Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010P0017

    Azzjoni meħuda fit- 22 ta' Diċembru 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (Każ E-17/10)

    ĠU C 58, 24.2.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/12


    Azzjoni meħuda fit-22 ta' Diċembru 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

    (Każ E-17/10)

    2011/C 58/06

    Fit-22 ta' Diċembru 2010 tresqet azzjoni kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Prinċipat tal-Liechtenstein, rappreżentat minn Dr Andrea Entner-Koch, li qed jaġixxi bħala Aġent għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, EEA Coordination Unit, Austrasse 79/Europark, 9490 Vaduz, Fürstentum Liechtenstein.

    Il-Prinċipat tal-Liechtenstein jitlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

    (1)

    Tannulla d-Deċiżjoni Nru 416/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tat-3 ta' Novembru 2010 rigward it-tassazzjoni ta' impriżi ta' investiment taħt l-Att dwar it-Taxxa ta' Liechtenstein;

    (2)

    Bħala alternattiva, tiddikjara li tħassru l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 416/10/COL li ttieħdet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-3 ta’ Novembru 2010, sa tali punt li tordna l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni;

    kif ukoll

    (3)

    Tordna lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

    Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

    Id-Deċiżjoni Nru 416/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tat-3 ta' Novembru ddikjarat li l-eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-kumpaniji ta' investiment, u li ġew irrevokati b'effett mit-30 ta' Ġunju 2006, ma kinux kompatibbli mal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA iddeċidiet ukoll li l-allegata għajnuna kienet tikkostitwixxi għajnuna kontra l-liġi b'kundizzjoni għal irkupru minn dawk il-kumpaniji ta' investiment li rċevewha mill-15 ta' Marzu 1997 sad-data li fiha l-benefiċjarji l-aħħar ibbenefikaw mill-eżenzjonijiet wara li ġew revokati fl-2006.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li l-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ sat-3 ta' Marzu 2011, skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni.

    Ir-rikorrent jirribatti li d-dispożizzjonijiet tat-taxxa fil-kwistjoni ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    Ir-rikorrent jsostni li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA:

    żbaljat meta applikat l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għat-tassazzjoni ta' kumpaniji ta' investiment taħt l-Att dwar it-Taxxa ta' Liechtenstein, kif ukoll meta ordnat il-ħlas lura tal-allegata għajnuna kontra l-liġi mill-kumpaniji ta' investiment sa mill-15 ta' Marzu 1997;

    ivvjolat il-prinċipji ġenerali tal-liġi taż-ŻEE billi ordnat l-irkupru tal-allegata għajnuna kontra l-liġi,

    ma pprovdietx raġonament xieraq fid-Deċiżjoni kontestata tagħha, kif mitlub mill-Artikolu 16 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti.


    Top