6.1.   Il-kondizzjonijiet tat-testijiet li għandhom ikunu ggarantiti mill-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq

6.1.1.   Test idrawliku fuq kontenituri vojta

6.1.1.1.

Aerosol dispensers tal-ħġieġ, tal-metall u tal-plastik jridu jkunu kapaċi jifilħu test ta’ pressjoni idrawlika kif stipulat fi 3.1.1, 4.1.3 u 4.2.2.

6.1.1.2.

Kontenituri tal-metall li juru tgħawwiġ assimetriċi jew maġġuri jew difetti simili oħra għandhom jiġu mwarrba. Tgħawwiġ simmetriku żgħir tal-qiegħ jew wieħed li jaffettwa l-profil tal-qoxra ta’ fuq għandu jkun permess b’dan illi l-kontenitur jissupera t-test tat-tifqigħ.

6.1.2.   Test tat-tifqigħ għall-kontenituri vojta tal-metall

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq għandha tassigura li l-pressjoni tat-tifqigħ tal-kontenituri tkun ta’ l-inqas 20 % ogħla mill-pressjoni stabbilita tat-test.

6.1.3.   Test tal-waqgħa għall-kontenituri tal-ħġieġ protett

Il-fabbrikant għandu jassigura li l-kontenituri jissodisfaw l-kondizzjonijiet tat-test stipulati fl-4.1.2.

▼M3

6.1.4.   Spezzjoni finali tad-dispensuri ta’ l-ajrusol mimlija

6.1.4.1.

Id-dispensuri ta' l-ajrusols għandhom jiġu soġġetti għal wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin.

(a)   Test ġo banju ilma jaħraq

Kull dispensur ta’ l-ajrusol mimli għandu jingħaddas ġo banju ilma jaħraq.

(i) It-temperatura ta’ l-ilma tal-banju u d-dewmien tat-test għandhom ikunu tali li l-pressa interna tilħaq dik li ssir mill-kontenut tiegħu f’temperatura uniformi ta’ 50 °C.

(ii) Kull dispensur ta’ l-ajrusol li juri ħsara permanenti viżibbli jew ikun hemm ħruġ minnu jrid jiġi rifjutat.

(b)   Metodi ta' ttestjar finali tas-sħana

Metodi oħra sabiex jissaħħan il-kontenut tad-dispensuri ta’ l-ajrusol jistgħu jintużaw jekk jiggarantixxu li l-pressjoni u t-temperatura f’kull dispensur ta’ l-ajrusol mimli jilħqu l-valuri meħtieġa għat-test tal-banju bl-ilma jaħraq u bihom jinstabu l-ħsarat u l-ħruġ bl-istess preċiżjoni bħal fil-każ tat-test ta' l-ilma jaħraq.

(ċ)   Metodi ta' ttestjar finali tal-kesħa

Metodu alternattiv ta’ ttestjar finali tal-kesħa jista’ jiġi użat jekk huwa skond id-dispożizzjonijiet ta’ metodu alternattiv għat-test ta’ banju ta’ ilma jaħraq għad-dispensur ta’ l-ajrusol speċifikat fil-punt 6.2.4.3.2.2 ta’ l-Anness A għad-Direttiva 94/55/KE.

6.1.4.2.

Għal dispensuri ta’ l-ajrusol li l-kontenut tagħhom ikollu trasformazzjoni fiżika jew kimika li tibdel il-karatteristiċi tal-pressa wara li jimtlew u qabel jintużaw l-ewwel darba, il-metodi ta’ ttestjar finali tal-kesħa skond il-punt 6.1.4.1(ċ) għandhom jiġu applikati.

6.1.4.3.

F’każ ta’ metodi ta’ ttestjar skond il-punti 6.1.4.1 (b) u 6.1.4.1 (ċ):

(a) Il-metodu ta' ttestjar irid ikun approvat minn awtorità kompetenti.

(b) Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusols trid tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata bil-fajl tekniku li jiddeskrivi l-metodu.

(ċ) Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusols trid, għal skopijiet ta’ sorveljanza, iżżomm l-approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, il-fajl tekniku li jiddeskrivi l-metodu u, jekk applikabbli, ir-rapporti ta’ kontroll disponibbli fl-indirizz speċifikat fuq it-tikketta skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 8(1).

