Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016C0185

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 185/16/COL tat-12 ta' Ottubru 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) [2017/134]

ĠU L 21, 26.1.2017, pp. 116–117 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/134/oj

26.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/116


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 185/16/COL

tat-12 ta' Ottubru 2016

li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) [2017/134]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-att imsemmi f'punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(d) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-att imsemmi fil-punt 66wn tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010) il-Maniġer tan-Netwerk għandu jagħti kontribut għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni.

(2)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, il-Maniġer tan-Netwerk fassal il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019).

(3)

Il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk ġie evalwat fid-dawl tal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha (1) u, mutatis mutandis, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, kif ukoll tar-rekwiżiti l-oħra ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-valutazzjoni wriet li l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk huwa konformi ma' dawk il-miri, il-kriterji u r-rekwiżiti. B'mod partikolari, fir-rigward tal-oqsma ewlenin ta' prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent u tal-kapaċità, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma ugwali għall-miri rispettivi għall-Unjoni kollha u b'konsegwenza ta' dan huma konsistenti ma' dawk il-miri għall-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma konsistenti wkoll mal-miri għall-Unjoni kollha, peress li t-tendenza ta' tnaqqis tal-kostijiet stabbiliti għal kull unità hija ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tapprova l-verżjoni finali tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, fl-edizzjoni tiegħu ta' Ġunju 2015, kif imfassla mill-Maniġer tan-Netwerk.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019), fl-edizzjoni ta' Ġunju tal-2015, kif ippreżentat mill-Maniġer tan-Netwerk, huwa approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2016.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  L-att imsemmi fil-punt 66xe tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019).


Top