Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2013P0003

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, bid-data t- 13 ta' Marzu 2013 , fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter (Kawża E-3/13)

ĠU C 270, 19.9.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/8


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, bid-data t-13 ta' Marzu 2013, fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter

(Kawża E-3/13)

2013/C 270/06

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA b'ittra tat-13 ta' Marzu 2013 minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter (il-Bord tal-Appelli tal-Uffiċċju Ċentrali tat-Tassazzjoni għall-Impriżi Kbar), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-18 ta' Marzu 2013, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

It-trusts bħala forma ta’ stabbiliment jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà tal-istabbiliment kif previst fl-Artikolu 31 ŻEE? Mistoqsija supplimentari: Jekk iva, min għandu d-drittijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE?

(2)

Jekk l-ewwel mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Trust jissodisfa r-rekwiżit ta’ attività ekonomika previst fl-Artikolu 31 ŻEE?

(3)

Jekk l-ewwel mistoqsija ewlenija hija mwieġba fin-negattiv: Trust jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għall-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 40 ŻEE?

(4)

Jekk l-ewwel jew it-tielet mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Ir-regoli Norveġiżi tas-CFC jinvolvu restrizzjoni waħda jew aktar fuq il-libertà tal-istabbiliment jew id-dritt għall-moviment liberu tal-kapital?

(5)

Jekk ir-raba' mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Ir-restrizzjoni tista' titqies li tkun ġustifikata għar-raġunijiet ta' interess pubbliku li jieħu preċedenza, u r-restrizzjoni hija proporzjonata?


Top