Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2012C0339

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 339/12/COL tal- 20 ta’ Settembru 2012 li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jelenka l-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 92/12/COL

    ĠU L 350, 20.12.2012, p. 114–117 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/03/2013; Imħassar b' E2013C0131

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/339(2)/oj

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/114


    DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

    Nru 339/12/COL

    tal-20 ta’ Settembru 2012

    li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jelenka l-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 92/12/COL

    L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

    Wara li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u l-punt 5(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE,

    Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi  (1)), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 326/12/COL li tagħti s-setgħa lill-Membru kompetenti tal-Kulleġġ biex jadotta din id-deċiżjoni,

    Billi:

    Fis-17 ta’ Lulju 2012, l-Awtorità Norveġiża għas-Sigurtà tal-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-ANSI) infurmat lill-Awtorità dwar il-bidliet fil-lista tal-Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera Norveġiżi (BIPs) fir-rigward taċ-Ċentru ta’ Spezzjoni Ellingsøy. Iċ-Ċentru ta’ Spezzjoni Ellingsøy hu elenkat taħt BIP Ålesund Port (NO AES 1) u jidher fl-Anness ta’ mad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 92/12/COL tat-13 ta’ Marzu 2012 (2) bl-approvazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd iffriżati, ippakkjati għall-konsum mill-bniedem [HC-TF(FR)(1)(2)(3)].

    Fl-14 ta’ Ġunju 2012, l-ANSI irtirat l-approvazzjoni bħala Ċentru ta’ Spezzjoni fuq talba tal-kumpannija u, permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Lulju 2012, talbet lill-Awtorità biex tħassar liċ-Ċentru ta’ Sspezzjoni Ellingsøy mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi.

    Skont id-Direttiva 97/78/KE, l-Awtorità għandha tfassal u tippubblika lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati li jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew supplimentati biex jirriflettu l-bidliet fil-listi nazzjonali. Il-lista attwali ta’ postijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera approvati ġiet adottata mill-Awtorità fit-13 ta’ Marzu 2012 permezz tad-Deċiżjoni Nru 92/12/COL.

    L-Awtorità għandha għalhekk l-obbligu li temenda l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja u li tippubblika lista ġdida, li tirrifletti s-sospensjoni taċ-Ċentru ta’ Spezzjoni Ellingsøy taħt il-BIP Ålesund Port (NO AES 1) mil-lista Norveġiża tal-BIPs.

    L-Awtorità, permezz tad-deċiżjoni tagħha 326/12/COL, irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kumitat approva unanimament il-modifika proposta tal-lista. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri baqa’ mhux mibdul.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Iċ-Ċentru ta’ Spezzjoni Ellingsøy taħt il-BIP ta’ Ålesund Port (NO AES 1) titneħħa mil-lista li tinsab fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi.

    Artikolu 2

    Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 92/12/COL tat-13 ta’ Marzu 2012 qed tiġi revokata.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2012.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija awtentika bl-Ingliż.

    Magħmul fi Brussell l-20 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

    Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

    Membru tal-Kulleġġ

    Xavier LEWIS

    Direttur


    (1)  ĠU L 24, 30.1.1998, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3 Volum 22 p. 247 - 268.

    (2)  ĠU L 141, 31.5.2012, p. 16 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 31.5.2012, p. 1.


    ANNESS

    IL-LISTA TAL-POSTIJIET TA’ SPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA

    1

    =

    Isem

    2

    =

    Kodiċi TRACES

    3

    =

    Tip

    A

    =

    Ajruport

    F

    =

    Ferrovija

    P

    =

    Port

    R

    =

    Triq

    4

    =

    Ċentru ta’ spezzjoni

    5

    =

    Il-prodotti

    HC

    =

    Il-Prodotti kollha għall-Konsum mill-Bniedem

    NHC

    =

    Prodotti Oħra

    NT

    =

    L-ebda rekwiżiti ta’ temperatura

    T

    =

    Prodotti ffriżati/imkessħa

    T(FR)

    =

    Prodotti ffriżati

    T(CH)

    =

    Prodotti mkessħa

    6

    =

    Annimali ħajjin

    U

    =

    Bhejjem tal-ifratti: frat, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż, solipedi slavaġ u domestiċi

