Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2012J0004

Ordni tal-Qorti tas- 7 ta' Ottubru 2013 fil-Kawżi Konġunti E-4/12 u E-5/12 – Risdal Touring AS u Konkurrenten.no AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Azzjoni sabiex deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiġi annullata – Aċċess għad-dokumenti – Ammissibilità – L-ebda ħtieġa ta' sentenza)

ĠU C 372, 19.12.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/18


ORDNI TAL-QORTI

tas-7 ta' Ottubru 2013

fil-Kawżi Konġunti E-4/12 u E-5/12

Risdal Touring AS u Konkurrenten.no AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni sabiex deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiġi annullata – Aċċess għad-dokumenti – Ammissibilità – L-ebda ħtieġa ta' sentenza)

(2013/C 372/07)

Fil-Kawżi Konġunti E-4/12 u E-5/12, Risdal Touring AS u Konkurrenten.no AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – RIKORS li fil-Kawża E-4/12 Risdal Touring qed ifittex li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-konvenut, innotifikata għall-ewwel darba fil-5 ta' April 2012 mingħajr ma ngħataw ir-raġunijet, u sussegwentement innotifikata fl-4 ta' Mejju 2012, li timpedixxi l-aċċess pubbliku għad-dettalji kollha tal-kontenut u għal dokumenti speċifiċi fil-Każ tal-ESA Nru 70506, każ dwar għajnuna mill-Istat, abbażi ta' Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti (“RAD”) stabbiliti mid-deċiżjonji tal-ESA Nru 407/08/COL fis-27 Ġunju 2008; u fil-kawża E-5/12 Konkurrenten, l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, mingħajr ma ngħataw ir-raġunijiet, innotifikata fil-5 ta' April 2012, li timpedixxi l-aċċess pubbliku għad-dettalji kollha tal-kontenut fil-Każ tal-ESA Nru 60510, każ dwar għajnuna mill-Istat, abbażi tal-RAD, stabbiliti mid-deċiżjoni tal-ESA Nru 407/08/COL fis-27 ta' Ġunju 2008, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President u l-Imħallef Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza fis-7 ta' Ottubru 2013, li l-dispożittiv tagħha huwa dan:

Il-Qorti b'dan tordna li:

 

Fil-kawża E-4/12 Risdal Touring AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

(1)

Il-parti tar-rikors prevista għal dokumenti speċifiċi ġiet miċħuda bħala inammissibbli;

(2)

M’għadx hemm il-ħtieġa li tingħata sentenza dwar il-kumplament tar-rikors;

(3)

L-ESA trid tħallas l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż li daħal għalihom ir-rikorrent;

(4)

Ir-rikorrent iħallas nofs l-ispejjeż tiegħu.

 

Fil-kawża E-5/12 Konkurrenten.no AS vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

(1)

Ir-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli.

(2)

L-ESA trid tħallas l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż li daħal għalihom ir-rikorrent.


Top