Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2011C0367

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 367/11/COL tat- 30 ta’ Novembru 2011 li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 111/11/COL

ĠU L 43, 16.2.2012, pp. 43–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2012; Imħassar b' E2012C0092

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/367/oj

16.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/43


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 367/11/COL

tat-30 ta’ Novembru 2011

li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 111/11/COL

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-punti 4(B)(1) u (3) u punt (5)(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 1.1.4 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jikkontrollaw l-organizzazzjonijiet tal-verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1)), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta' dak il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 1.2.111 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta’ Novembru 2001, li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2)), kif emendat, u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (l-Awtorità), bid-Deċiżjoni Nru 111/11/COL tal-11 ta’ April 2011  (3), ħassret id-Deċiżjoni Nru 8/11/COL tal-26 ta’ Jannar 2011  (4) u fasslet lista ġdida ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja approvati għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti ta’ annimali minn pajjiżi terzi.

Fit-30 ta' Mejju 2011 l-Awtorità rċeviet proposta mill-Islanda biex tbiddel il-kategoriji ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għal żewġ Postijiet ta' Ispezzjoni fil-Fruntiera (BIPs) fl-Islanda. Għall-BIP tal-Ajruport ta' Keflavik (IS KEF 4), ġie mitlub li l-ambitu tal-kategorija tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jiġi estiż għal “Prodotti Kollha” u li tiżdied kategorija għal “Prodotti Oħra”. Għall-BIP Reykjavík Eimskip (IS REY 1a), ġie mitlub li l-ambitu tal-kategorija tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jiġi estiż għal “Prodotti Kollha” u li tinbidel il-kategorija “Prodotti Oħra” għal “Prodotti Kollha Ppakkjati”.

Mit-8 sal-11 ta' Novembru tal-2011, l-Awtorità wettqet spezzjoni konġunta mal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tal-Kummissjoni Ewropea. Matul dik l-ispezzjoni, saru żjarat fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-Ajruport ta' Keflavík Airport (IS KEF 4) u Reykjavík Eimskip (IS REY 1a).

Abbażi tal-osservazzjonijiet li saru matul l-ispezzjoni konġunta, fl-10 ta' Novembru tal-2011 ġiet iffirmata rakkomandazzjoni konġunta minn spetturi tal-Awtorità u tal-Kummissjoni Ewropea.

Skont ir-rakkomandazzjoni konġunta ffirmata, huwa propost li:

Għall-BIP tal-Ajruport ta' Keflavik (IS KEF 4), jiġi estiż l-ambitu tal-kategorija tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jiġi estiż għal “Prodotti Kollha” u tiżdied kategorija għal “Prodotti Oħra”. Il-BIP għandu jiġi elenkat bħala HC(2), NHC(2);

Għall-BIP Reykjavík Eimskip (IS REY 1a), jiġi estiż l-ambitu tal-kategorija tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal “Prodotti Kollha” u tinbidel il-kategorija “Prodotti Oħra” għal “Prodotti Kollha Ppakkjati”. Il-BIP issa għandu jiġi elenkat bħala HC(2), NHC(2).

L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 365/11/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri jibqa' mhux mibdul.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjonijiet fuq il-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 111/11/COL tal-11 ta' April 2011 qed tiġi revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Novembru 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)   ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.

(3)   ĠU C 170, 30.6.2011, p. 39 u s-Suppliment ŻEE Nru 36, 30.6.2011, p. 39.

(4)   ĠU L 85, 31.3.2011, p. 27 u s-Suppliment ŻEE Nru 16, 31.3.2011, p. 1.


