Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2014J0017

    Sentenza tal-Qorti tal-31 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża E-17/14 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ “Dentist” fil-Liechtenstein — Proporzjonalità)

    ĠU C 350, 22.10.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/5


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-31 ta’ Marzu 2015

    fil-Kawża E-17/14

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Il-Prinċipat tal-Liechtenstein

    (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ “Dentist” fil-Liechtenstein — Proporzjonalità)

    (2015/C 350/08)

    Fil-kawża E-17/14, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v il-Prinċipat ta’ Liechtenstein — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Prinċipat ta’ Liechtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 31 tal-Ftehim tŻEE billi żamm fis-seħħ regoli nazzjonali bħall-Artikolu 63 tal-Att dwar is-Saħħa u d-dispożizzjoni tranżitorja fl-Att dwar ir-revoka ta’ dak l-Artikolu, inkluża l-applikabbiltà tal-Artikolu 63(2) tal-Att dwar is-Saħħa f’dawk l-aspetti, li jeħtieġu li “Dentist” awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni bħala impjegat, taħt is-superviżjoni diretta, it-tagħlim u r-responsabbiltà ta’ dentist kwalifikat bis-sħiħ, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fil-31 ta’ Marzu 2015, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    1.

    Tiddikjara li l-Prinċipat ta’ Liechtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 63 tal-Att dwar is-Saħħa, li jeħtieġ li persuna li jkollha l-kwalifiki msemmija bil-Ġermaniż bħala “Dentist” ikun awtorizzat li jkompli fuq din il-professjoni bħala impjegat, taħt is-superviżjoni diretta, it-tagħlim u r-responsabbiltà ta’ dentist kwalifikat bis-sħiħ (“Zahnarzt”).

    2.

    Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


    Top