(d) Il-fajl tekniku jrid jiġi stabbilit b’lingwa uffiċjali tal-Komunità jew kopja ċertifikata tiegħu trid tkun disponibbli.

(e) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità maħtura f’kull Stat Membru skond id-Direttiva 94/55/KE.

▼B

6.2.   Eżempji tat-testijiet ta’ spezzjoni li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri

6.2.1.   Test fuq kontenituri vojta

Il-pressjoni tat-test għandha tkun applikata għal 25 sekonda fuq ħames kontenituri magħżulin kif jiġi jiġi minn grupp omoġenju ta’ 2 500 kontenitur vojt, jiġifieri mmanifatturati mill-istess materjal bl-istess proċess kontinwu ta’ manifattura tal-lott, jew minn lott li jikkostitwixxi siegħa waħda ta’ produzzjoni.

Jekk xi wieħed mill-kontenituri ma jgħaddix it-test, għandhom jittieħdu kif jiġi għaxar kontenituri oħra mill-istess lott u jingħaddew mill-istess test.

Jekk xi wieħed minn dawn il-kontenituri ta’ l-aerosol ma jgħaddix it-test, il-lott kollu jitqies bħala li mhux tajjeb għall-użu.

6.2.2.   Testijiet fuq aerosol dispensers mimlija

Testijiet ta’ spezzjoni dwar li ma jidħlux ilma u arja għandhom jitwettqu billi numru rappreżentattiv tal-aerosol dispensers jiġu mgħaddsa ġo banju bl-ilma. It-temperatura tal-banju u l-perjodu ta’ l-immersjoni għandhom ikunu tali li jippermettu lill-kontenuti tal-aerosol dispensers biex jiksbu temperatura uniformi ta’ 50° C matul il-ħin meħtieġ biex jiġi żgurat li ma hemm ebda tifqigħ jew tiċrit.

Kull lott ta’ aerosol dispensers li ma jgħaddix minn dawn it-testijiet għandu jkun meqjus li mhux tajjeb għall-użu.

▼M3

6.3.   Testijiet fuq il-fjammabbiltà ta’ l-ajrusols

6.3.1.   It-test tad-distanza li fiha jaqbdu għal ajrusols sprej

6.3.1.1.   Introduzzjoni

6.3.1.1.1. Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodu biex tiġi determinata d-distanza tat-tqabbid għal sprej ajrusol sabiex jiġi evalwat ir-riskju assoċjat ta’ nar. L-ajrusol huwa sprejjat fid-direzzjoni ta’ sors li jqabbad f’intervalli ta’ 15ċm biex jiġi osservat jekk jaqbadx u l-kombustjoni sostnuta ta' l-isprej. Il-qbid u kombustjoni sostnuta hija definita meta fjamma stabbli tinżamm għal 5 s mill-anqas. Is-sors tat-tqabbid huwa definit bħala burner tal-gass bi fjamma blu mhux luminuża għolja 4-5 ċm.

6.3.1.1.2. Dan it-test japplika għal prodotti ta’ l-ajrusol b’distanza ta’ sprej ta’ 15 ċm jew aktar. Prodotti ta’ l-ajrusol b’distanza ta' sprej ta’ anqas minn 15 ċm bħal fowmijiet, “mousses”, ġellijiet u għaġniet jew li huma ffittjati b’metering valve, huma esklużi minn dan it-test. Prodotti ta’ l-ajrusol li jiddispensaw fowmijiet, mousses, ġellijiet u għaġniet huma suġġetti għal testjar taħt it-test tal-fjammabbiltà tal-fowm.

6.3.1.2.   Apparat u materjal

6.3.1.2.1. L-apparat li ġej huwa meħtieġ:



Ilma tal-banju li jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Miżien gradwat, appoġġ u morsa

gradwazzjonijiet f’ċm

Burner tal-gass bl-appoġġ u bil-morsa

 

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

6.3.1.3.   Proċedura

6.3.1.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.1.3.1.1. Qabel l-ittestar, kull dispensur ta’ l-ajrusol għandu jkun kundizzjonat u imbagħad imħejji billi jitbattal għal madwar sekonda. L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jitneħħa l-materjal li m'huwiex omoġenju mit-tubu.