ANNESS

IL-LISTA TAL-POSTIJIET TA' SPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA

1

=

Isem

2

=

Kodiċi TRACES

3

=

Tip

A

=

Ajruport

F

=

Ferrovija

P

=

Port

R

=

Triq

4

=

Ċentru ta' spezzjoni

5

=

Prodotti

HC

=

Il-Prodotti kollha għall-Konsum tal-Bniedem

NHC

=

Prodotti Oħra

NT

=

L-ebda rekwiżiti ta' temperatura

T

=

Prodotti ffriżati/imkessħa

T(FR)

=

Prodotti ffriżati

T(CH)

=

Prodotti mkessħa

6

=

Annimali ħajjin

U

=

Ungulati: frat, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż, solipedi salvaġġi u domestiċi

E

=

Ekwidi rreġistrati kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

O

=

Annimali oħra

5-6

=

Kummenti speċjali

(*)

=

Sospiż abbażi tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/78/KE sakemm jingħata avviż ieħor, kif imniżżel fil-kolonni 1, 4, 5 u 6

(1)

=

Verifika skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE kkunsidrata fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(2)

=

Prodotti ppakkjati biss

(3)

=

Prodotti tas-sajd biss

(4)

=

Proteini ta’ annimali biss

(5)

=

Ġlud tas-suf u ġlud biss

(6)

=

Xaħmijiet likwidi, żjut, u żejt tal-ħut biss

(7)

=

Ponijiet tal-Islanda (minn April sa Ottubru biss)

(8)

=

Ekwidi biss

(9)

=

Ħut tropikali biss

(10)

=

Qtates, klieb, rodenti, lagomorfi, ħut ħaj, rettili biss u għasafar oħra li mhumiex għasafar li ma jtirux

(11)

=

Għalf bl-ingrossa biss

(12)

=

Għall-(U) fil-każ ta' solipedi, dawk li jinżammu f'ġonna żooloġiċi biss; kif ukoll għall-(O), flieles ta' ġurnata, ħut, klieb, qtates, insetti, jew annimali oħra li jinżammu f'ġonna żooloġiċi

(13)

=

Nagylak HU: Dan huwa post ta' spezzjoni fuq il-fruntieri (għall-prodotti) u punt ta' dħul (għall-annimali Ħajjin) fuq il-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, soġġett għall-miżuri tranżitorji li ġew innegozjati u stipulati fit-Trattat tal-Adeżjoni kemm fir-rigward tal-prodotti kif ukoll fir-rigward tal-annimali ħajjin. Ara Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE

(14)

=

Magħżul għat-tranżitu madwar il-Komunità Ewropea għal kunsinni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem li jmorru lejn jew jiġu mir-Russja skont il-proċeduri speċifiċi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti

(15)

=

Annimali ta’ akwakultura biss

(16)

=

Ħut imqadded mitħun għall-għalf biss

Pajjiż: l-Islanda

1

2

3

4

5

6

Akureyri

IS AKU1

P

 

HC-T(1)(2)(3), NHC(16)

 

Hafnarfjörður

IS HAF 1

P

 

HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Húsavík

IS HUS 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ísafjörður

IS ISA1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

l-Ajruport ta’ Keflavik

IS KEF 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O(15)

Reykjavík Eimskip

IS REY 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Reykjavík Samskip

IS REY 1b

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Þorlákshöfn

IS THH1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6)

 


Pajjiż: in-Norveġja

1

2

3

4

5

6

Borg

NO BRG 1

P

 

HC, NHC

E(7)

Båtsfjord (*)

NO BJF 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) (*)

 

Egersund

NO EGE 1

P

 

HC-NT(6), NHC-NT(6)(16)

 

Florø EWOS

NO FRO 1

P

 

NHC-NT(6)(16)

 

Hammerfest

NO HFT 1

P

Rypefjord

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Honningsvåg

NO HVG 1

P

Honningsvåg

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Gjesvær

HC-T(1)(2)(3)

 

Kirkenes

NO KKN 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Kristiansund

NO KSU 1

P

Kristiansund

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6)

 

Larvik

NO LAR 1

P

 

HC(2)

 

Måløy

NO MAY 1

P

Gotteberg

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Trollebø

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Oslo

NO OSL 1

P

 

HC, NHC

 

Oslo

NO OSL 4

A

 

HC, NHC

U,E,O

Sortland

NO SLX 1

P

Melbu

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Sortland

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Storskog

NO STS 3

R

 

HC, NHC

U,E,O

Tromsø

NO TOS 1

P

Bukta

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Solstrand

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Vadsø

NO VOS 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ålesund

NO AES 1

P

Breivika

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Ellingsøy

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Skutvik

HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR) (2)(3), NHC-NT(6)

 


Top