Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2024G0001

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2024/SC tal-1 ta’ Frar 2024 Li tistabbilixxi l-Kumitat Interim dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021–2028 [2024/1345]

ĠU L, 2024/1345, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1345/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1345/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1345

23.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA Nru 1/2024/SC

tal-1 ta’ Frar 2024

Li tistabbilixxi l-Kumitat Interim dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021–2028 [2024/1345]

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim ŻEE,

Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġu konkluż u li jistabilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE il-ġdid għall-perjodu 2021-2028,

Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġi konkluż bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea biex jiġi stabbilit Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2021-2028,

Wara li kkunsidra r-regoli ta’ proċedura adottati mill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 4/2004/SC,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Kumitat Interim dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021-2028

1.   Kumitat Interim dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021-2028, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Interim huwa b’dan stabbilit.

2.   Il-Kumitat Interim għandu jassisti lill-Istati tal-EFTA biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2021-2028.

3.   Il-Kumitat Interim għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti.

4.   Il-Kumitat Interim għandu, fid-dħul fis-seħħ tiegħu jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ZEE 2021-2028, jiġi sostitwit minn Kumitat dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021-2028.

5.   Il-Kumitat Interim għandu jiddiskuti u jevalwa l-koordinazzjoni possibbli bejn il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

6.   Kull Stat tal-EFTA, parti għall-Ftehim taż-ŻEE, għandu jkun rappreżentat fil-Kumitat Interim u jkollu vot wieħed.

7.   Ir-regoli ta’ proċedura adottati mill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 4/2004/SC għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitat Interim.

Artikolu 2

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2024

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Is-Segretarju Ġenerali

Siri VESETH MELING


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1345/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top