6.3.1.3.1.2. L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.1.3.1.3. It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.1.3.1.4. Kull dispensur ta’ l-ajrusol għandu jiġi ttestjat:

(a) meta mimli skond il-proċedura sħiħa, bil-burner tal-gass fil-firxa ta' distanza ta' 15 - 90 cm mill-azzjonatur tal-bott ta' l-ajrusol;

(b) meta jkun nominalment mimli 10 – 12 % (% bil-massa) test wieħed biss, f'distanza ta' 15 ċm mill-azzjonatur meta l-isprej minn bott mimli ma jkunx qabad jew bid-distanza tat-tqabbid ta' l-isprej ta' bott mimli u 15 ċm.

6.3.1.3.1.5. Matul it-test, il-bott għandu jkun pożizzjonat kif indikat fl-istruzzjonijiet tat-tabella. Is-sors tat-tqabbid għandu jkun pożizzjonat skond dan.

6.3.1.3.1.6. Il-proċedura li ġejja teħtieġ ittestjar ta' l-isprej f'intervalli ta' 15ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-isprej, fil-firxa ta' 15-90 ċm. Huwa effiċjenti li l-bidu jkun minn distanza ta' 60 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol. Id-distanza bejn il-fjamma tal-burner u l-azzjonatur ta' l-ajrusol għandha tiżdied bi 15 ċm fil-każ ta' tqabbid ta' l-isprej f'distanza ta' 60 ċm. Id-distanza għandha titnaqqas bi 15 ċm fil-każ ta' ebda nar f'distanza ta' 60 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol. L-għan tal-proċedura huwa li tiġi determinata d-distanza massima bejn l-azzjonatur ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner li twassal għal kombustjoni sostnuta ta' l-isprej jew biex jiġi determinat li t-tqabbid ma seħħx f'distanza ta' 15 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol.

6.3.1.3.2.   Proċedura tat-test

(a) Minimu ta' 3 dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30 min qabel kull test (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b) Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(ċ) Iżen id-dispensur ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(d) Iddetermina l-pressa interna u r-rata inizjali tat-tbattil f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(e) Poġġi il-burner tal-gass fuq wiċċ ċatt orizzontali jew waħħal il-burner permezz ta' morsa;

(f) Ixgħel il-burner tal-gass; il-fjamma m'għandhiex tkun luminuża u madwar 4-5 ċm għolja;

(g) Qiegħed l-orifiċju tal-ħruġ ta' l-azzjonatur fid-distanza meħtieġa mill-fjamma. L-ajrusol għandu jkun ittestjar fil-pożizzjoni maħtura li jiġi użat, eż. wieqaf jew rasu 'l isfel;

(h) Qiegħed l-orifiċju ta' l-azzjonatur u l-fjamma fl-istess livell, u żgura li l-orifiċju huwa dirett lejn u allinjat mal-fjamma (ara Figura 6.3.1.1). L-isprej għandu joħroġ fuq il-parti ta' fuq tal-fjamma;

image

(i) Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali rigward l-ixxejkjar tad-dispensur;

(j) Agħfas il-valv tad-dispensur ta' l-ajrusol, biex il-kontenut idum ħiereġ għal 5s, sakemm ma jaqbadx. Jekk jaqbad, kompli agħfas u ħu nota ta' kemm iddum il-fjamma għal 5 s, mill-bidu ta' meta jibda jaqbad;

(k) Innota r-riżultati tat-tqabbid għad-distanza bejn il-burner tal-gass u d-dispensur ta' l-ajrusol fit-tabella provduta;

(l) Jekk ma jkunx hemm tqabbid matul pass (j), l-ajrusol għandu jiġi ttestjat f'orjentazzjonijiet alternattivi, eż. rasu l'isfel għal prodotti li għandhom jiġu użati wieqfa, biex tiċċekkja jekk jaqbadx;

(m) Irrepeti passi (g) sa (l) darbtejn oħra (total ta' 3) għall-istess bott bl-istess distanza bejn il-burner tal-gass u l-azzjonatur ta' l-ajrusol;