    E

    =

    Equidae rreġistrati kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

    O

    =

    Annimali oħra

    5-6

    =

    Kummenti speċjali

    (1)

    =

    Verifika skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE kkunsidrata fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 19(3) tal-Kunsill Direttiva 97/78/KE

    (2)

    =

    Prodotti ppakkjati biss

    (3)

    =

    Prodotti tas-sajd biss

    (4)

    =

    Proteini ta’ annimali biss

    (5)

    =

    Ġlud tas-suf u ġlud biss

    (6)

    =

    Xaħmijiet likwidi, żjut, u żejt tal-ħut biss

    (7)

    =

    Ponijiet tal-Islanda (minn April sa Ottubru biss)

    (8)

    =

    Equidae biss

    (9)

    =

    Ħut tropikali biss

    (10)

    =

    Qtates, klieb, rodenti, lagomorfi, ħut ħaj, rettili u għasafar oħra li mhumiex għasafar li ma jtirux biss

    (11)

    =

    Għalf bl-ingrossa biss

    (12)

    =

    Għal (U) fil-każ ta’ solipedi, dawk li jinżammu f’ġonna żooloġiċi biss; kif ukoll għal (O), flieles ta’ ġurnata, ħut, klieb, qtates, insetti, jew annimali oħra li jinżammu f’ġonna żooloġiċi biss

    (13)

    =

    Nagylak HU: Dan huwa post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (għall-prodotti) u punt ta’ qsim (għall-Annimali ħajjin) fuq il-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, soġġett għall-miżuri tranżitorji li ġew innegozjati u stipulati fit-Trattat tal-Adeżjoni kemm fir-rigward tal-prodotti kif ukoll fir-rigward tal-annimali ħajjin. Ara id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE

    (14)

    =

    Magħżul għat-tranżitu madwar il-Komunità Ewropea għal kunsinni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li jmorru lejn jew jiġu mir-Russja skont il-proċeduri speċifiċi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti

    (15)

    =

    Annimali ta’ akwakultura biss

    (16)

    =

    Smida tal-ħut biss

    Pajjiż: L-Islanda

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Akureyri

    IS AKU1

    P

     

    HC-T(1)(2)(3), NHC(16)

     

    Hafnarfjörður

    IS HAF 1

    P

     

    HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

     

    Húsavík

    IS HUS 1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Ísafjörður

    IS ISA1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Keflavík Airport

    IS KEF 4

    A

     

    HC(2), NHC(2)

    O(15)

    Reykjavík Eimskip

    IS REY 1a

    P

     

    HC(2), NHC(2)

     

    Reykjavík Samskip

    IS REY 1b

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

     

    Þorlákshöfn

    IS THH1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6)

     


    Pajjiż: In-Norveġja

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Borg

    NO BRG 1

    P

     

    HC, NHC

    E(7)

    Båtsfjord

    NO BJF 1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

     

    Egersund

    NO EGE 1

    P

     

    HC-NT(6), NHC-NT(6)(16)

     

    Florø EWOS

    NO FRO 1

    P

     

    NHC-NT(6)(16)

     

    Hammerfest

    NO HFT 1

    P

    Rypefjord

    HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

     

    Honningsvåg

    NO HVG 1

    P

    Honningsvåg

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Gjesvær

    HC-T(1)(2)(3)

     

    Kirkenes

    NO KKN 1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

     

    Kristiansund

    NO KSU 1

    P

    Kristiansund

    HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6)

     

    Larvik

    NO LAR 1

    P

     

    HC(2)

     

    Måløy

    NO MAY 1

    P

    Gotteberg

    HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

     

    Trollebø

    HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

     

    Oslo

    NO OSL 1

    P

     

    HC, NHC

     

    Oslo

    NO OSL 4

    A

     

    HC, NHC

    U,E,O

    Sortland

    NO SLX 1

    P

    Melbu

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Sortland

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Storskog

    NO STS 3

    R

     

    HC, NHC

    U,E,O

    Tromsø

    NO TOS 1

    P

    Bukta

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Solstrand

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Vadsø

    NO VOS 1

    P

     

    HC-T(FR)(1)(2)(3)

     

    Ålesund

    NO AES 1

    P

    Breivika

    HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

     

    Skutvik

    HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR)(2)(3), NHC-NT(6)

     


    Top