(n) Irrepeti l-proċedura tat-test għal żewġ bottijiet oħra ta' l-ajruol ta' l-istess prodott bl-istess distanza bejn il-burner tal-gass u l-azzjonatur ta' l-ajrusol;

(o) Irrepeti passi (g) sa (n) tal-proċedura tat-test f'distanza bejn 15 u 90 ċm bejn l-azzjonatur tal-bott ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner li jiddependi fuq ir-riżultat ta' kull test (ara wkoll 6.3.1.3.1.4 u 6.3.1.3.1.5);

(p) Jekk jaqbad f'15 ċm, il-proċedura tispiċċa għal bottijiet li kienu mimlija fil-bidu. Il-proċedura tispiċċa wkoll meta jaqbad u jkun hemm kombustjoni sostnuta f'distanza ta' 90 ċm. Jekk it-tqabbid ma jinkisibx f'distanza ta' 15ċm, niżżel li t-tqabbid ma seħħx. Id-distanza massima bejn il-fjamma tal-burner u l-azzjonatur ta' l-ajrusol li għalih ġie osservat tqabbid u kombustjoni sostnuta huwa nnutat bħala “d-distanza ta' tqabbid”, fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha;

(q) Test wieħed għandu jsir ukoll fuq 3 bottijiet mimlija bil-livell nominali ta' 10-12 %. Dawn il-bottijiet għandhom jiġu ttestjati bejn l-azzjonatur ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner ta' “distanza ta' tqabbid minn fjamma ta' bottijiet mimlija + 15 ċm”;

(r) Battal il-bott ta' l-ajrusol sa livell ta' mili nominali ta' 10-12 % (bil-massa) f'waqtiet ta' 30s massimu. Osserva minimu ta' perjodu ta' ħin ta' 300s bejn sprejjatura u oħra. Matul dan il-perjodu interim id-dispensuri għandhom jitqiegħda ġol-banju bl-ilma għall-ikkondizzjonar;

(s) Irrepeti passi (g) sa (n) għal bottijiet ta' l-ajrusol mimlija nominalment 10-12 %, waqt li tħalli barra passi (l) u (m). Dan it-test għandu jitwettaq biss bl-ajrusol f'pożizzjoni waħda, eż wieqaf jew rasu 'l isfel, li jikkorrispondi ma' dik li pproduċiet it-tqabbid (jekk kien hemm) għal bottijiet mimlija;

(t) Irrekordja r-riżultati kollha fit-Tabella 6.3.1.1 kif muri hawn taħt.

6.3.1.3.2.1.

L-esperimenti kollha għandhom jitwettqu taħt kappa tad-dħaħen f'kamra ventilata tajjeb. Il-ventilazzjoni tal-kappa tad-dħaħen u tal-kamra jridu jinxtegħlu għall-anqas għal 3 min wara kull test. Ħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex tevita li tibla' bin-nifs il-prodotti tal-kombustjoni.

6.3.1.3.2.2.

Il-bottijiet b'livell ta' mili nominali ta' 10-12 % għandhom jiġu ttestjati darba biss. It-tabelli tar-riżultati jeħtieġu riżultat wieħed biss għal kull bott indikat.

6.3.1.3.2.3.

Meta t-test fil-pożizzjoni li fiha d-dispensur huwa mfassal biex jiġi użat tati riżultat negattiv, it-test għandu jiġi ripetut fil-pożizzjoni tad-dispensur li x'aktarx tirriżulta f'riżultat pożittiv.

6.3.1.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.1.4.1.

Ir-riżultati kollha għandhom jiġu rreġistrati. It-Tabella 6.3.1.1 t'hawn taħt turi l-mudell għat-“tabella tar-riżultati” li għandha tintuża.



Tabella 6.3.1.1

Data

Temperatura … °C

Umdità relattiva … %

L-isem tal-prodott

 

Volum nett

 

Bott 1

Bott 2

Bott 3

Livell ta' mili fil-bidu

 

%

%

%

Distanza tad-dispensur

Test

1

2

3

1

2

3

1

2

3

15 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

30 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

45 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

60 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

75 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

90 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

Osservazzjonijiet – inkluż il-pożizzjoni tal-bott

 

 

 

 

6.3.2.   Test ta' tqabbid fi spazju magħluq

6.3.2.1.   Introduzzjoni

Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodi għall-valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' prodotti li joħorġu minn dispensuri ta' l-ajrusol minħabba l-propensità biex jaqbdu fi spazju magħluq. Il-kontenut tad-dispensur ta' l-ajrusol jiġu sprejjati f'kontenitur ċilindriku li jkun fih xemgħa taqbad. Jekk jaqbad, il-ħin u l-ammont li ħareġ għandhom jiġu rreġistrati.

6.3.2.2.   Apparat u materjal

6.3.2.2.1.

L-apparat li ġej huwa meħtieġ:



Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Banju bl-ilma ji jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

Kontenitur ċilindriku għall-ittestjar

kif deskritt hawn taħt

6.3.2.2.2.

Tħejjija ta' l-apparat għat-test.

6.3.2.2.2.1.

Kontenitur ċilindriku b'volum ta' madwar 200 dm3, b'dijametru ta' madwar 600mm u twil madwar 720mm u miftuħ minn naħa waħda għandu jiġi modifikat kif ġej:

(a) Sistema ta' għeluq li tikkonsisti minn għatu biċ-ċappetti għandha titqiegħed fin-naħa l-miftuħa; jew

(b) Film tal-plastik oħxon 0.01 sa 0.02mm jista' jintuża bħala sistema ta' għeluq. Jekk it-test jitwettaq b'film tal-plastik dan irid jiġi użat kif deskritt hawn taħt: Ġebbed il-film tul il-parti l-miftuħa taċ-ċilindru u żommu f'postu b'lastku. Is-saħħa tal-lastku għandha tkun tali li meta titqiegħed madwar iċ-ċilindru li jkun imserraħ fuq il-ġenb, din tiġġebbed biss 25mm meta piż ta'. 45kg jitqiegħed fl-aktar punt baxx. Aqta' xaqq ta' 25mm fil-film, billi tibda 50mm mit-tarf taċ-ċilindru. Kun ċert li l-film huwa stirat;

(ċ) Fin-naħa l-oħra taċ-ċilindru taqqab toqba b'dijametru ta' 50mm, 100mm mit-tarf, b'tali mod li l-orifiċju jkun fuq nett meta r-reċipjent jitqiegħed mindud u lest għat-test (Figra 6.3.2.1.);

image

(d) Qiegħed xemgħa tal-pitrolju bix-xemgħa b'dijametru 20 sa 40 mm u twila 100mm fuq appoġġ tal-metall 200 x 200 mm. Ix-xemgħa għandha tiġi sostitwita meta jkollha għoli ta' anqas minn 80 mm. Il-fjamma tax-xemgħa hija protetta mill-azzjoni ta' l-isprej b'diflettur wiesa' 150 mm u għoli 200 mm. Dan il-qies jinkludi l-biċċa angolata 45° magħmula 150 mm mill-bażi tad-diflettur (Figura 6.3.2.2.);

image

(e) Ix-xemgħa mqiegħda fuq appoġġ tal-metall tista' titqiegħed fin-nofs bejn iż-żewġ naħat taċ-ċilindru (Figura 6.3.2.3);

image

(f) Iċ-ċilindru jitqiegħed fl-art jew fuq appoġġ fejn it-temperatura hija madwar 15 °C u 25 °C. Il-prodott li jiġi ttestjat jiġi sprejjat fiċ-ċilindru ta' madwar 200 dm3 fejn ikun hemm sors ta' nar.

6.3.2.2.2.2.

Ġeneralment, il-prodott iħalli l-ajrusol f'angolu ta' 90° ma' l-assi vertikali tal-bott. It-tfassil ta' l-apparat u l-proċedura deskritta jirreferu għal dan it-tip ta' prodott ta' l-ajrusol. Fil-każ ta' ajrusol li jitħaddmu b'mod mhux tas-soltu (eż. dispensuri ta' l-ajrusols li jisprejjaw vertikalment) ikun meħtieġ li jiġu rreġistrati t-tibdiliet lit-tagħmir u l-proċeduri skond il-prattiċi tajba tal-laboratorju, bħal ISO/IEC 17025:1999 Kundizzjonijiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta' l-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

6.3.2.3.   Proċedura

6.3.2.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.2.3.1.1. Qabel l-ittestjar, kull dispensur ta' l-ajrusol għandu jiġi kkundizzjonat u imbagħad sprejjat għal madwar sekonda. L-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jitneħħa materjal mhux omoġenju mill-ponta tat-tubu.

6.3.2.3.1.2. L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.2.3.1.3. It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.2.3.2.   Proċedura tat-test

(a) Minimu ta' 3 dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30 min (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b) Kejjel jew ikkalkola l-volum propja taċ-ċilindru f'dm3;

(ċ) Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(d) Iddetermina l-pressa interna u r-rata inizjali tat-tbattil f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(e) Iżen wieħed mid-dispensuri ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(f) Ixgħel ix-xemgħa u applika s-sistema ta' l-għeluq (l-għatu jew il-film tal-plastik);

(g) Qiegħed l-azzjonatur ta' l-orifiċju tad-dispensur ta' l-ajrusol 35 mm jew eqreb għal sprejjatura wiesgħa tal-prodott, miċ-ċentru tat-toqba tad-dħul taċ-ċilindru. Ixgħol il-kronometru (stopwatch) u segwi l-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott; idderieġi l-isprej lejn iċ-ċentru ta' l-estremità tan-naħa l-oħra (għatu jew film tal-plastik). L-ajrusol għandu jkun ittestjat fil-pożizzjoni maħtura li jiġi użat, eż. wieqaf jew rasu ’l isfel;

(h) Sprejja sakemm jaqbad. Waqqaf il-kronometru u nnota l-ħin li għadda. Iżen mill-ġdid id-dispensur ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(i) Ħalli l-arja ġdida tidħol u naddaf iċ-ċilindru billi tneħħi r-residwi kollha li jistgħu jaffettwaw it-testijiet sussegwenti. Ħalli ċ-ċilindru jiksaħ jekk ikun hemm bżonn;

(j) Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (d) sa (i) għal żewġ dispensuri ta' l-ajrusols oħra ta' l-istess prodott (3 b'kollox, nota: kull dispensur jiġi ttestjat darba);

6.3.2.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.2.4.1.

Rapport tat-test li jkun fih l-informazzjoni li ġejja għandu jitfassal:

(a) Il-prodott ittestjat u r-referenzi tiegħu;

(b) Il-pressa interna u r-rata ta' ħruġ tad-dispensur ta' l-ajrusol;

(ċ) It-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-arja tal-kamra;

(d) Għal kull test, il-ħin(ijiet) tal-ħruġ meħtieġa biex jaqbad (jekk il-prodott ma jaqbadx, iddikjara dan);

(e) Il-massa tal-prodott sprejjat matul kull test (fi grammi);

(f) Il-volum propja taċ-ċilindru (f'dm3).

6.3.2.4.2.

Il-ħin ekwivalenti (teq) meħtieġ biex ikun hemm tqabbid f'metru kubu wieħed, jista' jiġi kkalkulat kif ġej:

image

6.3.2.4.3.

Id-densità tad-deflagrazzjoni (Ddef) meħtieġa biex jinkiseb tqabbid matul it-test tista' tiġi kkalkulata wkoll bil-mod li ġej:

image

6.3.3.   Test tal-fjammabbiltà tal-fowm ta' ajrusol

6.3.3.1.   Introduzzjoni

6.3.3.1.1.

Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodu biex tiġi determinata l-fjammabbiltà ta' sprej ta' l-ajrusol li joħroġ fil-forma ta' fowm, mousse, ġell jew għaġina. Ajrusol li minnu joħroġ fowm, mousse, ġell jew għaġina sprejjat (madwar 5 g) fuq ħgieġa u sors ta' tqabbid (xemgħa, niċċa, suffarina jew lighter) jitqiegħed fuq il-bażi tal-ħġieġa biex jiġi osservat jekk jaqbadx jew ikunx hemm kombustjoni sostnuta tal-fowm, mousse, ġell jew għaġina. It-tqabbid huwa definit bħala li tinżamm fjamma stabbli għal mill-anqas 2 s u minimu ta' 4 ċm għolja.

6.3.3.2.   Apparat u materjal

6.3.3.2.1.

L-apparat li ġej huwa meħtieġ:



Miżien gradwat, appoġġ u morsa

gradwazzjonijiet f’ċm

Ħġieġa reżistenti għan-nar b'dijametru ta' madwar 150mm

 

Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Xemgħa, niċċa, suffarina jew lighter

 

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Ilma tal-banju li jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

6.3.3.2.2.

Il-ħġieġa titqiegħed fuq wiċċ li ma jaqbadx f'żona fejn m'hemmx żiffa u li tista' tiġi ventilata wara kull test. Il-miżien gradwat jiġi mqiegħed eżattament wara l-ħġieġa u jinżamm vertikali permezz ta' appoġġ u morsa.

6.3.3.2.3.

Il-miżien jitqiegħed b'tali mod li l-oriġini tiegħu tkun f'livell mal-bażi tal-ħġieġa fuq medda orizzontali.

6.3.3.3.   Proċedura

6.3.3.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.3.3.1.1. Qabel l-ittestjar, kull dispensur ta' l-ajrusol għandu jiġi kkundizzjonat u imbagħad sprejjat għal madwar sekonda. L-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jitneħħa materjal mhux omoġenju mill-ponta tat-tubu.

6.3.3.3.1.2. L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.3.3.1.3. It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.3.3.2.   Proċedura tat-test

(a) Minimu ta' erba' dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30min qabel kull test (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b) Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(ċ) Iddetermina l-pressa interna f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(d) Kejjel l-ammont li ħareġ jew ir-rata tal-fluss tal-prodott ta' l-ajrusol eżaminat, sabiex l-ammont tal-prodott li ħareġ ikun jista' jiġi mkejjel b'mod preċiż;

(e) Iżen wieħed mid-dispensuri ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(f) Fuq il-bażi ta' l-ammont li ħareġ li ġie mkejjel jew ir-rata tal-fluss u wara li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, ħalli madwar 5 g tal-prodott fiċ-ċentru tal-ħġieġa nadifa bil-għan li tipproduċi ballun mhux aktar għoli minn 25mm;

(g) Fi żmien 5s milli joħroġ il-materjal, applika s-sors ta' tqabbid mat-tarf tal-kampjun fil-bażi tiegħu u fl-istess ħin ixgħel il-kronometru (stopwatch). Jekk ikun meħtieġ, is-sors tan-nar għandu jitneħħa mit-tarf tal-kampjun wara żewġ sekondi, sabiex tosserva b'mod ċar jekk ikunx qabad. Jekk ma jkunx jidher li qabad, is-sors tan-nar għandu jiġi applikat mill-ġdid mat-tarf tal-kampjun;

(h) Jekk jaqbad innota l-punti li ġejjin:

(i) L-għoli massimu tal-fjamma f'ċm fuq il-bażi tal-ħġieġa;

(ii) Kemm iddum il-fjamma f's;

(iii) Nixxef u iżen mill-ġdid id-dispensur ta' l-ajrusol u kkalkula l-piż tal-prodott rilaxxat;

(i) Ivventila ż-żona tat-test immedjatament wara kull test;

(j) Jekk ma jaqbadx u l-prodott li joħroġ jibqa' fil-forma ta' fowm jew għaġina matul il-perjodu ta' l-użu, passi (e) sa (i) għandhom jiġu ripetuti. Ħalli l-prodott joqgħod għal 30 sek, 1 min, 2 min jew 4 min, qabel ma tapplika s-sors tan-nar;

(k) Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (e) sa (j) darbtejn oħra (total ta' 3) għall-istess bott;

(l) Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (e) sa (k) għal żewġ bottijiet oħra ta' l-ajrusol (total ta' 3 bottijiet) għall-istess prodott.

6.3.3.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.3.4.1.

Rapport tat-test li jkun fih l-informazzjoni li ġejja għandu jitfassal:

(a) jekk il-prodott jixgħelx;

(b) l-għoli massimu tal-fjamma f'ċm;

(ċ) dewmien tal-fjamma f's;

(d) il-piż tal-prodott ittestjat.



( 1 ) ĠU Ċ 83, 11.10.1973, p. 24.

( 2 ) ĠU Ċ 101, 23.11.1973, p. 28.

( 3 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

Top